3 minute read

Traduttur Barrani tal Malti u Mons. Lwiġi Vella

Traduttur Barrani tal-Malti u Il-Kitba Reliġjuża tal-Mons. Lwiġi Vella (18591928)

Advertisement

Kitba ta’ Charles Briffa

L-istudjuż Arġentin Patricio Shaw għamel żmien jistudja hawn Malta u ltaqa’ ma’ xi kitbiet reliġjużi minsijin tal-Għawdxi Mons. Lwiġi Vella (1859-1928). Dawn il-kitbiet bil-Malti, Shaw (li studja l-Malti) qalibhom għal diversi ilsna oħra għax ra bosta valuri Nsara fihom u fehem lill-Mons. Vella bħala qaddis. Patricio Shaw twieled f’Buenos Aires fl-1961. Ilfamilja tiegħu min-naħa ta’ missieru hija AngloSassona u Ġermanika fit-tnissil tagħha u min-naħa ta’ ommu l-familja għandha għeruq Spanjoli. Sa minn żgħożitu, Shaw kien miġbud ħafna lejn ilreliġjon Kattolika għax kien influwenzat ħafna millfamilja tiegħu. Il-lingwa materna tiegħu hija l-Ispanjol, imma ta’ erbatax-il sena beda jistudja bosta lingwi barranin u llum għandu ħakma ta’ dawn il-lingwi: l-Ingliż, ilFranċiż, it-Taljan, il-Portugiż, il-Latin, il-Ġermaniż, lIżvediż, id-Daniż, il-Pollakk, iċ-Ċek, l-Islovakk, ilBulgaru, u l-Malti. Għandu wkoll għarfien preliminari tal-Għarbi, ir-Russu, il-Grieg, l-Ebrajk, iċ-Ċiniż, u tTagalog. Studja l-Filosofija, il-Grieg, il-Latin, u l-Istorja taċĊiviltà Mediterranja fl-Università ta’ Malta. Għandu interess kbir fil-filosofija Aristotiljana-Tomista li tgħarrex il-prinċipji tal-eżistenza mill-osservazzjoni tad-dinja. Dan l-interess jidħol fil-qafas tat-teoloġija Kattolika tradizzjonali li tħaddan fiha l-qofol talawtorità Appostolika, is-Sagrament Divin, ilMarjoloġija, u t-tieni miġja ta’ Kristu. Għandu interess qawwi fil-metodu ta’ San Louis de Montfort (1673-1716) – metodu ta’ qima kbira lejn il-Verġni Mqaddsa u r-rużarju. Għandu ġibda studjuża lejn linterrelazzjoni bejn il-grazzja u r-rieda ħielsa. Ittraduċa mil-Latin iċ-ċensura tal-filosofija Kartesjana tal-Isqof Daniel Huet (1630-1721) – Censura Philosophiae Cartesianae (Pariġi, 1689) – u t-teżi talKardinal Álvaro Cienfuegos (1657-1739) fuq is-

sustanza ta’ ruħ Kristu. Shaw jemmen bi sħiħ fuq is-siwi universali ta’ dak li hu sabiħ. U l-oqsma tar-riċerka tiegħu jinkludu llingwistika, l-istilistika, u t-traduzzjoni. Joqgħod f’Aragona (Spanja) fejn ħajtu jgħaddiha fit-talb, flistudju, u fil-kitba. Dan l-aħħar Shaw bagħatli din l-ittra għallpubblikazzjoni fuq ix-xogħol tiegħu ta’ traduzzjoni tal-kitbiet ta’ Mons. Lwiġi Vella. Hija miktuba bilMalti tiegħu.

Għeżież Sinjuri, Mons. Lwiġi Vella twieled il-Belt Victoria, Għawdex, fis-17 ta’ Diċembru 1859. Huwa figura tal-ogħla importanza jekk nitkellmu fuq l-ispiritwalità u lletteratura Maltija. Nistgħu nqisuh bħala xemx unika fis-sema tad-devozzjoni tal-Knisja universali lejn isSantissimu Sagrament. Ħasra li huwa kważi għalkollox mhux magħruf f’pajjiżu stess. Il-Papa Piju XI żejnu bil-midalja “Benemerenti”, Leone XIII kien tah id-dekorazzjoni “Pro Ecclesia et Pontifice”, u l-Papa San Piju X ried jagħżlu bħala Kuġitur tal-Arċisqof Pietru Pace ta’ Malta — unur u piż li fl-umiltà tiegħu Mons. Vella beża’ jaċċetta. Fit12 ta’ Marzu 1923 Ruma għażlitu Arċidjaknu talKatidral ta’ Għawdex. L-Arċidjaknu Vella kiteb bosta kotba bil-Malti: kotba spiritwali ta’ meditazzjoni u adorazzjoni, kotba fuq ħajjiet ta’ martri u fuq il-fidi, kotba anki storiċi fuq ġrajjiet il-gżira t’Għawdex. Kien ukoll għal tant snin direttur tal-perjodiku “L-Ewkaristija — Ħabbar ta’ Ġesù Sagramentat”. Kien saċerdot ta’ spiritwalità profonda u soda, spiritwalità li tidher f’kull paġna tal-kitba tiegħu, b’mod speċjali però f’dak il-kapolavur li hu Ir-Ruħ Nisranija quddiem Ġesù Sagramentat. Huwa impossibbli li taqra dawn il-paġni sbieħ u ma taħsibx li Mons. Vella kellu assistenza speċjali misSema meta kien qed jiktibhom! Malli nieħdu f’idejna dawn il-kotba ta’ Mons. Vella, wieħed malajr jinduna kemm Dun Alwiġ kien jippossiedi sewwa x-xjenzi sagri, speċjalment itTeoloġija. Miet fis-17 ta’ Lulju 1928. Nirrakkomanda din il-paġna (monsvella.com), fejn ilqarrejja jistgħu jsibu sehem kbir tal-opri tiegħu, u fuq kollox, informazzjonijiet dwar żewġ kotba tiegħu maqlubin għall-Ispanjol u diġà ppubblikati, kif ukoll traduzzjonijiet parzjali għall-Ingliż, għat-Taljan, għallĠermaniż, għall-Polakk, u għat-Tagalog. Tislijiet, P. Shaw

Patricio Shaw

O XEMX DIVINA!... (silta)

I Mas-sebħ filgħodu—malli nistenbaħ O Ġesù tiegħi—titniehed qalbi Lilek xemx tagħha—max-xewqat tiegħi U mal-affetti—ntennilek talbi;

O Xemx divina—Ejja u bir-raġġi Ta’ dawl u sħana—tant dlamijiet Minn ruħi tajjar —u b’nar ta’ mħabba Qalbi naddafli—minn tant ħtijiet!

II F’nofsinhar Lilek —qalbi titniehed Għax Int l-għajxien —u l-ħajja tagħha, Qrib tiegħek fl-Ostja—ta’ qalbi nsib Kulma naħtieġ —ta’ qawwa u saħħa: Ejja Ġesù —xemx kollok dija, F’ġardin ta’ fjuri—qalbi biddilli, Li ta’ qdusija—ma’ kull virtù, Li jogħġbu Lilek —kull frott jagħmilli...

MONS. LWIĠI VELLA

This article is from: