Issuu on Google+

NOVDIÇ2010 €1.50

Nosservaw l-Għasafar Jiktbilna qarrej dwar l-għasafar li jgħaddu minn fuq pajjiżna

Il-Lingwa tal-Artist Intervista ma’ Robert Galea, artist żagħżugħ

It-Taj Mahal

’Il-Palazz tal-Kuruna‘ tal-Imperatur Shah Jahan


Għal darb’oħra qed joqrob żmien il-Milied, dak iż-żmien fis-sena li fih niftakru fittwelid ta’ Ġesù – għalkemm għal xi wħud huwa aktar il-festa ta’ Santa Klaws! Biex ngħidu l-verità dawn it-tnejn donnu faċli nitħawduhom għax għandhom ħafna affarijiet komuni. It-tnejn li huma nħobbu npinġuhom bid-daqna u ħafna drabi mdawrin bit-tfal. It-tnejn insejħulhom b’ismijiet differenti bħal San Nikola, Immanuel, Ġesù ta’ Nazaret, ‘Father Christmas’ u ħafna oħrajn. Fuq kollox it-tnejn li huma jidhru bħala nies ġenerużi u naħseb li għalhekk ħafna minna neħdulhom rashom bix-xewqat kollha tagħna!

F’din il-Ħarġa: Kastig Modern 2 4

… nibqa’ rieqed

5

Xjentist, Kittieb…

Il-Kbir Miraklu…

Imma jekk noqogħdu naħsbu ftit fil-fond, nindunaw li hemm ftit differenza mhux ħażin! Fl-istorja ta’ Santa Klaws dejjem impressjonani l-fatt li fil-lejl tal-Milied hu jżur id-djar ta’ dawk it-tfal (u forsi żgħażagħ ukoll!! )li kienu bil-għaqal u lilhom biss iħalli rigal! Mill-banda l-oħra Ġesù ġie fid-dinja mhux għax qgħadna bil-għaqal imma għax ħadd minna mhu bil-għaqal biżżejjed! Kollha kemm aħna rridu nitjiebu!

7

Nosservaw l-Għasafar 10 San Niklaw 12

20 L-Avventuri   ta’ Corey u Rurk

Fl-aħħar mill-aħħar l-istorja ta’ Santa Klaws titkellem fuqi u fuq il-ħafna affarijiet u rigali li dejjem irrid, filwaqt li l-istorja ta’ Ġesù hija dwar xi ħaġa ferm aktar, xi ħaġa li tant għandi bżonn – l-għajnuna ta’ Alla.

Ewreka: Il-Kliewi

Jekk tieqaf taħseb tinduna li dawn it-tnejn huma ftit differenti! Il-Milied it-tajjeb, ħbieb!

tal-Artist

22

 Il-Lingwa

24 Dawl għad-Dinja 26

It-Taj Mahal Produzzjoni Kummissjoni gHall-Formazzjoni tat-Tfal u l-MagHZulin taS-SoCjetA tad-Duttrina Nisranija - M.U.S.E.U.M.

Kontributuri

JOSEPH BONNICI ALAN BONELLO Robert Aloisio  Kurt Miceli George Cassar Reuben Ellul  Karol DeBono  Clifton Sammut Raymond Muscat Matthew Gruppetta Silvan Vella Warren Busuttil Lawrence Fenech AARON AQUILINA BERTRAM PORTELLI Daniel Micallef Neil Aquilina Andrew Borg Tazia Hall Noel Vassallo Adrian Vella WAYNE AZZOPARDI  ROBERT MICALLEF REUBEN SAMMUT UFFICCJU Distribuzzjoni

ABBONAMENTI XEHDA GHASEL, DAR GENERALI TAS-SOCJETA TAD-DUTTRINA NISRANIJA, TRIQ SAN GORG PRECA, MARSA Grafika

www.designedbyal.com 

Stampa

Veritas Press, Zabbar

28

Paġni ta’ Varjetà: Vjaġġ Ieħor…

4

Q&A 6 Mid-Dinja tat-Teknoloġija 13 Minn hawn + minn hemm 16 14

15

Poster


y robert ALOISIO

MA TMURX TAJJEB FL-EÛAMIJIET? MELA MHEMMX KOMPJUTER U PLAYSTATION! Għaliex sar daqstant moda dan il-kastig hekk tal-biża’? Iservi għal xi ħaġa? Imma nistgħu ngħixu mingħajr kompjuter? Dan l-aħħar il-ġenituri sabu kastig effikaċi. Super Kastig, kastig tremend, li jaqta’ fil-laħam il-ħaj. Quddiem riżultati ħżiena fl-eżamijiet, quddiem kamra diżordinata, quddiem imġiba ħażina, il-frażi maġika tagħhom saret: “Mela għandek ġimgħa bla kompjuter u bla playstation!” U dan tagħhom ma jkunx biss kliem fieragħ! Anzi jwettquh immedjatament. Kif? Jew jaqilgħulek ilwajers tal-kompjuter, jew ibiddlulek il-konnekxins jew, jekk ikunu jifhmu, idaħħlu password li tkun impossibbli għalik li ssir taf. U ġieli ma tkunx għal ġimgħa jew ġimagħtejn, imma għal xahar jew iktar! Jekk il-ġenituri riedu kastig effikaċi, ma setgħux isibu aħjar. Mhemmx xi tgħid, veru moħħhom jilħqilhom dawn l-imqaddsa ġenituri! GĦAL MIN JGĦODD DAN IL-KASTIG? Dan il-kastig iebes jgħodd għal dawk it-tfal u żgħażagħ li m’għandhomx sens ta’ qies jew ta’ bilanċ. Dawk li jaslu mill-iskola fit-3 p.m. u qabel il-5 p.m. ma jkunux qabdu ktieb b’idejhom biex joqogħdu fuq il-kompjuter. Il-kompjuter u l-logħob elettroniku, fihom infushom, mhumiex ħżiena, anzi, huma utli ħafna fir-riċerka għax-xogħol taliskola, biex tiċċettja ma’ sħabek, biex tiddeverti ruħek, imma dan għandek 2  NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2010


Bla kompjuter,  imma… Il-kastig jaħdem meta jaqta’ tassew fil-laħam il-ħaj. Meta l-ġenituri ma jħallukx tiċċekkja l-emails, tidħol flinternet, jew tilgħab, ikunu qed jgħidulek: “Ma ġibtx ruħek sew, u allura se nċaħħduk minn xi ħaġa li inti tħobb ħafna.”

tagħmlu f’ħinu. Jekk il-ġenituri jindunaw li ma tafx tagħmel differenza bejn il-ħin tal-ħidma (l-istudju u l-homework) u l-ħin talmistrieħ, ikollhom jindaħlu huma. U dan jibqgħu jagħmluh sakemm jaraw li r-riżultati tiegħek taliskola qed jerġgħu ikunu sbieħ u li moħħok kapaċi jorganizza l-impenji kollha li jkollok skont l-importanza tagħhom. KIF TISTA’ TEVITA LI JAQILGĦULEK IL-WAJERS?! Trid tevita dan il-kastig tal-biża’? Mela lesti ruħek. Jekk inti kapaċi tissupera livelli tassew diffiċli fl-aħħar logħba tal-kompjuter, dan ifisser li moħħok jiffunzjona tajjeb. Mela m’għandekx skużi: trid titgħallem tagħmel l-ewwel il-homework, u mbagħad iddivertiment. L-ewwel id-dmir, imbagħad il-pjaċir!

Iżda minflok ma jneħħulek il-kompjuter u l-playstation għal xhur jew ġimgħat sħaħ, il-ġenituri jistgħu jsibu forom oħra ta’ kastig li bihom jistgħu jedukawk iktar. Bħal ngħidu aħna jistabilixxu kemm ħin tista’ tqatta’ kuljum fuq il-kompjuter (tliet kwarti jew siegħa). B’dan il-mod inti tifhem li l-ħin huwa prezzjuż, titgħallem tużah b’iktar għaqal u tiddedikah għal attivitajiet iktar importanti.

b’biċċa xogħol) tkun tassew ħaġa ħafifa għalik li l-ewwel tagħmel il-homework u tistudja, imbagħad tmur il-mużew, u wara toqgħod fuq il-kompjuter. U ħujj, attent!: il-ġenituri makakki daqsek, u jindunaw meta tagħmel il-homework bl-għaġġla u bl-addoċċ… ma jaqbillekx tqarraq. Kulma trid daqsxejn organizzazzjoni, tikka impenn u sagrifiċċju, u l-ġurnata tiegħek tkun verament bis-sens.

Xorta se tbati b’dan l-użu razzjonat tatteknoloġija iżda l-vantaġġi li joħorġu – utli u produttivi – se jagħtuk riżultati millaqwa!

Tħossok iktar trankwill issa? Jekk it-tweġiba tiegħek hija iva, qegħdin jistennewk xhur ta’ trankwillità d-dar, mingħajr it-theddida kontinwa ta’ blackout informatiku! Ħaġa waħda jonqsok tagħmel (anke jekk ma jimponuhielekx il-ġenituri): f’ħin l-istudju itfi l-kompjuter, speċjalment dak l-imbierek instant messenger. Itfi kollox, anke l-mużika. Tgħid x’tgħid, fis-silenzju taħdem aħjar, ma tiddistrattax ruħek, u tlesti qabel. ✖

Diffiċli? Mhux daqstant. Hija kwistjoni ta’ kif tidra. Jekk tqassam ħinek sew (billi tagħmel timetable li fiha kull siegħa ta’ wara nofsinhar tkun assenjata 3


