in-Nota Settembru 2024

Page 1


Il-kor tal-Għaqda flimkien ma’ Mro Mons. Marco Frisina u Mro James Chappel wara l-kunċert mużikali filKatidral Metropolitan tal-Mdina nhar is-Sibt 4 ta’ Novembru mal-banda ‘La Valette’, f’wieħed mill-kunċerti mużikali li saru fl-okkażżjoni tal-150 sena mit-twaqqif tas-Societa Filarmonica Nazionale La Valette tal-Belt

Bambina

Orkestrali

Telephone: 27521970

Mobile: 79521970

Email: info@choirandorchestra.org

Website: www.choirandorchestra.org

Bord Editorjali:

Qari tal-Provi: David Muscat Disinn tal-fuljett: Francesca Vella Ritratt tal-qoxra: George Fenech - Detail of Bozzetto for Mural, Oil on panel. 1988

Stampat: A & M Printing, Qala, Gozo

Ħidma bil-Għaqal li tagħti l-Frott Mixtieq

Insellmu lil kull min qiegħed jaqra dan l-artiklu u l-fuljett ‘In-Nota’ ippubblikat mill-Għaqda Korali u Orkestrali

Maria Bambina f’dawn il-ġranet sbieħ tal-festa ta’ Marija Bambina. Nirringrazzjaw ukoll lil kull min ikkontribwixxa b’xi mod jew ieħor biex issir din il-pubblikazzjoni, kemm lill-kittieba, kif ukoll lil numru sabiħ ta’ kumpaniji jew persuni individwali li jgħinuna finanzjarjament bir-riklami li jogħġobhom jirriklamaw. Żgur li mingħajr din l-għajnuna, ikun ferm diffiċli biex nippubblikaw din il-pubblikazzjoni li għandha l-ispejjeż tagħha. ‘In-Nota’ sservi bħala sors ta’ storja kemm tal-għaqda tagħna kif ukoll tal-Mellieħa b’mod ġenerali.

Ħidma Mużikali mill-Kor u Orkestra Maria Bambina

Kienet sena ta’ ħidma kontinwa f’diversi aspetti. L-importanza prinċipali tibqa’ l-mużika. Il-kor u l-orkestra taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Michael Bonanno onoraw is-servizzi mużikali kemm fil-Knisja Arċipretali tal-Mellieħa, kif ukoll b’kunċerti mużikali oħrajn li kellna matul is-sena. Ta’ min isemmi l-kunċerti mużikali li l-kor kien involut nhar is-Sibt 4 ta’ Novembru fil-Katidral tal-Imdina fejn flimkien mal-Filarmonika Nazzjonali ‘La Valette’ tal-Belt bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet f’għeluq il-150 sena mit-twaqqif tas-soċjeta`, ħa sehem taħt iddirezzjoni mużikali ta’ Monsinjur Mro Marco Frisina. Ftit ġranet wara, reġa’ kellna x-xorti li nkunu preżenti f’katidral ieħor importanti, din id-darba dak ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta waqt purċissjoni bil-Bambin Ġesu` fiż-żmien tal-Milied. Insemmu wkoll il-kunċert mużikali fil-Knisja Arċipretali tal-Mellieħa fiż-żmien tar-Randan bl-isem ta’ ‘Re Dei Re’ li ntlaqa’ tajjeb ħafna. Kellna wkoll il-festival tal-kuntrabaxx, fejn rajna studenti u għalliema ġejjin mid-dinja kollha jiltaqgħu fid-Dar talGħaqda tagħna biex għamilna erbat ijiem ta’ taħriġ serju u kunċerti mużikali. Fuq stedina tal-Parroċċa tal-Mellieħa, erġajna tellajna r-rianimazzjoni ‘Fik Temgħu Missirijietna, Temgħu u Inti Ħlistom’. Dan id-dramm mużiko-letterarju, huwa kitba u riċerka tas-Sur David Muscat li reġa ħa l-ħajja permezz tal-mużika mill-kor u orkestra, u millatturi lebsin ilbies tal-epoka, fl-okkażjoni tal-125 sena anniversarju mill-inkurunazzjoni tal-Madonna tal-Mellieħa.

Messaġġ mill-Kumitat

Din is-sena kellna bidla fit-tmexxija tal-kor fejn wara r-riżenja għal raġunijiet personali tas-Soprano Susanne Bonello, kellna l-bidu tal-ħidma tas-Soprano Patricia Borġ. Filwaqt li nirringrazzjaw lil Susanne tax-xogħol kollu li għamlet mal-kor, inħarsu ‘l quddiem għal iktar ħidma tagħha fil-kumitat, u fit-tagħlim mal-istudenti. Lil Patricia nawgurawlha l-ħidma t-tajba u nwegħduha kull sapport min-naħa tagħna.

It-Tagħlim Mużikali u l-Attivitajiet Soċjali

It-tagħlim fl-għaqda tagħna jibqa’ pilastru ieħor li jeħtieġ attenzjoni kontinwa. Għalhekk filwaqt li rajna li jkollna l-aħjar għalliema possibbli għat-tfal tagħna, insegwu b’attenzjoni l-iżvilupp mużikali tat-tfal tagħna. Minbarra t-tagħlim b’mod individwali tal-prattika u t-teorija li jsiru matul is-sena kollha, naraw li norganizzawhom b’mod li jkunu jistgħu jesperjenzaw il-mużika flimkien fi grupp. Dan jista’ jsir permezz tal-kor tat-tfal li qiegħed jitmexxa minn Elisa Debono u permezz ta’ ‘Orchestral Ensemble’ li qiegħed jitmexxa minn Michela Schembri. Dawn huma gruppi importanti ħafna li jlaqqgħu tfal u studenti tal-etajiet bejn sitta u madwar sittax –il sena, fejn ikollhom l-ewwel esperjenzi mużikali tagħhom flimkien ma’ ħaddieħor. Fil-fatt nhar il-Ħadd, 28 t’April waqt l-inawgurazzjoni tal-proġett tal-ħadid tat-taraġ li jwassal sas-sala prinċipali, kellna ċ-ċans nisimgħu siltiet mużikali minn dawn iż-żewġ gruppi. Qegħdin ngħixu f’soċjeta` individwalista ħafna. Għalhekk nemmnu bis-sħiħ flimportanza li naħdmu flimkien bħala tim. Importanti li nibdew miċ-ċokon inrawmu din il-kultura.

It-tagħlim u s-servizzi mużikali huma importanti ħafna. Pero`, daqstant ieħor huma importanti l-attivitajiet soċjali li jiġu organizzati matul is-sena. Kellna diversi attivitajiet immirati għat-tfal bħall-festin tal-karnival u fi Ġnien ilQigħan tal-Mellieħa, kif ukoll ikliet li saru fix-xhur t’April u Awwissu viċin il-festa għall-membri iktar kbar fl-eta`. Il-mod ta’ kif niltaqgħu bejnietna qed isir dejjem iktar diffiċli f’ħajja mgħaġġla ta’ kuljum, li ftit li xejn tagħtina ċans nieqfu u nieħdu l-mistrieħ tagħna. Għalhekk huwa importanti li dawn l-attivitajiet jibqgħu jsiru għax jgħinuna nibqgħu viċin tan-nies, filwaqt li niltaqgħu bejnietna f’ambjent rilassanti.

Il-kor u l-orkestra waqt il-programm annwali tal-1 ta’ Settembru 2023

Awguri lill-Kunsill Lokali l-Ġdid tal-Mellieħa

Din is-sena wkoll fil-Mellieħa, għaddejna minn eżerċizzju t’elezzjoni fuq livell lokali kif sar fi bliet u rħula oħra madwar Malta u Għawdex. Bi preparazzjoni għal din l-elezzjoni, iltqajna ma’ diversi kandidati ta’ partiti differenti u indipendenti fejn qsamna l-ideat tagħna, kemm li jolqtu lilna b’mod dirett, kif ukoll lill-Mellieħa b’mod ġenerali. Nieħdu l-okkażjoni biex nirringrazzjaw lill-kunsill lokali mmexxi mill-ex sindku, is-Sur Dario Vella tal-koperazzjoni li dejjem sibna mingħandu, filwaqt li nawguraw il-ħidma t-tajba lill-kunsill lokali l-ġdid taħt il-gwida tas-sindku, is-Sur Gabriel Micallef. Bħala Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina, dejjem kellna relazzjoni tajba mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u hekk bi ħsiebna nibqgħu naħdmu f’kordjalita` li tħalli l-ġid mużikali u kulturali fil-lokalita` tagħna.

Għoxrin Sena mill-ftuħ tax-Xelters tat-Tieni

Gwerra Dinjija

Din is-sena qegħdin infakkru wkoll l-għoxrin sena minn meta l-għaqda tagħna fetħet mill-ġdid għall-pubbliku u bdiet tieħu ħsieb l-immaniġġjar tax-Xelters tat-Tieni

Gwerra Dinjija li jinsabu taħt il-Pjazza tal-Mellieħa. Din kienet storja ta’ suċċess kbir għall-għaqda tagħna, fejn sal-lum dan is-sit għadu meqjus bħala wieħed mill-iktar postijiet interessanti li għandek iżżur f’Malta skont is-sit popolari ‘Trip Advisor’. Hawnhekk żgur li rridu nsemmu lis-Sur Ġanni Debono li ta’ disgħin sena għadu jiftaħ ixxelters u jilqa’ lil kull min iżur dan is-sit storiku importanti. Żgur li Ġanni huwa eżempju ta’ kif għandek tibqa’ attiv fil-komunita` u tagħmel il-ġid sakemm tista’. Tajjeb ngħidu li Ġanni għadu attiv ukoll fil-kor tal-għaqda. Nawgurawlu iktar ħidma b’risq l-għaqda tagħna u l-komunita` kollha Melleħija.

Proġetti fid-Dar tal-Għaqda

Biex din il-ħidma kollha tkun ikkordinata bl-aħjar mod possibbli, bqajna ninvestu fid-Dar tal-Għaqda tagħna li għandna fi Triq il-Parroċċa. Din is-sena tlesta l-proġett tal-ħadid tat-taraġ li jwassal għassala prinċipali. Dan kien xogħol sabiħ maħdum mis-Sur Stephen Sammut, grazzi għall-fondi li ħadna mill-fondi Ewropej ‘Leader’ u mmaniġġjat

mill-Majjistral Action Group Foundation. Kellna wkoll l-installazzjoni tal-pannelli fotovoltajiċi fuq il-bejt tad-Dar tal-Għaqda, grazzi għall-iskema li ħarġet mill-Aġenzija għall-Enerġija u Ilma (EWA). Kommessi li fil-ġranet u x-xhur li ġejjin inkomplu naraw titjib u iktar investimenti fid-Dar tal-Għaqda biex tkun attrezzata għall-membri u l-pubbliku blaħjar mod possibbli.

Awguri Fr Karl

Kif kien xieraq ukoll, permezz tal-kor u orkestra, ħadna sehem fil-‘Prima Messa’ ta’ Fr Karl Andrew Schembri li ġiet iċċelebrata nhar il-Ġimgħa, 12 ta’ Lulju fil-Knisja Arċipretali tal-Mellieħa. Huwa t’unur li minn fostna laħaq qassis ġdid. Filwaqt li nawgurawlu, inwegħduh is-sapport u t-talb tagħna.

Konklużjoni

Permezz ta’ dan l-editorjal stajna nsemmu ftit mill-ħafna xogħol li sar matul din is-sena. Inħeġġukom tkomplu taqraw dan il-fuljett ħalli tkunu tistgħu ssibu iktar dettalji u informazzjoni dwar il-ħidma li saret matul din is-sena.

Dan ix-xogħol kollu jkun jista’ jsir grazzi għal numru ta’ nies li jiddedikaw ħinhom għal din il-ħidma volontarja, li kif rajna tibqa’ għaddejja matul is-sena kollha. Bħala għaqda kuntenti li għandna grupp ta’ nies dedikati, li kapaċi jqumu għall-okkażjoni, ixammru l-kmiem u jagħmlu dak li jeħtieġ isir. Impossibbli jissemmew in-nies kollha involuti, imma żgur li l-kumitat tal-għaqda mmexxi millPresident, is-Sur Joseph DeBono għandhom mertu ta’ dan ix-xogħol li qiegħed jissarraf f’ġid mużikali u kulturali kbir. Perfetti m’aħniex, imma l-intenzjoni u d-dedikazzjoni ta’ dawn in-nies involuti hija li nibnu fuq it-tajjeb li sar, filwaqt li nirranġaw fejn seta’ sar aħjar. Inħeġġukom biex tkomplu tagħtuna s-sapport b’kull mod possibbli, kemm jekk finanzjarju kif ukoll morali. Bi ftit għajnuna m’għand kulħadd inkunu nistgħu nagħmlu iktar ġid permezz ta’ din l-għaqda mużikali unika li teżisti f’pajjiżna.

Il-Kumitat

A message from the President

The Importance of Culture and Music in our Society

As we move forward, we are reminded of all the extraordinary events over the years that have shaped our Society to what we have become today. We are also reminded of the many members who during this time have given their service so that our organisation could flourish and take its place as a unique entity dedicated in the advancement of music especially in the choral and orchestral field. It is well and fitting to remember the members and benefactors who are no longer with us but who still hold an important place in our memories in recognition of their work and dedication.

We have always given importance to music education and to giving opportunities for members to excel in their respective fields. Students are prepared by their tutors so that every six months a special concert is organised for them to perform infront of their families and other members so that they become accustomed and experienced in performing to an audience. After this they are encouraged to join the Orchestral Ensemble headed by Michela Schembri and also the Children’s Choir lead by Elisa De Bono so that from this experience, they may later take their place in the Main Choir and Orchestra of which Mro Michael Bonnano is the musical director and is being helped by Soprano Patricia Borg who prepares and is responsible of the choir. This together with certification by the Associated Board of the Royal Schools of Music and also with activities organised by our Society gives our members a good platform for them to continue in their musical studies.

Not only are we responsible of the music during the main church functions and concerts during the year, we also keep our appointment for our annual 1st September programme in the church square during our town’s feast. This year Choir and Orchestra were invited, by the church organising committee, together with period costumes to re enact the history of our Mellieha Sanctuary regarding

one hundred and twenty-five anniversary of the incarnation of the alfresco painting in the same sanctuary.

All this organisation is not possible without the infrastructure needed to organise a building needed to look forward into the future. The committee together with the different sub groups have worked hard over the years for this Society to have its own premises, not only in a strategic endeavour and decoration but also as a functioning place for members and others alike to meet, study and socialise in a safe, positive atmosphere. One also must acknowledge funds that are allocated by the Central Government and the European Union together with our dedicated team responsible of applying and monitoring the work from such funds. We are committed to keep working on these initiatives and wish to thank the many who are dedicating their free time together with our benefactors in help making these projects possible.

This year marks the twentieth year since the opening of the World War 2 shelters to the public. Our Society had been entrusted these shelters in collaboration of the Mellieha Local Council to open, maintain and organise activities related to showcase an important part of Mellieha history. We wish to thank John Debono who this year turns ninety years, has volunteered these past twenty years to explain to visitors his first-hand account of life during the war. Another mention should go out to the Soprano Susanne Bonello who was responsible of the Junior Choir from 2006 to 2018 and the Main Choir from 2013 to 2023. Susanne remains an active member and is a member of the committee. We thank her for her dedication in preparing the chorists these last years a look forward for her input in the many activities we have planned in the future.

All this mentioned above could not be possible without the hard work and dedication of the committee, members, musical director, tutors and all those who in one way or another have contributed to the advancement of our Society. Joseph DeBono

angela theuma

12, Dun Franġisk Sciberras Street, Mellieħa Tel: 2743 2763 Mob: 9988 1467 Revolut: 77063663

Joseph DeBono giving a speech during the Concert of Sacred Music - 10th March 2024

Ngħollu isem il-Mellieħa - Flimkien

Huwa gost u ta’ sodisfazzjon għalija li bħala Sindku tad-Disa’ Kunsill Lokali tal-Mellieħa, permezz tal-ktejjeb tal-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina, qiegħed għall-ewwel darba f’din il-leġiżlatura, inwassal il-messaġġ tiegħi lill-Melliħin kollha fl-okkażjoni tal-festa ta’ Marija Bambina.

L- Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina hija fost ittliet għaqdiet mużikali li għandna fil-Mellieħa li tkattar ittgħalim mużikali fost il-komunita` tagħna. Wieħed jinnota s-sehem attiv tal-għaqda matul is-sena kollha b’servizzi mużikali tal-kor u orkestra fil-festi kbar li jsiru fil-Knisja Arċipretali, programm annwali u inizjattivi edukattivi li jkomplu jsaħħu s-sens ta’ komunita` u kulturali fil-lokalita`

tagħna.

Wieħed għandu jirrikonoxxi li biex għaqda bħal din timxi ‘l quddiem tirrikjedi diriġenti li jaħdmu qatigħ b’viżjoni biex b’għaqal u entużjażmu jixprunaw l-għaqda ‘l quddiem.

Radd ta’ ħajr lill-kumitat, membri fil-kor u orkestra, l-għalliema u s-surmast direttur li joffru l-ħin tagħhom biex irawmu u jġeddu din l-għaqda.

L-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina għandha sehem dirett fl-immaniġġjar tal-kumpless tax-Xelters

tat-Tieni Gwerra Dinjija. Għoxrin sena ta’ volontarjat, impenn u dedikazzjoni li jixraq kull gieħ u ringrazzjament.

Bħala kunsill nirrikonoxxu din il-ħidma sfiqa u l-kontribut f’waħda mis-siti storiċi tagħna u ħarsitna ‘l quddiem biex inkomplu b’din il-kollaborazzjoni.

Bħala Kunsill Lokali Mellieħa hija prijorita` tagħna li flimkien magħkom naħdmu biex mhux biss nattwaw imma nkunu sors t’appoġġ ħalli hekk inkomplu ngħollu isem il-lokalita` tagħna – il-Mellieħa, li tant hi għal qalbna.

Persważ li dan is-sens ta’ koperazzjoni bejn il-kunsill u l-għaqdiet kollha se jkompli jitkattar u jikber fix-xhur u s-snin li ġejjin biex finalment tgawdi l-komunità Melleħija. Lest li, safejn nista’, nibqa’ nagħmel ħilti kollha sabiex nara lill-Mellieħa u dak kollu assoċjat magħha dejjem aħjar.

Persważ li dan huwa l-għan tal-membri tal- Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina ukoll u nirringrazzjakom talli tagħmlu ħilitkom kollha biex tkomplu tmexxu din l-għaqda ’l quddiem.

Jalla bħas-snin ta’ qabel ikollna festa akbar u sabiħa ad unur il-patruna għażiża tagħna Marija Bambina. F’ismi, f’isem sħabi l-kunsilliera u f’isem l-istaff tal-Kunsill Lokali nawguraw lill-membri u l-familji tagħkom kif ukoll lillMelleħin kollha l-festa tajba.

Viva Marija Bambina. Gabriel Micallef

Mhux ħaġa sabiħa li nħobbu u nsebbħu l-festa?

Sena wara sena niċċelebraw il-festi tagħna. Mhux talli hekk, imma talli qisu li kull sena irridu nkabbru l-festa, nagħmlu xi ħaġa ġdida, xi ħaġa aktar mis-snin ta’ qabel. Nistħajjel lil xi wħud isaqsu: x’hemm ħażin f’dan? Mhux ħaġa sabiħa li nkabbru u nsebbħu l-festa? Aktar minn hekk il-festi Maltin ġew dikjarati parti mill-wirt dinji u vetrina mill-isbaħ għat-turisti biex igawdu parti mill-kultura tagħna. Tant huma marbutin mill-qrib malkalendarju ta’ kull sena li nistgħu nqisuhom parti millidentita` tagħna. M’hemm xejn ħażin f’dan jekk kemm -il darba jiġu osservati ċerti linji gwida.

Ejjew inkomplu nżommu fl-ewwel post irraġuni ewlenija tal-festa.

Ir-raġuni tal-festi tagħna hi biex nagħtu ġieħ lillpatrun jew patruna tal-parroċċa tagħna. Il-festa hi prinċiparjament reliġjuża imma peress li aħna bnedmin tad-demm u l-laħam, apparti minn erwieħ spiritwali, allura, matul iż-żminijiet żdiedu elementi umani biex niċċelebraw b’mod sħiħ, ġisem u ruħ. Id-diffikulta` hi li dan l-aħħar qed jiġi injorat minn ħafna l-għan reliġjuż tal-festa. Tista’ tgħid li l-biċċa l-kbira ta’ dawk li jiċċelebraw il-festi ftit li xejn jimpurtahom minn x’qed isir fil-knisja. Żgur li ħafna lanqas biss jindenjaw ruħhom jittawlu l-knisja, aħseb u ara kemm jattendu għaċ-ċelebrazzjonijiet li jsiru u jippruvaw isiru aktar midħla tal-virtujiet tal-patrun/a u jippruvaw jimitawhom biex hekk il-festa sservihom biex jikbru fil-ħajja Nisranija tagħhom, li wara kollox hu l-iskop

ewlieni li aħna bħala Knisja niċċelebraw il-festi tagħna. Dan iwasslek biex issaqsi lilek innifsek: la dan l-iskop qed jintilef daqshekk, għad baqa’ żmien li bħala knisja niċċelebraw dawn il-festi? Lil min ikun qed jorganizzahom jiswewlu ħafna wġigħ ta’ ras, ħela ta’ ħin u ta’ riżorsi li faċli ssib kif tużahom aħjar. Barra minn hekk, min irid igawdi l-element tal-festi ta’ barra - baned, nar u armar - illum m’għadx hemm bżonn jistenna l-festa tal-parroċċa –inħolqu ħafna okkażjonijiet oħra matul is-sena ċivika li qed joffru dawn l-ispettakli. Mhux hekk biss imma sikwit dawn il-festi jispiċċaw okkażjoni għall-abbuż mid-droga, ix-xorb alkaħoliku u l-isfrattu ta’ familji. Mhux talli ma jkabbrux lil dak li jkun fittajjeb, imma talli jkunu l-kawża tal-ħażin.

Ejjew ma nkunux sproporzjonati.

Ejjew ma nkunux sproporzjonati fil-mod kif niċċelebraw għax kull sproporzjon jirredikola dak li nkunu qed nagħmlu. Li tara xi ġenituri jagħmlu party għall-praċett tat-tifel jew tifla qisu t-tieġ tagħhom iwasslek biex titħassar lit-tifel u tirredikola lill-ġenituri. Il-festi ta’ barra splodew b’mod fenominali. Il-festa, li qabel kienet tiġi ċċelebrata fuq tlett ijiem, illum qed tieħu ħmistax, jekk mhux iżjed ukoll. Dan iwassal li kollox isir bi sforz u tqanżiħ. F’diversi parroċċi l-armar, il-banda u n-nar m’għadhomx mod kif in-nies inġenerali tieħu pjaċir imma kif ftit dilettanti jimponu l-ġosti tagħhom fuq ħaddieħor, iridu jew ma jridux. Barra minn hekk is-somom enormi ta’ flus li jintefqu huwa skandaluż fir-raġunament Nisrani quddiem il-fatt li hawn tant u tant nies nieqsa minn dak li hu essenzjali għall-eżistenza tagħhom. Hekk festi suppost bażikament spiritwali jsiru daqqa ta’ ħarta tal-arroganti f’wiċċ min hu fil-bżonn, għax kważi kważi b’inkejja jisparpalja tant f’dak li hu tassew sekondarju.

Ejjew dak li nagħmlu ma nagħmluhx b’pika.

Mhux l-ewwel darba li pika minn dawk li jkunu qed jieħdu sehem twassal għal tilwim u ġlied. Tiġi l-festa u minflok tiswa biex dak li jkun jiltaqa’ u jieħu gost flimkien u forsi wkoll, jekk kien hemm xi nuqqas ta’ ftehim jitranġa flokkażjoni tal-festa, isir eżattament bil-kontra. Bil-Malti ngħidu: “il-piki jaqtgħu l-aptiti”. Altru li hu hekk. Tgħiduli; allura int taħseb li m’għadx baqa’ żmienhom il-festi? Baqa’ żmienhom u kif, għax il-bniedem jeħtieġ il-ħin biex jistrieħ u jieħu pjaċir. Imma bħal kull ħaġa oħra jeħtiġilna li nidderiġuhom aħna mhux inħalluhom jiġru bina huma. Karozza misjuqa tajjeb twasslek bis-sewwa fid-destinazzjoni fejn trid tasal, imma jekk misjuqa ħażin twasslek jew dritt għal ġol-ħajt, jew żaqqek ‘il fuq l-isptar, jew taħt iċ-ċipress taċ-ċimiterju. Ejjew issa, waqt li għadna fiż-żmien, ma nħallux li l-festi tant jitilfu s-sens tagħhom li jispiċċaw biex imutu mewta naturali jew jiġu mwaqqfa imma nibżgħu għalihom u niddireġuhom sewwa ħalli nkunu nistgħu nibqgħu ngawduhom għal ħafna aktar. Il-festa t-tajba. Dun Joe Caruana

L-Arċipriet Dun Joe Caruana b’diskors waqt il-kunċert ta’ mużika sagra - 10 ta’ Marzu 2024

Insellem lil kull min qiegħed jaqra dan il-fuljett li jiġi ppubblikat mill-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina. Kif nagħmlu ta’ kull sena, bħala surmast direttur ta’ din l-għaqda niġi mitlub biex nikteb kelmtejn fuq il-ħidma mużikali li tkun saret matul is-sena kollha. B’sodisfazzjon kbir nista’ ngħid li kienet sena mimlija attivita` li ma waqfet xejn.

