IL-KANDIDAT Ä unju | Lulju 2017
IL-WERREJ
DIRETTUR
DUN ĠORĠ
GĦAXAR SNIN IDDIKKJARAT
SPUNT MILL-
MILL-PINNA TAD-
QADDIS
IMNARJA IL-FESTA TAL-
L-AKBAR ĦABIB TA’
EWĠENJU BORĠ
RITRATT TAL-QOXRA TA’ CLAYTON GATT
SAĊERDOT ŻAGĦŻUGĦ B’VIŻJONI
ĠRAJJIET KURRENTI
LEZZJONI KIF TIBNI
GĦAT-TFAL
AVVIŻI
L-EDITORJAL Mark Buttigieg Wasalna biex nibdew is-sajf u ħafna minnkom li intom studenti, qed toqorbu biex tispiċċaw l-iskola. Iżda aħna bħala katekisti li ngħallmu t-tfal għandna nwasslu tagħlim kontinwu. Għalhekk it-tagħlim ma jistax jieqaf ma’ dak skolastiku imma għandu jintuża fil-ħajja ta’ kuljum. Importanti li kull kandidat ikun ħabib tal-qari u jaġġorna ruħu ma’ dak li jkun qed jiġri fi ħdan il-Knisja. Ilkandidat irid ikollu librerija b’riżorsi li jistgħu jgħinuna għal-lezzjonijiet li nagħmlu fil-qasam u għall-ħajja
tagħna. Għalhekk, inħeġġeġ lil kull kandidat li jaqra din ir-rivista għaliex hija parti mit-tagħlim li kull kandidat għandu jieħu. Kif jgħid il-fundatur tagħna: It-tagħlim huwa l-għajn ta’ kull ġid.
DIRETTUR MILL-PINNA TAD-
Carmel Caruana
Ġieli staqsejt lilek innifsek x’iħajrek illum il-ġurnata biex tipprova timxi wara Ġesù?
Dejjem kienet u għadha sfida, u aktar tkun sfida kbira biex tinżel
ftit fil-profond ta’ xi spiritwalità, fil-każ
tagħna,
Museumina.”
“L-Ispiritwalità
Aħna forsi aktar minn oħrajn xi
ftit
iffurtunati
għaliex
il-
fundatur tagħna San Ġorġ Preca
ħallielna ħafna fejn nimirħu f’din l-ispiritwalità, tiegħu.
permezz
tal-kitba
Il-Fundatur kiteb ħafna kotba fuq ħafna suġġetti spiritwali. Imma
lilna li qegħdin ngħixu l-vokazzjoni
Museumina u lilkom il-kandidati li qegħdin fi żmien ta’ formazzjoni f’din is-sejħa, jekk nemmnu li hija
sejħa, mela msejħin biex insiru qaddisin mill-Museum. San
Ġorġ
Preca
xtaq
minna
Museumina
rridu
l-membri li jekk irridu ngħixu l-vokazzjoni nħaddnu
manswetudni
l-virtuwijiet u
l-umiltà.
tal-
Il-
Kandidat għalkemm għadu mhux membru, imma qiegħed fil-mixja
għal dan il-pass, irid ikun qiegħed
jaħdem fuqu nnifsu biex iħaddan
dawn il-virtuwijiet prediletti kif kien isejħilhom il-Fundatur.
Li nkun manswet ma tiġix weħidha imma jiena rrid nara fejn hemm bżonn li nikber u nissaħħah;
li nagħmilha ma’ nies mansweti kif
jinkuraġġina l-Fundatur, tgħinni ħafna imma mhux biżżejjed;
nara x’qal u x’għamel Ġesù, biex
l-għixien tiegħi ma jibqax fuq
l-eżempju biss ta’ bniedem bħali, imma jkun imsoqqi mil-Leħen ilMaħbub; imma
wkoll
nipprattikawha.
li
nibdew
Li nħaddan l-umiltà, jekk nasal biss nitkellem fuqha ma’ min mhux midħla tal-Evanġelju forsi nsib
diġa hija umiltà li tagħmilha mażżgħir.