y JOSEPH bonnici

U meta jonfoħ ir-riħ

nibqa’ rieqed

F’gazzetta deher avviż għal lavrant f’razzett. Wieħed żagħżugħ li kellu esperjenza f’dan it-tip ta’ xogħol, ippreżenta ruħu quddiem ir-raħħal u tkellem fuq il-ħiliet tiegħu. Fl-aħħar qallu: ‘ U meta jonfoħ ir-riħ, nibqa’ rieqed.’ Ir-raħħal ma tantx fehem din l-aħħar biċċa imma, peress li kellu bżonn l-għajnuna bħall-ħobż, ħaddmu miegħu. Il-lavrant kien tassew akkwist kbir. Kien żagħżugħ ħabrieki li jagħmel kulma jkun hemm bżonn fir-razzett. Ma kienx hemm bżonn li tfakkru x’għandu jagħmel għax ix-xogħol kien jafu sew. Lejl minnhom, qam riefnu minn dawk il-kbar. Għalkemm kienu s-sagħtejn ta’ filgħodu, ir-raħħal qam biex jara li kollox kien f’postu. Libes il-ħwejjeġ ta’ fuq u ħareġ biex jagħlaq jew jorbot dak li kien hemm bżonn. Mill-bitħa tar-razzett resaq lejn fejn kien hemm l-annimali. Il-bibien u t-twieqi kienu kollha magħluqin sew. L-annimali kienu għallkenn mill-irjieħ qawwija. L-istess sab fil-maħżen tat-tiben u l-kamra fejn kienu jżommu l-għodda. Kollox kien magħluq u f’postu. Idur kemm idur, ma seta’ jsib xejn x’jagħlaq jew jorbot. Lanqas biċċa pjanċa tperper ma kien hemm. Fil-qawwa tar-riħ, kull rokna tar-razzett kienet magħluqa fil-kenn. L-aħħar daqqa t’għajn tefagħha fil-kamra tallavrant, biex iroddlu ħajr. Imma ma ssugrax ikellmu, għax kien rieqed fil-fond! Dak il-ħin ftakar fil-kliem li kien qallu: ‘U meta jonfoħ ir-riħ, nibqa’ rieqed.’ Tbissem, għax ftakar li ż-żagħżugħ kien ħadem matul il-jum u wettaq dak kollu li kellu jagħmel. Jonfoħ kemm jonfoħ ir-riħ, ir-razzett kien ippreparat għalih! U ż-żagħżugħ seta’ jorqod bi kwietu! Fil-Bibbja nsibu li hemm ħin għal kollox ... ‘Kollox għandu żmienu, u kull ħaġa għandha waqtha taħt is-sema...’ Koħelet, kapitlu 3. Il-bilanċ jinsab f’li nagħmlu kollox fil-ħin propju tiegħu. Hemm ħin ix-xogħol u ħin il-mistrieħ, ħin il-qadi u ħin id-divertiment. Ħin li tifraħ mal-oħrajn u ħin li titnikket ma’ min hu mnikket. Ħin li tfaddal u ħin li tixtri dak li hu meħtieġ. Din hi ‘l-qawsalla’ tal-ħajja, magħmula minn mumenti differenti bi skopijiet differenti. U meta dak li jidher ‘iebes’ isir fil-ħin tiegħu, inkunu nistgħu ‘ngawdu’ l-mumenti iktar għal qalbna f’ħinhom ukoll. ✖

4  NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2010

y kurt MICELI

Vjaġġ i e ħor fid-Dinja ta’ Narnia Għad-dilettanti tas-sensiela The Chronicles of Narnia ta’ C.S. Lewis, il-ktieb The Voyage of the Dawn Treader żgur huwa familjari. F’din in-novella, flimkien mal-aħwa Lucy u Edmond Pevensie, jingħaqad il-kuġin tagħhom Eustace Scrubb - karattru interessanti u partikolari tassew! Dan għaliex hu ma jkollux ħbieb u meta jsir jaf li l-kuġini kienu se jqattgħu xi żmien joqogħdu miegħu jibda jaħseb kif jista’ jagħmlilhom ħajjithom diffiċli. L-istorja tieħu żvolta meta, f’ħin bla waqt, it-tlitt itfal jispiċċaw abbord il-bastiment Dawn Treader. Huma jingħaqdu marRe Caspian ta’ Narnia fuq vjaġġ avventuruż lejn il-gżejjer talLvant fit-tfittxija ta’ sebat iħbieb ta’ missieru. U xi vjaġġ dak! Mhux biss jiltaqgħu ma’ dragun, serp il-baħar, grupp ta’ nies inviżibbli u saħħar, iżda wkoll mal-ħabib kbir u protettur tagħhom, l-iljun Aslan. Dan il-ktieb, miktub fl-1950, kien ġie maħdum bħala film fl-1989 mill-BBC. Imma f’Diċembru li ġej għandu joħroġ f’verżjoni ġdida 3D permezz tal-kumpanija Walden Media. Din kienet diġà pproduċiet żewġ films oħra f’din is-sensiela li huma The Lion, The Witch and The Wardrobe fl-2005 u Prince Caspian fl-2008. Xi xeni mill-film il-ġdid kellhom jinġibdu Malta imma dan ma seħħx minħabba raġunijiet ta’ żmien. Toqogħdux tistennew li taraw il-film meta tistgħu taqbdu u taqraw il-ktieb minn qabel!  ✖


Time Machine y karol DE BONO

Dawn huma l-kliem li ħafna minn dawk li jiktbu fuqi jużaw biex jiddeskrivuni.  Forsi ismi mhux daqshekk familjari magħkom, imma żmien twil ilu skoprejt marda f’xi ħaġa li suppost tixorbuha kuljum - il-ħalib!  Jien jisimni Temistokle Zammit jew, kif jafuni ħafna, Sir Temi Zammit.  Ħalli ngħidilkom xi ħaġa dwar ħajti. Twelidt il-Belt Valletta fl-1864.  Fl-iskola kont immur tajjeb, u minn mindu kont żgħir kienet tinteressani ħafna n-natura.  Studjajt fil-Liċeo, u minn hemmhekk dħalt l-Università. Sirt tabib fl-1889.  Għalija dan ma kienx biżżejjed, u ddeċidejt li mmur Londra u Pariġi biex inkompli nistudja fuq il-batterji (bacteria), dawk l-organiżmi żgħar li jgħixu filġisem tagħna.  Kont naħdem madDipartiment tas-Saħħa ta’ Malta, u fl-istess waqt kont naħdem bħala għalliem u rettur fl-Università. Waħda mill-ikbar skoperti li għamilt u li baqgħet famuża kienet

dik magħrufa bħala taddeni rqiq, li kienet marda li toqtol mijiet ta’ nies f’Malta.  Kont ħadt kampjuni ta’ demm millpazjenti tiegħi, u skoprejt li kien infettat b’mikrobu qerriedi li kien ġej mill-ħalib tal-mogħoż.  Tajjeb li tkunu tafu, li sa żmien mhux wisq ’il bogħod, il-ħalib ma kienx jinbiegħ fil-fliexken jew fil-pakketti mingħand tal-merċa, iżda kien jinxtara mingħand ir-raħħal. Dan kien idur bil-mogħoż fit-toroq u jaħleb il-mogħża dak il-ħin.  Naturalment, il-ħalib ma kienx ikun ippasturizzat bħalma jkun illum. In-nies kienet tixrob il-ħalib infettat b’dan il-mikrobu qerriedi li kien jagħmel ħafna ħsara lill-bniedem.  Wara l-iskopertà tiegħi, in-nies bdew jgħallu l-ħalib qabel ma jixorbuh, biex joqtlu l-mikrobi. Barra mix-xjenza, kont ninteressa ruħi ħafna fl-istorja ta’ Malta.  Dan wassalni biex għamilt ħafna riċerki dwar il-gżejjer tagħna u ppublikajthom fi ktieb bl-isem IlGżejjer Maltin u l-Ġrajja Tagħhom.  Kien dan l-interess fl-istorja li ġibidni biex infittex fuq il-fdalijet preistoriċi li hawn f’pajjiżna.  Kont jien li skoprejt it-Tempji ta’ Ħal Tarxien, wara li ċertu bidwi Wenzu

Despott irrapporta li s-sikka talmoħriet tiegħu laqtet xi ġebel kbir li kien midfun ġol-ħamrija.  Ktibt ħafna dwar l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni, it-Tempji talImnajdra u Ħaġar Qim, kif ukoll fuq il-katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat. U la qed insemmu l-kitba, ma nistax ma ngħidilkomx bil-kontribut li tajt lil-letteratura Maltija.  Barra minn dawk li semmejt diġà, ktibt kotba fuq il-folklor Malti.  Forsi waħda mill-iktar stejjer magħrufa li ktibt hija Nies bla Sabar, li hi novella li fiha joħroġ ċar il-karattru tal-Maltin. Kif qed taraw, kienu ħafna x-xogħljiet li jien għamilt tul ħajti sakemm ħallejt din id-dinja fl-1935.  Il-messaġġ li għandi għalikom illum huwa dan - veru li xi wħud jaraw l-istudju u t-tagħlim bħala piż, imma l-istudju jiftaħlek moħħok għal dak li jiġri madwarek illum.  Għalhekk, ħudu t-tagħlim u l-istudju bisserjetà! U bilħaqq, ħudu ħsieb saħħitkom! Saħħa! ✖

5


Q&A

ibagħtulna kummenti, mistoq u suġġerimenti fusijiet q

xehda@sdcmuseum.or

Il-Presepju kiber matul iż-żmien! Vera li s-slaten maġi ma kienu slaten xejn u li probabbilment anqas biss laħqu waslu fil-lejl tal-Milied? – A. Il-mistoqsija tiegħek hija waħda vera tajba li titlob risposta ftit fit-tul! Matul iż-żmien, l-istorja tal-Milied tant ġiet irrakkuntata minn nies differenti li kultant x’uħud żiedu diversi affarijiet, mhux biss il-maġi! Għalhekk, ejjew immorru lura għall-istorja oriġinali li nsibu fil-Vanġeli ta’ San Luqa u San Mattew. L-ewwelnett, għalkemm fil-poster ta’ The Nativity Marija kienet riekba fuq ħmara fil-vjaġġ, l-ebda vanġelu ma jgħidilna dan. Probabbilment, minħabba li l-vjaġġ kien twil, xi 60 mil fi triq imħarbta, Ġużeppi u Marija vjaġġaw fuq xi forma ta’ karettun. Lanqas ma nsibu xejn fuq lukandier, dak iż-żmien ma tantx kont issib ‘hotels’! Ħafna drabi f’dawk l-inħawi kont issib djar li kellhom kamra żejda li kienu jikruha lill-vjaġġaturi li kienu jżuru arthom. Xi drabi fuq il-kartolini naraw lil Marija, Ġużeppi u Ġesù fi stalla sabiħa tal-injam. Għalkemm ix-xena tkun sabiħa tajjeb niftakru li dak iż-żmien l-annimali kienu jżommuhom ġo għerien komuni ħafna. Xi innijiet popolari tal-Milied isemmu t-tliet slaten tal-orjent, iżda l-maġi ma kinux slaten imma għorrief li ħafna drabi kienu jaħdmu għal xi sultan. Il-Bibbja lanqas ma ssemmi kemm kienu eżatt. Fil-Vanġelu naqraw li kien hemm tliet rigali – id-deheb, l-inċens u l-mirra, imma l-maġi setgħu kienu inqas jew aktar minn tlieta. Ta’ min isemmi wkoll li dawn ġew minn artijiet imbiegħda u allura probabbilment waslu xi ftit tard! Fl-aħħarnett, għalkemm ħafna mill-istorja li drajna nisimgħu hija frott ta’ tradizzjonijiet li ħloqna matul iż-żmien, taħt dawn is-saffi ta’ tiżjin wieħed jista’ jsib l-istess verità! Jekk ġewx fuq ħmara jew karettun, Alla wassalhom qawwijin u sħaħ f’Betlehem. Jekk kinitx stalla jew għar, Alla pprovda saqaf għal-lejl. Jekk kienx hemm tliet rejiet, tliet għorrief jew ħafna, Alla sejjaħ lin-nies tad-dinja kollha biex jaraw b’għajnejhom ittwelid tal-Messija. Tkun kif tkun il-forma tal-presepju, il-qalba ma tinbidel qatt – tarbija mqiegħda f’maxtura, imdawra b’dawk li Alla għażel bħala xhieda li fid-dinja ġiet is-salvazzjoni. ✖

6  NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2010

y matthew GRUPPETTA

g IL-GIRLANDA TAL-MILIED Iż-żmien tal-Milied jinsab magħna u miegħu t-tiżjin marbut ma’ dan iżżmien speċjali fosthom il-Presepju, Is-Siġra tal-Milied, id-dawl iteptep fit-toroq u ħafna oħrajn. Xi ħaġa li narawha sa minn żmien qabel ilMilied hija l-Girlanda tal-Avvent. Din tikkonsisti f’girlanda b’weraq aħdar b’erba’ xemgħat li jinxtegħlu waħda waħda fil-Ħdud tal-Avvent u jfakkruna f’xi aspett tal-preparazzjoni tagħna għall-miġja ta’ Ġesù fostna. Id-dawl li qed jiżdied minn Ħadd għal Ħadd matul l-Avvent irid juri x-xewqa tagħna dejjem tiżdied għall-miġja ta’ Ġesù. Il-girlanda tonda trid tfakkarna fl-unità u l-eternità ta’ Alla. L-ewwel xemgħa li hija ta’ kulur vjola, hi magħrufa bħala x-‘Xemgħa talProfezija’ u tfakkarna fil-profeti bħal Isaija li ħabbru l-miġja tal-Messija. Din ix-xemgħa tfakkar fit-tama tanNisrani għall-miġja tal-Messija. It-tieni xemgħa li hi ta’ kulur vjola ukoll, hi msejħa x-‘Xemgħa ta’ Betlehem’ u tfakkarna fl-imħabba ta’ Ġesù għalina. It-tielet xemgħa hija ta’ lewn roża u hija msejħa x-‘Xemgħa tar-Rgħajja’. Din ix-xemgħa trid tfakkar fil-ferħ li għandha ġġib fina l-miġja ta’ Ġesù. L-aħħar xemgħa – ix-‘Xemgħa talAnġli’– tinxtegħel fl-aħħar Ħadd talAvvent u hija wkoll ta’ lewn vjola. Din ix-xemgħa tfakkarna fil-paċi li ġabilna Ġesù tarbija, hekk kif ħabbru l-anġli mat-twelid tiegħu: ”Glorja lil Alla flgħoli tas-smewwiet u paċi fl-art lillbnedmin ta’ rieda tajba”. Xi drabi f’nofs il-Girlanda tal-Avvent naraw ukoll xemgħa oħra ta’ lewn abjad fin-nofs. Din hija msejħa x-‘Xemgħa ta’ Kristu’ u tinxtegħel lejlet il-Milied biex turi li dak li konna qegħdin nistennew issa wasal. Tajjeb li matul dan l-Avvent ma nkunux moħħna biss fir-rigali li se naqilgħu fil-Milied imma ukoll permezz talGirlanda tal-Avvent nippreparaw ruħna kif jixraq għall-miġja ta’ Ġesù fostna. ✖


“Dak donnu jaħseb li d-dinja ddur biss miegħu...dik dejjem trid tiġbed lejha u qatt ma tagħti xejn lura... dak dejjem irid jara kif ħa jirfes fuq il-kallu tal-oħrajn...u dik dejjem trid tispikka hi.” Probabbli li waqt li qed taqra dawn il-kummenti jibdew jiġuk xi persuni f’moħħok

għadu jsir madwarna, kuljum

li qegħdin fil-grupp tiegħek u li jġibu ruħhom b’dan il-mod. Forsi xi drabi tkun int li tikkummenta hekk dwarhom jew tkun int stess li ġġib ruħek hekk ukoll. Wieħed ma jistax jiċħad li hawn nies li jkunu egoisti fl-atteġġjament tagħhom lejn is-soċjetà. Iżda wieħed lanqas ma jista’ jiċħad li hawn bnedmin oħra li jibqgħu għajnejhom miftuħa għal ta’ madwarhom u, iktar minn hekk, inewlu idejhom fil-bżonnijiet tagħhom. Żmien il-Milied donnu li huwa ż-żmien opportun biex wieħed jaħseb iżjed f’dawk li huma iktar qrib tiegħu u li xi drabi fil-ġenn ta’ matul is-sena ftit ikollu ċans jarahom. Mhux hekk biss. F’dan iżżmien wieħed jaħseb ukoll f’dawk li mhumiex daqshekk qrib tiegħu u jħoss li għandu jagħmel xi ħaġa għalihom. Kliem bħal ‘ġenerożità’ jew ‘solidarjetà’ jsiru l-buzzwords fuq il-mass media, fejn anki jingħad li b’telefonata tista’ ssalva ħajja. Allura ma tistax ma ċċempilx! Oħrajn ikunu ftit iktar kuraġġużi u jieħdu xi inizjattivi huma stess jew jirkbu fuq il-karru tal-popolarità tagħhom. Dawn jidħlu għal sfidi avventurużi mhux tas-soltu biex jolqtu iktar l-attenzjoni tan-nies li jitħajru jagħtu dik ix-xi ħaġa iktar għal kawża ġusta. 7


ONE REPUBLIC Il-band popolari One Republic, b’kollaborazzjoni mad-ditta talmoda Vanity, mexxew kampanja ta’ sitt ġimgħat bil-għan prinċipali li jiġbru fondi għall-organizzazzjoni Feeding America. F’din il-kampanja, li kellha l-motto “Share the Secret About Hunger”, l-organizzaturi riedu joħolqu għarfien dwar in-nuqqas ta’ sigurtà li ħafna nies jiffaċċjaw kuljum fl-Istati Uniti tal-Amerika. Minbarra li nġabru flus u ikel, f’din il-kampanja nbiegħet ukoll is-CD l-ġdida li ħarġu One Republic, “Waking Up”. Kif jixhed isimha, din kienet stedina biex inqumu u ma nibqgħux indifferenti quddiem ilfaqar u l-inġustizzji.

8  NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2010

għadu jsir madwarna, kuljum Federer u Nadal jingħaqdu għall-Afrika Minkejja li huma meqjusa fost l-ikbar rivali sportivi tat-tennis, l-Ispanjol Rafael Nadal u l-Isvizzeru Roger Federer se jbiddlu x-xibka li normalment tifridhom fil-logħba ta’ bejniethom f’xibka ta’ solidarjetà. Dan se jagħmluh f’logħba ta’ esebizzjoni li se jilagħbu bejniethom nhar il-21 ta’ Diċembru f’Hallenstadion fi Zurich l-Isvizzera. Il-flus li jinġabru mill-bejgħ tal-biljetti se jmorru kollha għall-RFF li hija l-Fondazzjoni Roger Federer. Din il-fondazzjoni ġiet imwaqqfa minn Federer innifsu fl-2003 biex jiġu pprovduti edukazzjoni u attivitajiet sportivi għal nies u tfal li jgħixu f’postijiet li s’issa ma jirċievu fondi mingħand l-ebda għaqda jew moviment ieħor.

7000 kilometru bir-rota! Lejn tmiem Awwissu, Rick Fortman beda vjaġġ ta’ 7000 kilometru minn Cape Town fl-Afrika t’Isfel għallkapitali tal-Kenja, Nairobi. L-iskop li għalih huwa qed jissagrifika l-muskoli tiegħu, huwa biex jiġbor fondi ħalli t-tfal Afrikani jkollhom aċċess għallenerġija. Il-mira tiegħu hija li jiġbor €50,000 biex ikun jista’ jixtri solar panels għal 20 skola Afrikana. Huwa ppjanat li l-vjaġġ jintemm fl-aħħar ta’ Diċembru.


Politiku fil-quċċata tal-Indja L-Indja huwa wieħed mill-pajjiżi li f’dawn l-aħħar snin żviluppa ħafna ekonomikament. Minkejja dan, huwa stmat li kull 15-il sekonda, tifel jew tifla jmutu f’dan il-pajjiż. L-organizzazzjoni CINI (Child In Need India) tgħin lill-ommijiet u lil uliedhom joħorġu miċ-ċiklu tal-faqar. CINI taħdem ma’ dawn in-nies billi tipprovdilhom ikel u mediċina, taqbeż għad-drittijiet tagħhom mal-awtoritajiet u tipprovdi edukazzjoni xierqa. Għal dan il-għan, fit-28 ta’ Diċembru, Lord Forsyth li huwa politiku Skoċċiż ta’ 56 sena, se jieħu brejk mill-parlament u jibda vjaġġ minn Punta Arenas fiċ-Ċili sakemm jasal u jitla’ Mount Vinson, l-ogħla muntanja fl-Antartika.

Milied is-sena kollha Apparti dawn l-inizjattivi one-off li jagħmlu dawn in-nies minn rajhom biex iqajmu ftit iktar kuxjenza dwar il-bżonnijiet tan-nies ta’ madwarna, nistgħu ngħidu li hawn ħafna iktar nies, anki minn pajjiżna stess, li marru pass ieħor ’il quddiem. Dawn iddeċidew li jiddedikaw ħajjithom biex dik id-dinjità li ġab Ġesù bit-twelid tiegħu fostna bħala bniedem, tkun tista’ tingħax jekk jista’ jkun minn kulħadd, anki mil-lat umanitarju. Kieku jkollna nagħmlu eżerċizzju żgħir u naqbdu l-globu tad-dinja filwaqt li nimmarkaw il-postijiet fejn hemm il-preżenza ta’ missjunarji Maltin, wieħed jibda jinnota li l-globu ftit jibqagħlu traċċi tal-kulur oriġinali! Filwaqt li għandna ħafna nies li qed jagħmlu missjoni kbira f’pajjiżna stess, wieħed ma jistax jinjora x-xogħol kbir li qed iwettqu membri tad-djoċesi Maltija barra minn Malta. Jekk nieħdu l-membri tas-Soċjetà tal-Museum, il-membri Maltin jinsabu wkoll fl-Awstralja, fil-Kenja, fl-Albanija, fl-Ingilterra, fil-Polonja, fil-Perù u dalwaqt f’Kuba wkoll. Iżda mhux il-membri tal-Museum biss ħarġu minn dax-xiber art. Altru li le… Isqfijiet Maltin : Insibu Maltin li huma r-rgħajja tad-djoċesi bħala Isqfijiet ġewwa l-Awstralja, il-Kenja, il-Bolivja, il-Brażil, ilHonduras u l-Libja. Giżwiti : Apparti li jinsabu fil-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej, membri Maltin talkumpanija ta’ Ġesù jinsabu wkoll fil-Brażil, fiċĊili, fl-Eġittu, fl-Etjopja, fil-Kenja, fil-Kanada, fl-Istati Uniti, fl-Indja u fil-Libanu. Franġiskani : Insibu ħutna missjunarji Maltin fl-Awstralja, fl-Italja, fit-Turkija, flIndja, f’Kuba, fil-Libja, fil-Kanada, f’Iżrael u fil-Honduras. Karmelitani : Jinsabu fl-Istati Uniti, filBolivja, fil-Perù u fl-Italja. Is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl li wkoll bdiet f’Malta (MSSP) : Din għandha membri Maltin jaħdmu fl-Italja, fl-Amerika, fl-Awstralja, fil-Kanada, fil-Perù, fil-Pakistan u fil-Filippini.