Kif għaddiet il-festa tal-Vitorja 2023, mill-ewwel ippreparajna għas-servizzi mużikali tal-quddies li jkollna fil-festa tal-Madonna tal-Mellieħa nhar il-Ħadd 24 ta’ Settembru u tal-Madonna tar-Rużarju, nhar il-Ħadd 29 t’Ottubru. Bejn il-Ħamis 19 u l-Ħadd 22 t’Ottubru ġie organizzat il-‘Malta International Double Bass Festival 2023’. Dan il-festival kien jinkludi numru ta’ ‘master classes’ tal-kuntrabaxx minn professuri, għalliema u studenti li ġew minn pajjiżi differenti u ltaqgħu fid-dar talgħaqda tagħna. Kienu erbat ijiem verament sbieħ li fihom kellna numru kbir ta’ studenti b’kulturi u lingwi differenti, inkluż membri u studenti tagħna. Dawn ilkoll flimkien qasmu l-esperjenzi tagħhom. Il-Ħadd 29 t’Ottubru għalaqna dan il-festival b’kunċert minn dawn l-istudenti bħala solisti, u l-għalliema, flimkien mal-orkestra taħt iddirezzjoni mużikali tiegħi fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-mużika magħżula kienet naturalment adattata biex tħalli dan l-istrument jispikka b’numru sabiħ ta’ solisti. Daqqejna l-kunċert magħruf ‘Fantasia sulla Sonnambula’ ta’ Giovanni Bottesini, fost oħrajn.

Ftit ġranet wara dan il-festival, kellna esperjenza sabiħa oħra meta l-kor tagħna ħa sehem fl-attivitajiet ta’ ċelebrazzjoni mill-150 sena anniversarju mit-twaqqif tas-Societa` Filarmonika Nazzjonali ‘La Valette’ tal-Belt. Is-Sibt 4 ta’ Novembru 2023 fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl tal-Imdina, sar il-kunċert ‘Il-Valur tal-Mużika fil-Liturġija’ fejn il-banda ‘La Valette’ u l-kor tagħna Maria Bambina, taħt id-direzzjoni ta’ Mons. Marco Frisina u Mro James Chappell (assistent surmast tal-banda La Valette) eżegwejna programm mużikali bil-mużika kompożizzjoni ta’ Mons. Marco Frisina. Mons. Marco Frisina huwa monsinjur u kompożitur Taljan fil-Vatikan ta’ fama kbira, li matul is-snin kiteb diversi kompożizzjonijiet magħrufa għall-korijiet u orkestri, u anki għal films b’temi reliġjużi. Żgur li din se tibqa’ mfakkra bħala esperjenza mill-isbaħ għall-għaqda tagħna.

Kif jibda joqrob il-Milied, ma jistax jonqos li jkollna diversi kunċerti mużikali maħsuba għal dan iż-żmien. Żorna d-dar tal-anzjani ta’ Casa Antonia f’Ħal Balzan u l-lukanda Riviera tal-Marfa. Ħadna sehem waqt l-attivitajiet talMilied Mellieħi organizzati mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u fil-Belt Valletta, fejn reġgħet saret il-purċissjoni bilBambin Ġesu` filwaqt li l-kor tagħna kanta għanjiet talMilied fil-Katidral ta’ San Ġwann waqt l-istess okkażjoni. Għal dawn l-attivitajiet, id-direzzjoni mużikali kienet tas-Sopran Susanne Bonello. Naturalment kif ilu jsir millbidu nett tat-twaqqif tal-għaqda fl-1947, nieħdu ħsieb il-mużika fil-quddiesa solenni ta’ lejlet il-Milied fil-Knisja Arċipretali ta’ Maria Bambina.

Matul din is-sena wkoll kellna bidla fit-tmexxija talkor prinċipali, għax għal raġunjiet personali, is-Sinjura Susanne Bonello xtaqet li ma tibqax tieħu ħsieb il-kor. Jien nixtieq nirringrazzjaha pubblikament tax-xogħol tajjeb li għamlet f’dawn is-snin kollha li ħadet ħsieb il-kor, filwaqt li nawguralha iktar ħidma f’karigi oħra. Fil-fatt għadha tifforma parti mill-kumitat tal-għaqda u għalliema tat-teorija mal-istudenti tal-għaqda. L-għażla ta’ direttriċi ġdida tal-kor waqgħet fuq is-Sinjura Patricia Borġ. Dik għalkemm hi Għawdxija, nistgħu ngħidu li integrat sewwa fil-Mellieħa u żgur mhix wiċċ ġdid għall-għaqda tagħna għax ħadet sehem diversi drabi kemm bħala solista u anki mal-kor tagħna. Fil-fatt nista’ ngħid li bħala surmast direttur, mill-ewwel bdejna naħdmu fuq diversi attivitajiet mużikali li għamilna matul is-sena u dejjem ilħaqna s-suċċess mixtieq. Nieħu l-okkażjoni biex pubblikament nawgura lil Patricia kull suċċess f’din il-kariga l-ġdida. Iktar bidliet matul din is-sena seħħew fil-kor tat-tfal fejn issa għandna lil Elisa Marie Debono tieħu ħsieb il-kor tat-tfal. Elisa hija membru tal-orkestra. Ilha għal dawn l-aħħar snin iddoqq il-vjolinċell. F’dan il-kor jiltaqgħu tfal ta’ bejn is-sitta u tnax –il sena. Qegħdin jiltaqgħu nhar ta’ Sibt waranofsinhar. Għandna wkoll lil Michela Schembri, li qiegħda tlaqqa’ grupp żgħir ta’ studenti msejjaħ ‘Orchestral Ensemble’. Dawn qegħdin jitħarrġu fil-prattika tal-mużika flimkien bl-ewwel esperjenza ta’ direzzjoni mużikali. Dan il-grupp flimkien semmgħalna l-ewwel noti tiegħu nhar il-Ħadd 28 t’April fl-inawgurazzjoni tal-proġett tal-ħadid tat-taraġ. Merħba wkoll lill-għalliema l-ġodda tal-għaqda tagħna, is-sa Therese Cohen l-għalliema talpjanu u s-sa Juliette Zammit, l-għalliema tal-flawt. Bħala

għaqda mużikali kommessi li nibqgħu nagħtu l-priorita` assoluta lill-mużika, it-tagħlim u dak kollu li jrawwem din il-kultura. Għalhekk ġew organizzati diversi ‘recitals concerts’ matul is-sena li fihom it-tfal ikollom iċ-ċans jesponu t-talent mużikali tagħhom quddiem udjenza, jingħataw iċ-ċertifikati tal-eżamijiet li jkunu għamlu, filwaqt li niċċelebraw dan is-suċċess flimkien, f’atmosfera ta’ familja waħda mużikali.

Kunċert mużikali ieħor li tellajna fil-knisja Arċipretali talMellieħa kien dak li għamilna fiż-żmien tar-Randan. Din is-sena tajnieh l-isem ‘Re Dei Re’ peress li silta prinċipali li daqqejna kienet mill-film ‘King of Kings’, mużika ta’ Miklos Rozsa. F’dan il-kunċert ħadu s-sehem is-solisti Patricia Borg u Florence Aquilina bħala soprano, Michela Schembri bil-klarinett, kor ippreparat tajjeb, fejn kellna diversi siltiet bi tlieta u erba’ vuċijiet flimkien mal-orkestra. Biex nidħlu iktar fl-atmosfera tal-programm kellna ħsibijiet miktubin mis-Sur Jonathan Sammut. Kien kunċert li verament intlaqa’ tajjeb minn dawk kollha preżenti. Naturalment, ħadna sehem ukoll fil-funzjonijiet prinċipali tal-knisja tal-Mellieħa fosthom is-Sibt 30 ta’ Marzu fil-viġili tal-Għid il-Kbir, il-Ħadd, 5 ta’ Mejju, festa ta’ San Ġużepp u l-Ħadd, 2 ta’ Ġunju, festa ta’ Corpus.

