IL-KANDIDAT Jannar | Frar 2018
IL-WERREJ DIRETTUR MILL-PINNA TAD-
NIBDEW OĦRA INTEMMU SENA U
WILD ĠDID
L-AĦĦAR SNIN TA’ EWĠENJU BORG
SENA ĠDIDA L-INKJESTA KATEKEŻI L-ĠDIDA TAL-PAPA FRANĠISKU DWAR
L-EWKARISTIJA
IL-QDUSIJA AVVIŻI MHIX F’ERBAT IJIEM
RITRATT TAL-QOXRA TA’ CLAYTON GATT
L-EDITORJAL Reuben Caruana
Bl-għajnuna ta’ Alla bdejna sena oħra, li fiha għandna l-opportunità nkomplu nagħrfu aħjar is-sejħa Tiegħu għalina. It-talb, flimkien mal-pariri tadDirettur u l-laqgħat mal-Kulturi tagħna, għandhom iservuna ta’ għodda utli għal matul din ilmixja. Għalhekk nistedinkom biex ilkoll flimkien nimpenjaw ruħna ħalli bħala reżoluzzjoni għal din is-sena naraw x’nistgħu nirranġaw fina, b’mod partikolari għal dak li qiegħed itellifna milli nagħrfu Alla xi jrid minna, u naħdmu fuqhom. Nixtieq li nirringrazzjaw lil Alla għas-servizz li ta Roberto fil-
Kumitat għal dawn l-aħħar tliet snin u nawgurawlu fit-tkomplija tal-għajxien tal-vokazzjoni tiegħu bħala membru sħiħ fis-Soċjetà. Naħtaf l-okkażjoni biex nawgura lill-kandidati l-ġodda tal-PreResponsorju ħalli din l-eperjenza ġdida tgħinhom fl-għarfien talvokazzjoni tagħhom. Fl-aħħar, nixtieq nirringrazzja wkoll lil kull min għen fil-publikazzjoni ta’ din ir-rivista b’mod speċjali lil dawk li kitbu u kkoreġew l-artikli u li għenu fis-settjar tagħha. Nawguralkom sena oħra ta’ formazzjoni, dixxerniment, ħidma, paċi u ferħ fi ħdan is-Soċjetà.
DIRETTUR MILL-PINNA TAD-
Carmel Caruana
Għeżież Kandidati, Bħal kull sena, jiġi u jgħaddi minn fuqna dan iż-żmien sabiħ tal-Milied. Għalkemm aħna l-insara nħossu l-bżonn li niċċelebraw din il-festa tant importanti għat-twemmin tagħna, ftit sfortunatament huma konxji li nkunu qegħdin niċċelebraw wieħed mill-misteri ewlenin tal-fidi Nisranija. Wieħed mill-misteri ewlenin tal-fidi Nisranija huwa: “Il-misteru tal-fidwa talbniedem, imwettqa minn Ġesù Kristu, l-Iben ta’ Alla bl-inkarnazzjoni, bit-tbatija, il-mewt u bil-Qawmien Tiegħu.” B’dan il-misteru,
aħna nemmnu li kellha tkun l-inkarnazzjoni ta’ Ġesù biex aħna ġejna mifdijin; Alla sar bniedem mal-elfejn sena ilu għalik u għalija. Huwa żgur li għal diversi gruppi ta’ nies, il-Milied għandu stennija differenti lil hinn minn dik Nisranija: min ikun qed jistenna rigali, infieq, parties u ikel, ħruġ u dewmien barra, ilbies, ħbieb, u mitt ħaġa oħra. Għan-nisrani, il-Milied għandu tifsira ferm aktar minn hekk: l-istennija ta’ laqgħa ma’ Ġesù, qrara u tqarbina, il-quddiesa ta’ nofsillejl, id-
dimostrazzjoni tal-Bambin, il-prietka tat-tifel, xi żjara lil xi ħadd marid jew waħdu u karità. Dawn huma sinjali t’attitudni li tqarreb ħafna lejn il-messaġġ Nisrani. Imma għalina li għandna tant tagħlim, x’inkunu qegħdin nistennew filMilied? Ir-risposta nsibuha f’dak li ħallielna l-Fundatur fil-kitba tiegħu li għandha l-ħsieb tgħin lil dawk li jattendu floqsma tal-MUSEUM jirriflettu fuq il-veru sens tal-Milied Nisrani: l-Iskola ta’ Betlem. Permezz ta’ din l-iskola, Dun Ġorġ xtaq jgħallimna kif għandna nkunu silenzjużi, ubbidjenti, umli, mansweti, paċenzjużi, nafdaw filprovidenza ta’ Alla, u ħafna virtujiet oħra. Għalina l-kandidati, dawn jagħmlu sens biss jekk aħna qegħdin
nieħdu bis-serjetà s-sejħa tagħna u nimxu wara Ġesù għax ma nistgħux ngħixu l-ispirtu tal-kandidat Museumin jekk f’ħajjitna m’aħniex ninpenjaw ruħna biex ninternalizzaw dawn ilvirtujiet ġewwa fina. Minn qalbi f’dan iż-żmien talMilied, nixtiqilkom dak kollu li Ġesù jixtieq minnkom biex is-sena 2018 tkun biċċa oħra mill-mixja tagħna warajH. Il-paċi magħkom.