Kristu
stess
qalilna
“Itgħallmu
minni għax jiena ta’ qalb ħelwa u umli.” Naħdmu kemm nifilħu fuqna nfusna biex ħajjitna tkun tixbah lillimgħallem wieħed tal-bnedmin.
ruħi rredikolat, imma dik ukoll
Nieħdu dawn iż-żewġ pariri tal-
manswetudni, rrid nagħmilha ma’
biex inżidu ftit fl-għajxien tagħna
“
min hu umli, aħna diġa jkollna ħafna mill-ħin tagħna mat-tfal u din
Fundatur tagħna San Ġorġ Preca f’dawn il-virtujiet.
“
hija prattika fl-umiltà. L-istess bħal
“Kelma ħelwa tkattar il-ħbieb u tberred l-għedewwa.”
“Min għandu l-umiltà, iġarrab paċi kontinwa f’qalbu.” San Ġorġ Preca
GĦAXAR SNIN IDDIKKJARAT
QADDIS
Leon Azzopardi
Bl-għajnuna ta’ Alla diġà għaddew għaxar snin mill-Kanonizazzjoni tal-fundatur. Imma min hu San Ġorġ Preca għalina li qegħdin filMUSEUM?
San Ġorġ Preca twieled fl-1880 u miet fl-1962, u nistgħu ngħidu li dan il-bniedem għex 82 sena ta’ qdusija. Fil-bidu ta’ żgħożitu ftit kienu semgħu bih, iżda maż-żmien naraw kif isem il-fundatur spiċċa fuq l-ilsien ta’ kull Malti minħabba l-ġid li kien qiegħed jagħmel. San Ġorġ Preca kien iħobb ħafna lil Ġesù u b’kawża ta’ dan, fetaħ l-ewwel MUSEUM fl1907 fil-Ħamrun. Il-fundatur kien għamel l-istess ħaġa kif kien għamel Ġesù xħin għażel liż-żgħażagħ li kienu fl-għalqa ta’ Luċtu sabiex ikunu d-dixxipli tiegħu biex iwasslu l-kelma ta’ Alla lill-poplu Malti. Bħala xhieda li aħna verament nemmnu u nħobbu lil Ġesù, il-fundatur riedna nkunu devoti tal-kliem ‘’Verbum Dei caro factum est’’. Il-fundatur ħalla impatt kbir ma’ kull min iltaqa’
miegħu u nistgħu ngħidu li dawk li ltaqgħu ma’ Dun Ġorġ raw f’dan ilqassis lil Ġesù. Ħa mmorru lura fiż-żmien u naraw kif il-fundatur sar qaddis għallknisja universali, sabiex aħna nkomplu nimxu fuq il-passi tiegħu u nimitawh. It-triq li wasslet għallkanonizzazzjoni tiegħu kellha bidu fl-1975 meta l-Papa Pawlu VI fetaħ il-proċess tal-Kanonizzazzjoni. Fl1964, Charles Zammit Endrich kien fieq f’daqqa minn distakk tar-retina wara li qiegħed taħt rasu relikwa ta’ Dun Ġorġ. Fi Frar tal-1998 kienu ingħataw xi dokumenti relevanti għall-beatifikazzjoni ta’ Dun Ġorġ. Dawn ġew preżentati lill-kungress tal-kawżi tal-qaddisin ġewwa Ruma minn Mons. Charles Scicluna, ilpostulatur tal-kawża. F’Jannar tal-2000, San Ġwanni Pawlu II approva l-ewwel miraklu ta’ Dun Ġorġ. Fit-8 ta’ Lulju 2000 saret l-eżumazzjoni tal-fdalijiet tal-