Din is-sena wkoll kellna l-ewwel ġimagħtejn ta’ Lulju verament impenjattivi. Ġejna mistiedna mill-kumitat responsabbli mill-attivitajiet biex ifakkru l-125 sena mill-inkurunazzjoni tal-Madonna tal-Mellieħa biex bħala Għaqda nagħmlu r-rianimazzjoni tal-produzzjoni ‘Fik Temgħu Missirijietna, Temgħu u Inti Ħlistom’. Din l-akkademja mużiko-letterarja hija kitba u riċerka tas-Sur David Muscat, kor u orkestra taħt id-direzzjoni mużikali tiegħi u fiha ħadu sehem bosta atturi lebsin ilbies talepoka. Imbagħad l-għada, l-Ħadd, 7 ta’ Lulju ħadna sehem fil-quddiesa solenni ċċelebrata mill-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles J. Scicluna. Dan il-pontifikal wassal għall-għeluq ta’ dawn il-festi relatati ma’ dan l-anniversarju tant għal qalbna l-Melleħin. Kien bixxieraq ukoll li nieħdu sehem fil-Prima Messa ta’ Dun Karl Schembri nhar il-Ġimgħa, 12 ta’ Lulju, meta l-kor u orkestra Maria Bambina, flimkien mal-kor tas-Santwarju Nazzjonali tal-Mellieħa, ippreparat mis-Sur Geoff Thomas, u taħt id-direzzjoni mużikali tiegħi, għamilna quddiesa denja għal din l-okkażjoni. L-aħħar servizz li kellna qabel jibdew l-attivitajiet relatati mal-festa tal-Vitorja kien nhar is-Sibt 27 ta’ Lulju fis-Santwarju tal-Madonna tal-

Mellieħa, fejn bis-sehem tal-kor tagħna għamilna kunċert vokali b’innijiet Marjani li għandna fl-arkivju tagħna. Dan il-kunċert kien parti mill-attivitajiet tal-Iljieli Melleħin organizzati mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.

Kif qegħdin taraw, kellna sena mimlija daqs bajda b’attivitajiet mużikali li jagħmlu unur lil kull min jieħu sehem fihom. Minn issa ‘l quddiem nitfgħu l-enerġija tagħna kollha fuq l-attivitajiet relatati mal-festa tal-patruna tagħna Marija Bambina. Żgur li dan kollu ma setax isir mingħajr l-għajnuna tal-membri tal-kumitat immexxija mill-President tal-għaqda, is-Sur Joseph DeBono, iddirettriċi tal-kor, is-Sinjura Patricia Borġ, l-għalliema kollha, il-membri tal-kor u orkestra, bosta ħbieb u żgur mhux l-inqas il-familja tiegħi tas-sapport li nsib f’dak kollu li nagħmel. Għalhekk nagħlaq billi nirringrazzja lil kulħadd ta’ din il-ħidma mużikali li tant qiegħda tagħti frott mużikali u kulturali, filwaqt li nawgura lilkom u lill-familji tagħkom il-festa t-tajba!

Viva Marija Bambina!

Mro Michael Bonanno

Mro Michael Bonanno jidderieġi l-kor u l-orkestra waqt il-kunċert ta’ mużika sagra - 10 ta’ Marzu 2024

Choir participation is not just about singing.

Choir participation is more than just singing; it’s a transformative experience that enriches lives in numerous ways. Whether in school, community, or professional settings, joining a choir offers a myriad of benefits that extend far beyond the realm of music itself.

I’ve been singing since I was just three years old, starting with the Magnificat Parish Choir in Qala, and I’ve continued ever since. Throughout the years, I’ve had incredible opportunities both locally and abroad with various organizations. Before relocating to Mellieħa, I had the honour of performing with the Choral and Orchestral Society Maria Bambina on several occasions, namely the annual 1st September programme and the annual Christmas concert. I never expected to discover such a fantastic community of music enthusiasts who devote so much of their time and work to this society.

At the start of the year, I was profoundly grateful when Mro Michael Bonanno and President Mr Joseph DeBono invited me to take over the choir’s direction. I succeeded Ms. Susanne Bonello, who has done remarkable work with the choir over the past years.

In recent months, we’ve held weekly rehearsals to prepare for various events, including the sacred music concert “Re Dei Re” by the Choral and Orchestral Society Maria Bambina, held at Mellieħa Parish Church on March 10, 2024. We also prepared for the Vigil Mass on March 30, the Mass on May 5, which celebrated Workers’ Day, and Corpus Christi on June 2.

We then focused our energy on three major events within a single week. On July 6, 2024, Choral and Orchestral Society Maria Bambina, under Mro Michael Bonanno’s direction, presented “Fik Ittamaw Missirijietna, Ittamaw u Inti Ħlisthom,” a reenactment of key events from the Sanctuary’s history. This was staged in the Sanctuary courtyard to mark the 125th Anniversary of Our Lady of Mellieħa’s Coronation, organized by the anniversary committee.

The following day, July 7, 2024, the celebrations

Director

culminated with a Pontifical Mass in the Sanctuary courtyard, officiated by Archbishop Charles J. Scicluna.

The Maria Bambina Choir and Orchestra, also under Mro Bonanno’s direction, enhanced the mass with the performance of Mro Giuseppe Caruana’s compositions and other hymns.

On July 12, 2024, we participated in the ‘Prima Messa’ of Rev. Karl Andrew Schembri at Mellieħa Parish. Our choir joined forces with the choir of the National Sanctuary of Our Lady of Mellieħa, which is under the direction of Mr. Geoffrey Thomas. It was a special moment for our society to be part of this unique occasion. We extend our best wishes to Dun Karl Andrew Schembri for his priesthood.

As part of the “Mellieħa Nights” organized by the Mellieħa Local Council, the ‘Maria Bambina’ choir presented a concert on July 27th at the Sanctuary of Our Lady of Mellieħa.

We are now focusing on preparing for the upcoming village feast events, including the mass and the annual concert on September 1st. We encourage you to attend and support us!

I want to extend my heartfelt thanks to all our choral members and their families. Your dedication and hard work are truly invaluable, and we deeply appreciate the time and effort you contribute. Your support makes a significant difference, and we couldn’t achieve our goals without you.

In essence, choir participation is not just about singing in harmony; it’s about harmonizing one’s life with the benefits that music and community bring. Whether you’re a seasoned vocalist or someone exploring their musical potential, joining a choir can be a transformative journey of personal growth, social connection, and artistic fulfillment. Embrace the opportunity to enrich your life through the power of choir participation and discover the harmony it brings beyond the notes and lyrics. If you’re interested in joining, please contact me or any other members of society. We’d love it if you would join us!

Happy Feast! Patricia Borg

Choir Director Soprano Patricia Borg during a vocal concert at the Sanctuary of Our Lady of Mellieħa - 27th July 2024
The choir at the Concert of Sacred Music - 10th March 2024

Junior Orchestral Ensemble u Junior Choir

Fit-28 ta’ April fl-okkażjoni tal-inawgurazzjoni tal-proġett

‘Developing and Preserving the Musical and Cultural Heritage within a Traditional Rural Majjistral Architectural Space’, il-Junior Orchestral Ensemble għamlu d-debutt tagħhom taħt it-tmexxija tas-Sinjorina Michaela Schembri.

Il-Junior Orchestral Ensemble huwa magħmul minn studenti li qegħdin jitgħallmu l-istrument fil-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina, bejn il-livell ta’ grad 2 u 4. L-għan ta’ din il-pjattaforma hi li tagħti opportunità lill-istudenti sabiex japplikaw it-tagħlim tal-istrument tagħhom f’kunċett orkestrali, kif ukoll f’kunċett ta’ komunità mużikali. Apparti li jdoqqu flimkien, il-Junior Orchestral Ensemble jkollhom ukoll kollaborazzjonijiet mal-Junior Choir tal-istess għaqda, taħt it-tmexxija tasSinjorina Elisa Debono.

Bħalissa, il-Junior Orchestral Ensemble u l-Junior Choir, qegħdin jiltaqgħu kull ġimgħa sabiex jitgħallmu l-mużika flimkien u jibnu repertorju biex ‘il quddiem ikollhom opportunità li jagħtu sehemhom fil-komunità Melleħija u madwar Malta u Għawdex.

Biex ikun hemm koordinazzjoni tajba bejn il-Junior Orchestral Ensemble u l-Junior Choir, ġie fdat f’idejja

l-irwol ta’ Koordinatur ta’ dawn iż-żewġ gruppi fl-għaqda tagħna. L-għan ta’ dan l-irwol huwa li nagħti sapport lid-diretturi, l-istudenti u l-koristi tal-Junior Orchestral Ensemble u tal-Junior Choir u li nżomm komunikazzjoni bejn l-għalliema ta’ dawn l-istudenti, il-koristi u bejn iddiretturi. Huwa fil-ħsieb li norganizzaw iżjed attivitajiet sabiex l-istudenti u l-koristi tal-għaqda jieħdu pjaċir flimkien b’mod informali u kif ukoll nagħmlulhom kuraġġ biex jibnu ħiliet u valuri tajba.