INTEMMU SENA U
NIBDEW OĦRA Il-Kumitat
Għaddiet sena minn mindu konna f’dan l-istess post inqassmu r-Rivista u niċċelebraw flimkien bħala Kandidati. Tar iż-żmien! Qisu lbieraħ! Is-sabiħ ta’ sena ġdida, mhux li toqgħod tħares u tirrifletti kemm tar malajr iżżmien, imma jekk kemm matul dan iż-żmien li tar, kellekx ċans li ssir bniedem aħjar, dixxiplu aħjar ta’ Ġesù. Jekk le, verament li tar! U tar marriħ. Imma għad għandek li ċ-ċans li terġa’ tipprova għax Alla qed jislifna sena oħra biex fiha nsiru nħobbuh aktar.
Aħtaf din l-opportunità millġdid biex matul din is-sena tkompli tikber mhux biss flistudji tiegħek, il-karattru tiegħek, il-vokazzjoni tiegħek imma tikber ukoll fl-imħabba tiegħek kemm lejn Alla u kemm lejn il-proxxmu, l-akbar Kmandament tan-Nisrani. U itlob biex aktar nies jingħaqdu miegħek fil-missjoni li nsiru aktar inħobbu lil xulxin. Il-bidu ta’ sena ġdida jfisser li l-grupp tal-Kandidati jerġa’ jinbidel ftit għaliex f’dan iżżmien insellmu lill-Kandidati li
temmew ir-Responsorju; uħud saru membri u wħud ikomplu jfittxu aktar Alla xi jrid minnhom. Iżda sena ġdida tfisser ukoll li nilqgħu fostna grupp ġdid ta’ Kandidati li flimkien magħna se jkunu qed jibdew mixja li fiha jagħrfu l-imħabba t’Alla. Jien inħeġġeġ lillKandidati ‘antiki’ biex jgħinu lil Kandidati ġodda jintegraw ruħhom malajr fil-grupp u jsiru parti minn din il-familja tant sabiħa. Jien nirringrazzja ħafna, qabelxejn lil Alla ta’ sena sabiħa li tana flimkien. Komplejna nikbru fil-ħbiberiji tagħna ma’ xulxin u komplejna nkunu ta’ sostenn għal xulxin. Ħadna pjaċir flimkien, ħdimna flimkien u ġenninna lidDirettur flimkien! L-importanti li kull ħaġa li għamilna
għamilnieha flimkien. U hekk għandu jkun, għax komunità taħdem flimkien. Nirringrazzja lil ħafna membri li dejjem jagħtu s-servizz tagħhom f’kull attività li kellna: laqgħat tar-Responsorju, seminars, study-weekends, Għawdex, esperjenzi u ħafna attivitajiet oħra. Napprezzaw il-ġenerożità tagħhom. Finalment nixtieq nirringrazzja lill-membri tal-Kumitat u lil kull Kandidat ieħor li kienu ta’ servizz u taw sehemhom għaliex kif qalilna Kristu: “Bin il-bniedem ma ġiex biex ikun moqdi imma biex jaqdi u jagħti ħajtu għall-oħrajn.” Awguri lil kulħadd għal sena ġdida mimlija paċi, ferħ u mħabba.
Grazzi u Awguri
WILD ĠDID Roberto D’Amato
Qatt kellkom l-okkażjoni sabiħa li tesperjenzaw it-twelid ta’ tarbija fil-familja tagħkom? Kemm ferħ! Kemm emozzjonijiet! Ilkoppja tibda tara futur għallfamilja tagħha għax tarbija ġġib magħha tama għal dik il-familja; tama li meta huma jkunu neqsin hemm persuna jew persuni oħra li se jkomplu dak li bdew huma li hi tkomplija ta’ dak li bdew il-ġenituri tagħhom, u nistgħu nibqgħu sejrin hekk. Il-ferħ hu indiskrivibbli. Ħadd qatt ma rnexxielu jispjegah għax impossibli ssib mod kif. Il-ferħ jiġi espress f’bosta okkażjonijiet u b’diversi modi wkoll. Bla dubju għalhekk li din l-emozzjoni mhijiex nieqsa mill-Kelma t’Alla. Filfatt, jekk inħarsu biss lejn l-Evanġelju ta’ San Luqa, din l-emozzjoni hija espressa 17-il darba, tliet darbiet minnhom minħabba t-twelid ta’ Ġwanni l-Battista u t-twelid ta’ Ġesù. Mhux ta’ b’xejn li Dun Ġorġ
għażel il-festa ta’ San Ġwann ilBattista u l-Milied biex fihom issir l-Inkorporazzjoni ta’ Soċi Ġodda għax dawn huma jiem ta’ ferħ; jiem li fihom is-Soċjetà tesperjenza twelid ġdid, il-jiem li fihom is-Soċjetà tkompli tittama għall-futur. Maż-żmien is-Soċjetà żammet il-ġurnata tal-Milied għax kif jgħid id-dokument Identità u Formazzjoni huwa “fid-dawl talInkarnazzjoni” li se “napprezzaw id-dwal u d-dellijiet li jdawru ħajjet il-bniedem illum” u nħarsu lejhom “b’ferħ u tama”. Din is-sena għas-Soċjetà kienet wkoll okkażjoni ta’ ferħ u tama għaliex kompliet tiżdied fin-numru ta’ soċi bħalma għamlet tul dawn l-aħħar 110 snin. Il-preparazzjoni għall-inkorporazzjoni kienet waħda importanti iżda ferm sabiħa u bqajt sal-aħħar jum infittex sabiex niskopri aktar dwar is-Soċjetà ħalli verament nifhem għalxiex kont dieħel.
Il-ġurnata tal-inkorporazzjoni se tibqa’ ġurnata indimentikabbli. Għalkemm nistqarr li ħassejtni xi ftit mistħi b’dawk in-nies kollha jħarsu lejja, kien fuq dak il-palk li verament irrealizzajt dak kollu li Alla għamel miegħi biex wasalt s’hemm: il-membri li ltqajt magħhom li għenuni u ggwidawni u kienu ta’ eżempju kbir għalija, in-numru ta’ tfal u żgħażagħ li sirt naf, il-ħafna tagħlim li rċevejt, l-iżbalji u l-fares li għamilt u li għenuni nkompli nikber u l-bosta drabi li waqaft mill-MUSEUM, kemm meta kont tifel u darba fil-kandidatura. Xi kultant nieqaf naħseb u ngħid, li kieku bqajt barra mis-Soċjeta x’kien jiġri? Min jaf! It-toroq t’Alla ma nifhmuhomx. Li hu żgur hu li “min iħobb ‘l Alla mhux kuntent iħobbu waħdu” u allura żgur li Alla kien joffrili opportunità biex lilU nħobbu ma’ nies differenti. Din l-attitudni żgur se nkun qed inpoġġiha fil-prattika permezz ta’ din is-sejħa missjunarja talMUSEUM. Nagħlaq billi ngħid li sejħa ma tiddependix fuq numru imma fuq persuni li lesti jxammru l-kmiem biex lil Alla jaqduh bl-aħjar mod