Daqqa t’id minn fuq il-bejt tal-Afrika “Climb up so kids can grow up” hija inizjattiva talAmerican Foundation for Children with AIDS. Kull sena numru kbir ta’ benefatturi minn madwar id-dinja jisfidaw l-elementi u jixxabbtu sakemm jilħqu l-quċċata ta’ Kilimanjaro ġewwa t-Tanzanija. Din il-muntanja hija magħrufa bħala ‘il-bejt tal-Afrika’ għax hija l-iktar post għoli ta’ dan il-kontinent, b’għoli ta’ kważi 6 kilometri. Mur aqa’ minn fuqha! Qabel jagħmlu din l-isfida, dawn in-nies jiġbru donazzjonijiet mingħand kull min jafu. Il-flus kollha li jinġabru jintefqu f’mediċini u kura lil tfal li jkunu morda bl-AIDS u tfal li jkunu sfaw iltiema minn ġenituri li mietu b’din il-marda. 67% tan-nies li huma milquta bl-AIDS jgħixu fin-nofsinhar tad-deżert Sahara.

Is-Sależjani ta’ Dun Bosco : Apparti f’pajjiżi Ewropej, is-Sależjani Maltin jinsabu wkoll fl-Awstralja, f’Iżrael, fin-Niġerja, fit-Tuneżija u fl-Indja. Dawn huma ftit mill-missjunarji Maltin li offrew ħajjithom biex iwasslu l-ferħ talMilied is-sena kollha! Tajjeb li l-eżempju tagħhom iqanqalna biex naħsbu kif nistgħu ngħinu aħna stess. Dan ma jsirx b’kontribuzzjoni finanzjarja jew xi ħaġa esterna biss, iżda billi nkunu rigali għalloħrajn permezz tal-preżenza tagħna. Ħajjitna ssir inizjattiva waħda li tagħmel differenza fis-soċjetà. ✖ 9


y STEVE zammit lupi

Forsi m’għandniex foresti kbar, jew muntanji miksijin bis-silġ u xmajjar b’ħafna ilma, kif forsi aħna mdorrijin naraw f’xi dokumentarju barrani. Iżda f’Malta, żgħira kemm hi żgħira, għandna kampanja sabiħa u bosta ekosistemi. Jekk wieħed kellu jiddedika ftit ħin ifittex u bi ftit attenzjoni, tinfetaħlu dinja kompletament differenti. Dinja mimlija b’għasafar li forsi m’aħniex konxji li nistgħu narawhom. Ħafna mingħalihom li fil-Gżejjer Maltin ħlief l-għasafar tal-bejt u ħamiem m’hawnx! Din hija sfortunatament mentalità fqira fejn ma nafux, jew aħjar ma napprezzawx biżżejjed ilbiodiversità ta’ pajjiżna.

Kuċċarda

10  NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2010

Tul l-aħħar mitt sena ta’ studju tal-għasafar hawn Malta, ġew irrekordjati aktar minn 390 speċi differenti. Minn dawn, insibu madwar 150 speċi li jpassu minn fuq Malta regolarment u li jiġu rrekordjati kull sena. Fosthom insibu r-Russett Griż u l-Gamiema. Imbagħad għandna wkoll speċi residenti bħall-Bufula Sewda u l-għasfur Nazzjonali, il-Merill, waqt li oħrajn jiġu jbejtu fix-xhur sajfin bħall-Bilbla. Il-bqija tal-għasafar huma ferm irregolari u rari. Ir-

raġuni għaliex xi speċi huma rari jew komuni fil-gżejjer Maltin ġejja kemm min-numri u wkoll middistribuzzjoni tagħhom fl-Ewropa. Dan jiddependi wkoll mir-rotot li jieħdu huma u jpassu. Ta’ kull sena, mijiet ta’ miljuni ta’ għasafar ipassu mill-kontinent Ewropew għall-kontinent Afrikan. Jagħmlu dan il-vjaġġ darbtejn fis-sena! Jinżlu mill-Ewropa filħarifa u dawn l-istess għasafar jirritornaw lura fir-rebbiegħa. Eluf ta’ kilometri, ipassu minn post għall-ieħor bi skop wieħed – biex jibqgħu ħajjin. Il-passa tal-għasafar hija tassew meravilja, miraklu tan-natura. Insibu speċi li jpassu mit-tramuntana tal-Ewropa biex iqattgħu x-xitwa fil-Mediterran u l-Maghreb. Il-bqija huma għasafar bħall-Bufula Passajra u Żanżarelli tat-Tikki li għandhom vjaġġ ferm perikoluż: dawk li jkollhom jinżlu ’l isfel mid-Deżert tas-Sahara biex iqattgħu x-xitwa fil-foresti talpajjiżi tal-Afrika Ċentrali. Peress li Malta tinsab f’nofs il-Mediterran, eżattament bejn l-Ewropa u l-Afrika, il-passa talgħasafar hija ferm interessanti. Għan-nies li jħobbu josservaw l-għasafar, il-ħarifa u r-rebbiegħa joffru żmien ta’ eċċitament u sodisfazzjon. Għal dawk l-għasafar li jiddeċiedu li jaqsmu l-baħar tal-Mediterran minn fuq ilgżejjer tagħna jsibu lil Malta ferm importanti. Jekk jiltaqgħu ma’ xi


Għal aktar informazzjoni dwar l-għasafar ta’ pajjiżna tistgħu dejjem iżżuru s-sit elettroniku www.birdinginmalta.com

Qerd in-Naħal

maltemp jew f’każ li ma jkunux b’saħħithom biżżejjed li jkomplu l-vjaġġ bla waqfien, isibu lil pajjiżna bħala post ta’ mistrieħ. Ħafna mill-għasafar li jżuruna ma jdumux aktar minn ftit sigħat jew ftit ġranet: Jistrieħu, jieklu u mbagħad ikomplu jpassu. Kull speċi li naraw għandu r-rotta tiegħu, żmien partikolari, post ideali fejn tista’ tarah u anke ċertu karatteristiċi li huma uniċi għalih. Aktar ma nsiru familjari mal-għasafar li jżuruna, aktar insibuha faċli biex nagħrfuhom. Kemm fil-ħarifa u wkoll firrebbiegħa nistgħu naraw għasafar kbar bħat-tajr tal-priża, Irsieset u Agretti, Gamiem, Qerd in-Naħal, Tajriet Sofor u anke għasafar żgħar bħall-Buful, Bekkafiki, Ħuttaf u Żanżarelli. Hemm għasafar oħra bħall-Pitiross, Zakak Abjad, Fjamma Sewda, Vjolin tax-Xitwa, Sturnell, Malvizz u Buċaqq taxxitwa li jkunu tal-passa, imma jsibu l-klima u l-ikel tal-Mediterran

ideali u għalhekk iqattgħu x-xitwa hawnhekk. Dawn narawhom f’pajjiżna minn Ottubru sa Marzu. Fir-rebbiegħa, l-għasafar xitwin ikunu laħqu telqu lura lejn ittramuntana tal-Ewropa biex ibejtu, waqt li l-għasafar tal-passa, bħallĦuttaf u l-Ħawwief ikunu għadhom telgħin mill-Afrika. Bi ftit sentenzi rnexxielna nagħtu daqqa t’għajn lejn il-kalendarju tal-għasafar u ta’ xi ftit speċi li nistgħu naraw. Inħeġġiġkom biex, id-darba li jmisskom tmorru xi ħarġa filkampanja, tagħtu

kas tal-għasafar madwarkom. Tistgħu żżuru wkoll xi waħda miżżewġ riservi naturali li għandna f’pajjiżna taħt il-kura tal-Birdlife – ir-riserva tal-Għadira jew tasSimar fejn fihom tistgħu tosservaw in-natura u l-għasafar mill-aktar viċin bla ħadd ma jfixkilhom jew jagħmlilhom ħsara. Tistgħu tisimgħu xi Pitiross jgħanni jew xi qatgħa Ħuttaf tittajjar jew xi sħaba Sturnell ifittxu x’jieklu. Ma tridux wisq biex taraw l-għasafar, naqra paċenzja u determinazzjoni. L-għasafar itiru u b’hekk tista’ tarahom minn kullimkien, anke mill-karozza jew mill-bitħa tal-iskola! Ħudu brejk mill-ħajja u mir-rutina ta’ kuljum li dejjem qegħda ssir aktar mgħaġġla u morru gawdu l-għasafar fl-ambjent sabiħ tagħna. Kemm hu sabiħ il-ħolqien! Aħna lkoll bħala nies responsabbli għandna nuru rispett lejn l-għasafar u l-ambjent ta’ madwarna u napprezzaw il-kreaturi sbieħ li Alla ħalaq. ✖

Daqquqa tat-Toppu

11


w a l k i N n Sa y ALAN bonello

i l a n i ġ i r o ’ r e h t a F s

a m st i r h C Il-‘

Kulħadd sema’ bil-‘Father Christmas’! Raġel daqxejn anzjan, bid-daqna twila u bajda u li normalment ikun liebes libsa ħamra bl-abjad. Imma aktar ma jgħaddi ż-żmien, inqas qed niftakru fil-‘Father Christmas’ oriġinali, mhux dak tal-istejjer tal-fantasija, li matul il-lejl tal-Milied idur id-djar tat-tfal bil-għaqal biex iħallilhom rigal, imma r-raġel veru wara dawn il-leġġendi sbieħ – San Nikola ta’ Bari jew aħjar, San Niklaw!

li kienu waslu għaż-żwieġ. Imma minħabba li kien fqir ma kellu xejn biex jagħti lil min xtaq jiżżewwiġhom bħala dota. Dak iż-żmien, tfajla bla dota ma kellha l-ebda ċans li tiżżewweġ. Il-qalb ta’ dan il-missier kienet mimlija dieqa għax kien ċert li uliedu kienu ser jispiċċaw ilsiera. Matul il-lejl, Nikola, li kien sema’ blinkwiet ta’ dan ir-raġel, mar u minn tieqa li sab miftuħa, tefa’ tliet biċċiet tad-deheb.

Nikola twieled fit-tielet seklu minn familja sinjura fir-raħal ta’ Patara ġewwa t-Turkija. Il-ġenituri tiegħu kienu nsara u ma setax jonqos li lil Nikola jgħallmuh il-valuri talevanġelju. Ta’ età żgħira faqqgħet epidemija li ħallietu bla ġenituri. Minkejja dan, Nikola uża l-wirt tiegħu kollu biex jgħin lil dawk fil-bżonn, lill-morda u ’l dawk li kienu qed ibatu. Ħafna huma l-istejjer li matul iż-żmien ġew irrakkontati fuq il-qalb kbira ta’ dan il-bniedem.