Florence Aquilina, Koordinatur

Kunċert Mużikali - Mons. Marco Frisina

Nhar is-Sibt 4 ta’ Novembru 2023, il-kor tal-għaqda tagħna ħa sehem f’kunċert mużikali bl-isem ta’ ‘Il-Valur tal-Mużika fil-Liturġija’ flimkien mal-banda tas-Societa` Filarmonica Nazionale La Valette - A.D. 1874 f’għeluq il150 sena mit-twaqqif tal-istess società f’kunċert ġewwa l-katidral ta’ San Pawl l-Imdina, taħt id-direzzjoni mużikali ta’ Mons. Marco Frisina u Mro James Chappell (assistent Surmast tal-banda La Valette).

Fost is-siltiet li ġew eżegwiti mill-kor insibu s-siltiet ‘Chi ci separera’, ‘Preferisco il-Paradiso’, ‘Inno al Omnipotenza di Dio’ u ‘O Signore Nostro Dio’ tal-kompożitur Mons. Marco Frisina stess. Il-kor interpreta wkoll is-silta ‘Ascendat ad te Domine’ ta’ Mro James Chappell.

Filwaqt li nirringrazzjaw lill-kumitat tas-Societa` Filarmonica Nazionale La Valette - A.D. 1874 tal-fiduċja li wrew fil-kor tal-għaqda tagħna, nieħdu l-opportunità biex nirringrazzjaw lill-koristi kollha li ħadu sehem u lill-ex direttriċi tal-kor Susanne Bonello li mexxiet il-provi tal-kant.

L-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina tawgura lis-Societa` Filarmonica Nazionale La Valette - A.D. 1874 kull suċċess f’għeluq dan l-anniversarju mit-twaqqif tas-societa`, filwaqt li nħarsu ‘l quddiem għal iktar koperazzjoni bejnietna fiż-żmien li ġej.

Adrian Sammut, Segretarju

Din is-sena, jaħbat l-għoxrin anniversarju mill-ftuħ uffiċjali tax-xelters tat-Tieni Gwerra Dinjija, liema xelters jibdew minn ħdejn il-bieb prinċipali tas-Santwarju fi Triq l-Inkurunazzjoni u jibqgħu sejrin sa Triq l-Isqof Pace, kantuniera ma’ Triq Ġorġ Borg Olivier.

Dawn ix-xelters kienu tqattgħu fil-blat minn baqquniera ta’ dak iż-żmien. Ix-xogħol sar kollu bl-idejn, bla makkinarju u b’sengħa liema bħalha. Ix-xelters huma magħmula minn kurituri wisgħin u twal, li matulhom hemm diversi kmamar li kienu jservu bħala rifuġju mill-ħbit mill-ajru tal-għadu, kemm għall-Melleħin kif ukoll għal refuġjati oħra, li dak iż-żmien kienet laqgħet il-Mellieħa. Ta’ min isemmi wkoll, li tul ix-xelters, wieħed isib ammont ta’ bokok li kienu jservu ta’ dħul u ħruġ.

Matul is-snin, dawn ix-xelters ġew irranġati biex ikunu attrazzjoni turistika fil-Mellieħa. Dan il-post seta’ reġa’ jinstab użu sostenibbli għalih permezz ta’ ftehim li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għoġbu jiffirma mal-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina. L-użu prinċipali huwa dak ta’ post turistiku, fejn l-istess turist ikun jista’ jifhem u jesperjenza kif il-poplu Malti kien jgħix fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, u minn liema tbatijiet għadda.

Dawn ix-xelters illum jintużaw ukoll għal skopijiet edukattivi, pereżempju meta gruppi ta’ studenti u anzjani jżuru dan il-post. Matul l-Iljieli Melleħin, attivita` organizzata mill-Kunsill Lokali, l-għaqda tiftaħ b’xejn dawn

ix-xelters għall-pubbliku.

Wieħed ma jistax ma jsemmix l-użu ta’ dawn ix-xelters biex jinġibdu xeni li eventwalment ikunu parti minn xi programm televiżiv jew film, fi produzzjonijiet kemm lokali kif ukoll barranin.

F’dawn l-aħħar snin saru żewġ investimenti maġġuri. L-ewwel investiment sostanzjali kien dak fejn issistema tal-awdjo ġiet mibdula għal waħda tal-aħħar ġenerazzjoni, kif jixraq lil dan il-post. Ma’ din is-sistema tqiegħed projector li juri filmat informattiv dwar it-Tieni Gwerra Dinjija. Dan l-investiment sar grazzi għat-talba li għoġbu jilqa’ l-Onorevoli Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika, Clayton Bartolo.

Investiment ieħor kien fit-twaħħil u l-provista ta’ diversi biċċiet ta’ għamara tal-injam, fosthom antiporta, reception desk, display unit u armarju għall-apparat elettroniku. Dan kollu sar permezz ta’ fondi mill-Corporate Social Responsibility (CSR) tal-Industrial Innovative Solutions Malta Ltd. (INDIS), liema entita` taqa’ taħt id-dekasteru tal-Onorevoli Ministru għall-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri.

Il-ftuħ regolari ta’ dawn ix-xelters matul dawn l-aħħar għoxrin sena ma setax ikun possibbli mingħajr l-għajnuna kontinwa b’mod volontarju tas-Sur John Debono (Ġanni Boroż). Is-soċjeta` tixtieq tesprimi l-gratitudni tagħha lejn dan il-membru attiv. Perit Joseph Attard, Direttur

Intervista ma’ Ġanni Debono

Min hu Ġanni Debono, fejn twelidt, kemm għandek żmien u x’tiftakar fi tfulitek?

Jiena Ġanni Debono, iben Ġużeppi u Mari ta’ Boroż. Twelidt fl-14 ta’ Diċembru 1934 u ta’ erba’ snin bdejt immur l-iskola tas-Sorijiet il-Mellieħa. Niftakar meta kien joqrob il-Milied, ommi kienet tagħtini tliet soldi u s-Soru kienet tagħtina Bambin ġo qoffina. Kien il-ġmiel tiegħu. Għadni niftakar ukoll iż-żewġ talbiet sbieħ ‘Ibda int għinni Alla Maħbub, biex inkun tajjeb, naħrab id-dnub’ u l-oħra ‘U issa isma’ fis talbi nixtieq li tibqa’ dejjem ġo Qalbi.’

Niftakar ħuti flimkien ma’ missieri jiddiskutu l-bidu talOrkestra fl-1947. Ma tantx kienet ħaġa ħafifa dak iżżmien biex tibda xi ħaġa ġdida imma fl-aħħar ftiehmu. Meta bdiet l-Orkestra, jien kelli tlettax-il sena. L-ewwel provi kienu fil-kmamar tad-duttrina li hemm fil-Bitħa tas-Santwarju (fejn illum il-ġurnata hemm il-Mużew tasSantwarju). Dak iż-żmien kien hemm wieħed u għoxrin membru tal-Orkestra fosthom ħuti Mose`, Dwardu u Karmnu u Leli, li kien fil-kor. Guiseppe Muscat kien isSurmast Direttur. Il-Mellieħa kollha kienet kelma waħdakemm kienet kor u orkestra sabiħa.

X’kien is-sehem tiegħek biex tinxtara d-Dar tal-Għaqda?

Fl-1988, kif ġie lura mill-Awstralja t-tifel tiegħi Joe, bdejna naħsbu biex xi darba jkollna post għall-għaqda, peress li dak iż-żmien konna mmorru c-Ċentru Parrokkjali. Flaħħar, bi ftehim mal-kumitat u l-membri xtrajna post fi Triq il-Parroċċa fejn għandna hemmhekk sal-lum. Fl-2002 xtrajna l-post konġunt fi Triq il-Kappillan Magri.

X’tiftakar fuq programmi imtella’ mill-Għaqda?

Konna bdejna naħsbu biex intellgħu programm fil-Pjazza tal-Parroċċa fi żmien il-Festa tal-Vitorja u fl-1992 bdejna l-ewwel kuncert li kien ta’ suċċess kbir. Bdejna wkoll indaħħlu sorpriża kull sena li kienet tkun mistennija ħafna fejn il-ħsieb tagħha kien ikun f’idejn ibni Joe u kien jinvolvi lil Gejtu Sultana flimkien ma’ ħafna personaġġi oħra. Kont involut ukoll meta ittella’ l-Assedju l-Kbir fl-1995 fil-Pjazza tal-Parroċċa b’mużika ta’ Mro. Carmelo Muscat u kliem ta’ David Muscat u Carmen Caruana. Kien programm li kien jinvolvi madwar 85 persuna u kienet milqugħa ħafna milludjenża preżenti.