possibbli. Jista’ jkun li forsi din is-sena, n-numru wieħed fisser nuqqas għax meta tara numri żgħar, tibda taħseb f’ħafna affarijiet negattivi. Iżda għalija dan ifisser li hemm żgħażagħ oħra li jixtiequ jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom bis-serjetà u dik hi xi ħaġa li verament għandna nammiraw. Kristu stess qalilna: “Min wara li jaqbad il-moħriet iħares lura mhux tajjeb għasSaltna t’Alla.” Għalhekk taqtgħux qalbkom, agħmlu kuraġġ għax dak li Alla jrid għalikom huwa żgur ta’ ġid u qatt ta’ deni. Dejjem sibu ħin biex titolbu u ħalluh jurikom Hu xi jrid. Tkellmu mal-Kultur jew Direttur jew mal-Parrinu li huma dejjem disponibbli għalikom biex jiggwidawkom. Finalment, nissuġġerielkom biex ma teħdux deċiżjoni bl-għaġla jew f’mument ħażin imma ħuduha bil-mod, b’mod iggwidat u fl-aħjar mument meta r-relazzjonijiet kollha tagħkom ma jinsabux imxellfin bl-ebda mod, iġifieri f’perjodu trankwill, għax ikun f’dak il-waqt li tagħrfu Alla x’ikun ilu jurikom!
“
Ħobbuha s-Soċjetà, xerrduha ma’ dak u mal-ieħor. Ewġenju Borġ
IL-QDUSIJA MHIX F’ERBAT IJIEM Keith Lia
L-istess ħsieb jirrepetih bosta snin wara t-Trappist Amerikan Thomas Merton li fil-ktieb tiegħu ‘New Seeds of Contemplation’ jgħid li:
“
L-affermazzjoni ta’ din ir-realtà ġejja propju mill-istorja talqaddisin stess għaliex permezz tagħha nifhmu kif kull min ipprova jgħix ħajja ta’ qdusija kellu jbati biex ikunu veru xhud ta’ dak li jemmen. Il-ħajja ta’ qdusija hija waħda li kull wieħed minnha hu mistieden għaliha, imma jiddependi
“
Il-Fundatur kien iħobb ifakkar lil dawk li kienu jisimgħuh li l-qdusija ma tinkisibx kif ġieb u laħaq, iżda b’impenn kontinwu matul il-ħajja kollha.
L-għaġla tħassar lill-qaddisin u lillartisti. Iridu s-suċċess malajr u tant ikollhom għaġla li lanqas ikollhom ċans ikunu sinċieri magħhom infushom. Thomas Merton
minnha jekk naċċettawhiex jew le. Madanakollu wieħed ma jistax ma jsemmix il-fatt li kull bniedem għandu l-mod tiegħu ta’ kif jista’ jgħixha. Biex nagħtu xi eżempji ta’ kif wieħed jista’ jagħmel dan, wieħed jista’ jsemmi l-karità, kemm fuq livell materjali kif ukoll fuq dak spiritwali għalkemm din tal-aħħar hija iktar diffiċli għax il-bżonn spiritwali jarah biss min ikun attent għalih. Il-punt ta’ referiment għal din il-virtù għandhom ikunu l-opri tal-ħniena li tkellimna tant dwarhom waqt il-Ġublew tal-Ħniena li ntemm issena l-oħra. It-twissija ta’ Ġesù għandha tfakkarna li m’għandniex noqogħdu niftaħru b’dak li nkunu qegħdin nagħmlu, għalkemm għandna dejjem inkunu t’eżempju tajjeb għalloħrajn kull fejn inkunu: “Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet.”
Minbarra l-karità, wieħed ma jistax ma jsemmix it-talb, l-aktar mod ċar ta’ kif wieħed isaħħaħ ir-relazzjoni tiegħu ma’Alla. Dan jista’ jiġi eżerċitat billi wieħed jieqaf ftit minn dak li jkun qiegħed jagħmel u jqatta’ ftit ħin fil-ġabra ma’ Alla biss, għax huma f’mumenti bħal dawn fejn wieħed jkun jista’ jisma’ lil Alla jkellmu u jurih eżattament x’irid minnu. Hawnhekk nieqaf biex insaqsi: Kemm qiegħed tieħu l-Arloġġ tatTalb bis-serjetà? Kemm qiegħed tagħti importanza ’l Alla f’ħajtek? Qiegħed issib il-ħin biex tmur titlob quddiem is-Sagrament? Dawk li ssemmew hawn fuq kienu biss żewġ ġesti minn ħafna ta’ x’wieħed jista’ jagħmel biex jgħix ħajja ta’ qdusija. F’dan irrigward, wieħed ma jistax iħalli barra li l-mudell li fuqu għandha nibbażaw ħajjitna huwa Ġesù, kif wara kollox kull kandidat ippropona li jagħmel waqt iċĊerimonja tal-Kandidati: “lejH biss inħares il-ġranet kollha ta’ ħajti.”
L-AĦĦAR SNIN
TA’ EWĠENJU BORG Gabriel Ġorġ Camilleri Ewġenju Borg kien ilu ħamsin sena jaħdem fis-Soċjetà. Il-Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi talab lillPapa ta’ dak iż-żmien biex Ġeġè jingħata d-dekorazzjoni pro ecclesia et pontifice. It-talba talArċisqof ġiet milqugħa u fit-23 t’April tal-1958 ippreżenta din il-medalja lil Ġeġè, għalkemm hu kien naqra ddispjaċut b’dan l-unur. Jumejn qabel il-mewt talFundatur nhar is-26 ta Lulju tal1962, Ewġenju Borg kien mar iżuru. Dun Ġorġ beda jagħmillu kuraġġ u qagħad ikellmu dwar xi affarijiet tas-Soċjetà filwaqt li tah il-barka u qallu: “fik jiena nbierek is-Soċjetà.” L-għada li l-Fundatur
miet, Ġeġè mar jarah id-dar u ma tħalliex jidħol ġewwa għax il-Kummissarju li kien għassa m’għarfux. Kien imbagħad permezz ta’ xi soċji li ntebħu bih li tħalla jidħol ġewwa. Ġeġè baqa’ sal-aħħar nifs tiegħu jgħid lis-soċji li “ma tafux xi tlifna.” Ġeġè kien l-unika wieħed li pprova u rnexxielu jkun kopja perfetta ta’ San Ġorġ Preca. Ewġenju Borg kien dejjem jipprova jisma’ l-quddiesa tas-6 :30 am għalkemm kien mikdud bil-mard u bix-xjuħija . Hu qatt ma kien ifalli l-Assenjatur, anke f’jiem ta’ kesħa xxoqq l-għadam, għax kien jinsisti li jekk ma
jmurx, jibred. Għall-bidu kienu poġġewlu xufier biex iwasslu kull fejn ried imur imma dan is-servizz kien jużah biss biex imur millqasam fejn kien lura għad-dar. Ġeġè kien sar il-kompassjoni ta’ kulħadd, mhux biss bl-imħabba imma wkoll għax kien beda jinsa l-affarijiet li kont tgħidlu ftit qabel. Kienu jagħmlu laqgħat sigrieti minn wara daru imma xorta ħallewh bħala Superjur Ġenerali sakemm miet. Is-soċji interni kienu jduru bih kif ukoll jeħduh l-isptar kull meta kellu bżonn. Jum minnhom, wieħed mis-soċji kien mar iżuru l-isptar u ħa miegħu erba’ larinġiet friski flimkien mal-kandidati tal-qasam fejn kien u Ġeġè tgħidx kemm feraħ bihom. Hu kien jifraħ b’kollox u jurik qalbu bil-ftit li kont tagħmel miegħu. Meta Ġeġè kien wasal fl-aħħar, hu ttieħed l-Isptar San Luqa fejn hemmhekk waqa’ f’koma. Iżda qabel ma miet, xewqtu nqatgħet għaliex ġie f’sensieh u tqarben. Hu mar jiltaqa’ mal-Ħallieq nhar it-
12 ta’ Marzu tal-1967 fis-1:00 am. Dakinhar stess li miet, is-Soċjetà ħadet ħsieb li torganizzalu funeral xieraq. Il-katavru tiegħu ttieħed il-Ħamrun u minn hemm inġarr fuq l-ispallejn salKapella tal-Madonna tal-Midalja Mirakoluża fil-Blata il-Bajda fejn saritlu il-quddiesa tal-funeral. Hu ġie midfun fiċ-ċimiterju talAddolorata.
