#11
4 ta’ Diċembru 2021
L-impatt tar-regolamenti ġodda tal-kera p3 | X'inhu l-pass li jmiss? p5 | Nindirizzaw il-qasma diġitali p10
Nota mill-Edituri
Omar Vella
Warren Farrugia
L-ekonomija u l-finanzi ta' Malta stabbli L-ekonomija Maltija se tkompli tissaħħaħ b'mod stabbli fis-sentejn li ġejjin tant li l-Kummissjoni Ewropea qed tbassar li fit-tieni nofs tas-sena 2022 l-ekonomija nazzjonali se tilħaq il-livelli tal-2019 qabel ma ġiet fuqna l-pandemija. Din ix-xejra ekonomika pożittiva diġà ntweriet fl-2021 fejn it-tkabbir reali tal-Prodott Gross Domestiku, kif kien imbassar, laħaq il-5% permezz ta' żieda fil-konsum domestiku u l-investiment. Ta’ inkoraġġiment ukoll huwa t-tbassir li Malta se jkollha l-ogħla rata ta' tkabbir ekonomiku minn fost il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea matul is-sena d-dieħla, ilqagħad se jinqos għal-livelli rekord u l-inflazzjoni (l-għoli tal-prezzijiet) tibqa’ taħt il-medja Ewropea. It-tkabbir ekonomiku mbassar għas-sentejn li ġejjin jidher li se jkun wieħed robust u sostnut millfatt li t-turiżmu lejn pajjiżna qed jirkupra anki jekk b'mod kajman u ma laħaqx il-livelli ta' qabel ilpandemija. Ma’ dan hemm ukoll ix-xejriet pożittivi fis-settur tal-impjiegi fejn il-Kummissjoni Ewropea innutat kif il-Covid Wage Supplement kien strumentali biex jiġu assigurati l-impjiegi. Mhux talli ġew salvati eluf ta' impjiegi eżistenti imma wkoll dawn żdiedu b'medja ta' 2.7% fis-sena li għaddiet. Għaldaqstant, fil-kuntest ta' dawn ix-xejriet ekonomiċi pożittivi huwa mbassar li l-għadd ta’ nies li qed ifittxu impjieg fit-tul se jkompli jonqos gradwalment 0.6% sal-2023. Fattur pożittiv ieħor huwa s-settur fiskali fejn il-finanzi tal-pajjiż huma f'qagħda robusta. Hawn ukoll ilKummissjoni Ewropea qalet li l-iżbilanċ bejn il-ħruġ u d-dħul talgvern se jonqos għal 5.8% tal-PGD fl-2022 u jkompli jonqos għal 4.7% fl-2023. Għalhekk il-prospetti ekonomiċi għas-sena d-dieħla huma ferm pożittivi u dan kollu fl-isfond li ftit tal-ġimgħat ilu tħabbar wieħed millakbar pakketti soċjali u ambjentali li qatt kellna f’pajjiżna iżda fl-istess waqt il-Gvern assigura li se jieħu ħsieb li l-finanzi pubbliċi jużawhom b’mod għaqli. Fi kliem il-Prim Ministru Robert Abela, bl-ekonomija lura f’qagħda tajba, flimkien nistgħu nibnu prosperità ġdida.