It-twaqqigħ u x-xogħol li sar fid-Dar tal-Għaqda

Meta iddecidejna li nwaqqgħu l-parti ta’ fuq tad-Dar tal-Għaqda, konna grupp ta’ madwar sebgħa persuni immexxijin mill-Perit Joseph Attard u kulħadd beda jagħti sehemu – Raymond Debono in-neputi, Gejtu Sultana, Jose’ Fenech, Eddie Debono in-neputi, Charlie Bartolo flimkien ma’ Joe u diversi membri oħra, ħbieb u benefatturi. Domna madwar sitt snin għaddejjin b’dan ix-xogħol. Kull filgħaxija kont issibna hemm nagħtu daqqa t’id. Il-parti li xtrajna fi Triq il-Kappillan Magri sar restawr biex ħallejna l-post fuq l-antik. U dan huwa xħieda talkummenti sbieħ li jgħaddulna kull min jidħol u jara dan il-post li ma tantx għadek tara bħalu.

Is-sehem tiegħek bħala voluntier fix-xelters tat-Tieni Gwerra

Ilni minn Mejju 2004 nagħti l-kontribut tiegħi billi ta kuljum inkun f’dawn ix-xelters nilqa’ diversi turisti u anke maltin fosthom tfal tal-iskola u gruppi oħra li jigu jżuru dawn ixxelters. Ikunu ħafna dawk li jistaqsuni fuqhom u kif kienu jgħixu dak iż-żmien. Jiena ngħidilhom l-esperjenzi tiegħi billi fil-gwerra li bdiet fl-1940 jien kelli sitt snin u niftakar sewwa dawk iż-żminijiet. Huwa ta’ sodisfazzjon għalija li nkun f’dawn ix-xelters u nibqa’ mmur sakemm Alla jagħtini s-saħħa!

J & G Det erg ent Shop

Discount Detergent Store

Monday to Fr iday: 9:00 to 13:00 & 16:00 to 19:00 Saturday: 08:30 to 14:00

X’inhu l-messaġġ tiegħek għall-membri u ż-żgħażagħ?

Jiena li niftakar minn fejn bdiet l-Kor u l-Orkestra, nħeġġeġ speċjalment liż-żgħażagħ biex jibqgħu juru l-interess tagħhom u jew jitgħallmu xi instrument jew jidħlu fil-kor biex din l-Għaqda tibqa’ b’saħħitha bħalma għamilt jien u għadni membru fil-kor. Jiena wkoll għal ħamsa u tletin sena kont ukoll membru fil-Kumitat. Nappella u nerga’ nħeggeg lil min hu interessat biex jagħmel parti minn din l-Għaqda sabiex tibqa’ b’saħħitha biex dak li bdejna aħna jibqgħu igawduh ta’ warajna.

.

Triq it-Tgħam, Mellieħa tel: 21522658 mob: 79057948 CHECK OUT OUR OFFERS! Spend €50 get 6 bottles 2ltr Water OR Spend €100 get 18 bottles 2ltr Water or a €7 voucher

Green Valley Supermarket 5 Triq il-Fortizza, Mellieħa Tel: 21520080 greenvalley.ra@gmail.com

Stone Carver
Viva l-Kor u Orkestra Maria Bambina

Malta International Double Bass Festival

L-għaqda tagħna ħadet sehem b’kollaborazzjoni mal- ‘Malta International Double Bass Festival’ bejn id-19 u t-22 t’ Ottubru li saret fil-Mellieħa.

Bħala parti minn dan il-festival saru ‘master classes’ fis-sede tal-għaqda. F’dawn il-’master classes’ ħadu sehem għalliema u studenti mid-dinja kollha ta’ dan l-istrument importanti tal-orkestra - il-kuntrabaxx,

Il-qofol ta’ dan il-festival intlaħaq nhar is-Sibt 21 t’Ottubru fis-sala taċ-Ċentru Parrokkjali tal-Mellieħa, il-membri talkorda tal-orkestra tal-għaqda akkumpanjaw studenti solisti f’kunċert mużikali, taħt id-direzzjoni tas-surmast Mro Michael Bonanno.

Norganizzaw ikliet għall-gosti ta' kulħadd bħal fenkati bachelors u hens parties, birthdays u okkażjonijiet privati, kif ukoll outside catering Biex tibbukkjaw jew għal aktar informazzjoni, ikkuntattjawna fuq 9929 5415 jew fuq jfsuiga@gmail.com

Christabel Cauchi

Il-Monument ta’ Mons. Dun Mose’ Debono

Ġejt mitlub mill-editur ta’ dan il-ktejjeb biex nikteb kelmtejn dwar il-Monument ta’ Mons. Dun Mose` Debono li nkixef il-Ħamis, 2 ta’ Mejju 2024. Nifhem li l-Kor u Orkestra Maria Bambina b’interess speċjali jfakkru l-memorja ta’ Dun Mose` għax kien wieħed mill-fundaturi tal-għaqda.

Ix-xewqa li jsir monument lil Dun Mose` bdiet ftit wara mewtu, li ġrat il-Ħadd 1 ta’ Mejju 2022. Iltqajna grupp ta’ ex abbatini u ħassejna li jkun xieraq inwaqqfu kumitat ad hoc biex jieħu ħsieb dan il-monument. Il-kumitat kien iffurmat mill-Perit Joseph Attard, Sammy Borg, Joseph Farrugia, Arthur Gauci, Edward Vella, Joseph Vella u Carmen Caruana, segretarja. Ħassejna li nistiednu l-Arċipriet biex ikun mistieden għal-laqghat li konna se nibdew u l-Arċipriet aċċetta mill-qalb magħna, kollha ex abbatini.

L-ewwel laqgħa saret il-Ġimgħa, 27 ta’ Mejju 2022 fid-Dar tal-Arċipriet fis-7.30pm.

Minn din il-laqgħa bdejna naħsbu kif se jkun dan ilmonument u fejn se jsir u dak kollhu neċċesarju, speċjalment l-iffinanzjar biex seta’ jsir.

Bdejna navviċinaw benefatturi f’Malta u anke emigranti u għall-grazzja t’Alla kellna rispons sabiħ. Sar ġbir minn fuq iz-zuntier biex il-poplu kollu seta’ jikkontribwixxi. Anke għaqdiet u soċjetajiet ikkontribwew għal dan il-għan. Saret sejħa pubblika fost l-artisti biex jissottomettu abbozz ta’ kif xtaqna li jkun il-monument tal-bronż. Wara li għalqet id-data ta’ meta kellhom jibagħtu d-dokumenti meħtieġa, ġie magħżul l-artist Stefan Priehyba misSlovakkja, li jgħix Malta. Stefan huwa lettur fl-MCAST, fl-Istitut tal-Arti Kreattiva. Stefan, li ilu Malta 13 -il sena, daħal sew fid-dinja tal-arti f’Malta u f’pajjiżi oħra fl-

Ewropa. Meta qbilna u rajna il-mudell komplut fil-ħanut tiegħu fin-Naxxar bdejna nfittxu funderija fejn isir ixxogħol tal-bronż u bil-għajnuna ta’ Sister Regina Muscat mill- Mellieħa ikkuntattjajna l-Funderija Domus Dei, Ruma l-Italja li hi magħrufa sew għal dan ix-xogħol. Ġie Malta d-direttur tal-funderija, is-Sur Alessandro Cinque u bdejna nikkordinaw ix-xogħol bejn l-iskultur Stefan Priehyba u l-funderija u l-aspetti loġistiċi meħtieġa bħattrasport tal-mudelli minn Malta għall-Italja u wara l-istatwi tal-bronż, meta jkunu lesti eċċ. F’dan iż-żmien komplejna b’attivitajiet ta’ fundraising, pereż. it-tombla kull xahar fiċ-Ċentru Parrokkjali u l-applikazzjoni mal-awtoritajiet kompententi biex ikollna l-permessi meħtieġa.

F’Ottubru tas-sena 2023 kellna l-permessi u anke l-funderija għarrfitna li kienet waslet fil-proċess li tibda x-xogħol tal-bronż. Fil-bidu ta’ Novembru l-kumitat tela’ Ruma u ra l-istatwi lesti biex issir il-kontraforma fuqhom. Tkellimna magħhom dwar ċerti dettalji li ħassejna li jridu jsiru u b’hekk setgħu jibdew ix-xogħol. Għall- grazzja t’Alla, kif għidt, sibna ħafna benefatturi, mhux biss li offew flus imma xogħol u materjal, bħax-xogħol tal-bini kollu, u l-materjal meħtieġ, tikħil, l-apparat tad-dawl u l-installazzjoni, ix-xogħol tal-ħadid tar-railing, it-trasport mill-Italja sal- Mellieħa tal-istatwi tal bronż, u xogħlijiet oħra.