SENA ĠDIDA Andrea Calleja
Hekk kif is-sena tibda riesqa lejn tmiemha, wieħed jibda jaħseb x’se tkun qed toffri s-sena l-ġdida, sena li bla dubju se tkun mimlija b’esperjenzi sbieħ u oħrajn diffiċli. Però, qabel ma ninġarru mir-rutina ta’ sena ġdida li għal xi wħud tfisser studju u għal oħrajn forsi xi xogħol ġdid, naħseb li għandna nieqfu ftit biex nevalwaw x’għamilna u x’ma għamilniex matul is-sena li daqt tgħaddi. Għalkemm l-arloġġ ma nistgħux inreġġgħuh lura, u li sar sar, xorta waħda nistgħu nitgħallmu ħafna minn dak li għaddejna minnu matul is-sena. X’inhuma l-affarijiet li jiddispjaċik li għamilt din is-sena? U x’inhuma l-affarijiet li ressquk lejn Alla, u allura se taħdem biex tibqa’ tagħmilhom? Jekk ittraskurajt it-talb u s-sagramenti jew qiegħed issibha bi tqila biex tipprattika xi wieħed mill-proponimenti,
issa se tingħata ċans ieħor biex taħdem fuqek innifsek ħalli terġa’ ddaħħalhom f’ħajtek. Kif nafu, dan mhux faċli, u ma nistgħux nippretendu li għax issa se nibdew sena ġdida, il-vizzji u d-difetti kollha tagħna se jitilqu. Dan il-proċess jieħu ż-żmien, u filwaqt li għandna nagħmlu l-parti tagħna, irridu nħallu f’idejn ilgrazzja infinita ta’ Alla. Għalhekk hu importanti ħafna li l-grupp talKandidati jkun magħqud għaliex l-għaqda ta’ bejnietna timlilna qalbna bil-kuraġġ biex nagħmlu dak li forsi qed isibuh bi tqil, u twassalna biex inwissu lil xulxin b’imħabba jekk ninnutaw xi nuqqas. Ejjew matul is-sena d-dieħla u s-snin kollha ta’ ħajjitna nżommu f’moħħna u f’qalbna l-proponiment li nagħmlu waqt iċ-Ċeremonja tal-Kandidati: li nħarsu lejH biss il-ġranet kollha ta’ ħajjitna.
L-INKJESTA Gabriel Pace
M’hemmx dubju li mitt sena ilu, il-ħajja f’pajjiżna kienet ferm differenti minn dik tal-lum. Sitt snin wara li l-Vigarju Grech kien ordna l-għeluq tal-oqsma, ilFundatur u s-Soċjetà tagħna għaddew minn tliet xhur ta’ tensjoni waqt ilproċess tal-famuża inkjesta. Kien l-Arċisqof Mauro Caruana li ordna biex din l-inkjesta tinfetaħ, hu li kien sab ruħu jmexxi l-Knisja Maltija ħabta u sabta wara iktar minn 30 sena f’monasteru ġol-Iskozja. Minħabba f’dan, hu ma kien jaf xejn dwar din l-għaqda magħrufa minn kulħadd bħala l-MUSEUM, u malli waslulu bosta xnigħat dwarha, iddeċieda li jsir stħarriġ formali ħalli b’hekk ikun jista’ jikkonferma jekk hijiex t’għajnuna għall-Knisja jew le. Mhux kulħadd kellu l-istess reazzjoni għal din l-Għaqda tal-Papidi mwaqqfa minn Dun Ġorġ. Uħud mill-qassisin kienu tal-idea li l-appostolat talkatekiżmu għandu jkun f’idejn irreliġjużi, u ma rawhiex f’postha li xi lajċi, uħud t’edukazzjoni baxxa, jitgħallmu u jgħallmu t-teoloġija. Oħrajn xejn ma kien jogħġobhom il-fatt li d-direzzjoni spiritwali ssir minn lajċi wkoll, iktar u iktar meta dawn il-ħidmiet jitwettqu minn nisa lajċi, li f’dak iż-żmien, lanqas kellhom dritt għall-vot.
