Ekonomija 1

Page 1

#01

28 ta’ Novembru 2020

Il-Faqar u l-Pandemija p14 | Il-Futur huwa Diġitali p19 | Il-Politika Ġdida taz-Ziju Sam p20

Nota mill-Edituri

Omar Vella

L

Warren Farrugia

-ekonomija hija s-sinsla ta’ pajjiżna. Hija l-pedament li fuqha tiżviluppa s-soċjetà u hija l-lubrifikant biex tiggarantixxi li kull wieħed u waħda minna jimxi ‘l quddiem u jgħix aħjar. L-importanza tal-ekonomija kibret fiż-żminijiet li qed ngħixu fihom. Il-pandemija COVID-19 kabbret il-ħtieġa li pajjiżna jkollu ekonomija b’saħħitha msejsa fuq pedamenti sodi biex tnaqqas l-impatt negattiv fuq setturi kritiċi bħas-settur tatturiżmu, s-settur finanzjarju, s-settur bankarju kif ukoll ilmanifattura. Ekonomija soda hija kritika ukoll biex tipproteġi l-intrapriżi żgħar u medji. Fuq kollox, ekonomija soda hija fundamentali għallgħajxien xieraq ta’ kull ċittadin. Ekonomija hija gazzetta ġdida li toffri perspettiva ħolistika fuq l-ekonomija lokali u globali permezz ta’ opinjonijiet. Tassew, f’Ekonomija se nitrattaw l-ekonomija fiż-żmien preżenti u naraw temi kritici fis-settur minn l-għajnejn tal-esperti, talkorpi kostitwiti, tal-gvern, ta’ min iħaddem u kif ukoll minn l-għajnejn ta’ dak li jaqlagħha u jikolha. Dik hija Ekonomija. Dak huwa l-messaġġ li se twassal fixxhur li ġejjin.

Id-diġitalizzazzjoni:

spinta lejn in-normalità l-ġdida

p16


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.