L-għada filgħodu l-missier sab tliet biċċiet tad-deheb fiż-żarbun tiegħu li kien ħalla fejn it-tieqa! Minn hawn ġejja t-tradizzjoni ta’ x’uħud li jħallu l-kalzetti mdendlin fil-Milied!

Waħda minn dawn l-istejjer tgħid li kien hemm raġel li kellu tlitt ibniet 12  NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2010

Darb’oħra kien hemm tliet studenti li kienu qed jivvjaġġaw. Matul il-vjaġġ tagħhom waqfu f’lukanda għal-lejl. Matul il-lejl, sid il-lukanda daħal biex jisraqhom u, x’ħin indunaw bih, qatilhom u tefagħhom ġo tank talfermentazzjoni. Providenzjalment Nikola kien għaddej minn hemm u malli nduna b’dak li kien sar, talab u t-tliet studenti reġgħu ħadu l-ħajja.

Storja oħra li seħħet ħafna żmien wara l-mewt ta’ Nikola tgħid li lejl qabel il-festa ta’ Nikola, grupp ta’ pirati Għarab, wara li serqu kemm felħu dehbijiet u oġġetti prezzjużi, serqu tifel ta’ familja nisranija, Basilios, biex jagħmluh skjav. L-Emir, is-sultan Għarbi, xtrah u għamlu l-ilsir personali tiegħu. Basilios qatta’ sena sħiħa jaqdi lill-Emir, sakemm fil-lejl ta’ qabel il-festa ta’ San Nikola, ommu flimkien ma’ xi ħbieb, kienet qed titlob għalih. Dak il-ħin Nikola deher lil Basilios, bierku u f’kemm ilna ngħidu t-tifel sab ruħu lura d-dar quddiem ommu li kienet għadha l-anqas spiċċat it-talba tagħha. Hemm ħafna aktar stejjer dwar dan il-qaddis li jgħidulna kemm Nikola fittex jgħin lil ta’ madwaru, mhux biss b’għajnuna materjali iżda anke permezz tat-talb. Fuq kollox Nikola jgħallimna x’jagħmel lin-nisrani speċjali – qalb kbira li lesta tgħin lil kull min hu fil-bżonn, kemm fil-ħtiġijiet materjali u kif ukoll bit-talb. Jalla dan il-Milied niskopru l-Ispirtu veru tiegħu, bħalma għamel San Niklaw. ✖


. Irranga r-Ritratti online u b’xejn Illum il-ġurnata hawn diversi programmi li għandhom verżjoni li taħdem direttament minn ġo sit elettroniku. Għalkemm ħafna huma dawk li semgħu bil-Photoshop, jeżistu żewġ siti li joffru faċilitajiet simili. Dawn huma www.sumopaint. com u www.picnik.com fejn tista’ ssib għodda biex tirranġa l-istampi tiegħek. Sit ieħor li joffri dawn is-servizzi huwa www.aviary. com  fejn, minbarra ritratti, wieħed jista’ jirranġa saħansitra l-mużika. Dawn kollha huma bla ħlas.

y CLIFTON sammut

projector jew camera? It-teknoloġija dejjem issir iżgħar u f’kull oġġett dejjem jiżdiedu affarijiet għal użu ġenerali. Żewġ kumpaniji kbar, Nikon u General Electric, għamlu cameras li fihom ukoll projector biex wieħed juri dak li jkun ġibed. Dawn huma General Electric PJ1 u Nikon Coolpix S1100pj. Ilqawwa tal-projector għadha kemmxejn batuta għax turi 14 Lumens biss filwaqt li normalment projector ikollha iktar minn 1000 Lumens.

13


li dakinHar stagĦġbu

gĦandek, biex tassew ikollok…

se jĦalli din ix-xena biex jiġi

Ħadet… imma dan il-Milied, Ġesù

bL-Istili u l-forom differenti li

nbidlet u Ħafna llum jistagĦġbu

is-sekli din ix-xena sempliċi

L-IMWIEGĦED Messija. Matul

bis-sempliċità li fiHa DEHER

E imdawwar bi ftit nies

f’daqsxejn ta’ maxtura

lfejn sena ilu twieled


y LAWRENCE fenech

Id-dinja miexja jew Le?

Aħna dejjem inqisu li l-art ma tiċċaqlaqx, ħlief f’xi terremot. Imma fil-verità, iddinja l-ħin kollu qed iddur max-xemx. Fil-fatt id-dinja tivvjaġġa b’veloċità ta’ 107,000 kilometru fis-siegħa, u b’danakollu, xorta ddum sena biex iddur dawra sħiħa! Ara kemm huma kbar id-distanzi! U d-dawl veru jiġri ħafna, imma d-dawl tax-xemx xorta jieħu 8 minuti u 19-il sekonda sakemm jasal sad-dinja. Dan ifisser li jekk ix-xemx tispiċċa – tibżax, fadlilha xi 5 biljun sena oħra – aħna nindunaw wara 8 minuti li x-xemx ġralha xi ħaġa.

+ liema hu l-eħxen Ktieb?

Rob Matthews, student tal-arti fl-Ingilterra, kiser il-Guinness World Record għall-eħxen ktieb. Huwa ġabar flimkien madwar 2560 artiklu li huma kkunsidrati bħala l-aħjar artikli fil-Wikipedia u jintgħarfu minn stilla żgħira kulur il-bronż fuq innaħa ta’ fuq tal-artiklu. Il-ktieb għandu ħxuna ta’ madwar 48 ċm u fih 5000 paġna. 16  NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2010


Barri

Sewwieq ta’ karozza baqa’ maħsud meta sewwieq ieħor li kien ġej middirezzjoni opposta ħareġ rasu mittieqa u qallu ‘Barri!’ Ma riedx iħallihielu lixxa! Ħareġ rasu mit-tieqa u b’ħanġra daqshiex għajjat ‘Bħalek!’ Fil-pront, iħoss il-karozza titqandel mill-art u terġa’ tinżel b’tisbita kbira. Kif ġie f’tiegħu induna li minn triq fil-ġenb kien ħiereġ barri maħrub...u sab lilu!

It-triq tal-Ġenna

Ċajta

Qassis kien sejjer jagħmel prietka f’raħal. Qabel ma jidħol il-knisja xtaq jimposta ittra li kellu f’idu. Sab tifel ċkejken u talbu jurih it-triq għall-kaxxa tal-ittri. It-tifel urieh fejn jimposta l-ittra u kien se jitlaq, imma l-qassis waqqfu u qallu: ‘Għid lill-ġenituri jiġu għall-prietka llejla. Nurihom it-triq tal-Ġenna!’ Mingħajr ma qagħad jaħseb ħafna, it-tifel wieġbu: ‘Le ħej! Lanqas kont taf fejn hi l-kaxxa talittri, se turihom int fejn hi l-Ġenna?!

t n a kult

Hemm x’hemm? Eh, Kamaleonte!

Il-kamaleonte għandu diversi fatturi li jgħinuh jinħeba. L-aktar ħaġa magħrufa hi li jibdel il-kulur u d-disinn tal-ġilda tiegħu. Ħafna speċi ta’ kamaleonte jagħmlu dan billi jagħlqu jew iwessgħu ċelloli fil-ġilda li fihom kuluri differenti. Hekk jibdlu l-kulur u ma jintgħarfux mill-ambjent ta’ madwarhom. Dahru, li għandu forma ta’ arkata u jidher qisu t-tarf ta’ werqa, kif ukoll il-movimenti bil-mod li jagħmel ilkamaleonte, ikomplu jagħmluha diffiċli għall-predaturi li jarawh. Saħansitra hemm uħud minnhom li joqogħdu jitbandlu biex ikunu bħall-weraq jixxengel fir-riħ.

y RAYMOND muscat

Ħofra misterjuża!

Din it-ħofra kbira tinsab fi Guatemala City, ilbelt kapitali tal-Gwatemala u saret f’ħin qasir waqt xita qliel mill-maltempata tropikali Agatha bejn id-29 u t-30 ta’ Mejju. Hija wiesgħa 20 metru u fonda 30 metru. Fil-post kien hemm bini ta’ tliet sulari u x’ħin il-ħofra ffurmat inġibed kollox ’l isfel. Toqob bħal din, magħrufa bħala sink holes, jiffurmaw meta ilma taħt l-art jiekol xi ġebel artab u b’hekk jiffurmaw għerien mimlijin bit-tajn. Meta tagħmel ħafna xita bħalma ġara filGwatemala fejn niżlu madwar 10 ċentimetri xita fi tnax-il siegħa, l-ilma jkaxkar it-tajn u għalhekk l-għerien iċedu taħt il-piż tal-art ta’ fuqhom u l-art tinżel f’daqqa.

17


Jekk tixtieq is-sett kollu tal-Ma©i ibag˙tilna email fuq

xehda@sdcmuseum.org u nibag˙tulek verΩjoni JPEG

  Jekk m   taqta’ d a tridx tista’ tiba in il-pa©na xehda@s g˙tilna email fuq   u nibag dcmuseum.org ˙tule tipprintja k JPEG biex ha u tuΩa lilha


Il-kokka tara fid- dlam?

Fid-dlam ċappa l-anqas il-kokka ma tara. Biex tara hemm bżonn li xi ftit dawl jaqa’ fuq ir-retina tal-għajn. Iżda r-reputazzjoni li għandha l-kokka li tista’ tara bil-lejl mhix għalxejn. Dan għaliex ir-retina tal-għajn talkokka hija ppakkjata b’ċelloli jgħidulhom rods li huma sensittivi għad-dawl. B’hekk il-kokka tara anke fejn id-dawl ikun baxx. Bħalma jiġri wkoll fl-għajnejn tal-bniedem, l-iris tkabbar il-pupilla ħalli jidħol kemm jista’ jkun dawl ġol-għajn. Il-pożizzjoni t’għajnejn il-kokka hija bħal tal-bniedem, jiġfieri għajnejha jħarsu t-tnejn ’il quddiem. Dan il-fattur jgħin ħafna biex tikkalkula d-distanzi tajjeb speċjalment jekk tkun qed tikkaċċja f’xi masġar fid-dawl ta’ qamar. Iżda jekk ikun dlam wisq il-kokka tirrikorri għal widnejha. Studji urew li permezz tas-smigħ il-kokka ġieli taqbad ilpriża, bħal xi ġurdien, li tkun taħt is-silġ jew inkella fi dlam ċappa.

crossword

Agħżel il-kelma t-tajba u qegħidha fit-tisliba skont in-numru. Għalkemm huma meqjusa bħala ittra waħda, IE u GĦ jieħdu 2 kaxxi fit-tisliba. Weqfin 1 Jekk iżżomm goldfish fid-dlam għal żmien twil issir (griża, sewda, bajda) 2 Il-ħaġra nazzjonali tal-Awstralja hija l-(opal, onyx, jade) 3 Il-ġilda tal-ippopotamu hija ħoxna daqs (bajda, tajer, tavla) 6 Fl-Ewropa ġieli użaw (nemes, fenek, ġemel) biex jgħaddu l-cables tat-televixin mill-kanni. 9 Vulkan fuq Mars huwa (tliet, tmien, ħames) darbiet ogħla mill-Everest. 10 Il-ħlas ta’ suldat Ruman kien isir bil(melħ, ħall, qamħ) Mimdudin 4 Il-qarnita tal-Paċifiku tfaqqas minn bajda daqs (rossa, ħawħa, naħla), u tikber tant li s-swaba’ tagħha jkunu daqs tul ta’ karozza żgħira. 5 L-ewwel kameras ivvintati fl-1839 kienu jużaw il-(fidda, bronż, landa) biex jipproċessaw ritratt. 7 L-ewwel annimal li tela’ fl-ispazju kien jismu ( Mirka, Sonia, Laika) 8 Jekk tgħodd l-għadam f’għonq ta’ ġiraffa ssib (sebgħa, erbgħa, disgħa) Dan hu l-istess numru bħal f’għonq ta’ bniedem. 11 Fl-2008, ġewwa l-ispazju ħabtu żewġ (metjoriti, satelliti, asterojdi). 12 Jekk Great White Shark ma jaqdifx, (jongħos, jogħdos, jegħreq) 19


y aaron AQUILINA

i

tt a r it r r a t m u lb a U jinfetaħ l“U mur ’l hemm,

x’qed tgħid?”

ru ta... hekk... ttagħha. Imma ve qa in x ur jm a m li miegħi n, ma ġarrejthiex a karta!” “Qed ngħidlek Jo quddiem dik il-biċċ t ta an sk t aj Bq a. m qisha ġiet mis-se ex qed tgħid li dawk is-somom bi wk de or st ru ve ħ a kif il-Fonqla ilbiera x’tagħmel xbin. Iss ngħid jien? Naħseb ek xi dl f ħi ta ng a, m Ħa m a. so th “In li ktib tistrieħ.” k stess bla ma taf nagħsa żgħira ħa ħu , tu rċevejt ittra minne ol -s as bħ d al-whiteboar tkaħħal wiċċha m .” ċident tat-traffiku tlek. Ħa jkollha in id għ ġà Di . m llu “Dik mhix ġejja jjem tispiċċa tiġi!” e lesson imma de fre un tk ha għ ta ezzjoni jjem nixtiequ li l-l “Hux ma tiġix! De miegħu s-snin, , ħabib li kien ilu an th na Jo li t ta jiħux għalih, ppun y iddeċieda li ma x iżjed. Ħassu diża re lim Co el t, tk fti a b m se y ħa re li Co dlu li hu kien wara Jonathan ġie jgħi qed jgħidlu. Iżda u en ek ki ki li – x a in tr m on m ’e l-k m – ma tantx kien enet bi li kieku l-affari ki tibha huwa stess x ki li llo ko eb ra ħs ja wa u n ax ie għ ż-żm fuq karta safra bi sab ittra miktuba ent. se jemmnu faċilm udenti kollha bdew add ikkwieta. L-ist lħ Ku . dd ħa a ċċ l-ewwel iż-żaqq na u ma tfa a minn dak il-bieb ċċ fa Daqqet il-qanpie tit r xi bieb dejjaq), u ħo ie al għ mument (avolja ma kienx ija in em l-l la al sp jistennew li minn ad l-i se taqa’ l-qilla l-Fonqla, imbagħ ra fuq liema tifel ta u a jh ne aj għ q impressjonanti ta erra imgħu l-passi nnha dulliegħa, tb studenti bdew jis l-i t fti ra wa u n, fl-aħħar rasha, do inn da a xejn ma ġara m ta’ ħarsitha. Imm ħfief tal-Mango. ha kif ċemplet hom kienet għad għ ta a em lli ħa l-g li ħafif tatrmast infurmahom iex kellha inċident al għ i ss la l-k al Malli daħal, is-Su għ tiġi kinitx se tlaħħaq biex tgħidlu li ma

20  NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2010


su għaċed u qaleb diskor sw l-i r ke ar m ilqabad ax il-Mango a qasira, il-Mango birku dakinhar, għ ws ħa i pa nt a ar de W tu . -is ku ill traffi fna m en moħħhom l-Matematika. Ħa than ma tantx ki a na eg Jo pj u jis y re da Co be a ż: Ċini el. Iżd misterjuża, għel lil min jgħaġġ tub eżatt fil-karta ie ik jġ m u m el m ġġ he ħa n jg ie kien ħu kif dan ar x’k eb bejnu u bejn ru qed jipprova jiftak ħs en ja ki u d u, ħe ħb ie W sie . jn m hem n taħt le n kollu jħares min . u l-ieħor kien il-ħi ħalliema tagħhom l-g ha ril jiġ se n ie x’k f seta’ qatt ikun ja lejn id-dar mexjin bil-kwiet om ħh ru bu sa an nath punt fejn u tqila, Corey u Jo enu waslu f’dak ilKi ila . tw om a at th ie rn jn ġu be a t War ddie biberija lma waħda m’għa imma xhieda tal-ħ ke , tà as di nq um La sk y. ’ re ta Co ni jo ta’ lil sieħbu u ma kienx indikazz ċieda li jemmen om de th id ie jn an be th na zju Jo en li is-sil silenzju om. Kien f’dan issoda ta’ bejnieth arta s-safra. l-k ra dar biex ja dsa ah nj pa um jakk dd id-dar.” illum. M’hawn ħa ol għ xo n ej tn It. a l-karta , għax fuq qiegħd “Idħol ġewwa John ħod tilgħab u u tkun tista’ toqg ik al għ ar -d id k lo nat; ikol d kemm int iffortu “Ok. Dejjem ngħi xejn!” ħadd ma jgħidlek nathan induna. n il-kumment, u Jo da q fu a uż bj du a Corey kellu bixr laxed’ id-dar?” b tkun waħdek ‘re jje ta li i għ ie m ilx “Għala? Ma taqb hux dejjem.”

“Ijja… ma nafx… m

eli jħossu iktar fuq kemm ġi d ħi jg ux nd ħa ’g li m nejn Jonathan fuq, u Corey ħass u, għax issa għaj għ slu tie wa ri u itu ħq la en u l-ġ en ta Ki un sigriet attiv għu. Fetaħ il-kexx fix-xogħol impenj a im bb jis ħa se in en m ki u ħd jla wa ġ ta’ taħt – ta u qa alzetti u tal-ħwejje ħerqana għall-kar l-k u ta qq k ile da d a, qe in u od en ki n. l-kom mherrija biż-żmie xxun minn isfel ta karta musfara u iltiegħu – it-tieni ke k di ġ re ħa d jo kalzetti bo u minn bejn par xa ta’ Corey a, u l-kitba mħarb tik an t en m ra ve kienet ati fuq il-karta. , bi dbabar ittikkj għajnejh. Il-karta at aq ar rr ċċ be li r an he th tid na et Jo a kien qraha darba, fixkilha. Iżda l-ink qabel. Jonathan ’ tit ta t a aj st at x rn nt ġu ta ila el m am rdarobba fejn xi ħaġa li Corey għ sir, marru sal-gwa un tif a tk lij tx im ħe m tg a se rs a ħa M r. B’ għdu, Corey ass li jmiss kien ċa aba’ kemxejn jirto sw bi u, i tt ra rit tnejn, tlieta, u l-p s tariebsa. Ritratti ta’ et iżżomm l-album id għolla l-qoxra ar m ċ an gr ’ ta omm Corey kien . Corey, bla nnha nnu ma ġara xejn um, u b’qabda do do u , om jh le ra lu melles wiċċ l-alb ħarsu l il-folja strieħet al ma kinux jafu ħa ta’ berqa, qabe eħ f’l u lja fo el nies li ż-żewġt itf l-eww n warajhom. eġibiet, dawwar ħen nebbiexi min le paċenzja għat-tw u għ m se a, lh q ta’ qabi wiċċ ma’ dahar fu jtu mill-iskola?” xejn minn xħin ġe tu kil a m m ko ad tra li għ tu fl-aħħar? Imħa “Kif intom? Wasal xi kumment than dejjem ikollu na Jo ltu so isjn biss żewġt u fe xejn minn dan. Ra t iħbieb ħarsu lura a’ m se a m m le el B’qabża, iż-żewġ en tk a beraħ. n id-darba, min ki wġt iħluq miftuħ że sarkastiku lest, di u , jh le su ar iħ żebbġin itfal b’għajnejn im

21


Fejnhom il-kliewi, u x’fihom?

y daniel MICALLEF

Aħna għandna żewġ kliewi li jinsabu fuq wara taż-żaqq, taħt id-diaframma li tifred iż-żaqq mill-qalb u l-pulmun. Kull kilwa hi twila xi 12-il ċentimetru, wiesgħa xi 6 ċentimetri, ħoxna xi 3 ċentimetri u tiżen xi 150 gramma. Kull waħda fiha xi miljun pajp żgħir ħafna (nephron) li matulu jiġi ffiltrat id-demm.

i w e i l il-k Kulmin jitkellem fuq is-saħħa jħeġġiġna biex nixorbu ħafna ilma, mill-inqas żewġ litri kuljum. Kieku dan l-ilma kollu kellna nżommuh fina, kull xahar nitqalu xi sittin kilo, imma dan ma jiġrix għax f’ġisimna għandna organi li jneħħu l-ilma u sustanzi oħra li jistgħu jagħmlu l-ħsara fina. Dawn l-organi huma: ▶ Il-kliewi li jipproduċu l-pipì, taħlita ta’ ilma u sustanzi li ġisimna ma jkollux bżonnhom. ▶ Il-pulmuni, li jneħħu l-gass carbon dioxide li miegħu nitilfu ftit ilma meta nieħdu n-nifs. ▶ Il-ġilda, li biex iżżommna friski tipproduċi l-għaraq. Sustanzi velenużi għall-ġisem Biex il-ġisem tagħna jaħdem sew, jeħtieġ li l-livell ta’ melħ u sustanzi oħra fid-demm ikun ikkontrollat. La jrid ikun hemm żejjed u lanqas nieqes. Fost dawn is-sustanzi li jistgħu jagħmlu ħsara hemm dawk li fihom innitroġenu. F’ġisimna, in-nitroġenu jiġi mill-proteini li nieklu. Ftit minnhom jiġu użati biex ġisimna jibni l-proteini tiegħu, imma dak li jibqa’ żejjed isir prodott velenuż – l-ammonja. Il-fwied jieħu ħsieb jibdel l-ammonja f’urea li jieħdu ħsieb ineħħuha l-kliewi mal-pipì.

22  NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2010

Il-kliewi jarmu wkoll il-melħ żejjed u ħafna mill-mediċini li nieħdu ladarba jkunu lestew xogħolhom. Kif jaħdmu dal-filters? Ħafna minnkom żgur raw filter tal-ilma. Il-filter iħalli l-ilma jgħaddi imma jaqbad fih ħafna mill-melħ u s-sustanzi li jkun hemm fl-ilma tal-vit. B’hekk jagħtina ilma iktar pur. L-ewwel parti tal-kilwa tixbah lil dan il-filter. Id-demm jasal salkilwa minn arterji li għandhom pressa għolja. Bil-pressa tad-

demm, il-filter tal-kilwa jħalli l-ilma u l-melħ jidħlu fl-ewwel biċċa tattubu tan-nephron, imma ċ-ċelloli tad-demm, minħabba li huma kbar, jibqgħu fid-demm. Il-biċċa hi li ħafna mill-ilma u l-melħ ikun hemm bżonn li jidħlu lura fid-demm waqt li ż-żejjed biss jitneħħa mal-pipì. Għalhekk, iċ-ċelloli ta’ mad-dawra tat-tubu tan-nephron jiżguraw li l-ilma u

3 2

4

1 6 5


Il-Magna Il-mard tal-kliewi jista’ jkun tant serju li ma jħallix il-kliewi jaħdmu tajjeb B’hekk, sustanzi velenużi jibqgħu fid-demm u fi ftit żmien jistgħu jwasslu għallmewt. Illum il-ġurnata, fl-isptar jeżistu magni li jiffiltraw iddemm li n-nies morda bil-kliewi jistgħu jużaw xi tliet darbiet fil-ġimgħa. Biex it-tindif isir tajjeb u għal tul ta’ żmien, id-demm normalment jittieħed minn arterja li f’operazzjoni tkun mgħaqqda direttament ma’ vina fl-id. B’hekk, iktar demm jista’ jasal malajr fil-magna li tiffiltra d-demm. Kien Richard Scribner li vvinta mod li seta’ jgħaqqad arterja ma’ vina għal tul ta’ żmien. Kieku ried, seta’ sar sinjur, imma minflok għażel li jħalli l-invenzjoni għall-ġid tal-pazjenti. Fl-1960, l-ewwel pazjent irċieva l-kura b’dalmetodu ġdid u minn lejl għal nhar, Scribner bidel marda li kienet toqtol lil kulmin jimrad biha f’qasir żmien għal waħda li tħalli 90% tal-pazjenti ħajjin. Meta rċieva l-kura, l-ewwel pazjent qal: “Il-magna tant neħħiet ħmieġ minn ġo fija li nħossni qisni xgħelt id-dawl fid-dlam.”

Inċident Sefora, tfajla b’saħħitha mietet f’inċident tat-traffiku, xi jiem wara li waslet l-isptar. Il-ġenituri tagħha kienu tassew imnikktin meta rċevew l-aħbar li t-tobba ma setgħu jagħmlu xejn biex isalvaw il-ħajja ta’ binthom. Qrib il-mewt ta’ binthom, il-ġenituri aċċettaw li l-organi tagħha jiġu meħudin minnha biex ħaddieħor ikun jista’ jgħix ħajja aħjar. Għalkemm dan ma neħħiex in-niket tagħhom, riedu jagħmlu ġest ta’ mħabba li seta’ jagħti ħajja aħjar lil numru ta’ nies oħra. Il-proċess ta’ meta organu ta’ persuna jitpoġġa f’persuna oħra tissejjaħ trapjant. Il-kilwa hi l-iktar organu li jintuża fi trapjant. Bil-permess tal-ġenituri tagħna (jekk għandna inqas minn 16-il sena), tajjeb li aħna nagħmlu donor card li turi li aħna nixtiequ nagħtu l-organi tagħna meta mmutu. Ir-reġistrazzjoni tista’ ssir minn fuq din il-website: www.transplantsupport.com.mt.

l-melħ li hemm bżonn jibqgħu fina, jgħaddu lura fid-demm. L-ilma, il-melħ u s-sutanzi oħra żejda jibqgħu sejrin fil-bużżieqa

tal-pipì permezz ta’ żewġ pajpijiet li nsejħulhom ureters. Id-demm nadif, imbagħad, jerġa’ lura lejn il-qalb permezz tal-vini. ✖

Kilwa

ureter

bużżieqa tal-pipÌ

urethra

Lil hinn mill-kilwa Ħadd minna ma jixtieq li l-pipì li joħroġ mill-kilwa jibqa’ ħiereġ barra minn ġisimna bla kontroll. Meta konna għadna trabi, il-bużżieqa tal-pipì kienet titbattal kull tant żmien b’mod awtomatiku fil-ħarqa. Issa li kbirna, meta l-bużżieqa li tesa’ kważi nofs litru tibda timtela, inħossu l-bżonn li mmorru t-toilet biex inbattlu l-pipì hemmhekk. Permezz tal-urethra jintemm il-vjaġġ ta’ dak li rridu nneħħu mid-demm għal barra. 23


X’hemm komuni bejn Mattia Preti, Ġużeppi Calì u Robert Galea? Ittlieta huma artisti primi, tnejn minnhom magħrufin biżżejjed u wieħed mhux daqshekk. Għalhekk, f’din l-intervista se nsiru nafu ftit iżjed lil Robert Galea, eks-Aspirant u pittur li qed jipprometti ħafna f’pajjiżna…

y neil AQUILINA

“..inħoss li Alla tani l-pittura bħala lingwa biex Robert, bħala eks-Aspirant naħseb li għandek xi tifkiriet tal-Museum. Tista’ ssemmilna xi ftit minnhom? Iż-żmien li qattajt bħala Aspirant fil-MUSEUM tar-Rabat dejjem qistu bħala wieħed mill-aktar perjodi importanti f’ħajti. Minn età żgħira ħafna kont nattendi l-MUSEUM u kont iffurtunat ħafna li kont parti minn grupp ta’ żgħażagħ li dejjem rajna l-MUSEUM bħala post mhux biss tad-duttrina iżda ukoll bħala kuntest li fih wieħed jista’ jsir bniedem sħiħ. Bħala adoloxxent kont inqis il-MUSEUM bħala post fejn nista’ nimraħ biex insib tweġibiet għall-mistoqsijiet li kien ikolli. Kien post fejn nista’ mmidd idejja u noffri ftit mill-ħin tiegħi għall-ġid tat-tfal, iż-żgħażagħ u l-adulti li jiġu f’kuntatt malMUSEUM. It-taħlit tad-diversi żgħażagħ, bl-esperjenzi differenti tagħhom, iġib ambjent b’saħħtu fejn wieħed ikun jista’ jikber b’mod sħiħ. Bħalma kien jgħidilna l-Prefett, biex xitla tikber u ssir siġra dritta, irid ikollha z-zokk dritt mill-bidu. 24  NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2010

Sirna nafu ukoll li għandek passjoni għall-pittura. Minn fejn ġietek il-ħajra li taqbad din l-arti? Niftakarni ta’ xi erba’ snin inpinġi xi karattri tal-cartoons fuq xi karti rrigati tal-iskola. Dejjem ħassejt ilbżonn li nħażżeż xi ħaga u għalhekk il-ġenituri bdew jibagħtuni nitgħallem it-tpinġija. Fi żmien is-sekondarja waqaft kważi għal kollox sakemm bdejt immur il-Junior College nistudja l-Arti u t-Technical Design fil-livell avvanzat. Kelli ukoll ix-xorti li nistudja għal erba’ snin sħaħ mal-artist Anton Calleja, f’liema żmien tgħallimt id-dixxiplina tad-disinn u n-nudo. Minn dak iż-żmien sa issa għadni ma ħaristx lura u dejjem bqajt għaddej tant li din il-passjoni saret xi ħaġa ta’ kuljum. L-arti mhijiex passatemp imma mod ta’ kif wieħed irid jesprimi ruħu. Bħala bniedem daqsxejn magħluq fija nnifsi nħoss li Alla tani l-pittura bħala lingwa biex biha nfittex u nifhem lili nnifsi.

Xi stil ta’ arti jogħġbok l-iktar u tista’ tispjegahulna ftit? Għandek xi artisti li tqishom bħala dawk li l-istil tiegħek jixbaħ lil tagħhom? Jiena nħoss ċertu simpatija mal-arti figurattiva kif ukoll ma’ dik astratta. Id-diversi stili u żminijiet differenti tal-Istorja tal-Arti joffru bagalja ta’ esperjenzi li minnhom wieħed jista’ jiġi influwenzat. Inqis lil Rembrandt bħala wieħed mill-artisti l-aktar interessanti għall-mod ta’ kif juża d-dawl. Apparti Caravaggio, id-dawl f’Rembrandt huwa mimli tama u huwa dejjem aċċentwat f’kuntest kważi totalment ta’ dlam u tqil. Iddawl u l-preżenza tiegħu fid-dlam sar element importanti ħafna filpittura tiegħi. Sew jekk huwa kwadru reliġjuż jew ieħor astratt, id-dawl jieħu prominenza.


2 1

3

biha nfittex u nifhem lili nnifsi.” Kull artist ikun ispirat minn xi ħaġa meta joħloq opra ta’ arti. Tista’ tispjegalna ftit xi riproduzzjonijiet tiegħek li qed inġibu f’dan il-magażin? L-aħħar xogħol sagru li għamilt kien proprju din is-sena u huwa dak ta’ ‘Santa Chiara de Montefalco’ (1) li jinsab fil-knisja ta’ San Mark ġewwa r-Rabat, Malta, fuq il-kappellun taxxellug. Dan ix-xogħol huwa magħmul minn zebgħa taż-żejt fuq l-injam. Dan ix-xogħol juri l-qaddisa Agostinjana f’esperjenza mistika u spiritwali. Fuq l-isfond hemm xenarju ffurmat minn strixxi ta’ kulur li jiżvolġu minn kuluri skuri għal oħrajn aktar imdawlin bħall-parti tan-naħa ta’ fuq tal-kwadru fejn l-oranġjo jiġbed l-attenzjoni tal-ispettatur għal wiċċ il-qaddisa. Il-poża tal-qaddisa tikkumplimenta l-kalmezza taxxenarju u għalhekk toħloq atmosfera serena għall-aħħar. Finalment, fuq sidirha hemm is-simbolu tas-salib ta’ din il-qaddisa Agostinjana. Is-simbolu tas-salib, li tant kien għal qalb Santa

Chiara, jikkumplimenta l-kulur oranġjo li hemm fl-isfond u għalhekk ifisser l-esperjenza spiritwali li kienet qiegħda tesperjenza l-qaddisa f’dak il-mument. Apparti xogħlijiet sagri, għandi għal qalbi ħafna l-landscape jew il-pajsaġġ Malti. Din il-pittura (2) li tmur lura għas-sena 2007 turi waħda millattentati ta’ ‘en plein air’ painting, jiġifieri, pittura magħmula barra fuq il-post. Il-pittura turi xena partikolari ħafna għalija li tinsab f’Binġemma limiti tal-Imġarr, Malta. Din ix-xena kienet proprju tatni spinta biex noħloq serje ta’ xogħlijiet li jittrattaw Binġemma minn perspettiva aktar esperimentali u astratta (3). Filfatt, din is-serje intweriet fl-ewwel esebizzjoni personali tiegħi fl-2008 li saret fl-istudio tiegħi ġewwa r-Rabat. Il-portraits huma sezzjoni oħra importanti mix-xogħol li għandi. Hawnhekk qegħdin naraw pittura ta’ tifel (4) fejn qed tingħata aktar

4

importanza għax-xebħ talpersuna. Dan ix-xoghol għamiltu din is-sena u huwa magħmul miżżejt fuq l-injam. Fil-fatt, wieħed jista’ jinnota l-vina tal-injama li ħallejtha tidher f’ċertu partijiet biex flimkien maż-żebgħa toħloq texture interessanti. Il-kuluri li hemm fl-isfond jagħtu kuntest ta’ dawl lill-wiċċ u jgħinu biex ikun il-focal point tal-pittura. Forsi l-aħħar kumment tiegħek għall-qarrejja tagħna… Il-pittura hija lingwa oħra li jiena nuża biex nesprimi ruħi. Kull min ipitter għandu jipprattika sigħat twal kuljum għax bħall-kitba tallingwa, min ma jipprattikahiex jinsieha! Għalhekk, nagħtikom parir biex tkunu dixxiplinati f’kull ħaġa li tagħmlu u tipprattikaw. Fl-aħħar nett, it-triq mhi faċli għal ħadd. Emmnu fikom infuskom u kunu kuntenti b’li għandkom.