Fundatur fil-Blata l-Bajda u fid-9 ta’ Mejju, Dun Ġorġ kien ġie bbeatifikat. F’Diċembru tal-2001, il-ġenituri ta’ tarbija Maltija ta’ sitt xhur kellmu lil Mons. Scicluna u qalulu li Dun Ġorġ kien għamel miraklu mat-tifel. It-tarbija kellha problemi fil-kliewi. Waqt li dawn kienu għall-kura ġewwa l-Ingilterra, it-tarbija fieqet wara li poġġew fuq it-tarbija ingwanta li kienet intużat waqt l-eżumazzjoni ta’ Dun Ġorġ. Fil-11 ta’ Jannar 2007 ġie approvat it-tieni miraklu. Fit-3 ta’ Ġunju 2007, Dun Ġorġ Preca ġie ddikjarat Qaddis mill-Papa Benedittu XVI ġewwa Ruma. Il-Knisja tiċċelebra l-festa tiegħu fid-9 ta’ Mejju. Issa li għaddew 10 snin minn mindu l-fundatur sar qaddis, x’impatt ħalla fis-soċjetà Maltija? Dun Ġorġ ħalla t-tagħlim tiegħu f’idejn is-soċji u l-Kandidati mxerrdin fl-oqsma ta’ Malta u barra. Dejjem irnexxielu jwassal il-Kelma t’ Alla, u wassal biex il-MUSEUM infetaħ bi skop sabiex ilkelma t’ Alla tibqa’ ħajja. Bil-grazzja t’ Alla fl-oqsma tagħna kuljum jiġu ħafna tfal bil-għatx għall-Kelma t’ Alla. Xogħolna huwa li nkunu dixxipli u nkomplu rressqu lil dawn it-tfal viċin ta’ Ġesù. Ħadd qatt ma għaddietlu minn moħħu li l-MUSEUM illum il-
ġurnata huwa daqshekk importanti. Mhux l-ewwel darba li niltaqgħu ma’ xi eks-soċji, kandidati jew tfal li kienu jiġu fl-oqsma tagħna u jgħidulna illi l-MUSEUM kien l-aħjar żmien ta’ ħajjithom. Dan huwa kollu frott talfundatur li dejjem kien jemmen flimportanza tal-evanġelizazjoni ta’ Kristu illi tasal fil-qalb tat-tfal. Lil Alla għandna verament x’nirringrazzjawh talli tana lil San Ġorġ Preca. Permezz tiegħu aħna wkoll nistgħu nersqu viċin t’ Alla u ngħixu l-imitazzjoni ta’ Kristu blistess mod li għexha l-fundatur. Jalla l-ġid li beda l-fundatur ikompli f’qalbna u nitolbu sabiex ikun hawn iżjed adolexxenti illi jagħżlu biex jgħixu l-vokazzjoni Museumina. Din kienet u tibqa’ l-ħolma tal-Fundatur; li l-MUSEUM jikber u jkompli jinxtered mal-erbat irjieħ tad-dinja. Fuq kollox din hija t-tifsira t’ isem isSoċjetà tagħna:
“Mgħallem, mhux li kien li d-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju.”
“
It-Tieni Missier tagħkom fil-fidi wara l-Appostlu San Pawl Papa Benedittu XVI
IL-FESTA TAL-
IMNARJA
Benyon Borg
Il-festa tal-Imnarja hija waħda millaktar festi importanti fil-kalendarju kulturali Malti. Il-festa tad-29 ta’ Ġunju, illi fiha niċċelebraw lillAppostli San Pietru u San Pawl, tmur lura ħafna fiż-żmien, aktarx qabel ilwasla tal-Kavallieri fl-1530. L-isem “Imnarja” ġej mill-kelma “Luminaria” li tfisser festa ta’ dawl. Fil-lejl tad-29 ta’ Ġunju kienu jinħarqu għadd kbir ta’ fjakkoli u ħġejjeġ. Għall-bdiewa ta’ dari, l-Imnarja kienet festa kbira li taħbat propju wara l-ħsad. Bla dubju, illum hija l-akbar festa agrikola f’Malta li fiha niċċelebraw il-bżulija u l-ħidma tal-bdiewa u raħħala Maltin. Il-festi tal-Imnarja jitħabbru permezz talbandu fi tmiem il-ġimgħa ta’ qabel it-28 ta’ Ġunju. Il-bandu jinqara l-Belt Valletta, imbagħad l-Imdina u wara r-Rabat. Fl-Imdina ssir purċissjoni bis-sehem ta’ grupp ta’ Scouts u membri tas-Soċjetà Agrarja. Jinġarru wkoll il-paljijiet li
jkunu se jingħataw lir-rebbieħa tattiġrijiet ta’ nhar l-Imnarja. Hekk kif ilpurċissjoni toħroġ mill-Imdina, hija tieqaf quddiem in-niċċa ta’ San Pawl li tinsab fis-Saqqajja, fejn jitbierku l-paljijiet. Fit-28 ta’ Ġunju, waranofsinhar, taħt it-tinda tal-Buskett tintrama’ l-wirja agrarja, wirja tradizzjonali li ilha ssir mill-1854. Filgħaxija jkun hemm l-għana mal-kitarri, ikel u nbid sa kmieni filgħodu. L-istuffat tal-fenek u l-fenek moqli fit-tewm huma żewg platti sinonimi mal-Imnarja. Fl-antik, in-nies li kienu jinġabru f’Lejlet l-Imnarja kienu jorqdu l-Buskett taħt is-siġar biex l-għada jqumu hemm. Ma’ sbieħ id-29 ta’ Ġunju, fil-Buskett jibdew jaslu r-raħħala li jtellgħu l-bhejjem tagħhom għall-wirja u wara terġa’ tinfetaħ il-wirja għallpubbliku. Issir ukoll kompetizzjoni tal-ħlib tal-mogħoż. Għall-ħabta ta’ nofsinhar jitqassmu l-premijiet u l-paljijiet lill-parteċipanti.
Waranofsinhar jintlaħaq il-qofol tal-festa bit-tiġrijiet tal-bhejjem: ħmir, bgħula u żwiemel, tradizzjoni li ilha ġejja minn żmien il-Kavallieri. Dawn isiru fit-Triq it-Tiġrija, taħt isSaqqajja. Fi żmien il-Kavallieri kienu jsiru tiġrijiet tas-subien, tal-iskjavi, tal-irġiel u l-ħmir. Kienu jsiru wkoll ittiġrijiet tal-bgħula, dwieb u żwiemel. Il-Granmastru kien jara t-tiġrijiet u jqassam ilpaljijiet millLoġġa tal-
Paljijiet, dik il-binja f’forma ta ħnejja li hemm f’nofs it-telgħa tas-Saqqajja. It-tiġrijiet kienu jsiru fuq id-dahar u mingħajr sarġ. Illum isiru wkoll ittiġrijiet bis-srieken. Il-festa tintemm bl-għoti tal-premijiet tat-tiġrijiet. B’hekk rajna fil-qosor l-istorja u kif niċċelebraw din il-festa, festa b’għeruq reliġjużi li żviluppat minn storja u tradizzjoni għal kif niċċelebrawha llum.
L-AKBAR ĦABIB TA’ DUN ĠORĠ
EWĠENJU BORĠ San Ġorġ Preca meta għall-ewwel
Sidna Ġesù Kristu. Nafu wkoll meta
Ġeġè ma’ sħabu żgħażagħ l-oħrajn,
ipejpu aktar, Ewġenju Borġ kien
darba ra lil Ewġenju, jew aħjar
induna illi Ġeġè kellu dik il-ħaġa aktar miż-żgħażagħ l-oħrajn. Meta
beda jiltaqa’ magħhom bis-serjetà,
aktar tard qalilhom li ma jridhomx l-ewwel li obda u rema il-pakkett tassigaretti li kellu fuqu.
il-qassis żagħżugħ ta’ kull nhar ta’
Tgħiduli, ‘Fejn trid tasal b’din il-
għall-passiġġata qalb il-kampanja u
bħala membri fis-Soċjetà kemm
Ħadd kien jieħu lil Ġeġè waħdu kien jgħidlu biex jieħu miegħu biċċa ħobż biż-żejt, flixkun inbid u l-iktar ħaġa importanti, il-Bibbja. Ta’ min
jistaqsi, kemm aħna tassew ħbieb mal-Bibbja?