Madankollu, l-inkjesta, li fiha xehdu l-Fundatur u s-Superjuri Ġenerali Ġeġè u Ġannina Cutajar flimkien ma’ numru ta’ qassisin, kappillani u anke superjuri tas-soċjetà, sabet li l-għaqda kienet verament qed taħdem id f’id mal-Knisja u mhux tfixkilha. Kien hemm xi affarijiet żgħar li l-Arċisqof ordna li jinbidlu, bħall-mod kif id-djar tas-Soċjetà kellhom jissejħu Djar tad-Duttrina u mhux mużewijiet. Kemm verament qabad l-isem propost, hija ħaġa oħra. Kien l-istess Arċisqof Mauro Caruana li f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tasSoċjetà (issa msejħa Xirka t’Ulied il-Papa) approva formalment 18-il regolament miktubin mill-Fundatur u fl-1 ta’ Mejju tal-istess sena, iċċelebra quddiesa ta’ radd il-ħajr. Fil-prietka tiegħu, Caruana stqarr li s-soċjeta kienet “l-id il-leminija” tiegħu, u wara l-kant tat-Te Deum, Dun Ġorġ, mixgħul bil-ferħ, dar fuq Ġeġè u qallu, “Qatt kont tobsor fiex Alla kellu jwassal is-Soċjetà?” Tassew li wara żmien ta’ oppożizzjoni, din kienet okkażjoni li wriet biċ-ċar li s-Soċjetà nbniet fuq il-pjan speċjali t’Alla. Inkomplu nħallu lil Alla jaħdem permezz tagħna biex jagħmel xi ħaġa verament sabiħa mill-għażiża Soċjetà.
KATEKEŻI L-ĠDIDA TAL-PAPA FRANĠISKU DWAR
L-EWKARISTIJA Daniel Sammut
Huwa propju lejn l-aħħar ta din is-sena fejn il-Papa Franġisku beda jitkellem fuq il-“qalba” u “s-sbuħija” tal-Knisja, iġifieri fuq l-Ewkaristija. Kienu bosta qaddisin li taw ħajjithom, saħansitra kienu lesti li jmutu, hekk kif fehmu xi tfisser verament l-Ewkaristija u allura li tara, tmiss u tirċievi verament lil Alla fik.
tal-Mulej, u l-Mulej rebbieh fuq il-mewt. Alla rebbieh fuq il-mewt għax iħobb, l-istess imħabba li jixtieq jikkomunika fl-Ewkaristija. Għalhekk il-Papa jispiċċa li huwa biss jekk nesperjenzaw din l-imħabba, l-imħabba t’Alla, li nkunu verament meħlusin biex ningħataw għall-oħrajn. Dan biss jista jsir permezz tal-Ewkaristija.
U x’inhu l-għola u l-iktar mod sublimi, filwaqt li fil-konkret, għal kif ha niltaqgħu mal-imħabba t’Alla? Huwa biss permezz tal-quddies, permezz talEwkaristija li nagħrfu dan kollhu. L-Ewkaristija hija ċ-ċelebrazzjoni
Staqsi ftit lilek innifsek: • L-Ewkaristija xi tfisser għalik? • Tara fl-Ewkarisija kemm inti tfisser għal-Alla, kemm Alla jħobbok?
“We can’t live without Sunday,” which
meant: if we can’t celebrate the Eucharist, we can’t live, our Christian life would die. Papa Franġisku
AVVIŻI
Seminars Dar Betsajda, iċ-Ċirkewwa
Preresponsorju
26 - 28
3 u 4 sena
23-25
1 u 2 sena
16-18
ta’ Jannar
ta’ Frar
ta’ Marzu
“L-ispirtu tal-Fundatur huwa l-Ispirtu ta’ Kristu. Innisluh fina dan l-ispirtu, nissiġillawh f’ta warajna.” Ewġenju Borg