25


y andrew BORG ALAN bonello tazia HALL

Hawn Pawl, għandek il-ħobż…Tidher iktar ferħan mis-soltu llum

U żgur li iktar ferħan… inti ma tafx dil-ħobża x’se ssir illejla!

D

akinhar filgħodu, mort iktar bil-qalb għand il-furnar… għax minn dik l-ħobża kellha toħroġ pudina kif taf tagħmel ommi! Dik kienet tradizzjoni ta’ kull Milied ġod-dar tagħna! Ħaffift il-pass jien u sejjer lura d-dar ħa nfittex naraha tinħema. Imma żewġt irġiel, bil-ġlekk u bla ngravata, ħassbuni ftit… iktar u iktar x’ħin rajthom deħlin f’post, b’xi ħaġa mgħottija f’idejhom.

Dalgħodu, lanqas taqta’ x’rajt Bert… biex inkun sinċier anqas jien ma naf x’rajt!

Hmm? Sinjur… skużani sinjur…!?

26  NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2010

X’qed jiġri, sinjur, illejla?

Ejja u tara ħabib! Dun Ġorġ semma’ xi ħaġa tixbaħ lil dimostrazzjoni tal-Milied! Xi ħaġa ġdida. U min se jġib xi fanal, u min xi weraq tal-palm… Se ssir festa mat-toroq illejla!

Smajtha Bert? X’nagħmlu?


Iġri, iġri għax se jibdew!

GLO…RIA, IN EXCELSIS DEO

Irnexxiet, Dun Ġorġ!

Ejja ’l hawn Bert… ara min hawn! Il-qassis taż-żiemel!*

…hehe! Għadkom tiftakruha tal-karozzin, eh! Allura… x’jisimkom intom?…

* ara l-ħarġa ta’ Xehda Għasel ta’ Settembru Ottubru 2010

Dakinhar sirt naf li dak il-qassis talkarozzin kien Dun Ġorġ Preca! Domna nitkellmu ħafna, u qalilna għalfejn kien għamel dik id-dimostrazzjoni… qalilna kemm ħabbna Ġesù li ġie fiddinja, u kemm aħna għandna nħobbuh ukoll. U dakinhar, qabel spiċċa kollox, ħajjarna mmorru l-Mużew!

Bil-għajnuna ta’ Alla! Ċikk! Ħafna għadhom ma jafux kemm iħobbna s-Sinjur Alla! …

X’int mgħaġġel Pawl? Mhux ġej magħna nagħtu daqqtejn ballun?

Illum le ħbieb… illum għall-Mużew!

Fejn!?

Ejjew u taraw!

27


T

he Golden Gate and the Taj Mahal, That’s a miracle – Dawn huma biss żewġ linji millkanzunetta tal-grupp Queen, The Miracle, kelmiet li juru l-ġmiel u s-sens ta’ stagħġib lejn dan il-bini hekk importanti. Fl-1983 dan ilbini kien inkluż fil-lista tal-UNESCO World Heritage Sites. L-espressjoni Taj Mahal tfisser Palazz tal-Kuruna, jew Crown Palace. It-Taj Mahal jinsab fil-belt ta’ Agra, ġewwa l-Indja, u kien mibni, bl-irħam abjad, mill-Imperatur tal-Mughal, Shah Jahan, bħala mużulew għat-tielet mara tiegħu Ajumand Banu Begum. Din kienet magħrufa bħala Mumtaz Mahal, espressjoni li tfisser Ornament tal-Palazz, u mietet fl-1631 waqt 28  NOVEMBRU/DIĊEMBRU 2010

li kienet qed twelled l-erbatax-il wild tagħhom. F’dan il-mużulew hemm midfuna kemm hi kif ukoll l-Imperatur innifsu, Shah Jahan. Ix-xogħol tħalla f’idejn bord ta’ disinjaturi, taħt is-superviżjoni tal-Imperatur stess. L-arkitett ewlieni kien Ustad Ahmad Lahauri. Bħala stil, il-bini għandu influwenza Persjana, Indjana u Musulmana. Il-mużulew huwa mibni fuq pjattaforma kwadra, li f’kull kantuniera tagħha hemm minaret b’għoli ta’ madwar 40 metru. Bħala bażi, il-mużulew għandu forma ottagonali. Kull waħda millerba’ naħat twal għandha madwar 55 metru tul. F’kull waħda minn

dawn l-erba’ naħat, issib tiddomina, arkata għolja (vaulted archway), b’entratura għall-mużulew. Il-koppla li tinkuruna dan il-ġojjell arkitettoniku hija għolja madwar 35 metru, u tistrieħ fuq tanbur (drum) b’għoli ta’ madwar 7 metri. It-tip ta’ koppla li għandu l-mużulew hija msejħa onion dome, minħabba l-għamla tagħha. Madwar il-koppla hemm erba’ chattris (għamla ta’ kjosk) li jkomplu jdawlu l-ġewwieni talmużulew. Id-dekorazzjoni esterna hija applikata b’diversi modi u tikkonsisti fi kwotazzjonijiet millKoran, forom astratti u disinni veġetali.


Kont taf li… It-Taj Mahal jidher roża filgħodu mas-sebħ, abjad matul il-ġurnata u jidher lewn id-deheb fid-dawl talqamar. L-erba’ minaretti li hemm madwar it-Taj Mahal huma daqsxejn immejlin biex f’każ ta’ terremot ma jaqgħux fuq il-binja prinċipali. Fuq in-naħa l-oħra taxxmara li tgħaddi minn fejn it-Taj Mahal hemm il-pedamenti għal binja oħra li kellha tinbena. Din kellha tkun eżatt bħat-Taj Mahal iżda magħmula minn irħam iswed. Taj Mahal tfisser “Il-Kuruna tal-Palazz” jew “Il-Palazz Kuruna”. y adrian VELLA NOEL vassallo

Peress li t-tradizzjoni Musulmana tipprojbixxi dekorazzjoni elaborata taloqbra, l-iġsma ta’ Shah Jahan u martu ma jinstabux fil-kamra prinċipali tal-mużulew, li għandha dekorazzjonijiet mill-isbaħ, u li fiha hemm iċ-ċenotafji – jiġifieri monumenti forma ta’ oqbra imma vojta – imma fil-kripta sempliċi li hemm eżatt taħtha. Il-pożizzjoni taċ-ċenotafi fil-kamra prinċipali tirrifletti preċiżament dik taloqbra fil-kripta. Waqt li l-mużulew (rauza) jibqa’ l-iktar binja familjari magħna, propjament it-Taj Mahal huwa kumpless sħiħ. Il-kumpless jinkludi erba’ elementi oħra: l-entratura prinċipali (darwaza), il-ġonna (bageecha), moskea (masjid) fuq il-punent tal-mużulew, u n-naħa l-oħra, biex tikkumplimentaha, mibnija eżatt bħalha, l-appartament għallmistednin (naqqar khana).

Kienu użati 28 tip ta’ ħaġar prezzjuż differenti biex saru d-dekorazzjonijiet li hemm fl-irħam.

It-Taj Mahal hu mibni b’simetrija perfetta ħlief ħaġa waħda. Iż-żewġ oqbra li nsibu ġewwa mhumiex daqs xulxin għax il-qabar tar-raġel hu akbar minn tal-mara. It-Taj Mahal dam jinbena 22 sena u ħadmu fuqu madwar 22,000 ħaddiem. L-Imperatur ordna biex jinqatgħu l-idejn ta’ kull min ħadem fuq it-Taj Mahal biex ħadd ma jkun jista’ jibni xi ħaġa simili xi mkien ieħor. Hu stmat li l-bini tat-Taj Mahal sewa 35 miljun rupì li jammontaw għal madwar miljun dollaru Amerikan. Madwar 4 miljun turist iżuru t-Taj Mahal kull sena.

Shah Jahan

Shah Jahan kien il-ħames Imperatur Iżlamiku Indjan li saltan bejn l-1628 u l-1658. Ismu jfisser “Ir-Re tad-Dinja”. Hu baqa’ magħruf l-aktar għall-binjiet kbar u sbieħ li nbnew fi żmien ir-renju tiegħu. Mhux magħruf biss għax bena t-Taj Mahal li hu simbolu tal-imħabba, imma bena wkoll numru ta’ palazzi u monumenti f’Delhi. Wieħed mill-aktar binjiet maestużi hu l-Forti l-Aħmar li kien il-palazz fejn kien jgħix.

Fi żmien ir-renju tiegħu mexxa l-kapitali Iżlamika fl-Indja minn Agra għal Delhi. Għażel lil din il-belt għax kienet tinsab f’post strateġiku li hu faċilment aċċessibbli. Barra minn hekk il-belt ta’ Delhi kellha importanza politika kbira f’dak iż-żmien. It-Taj Mahal huwa bla dubju l-aktar ħaġa li dan l-Imperatur jibqa’ mfakkar għaliha. Huwa bena din il-meravilja għallmemorja tal-mara maħbuba tiegħu Mumtaz Mahal. Tista’ tgħid li biex dan il-proġett seta’ jsir realtà, l-imperatur kellu jonfoq ġidu kollu. Fl-aħħar snin ta’ ħajtu l-imperatur kien mitfugħ il-ħabs minn ibnu li ħa t-tmexxija f’idejh. L-Imperatur Shah Jahan miet waħdu fil-Forti Agra fl-1666 u kien midfun ħdejn martu fit-Taj Mahal.


Dan il-Milied agħti rigal li jibqa’


Xehda Ghasel