Kulħadd jafha dik il-ġrajja ta’ kif Dun
ġrajja?’ u malajr ngħidilkom. Aħna qegħdin nobdu lis-Superjuri tagħna
kif kien jagħmel Ġeġè? Jalla ta’ spiss nitolbu ‘l Alla biex bħal Ewġenju Borġ inkunu ħbieb tal-Bibbja u
nobdu lis-superjuri tagħna kif kien jagħmel hu.
Ġorġ beda jitkellem maż-żgħażagħ. Dakinhar inqeda b’naqra ta’ sigarett biex
rebaħ
il-fiduċja
tagħhom,
sar ħabib tagħhom u wara beda jgħallimhom ukoll fuq il-ħajja ta’
Pietro Debono
DUN ĠORĠ SAĊERDOT ŻGĦAŻUGĦ B’VIŻJONI
Nhar l-4 ta’ Marzu 1907, waqt li Ġeġè kien qed jiekol kisra ħobż, mar fuqu sieħbu Ġużè Terribile, u qallu li Dun Ġorġ riedu jikri post biex fih jiltaqa’ l-grupp taż-żgħażagħ li kienu jiltaqgħu s-soltu. Dan Ġużè għamel minn kollox biex isib dar adegwata u sab in-numru 6, Triq Fra Diegu l-Ħamrun. Din inkriet fis- 7 ta’ Marzu 1907, il-ġurnata li fiha twieldet isSoċjetà.
ħafna żgħażagħ bil-mod persważiv li bih kien jgħallem. Il-bidla fil-grupp ta’ żgħażagħ li kienu jiltaqgħu fin-“numru sei” kienet waħda talgħaġeb, speċjalment fejn jidħlu l-virtujiet tal-umiltà, il-maswetudni u l-biża’ t’ Alla. Dun Ġorġ kien jinqeda b’kull okkażjoni biex jgħaddi xi tagħlima lit-tfal u liż-żgħażagħ. Ilgrupp kien qed jingħaqad dejjem iżjed hekk kif jgħaddi ż-żmien.
Sa mill-ewwel ġurnata s-soċji wrew il-ġenerożità tagħhom billi ġabu minn dak li kellhom u xtraw oġġetti bażiċi oħra biex id-dar tkun tista’ tintuża bħala post tat-tagħlim. Dun Ġorġ mhux dejjem sabha faċli biex jagħmel il-lezzjonijiet, għax dawn iżżgħazagħ kellhom rieda tajba imma kienu fuq tagħhom. Saħansitra ġieli kellu jferraq xi ġlied u kunflitti li nqalgħu bejniethom.
Meta ġew biex jagħżlu isem għasSoċjetà, Salvu Muscat ippropona l-isem Mużew. Kien isem stramb u li ntqal b’ nofs ċajta, imma ‘l Dun Ġorġ għoġbu, u beda jaħseb kif lil din il-kelma seta’ jtiha tifsira iżjed profonda, u evolviet għal M.U.S.E.U.M. Tradotta għall-Malti tfisser ”Mgħallem, mhux li kien iddinja kollha timxi wara l-Evanġelju tiegħek.”
Sa mill-ewwel żmien li nfetħet id-dar kien hemm gruppi ta’ tfal jiltaqgħu wkoll, probabbli l-istess gruppi li sa dak iż-żmien kien ilaqqa’ Dun Ġorġ fis-sagristija tal-knisja ta’ San Gejtanu. Dun Ġorġ kien isaħħar
Fabian Mercieca
SPUNT MILL-
ĠRAJJIET KURRENTI Bħalissa għaddejjin jew għaddejna minn numru ta’ kompetizzjonijiet, fejn kollha jridu jew riedu jintrebħu minn xi ħadd... Champions League, Europa League, Elezzjoni Ġenerali, Eurovision, Elezzjoni fi Franza u flIngilterra. Kull tim, partit, kandidat jistudja u jagħmel mill-aħjar li jista’ biex ikun hu r-rebbieħ. Il-kandidat fil-MUSEUM ukoll ikollu numru ta’ kompetizzjonijiet. Dan minħabba l-fatt li jkun irid jipprova jlaħħaq ma’ kollox ... il-MUSEUM, ilħbieb, l-istudju, ix-xogħol (full-time, part-time jew għas-sajf), il-mistrieħ u oħrajn. Kull waħda minnhom għandha l-ġibdiet u l-importanza tagħha f’ħajjitna għax dawn fl-aħħar mill-aħħar huma parti minn ħajjitna u li kollha jikkompetu flimkien. Uħud aktar minn oħrajn skont ilpersuna. Imma finalment tajjeb li nindunaw li għandha ssir deċiżjoni u b’mod l-aktar għaqli, ta’ dak li hu
l-aktar ta’ ġid għalija bħala kandidat u kemm għal ħaddieħor. Tajjeb li dejjem inżommu f’moħħna wkoll li f’kull deċiżjoni li nieħdu f’ ħajjitna, tajjeb li ma naħsbux fina nfusna biss, imma wkoll fil-ġid li tista’ tgħaddi lilloħrajn. Allura tajjeb li kull wieħed minna bħala kandidat, jipprijoritizza bejn ilMuseum, il-ħbieb, l-istudju, ix-xogħol u l-mistrieħ billi titlob l-għajnuna ta’ gwida li miegħu tħossok komdu tiftaħ qalbek: il-kultur jew is-superjur tal-qasam, parrinu (min għandu), iddirettur tal-kandidati, titlob b’mod speċjali l-Arloġġ tat-talb, tattendi regolari għall-Assenjatur u għallattivitajiet tal-Qasam jew tas-Soċjetà. Dan kollu biex aħna nikbru f’persuni kif iridna Ġesù.
Mark Galdes
Il-Parrinija fiha umiltà kbira. Umiltà għax tistqarr mal-parrinu n-nuqassijiet tar-Regola Ewġenju Borg
LEZZJONI KIF TIBNI
GĦAT-TFAL
Ian Debattista
L-eta’ tat-tfal li tgħallem Ħaġa mill-iktar influenti fuq kif għandek tibni u tipprepara lezzjoni għall-klassi huwa l-età tat-tfal illi qiegħed tgħallem il-kontenut li trid tagħmel matul il-lezzjoni u anke ilmod ta’ kif tispjega dan il-kontenut. Trid tipprova ssib bilanċ fejn ma tispjegax la b’mod diffiċli ħafna u lanqas b’mod ħafif ħafna, għax it-tnejn li huma ma jkunux effettivi.
Użu ta’ affarijiet teknoloġiċi Illum il-ġurnata, it-tfal saru ħafna iktar teknoloġiċi mill-passat, u l-attenzjoni tagħhom saret tintilef malajr ukoll. Allura huwa importanti ħafna li l-lezzjoni ma tkunx biss b’forma ta’ kliem imma tuża ukoll xi stampi viżwali, xi video fuq is-suġġett, jew b’xi mod kreattiv ieħor. B’hekk il-lezzjoni ma tkunx tedjanti u t-tfal ikunu iktar ħerqana biex jitgħallmu.
AVVIŻI Esperjenzi L-Ewwel Sena
Esperjenzi fid-Dar Ġenerali u f’Dar il-Ħanin Samaritan
It-Tieni Sena
Laqgħat għall-adoloxxenti fl-animazzjonijiet
It-Tielet Sena
Esperjenzi ta’ 8 ġimgħat f’oqsma oħrajn f’Malta
Ir-Raba’ Sena
Esperjenza fl-oqsma ta’ Korçë u Durrës fl-Albanija
BBQ
Għall-Kandidati Kollha
2
ta’ Settembru
L-Ewwel u t-Tieni Sena
Study
Weekends
ġewwa Dar il-Ħanin Samaritan
8-10
ta’ Settembru It-Tielet u r-Raba’ Sena
22-24 ta’ Settembru
“Il-virtù tattgħakkis hija virtù ta’ nies qalbiena u gwerriera.” Ewġenju Borg