Kien f’Marzu meta l-istatwi waslu l-Mellieħa u tqiegħdu fil-garaxx fejn l-ark Tas-Santwarju, f’April beda x-xogħol tal-irħam u l-bażi ta’ fejn tqieghdu l-istatwi tal-bronż ta’ Mons. Dun Mose` Debono, abbati, u tifla tal-preċett, kollha fihom tifsira mill-ħajja saċerdotali li għadda Dun Mose` għal 66 sena fil-Mellieħa.

Ġiet iffissata d-data tal-Ħamis 2 ta’ Mejju 2023 bi programm li fih inkixef il-Monument ta’ Dun Mose`. L-ewwel saret quddiesa kkonċelebrata u preseduta mill-Isqof Awżiljarju Joe Galea Curmi u kantaw l-ex abbatini. Ġew mistiedna l-familjari, membri distinti, kumitati, għaqdiet u soċjetajiet u attenda poplu numeruż. Wara l-quddiesa, quddiem il-monument fil-pjazza sar programm li fih saru xi diskorsi, indaqqu xi biċċiet ta’ mużika li kien iħobb Dun Mose` u saret preżentazzjoni b’filmat fuq il-ħajja ta’ Dun Mose`. Imbagħad sar il-kxif tal-monument mill-Isqof Joe Galea Curmi. Kienet ġurnata memorabbli għall-Mellieħa għax twaqqaf monument li se jibqa’ għall-ġenerazzjonijiet ta’ warajna b’tifkira ta’ saċerdot li ħadem kemm felaħ għall-poplu tal-Mellieħa speċjalment għat-tfal u ż-żgħażagħ. Dan se jibqa’ mafkar għal tant saċerdoti oħra f’kull parroċċa ta’ Malta li ħadmu jew qed jaħdmu fost il-merħla li ġiet afdata f’idejhom. Nirringrazzjaw ‘l Alla li ħolma ta’ ftit ex abbatini saret realta` sentejn biss wara l-mewt ta’ Mons. Dun Mose` Debono. Grazzi lil kulħadd tas-sehem tiegħu.

Borg

Sammy

Il-Festa

Is-Sibt, 10 t’Awwissu Ikla tal-Festa

It-Tnejn, 26 t’Awwissu L-Erbgħa, 28 t’Awwissu Provi Ġenerali

Il-Ġimgħa 30 t’Awwissu | 6:30pm

Il-kor u l-orkestra jieħdu sehem filfunzjoni ddedikata lil Jum l-Għaqdiet

Il-Ħadd, 1 ta’ Settembru | 8:30pm Programm mużikali varjat fil-pjazza tal-parroċċa

Is-Sibt, 7 ta’ Settembru | 6:30pm Quddiesa solenni ta’ Lejlet il-Festa

Il-Ħadd, 8 ta’ Settembru | 9:00 AM Quddies Solenni ta’ jum il festa | 6:00 PM Għasar solenni | 8:15 PM

Il-kor tat-tfal ikantaw ‘Innu Madonna tal-Vittorji’ mill-gallarija tad-dar talgħaqda fi triq il-parroċċa | 11:00 PM Barka Sagramentali

IT-TNEJN, 9 TA’ SETTEMBRU Xalata tal-Festa

L-Ewwel Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr ta’ Dun Karl Andrew Schembri

Nhar il-Ġimgħa, 12 ta’ Lulju fil-Knisja Arċipretali talMellieħa ġiet iċċelebrata l-Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr jew kif inhi magħrufa l-Prima Messa ta’ Dun Karl Andrew Schembri.

Il-Kor u Orkestra Maria Bambina flimkien mal-Kor tasSantwarju Madonna tal-Mellieħa, ġew mistiedna biex flimkien jieħdu sehem fil-quddiesa.

Qabel ma ġiet iċċelebrata l-quddiesa ż-żewg baned tal-Mellieħa, il-Banda Imperial u l-Banda La Vittoria, niżlu b’marċ li telaq mis-Santwarju għall-Knisja Arċipretali. Il-Kor u l-Orekstra flimkien mal-Kor tas-Santwarju ġew

Prima Messa

immexxija min Mro Michael Bonnanno filwaqt li l-orgni ndaqq min Geoffrey Thomas. F’din iċ-ċelebrazzjoni ġew interpretati għall-ewwel darba mil-Kor u l-Orkestra ‘Messa Pane di vita Nuova’ ta’ Mons. Marco Frisina u Laudate, Laudate Dominum’ ta Christopher Walker. Fost l-oħrajn, indaqqu wkoll bosta innijiet differenti bħal ‘Ecce Sacerdos’ ta’ Perosi, ‘Anima Christi’ u ‘Tkun imbierek Mulej għal Dejjem’ ta’ Mons. Marco Frisina u ‘Ave Verum Corpus’ ta’ Mozart. Il-quddiesa għalqet billi ndaqq l-Innu talMadonna tal-Mellieħa’.

Inkomplu nitolbu għal Dun Karl u għal aktar vokazzjonijiet fil-paroċċa tagħna.

Alison Joy Farrugia, PRO

‘Fik Ittamaw Missirijietna, Ittamaw u Inti

Ħlisthom’

Is-Sibt 6 ta’ Lulju 2024, l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina ippreżentat il-produzzjoni ‘Fik Ittamaw Missirijietna, Ittamaw u Inti Ħlisthom’. Din ir-rianimazzjoni ta’ ġrajjiet ewlenin mill-istorja tas-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa ġiet mtellgħa fl-okkażjoni tal-125 sena millinkurunazzjoni tal-Madonna tal-Mellieħa fil-bitħa tasSantwarju u bħala parti mill-attivitajiet organizzati millkumitat organizzattiv tal-festi ta’ dan l-anniversarju.

Waqt din il-produzzjoni, ġew interpretati diversi innijiet biex iktar nifhmu l-istorja li wasslet għall-inkurunazzjoni tal-Madonna tal-Mellieħa. Fost dawn l-innijiet insibu Innu San Pawl Appostlu ta’ Scolaro, Sliem għalik Kewba talBaħar ta’ Mro Carmel Muscat, Ecce Sacerdos ta’ Lorenzo Perosi, Innu ta’ Merħba lill-Papa ta’ R.Dimech, Innu

Madonna tal-Mellieħa ta’ Arone Sultana u ta’ G.Caruana. Ġiet interpretata wkoll Oratoopne Omipontenes Aetarnae li tkantat minn Joseph Vella flimkien mal-kor.

Nirringrazzjaw lis-Sur David Muscat, l-awtur ta’ din il-produzzjoni, lis-Sinjura Caroline Cassar, in-narratriċi, lis-Sur Keene Muscat, l-intervistatur, lid-Direttur Mużikali tal-għaqda tagħna, Mro Michael Bonanno, lid-direttriċi tal-kor tal-għaqda, is-Sinjura Patricia Borg, is-Sinjura Patricia Cauchi Farrugia li ħadet ħsieb l-irtokk tal-atturi, lill-abbatini tal-Parroċċa, Fratellanza Mellieħa, Legio X Fretensis - Malta, Battlefront Malta, Transient Ltd. Light & Sound, Anthony u Carl Caruana tad-dawl, lill-atturi kollha li ħadu sehem u lil kull min kellu x’jaqsam b’xi mod jew ieħor f’din il-produzzjoni storika, reliġjuża, kulturali u edukattiva li ttellgħet b’suċċess f’qasir żmien.

Alison Joy Farrugia, PRO

REĠJUN TRAMUNTANA

Il- Mellieħa, l-Imġarr, il-Mosta, in-Naxxar, San Pawl il-Baħar, San Ġwann, Ħal Balzan, Ħ’Attard, l-Imtarfa

"Empowering

21572770

#regjuntramuntana

www.facebook.com/regjuntramuntana regjun-tramuntana.dlg@gov.mt

Kunċert ta’ Mużika Sagra b’Rabta mal-Ġimgħa Mqaddsa

Nhar il-Ħadd, 10 ta’ Marzu 2024, l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina tellgħet kunċert ta’ mużika sagra ‘Re Dei Re’ fil-Knisja Arċipretali tal-Mellieħa. Dan il-programm sar bil-kollaborazzjoni tal-Parroċċa talMellieħa u l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bis-saħħa talftehim kulturali li l-għaqda għandha mal-Kunsill Lokali. Matul dan il-kunċert indaqqew diversi siltiet talkompożitur Taljan, Mons. Marco Frisina, kif ukoll inqraw siltiet ta’ riflessjoni mis-Sur Jeremy Sammut u ġew miktuba apposta għal dan il-kunċert mis-Sur Jonathan Sammut.

Minbarra l-kor u l-orkestra, ħadu sehem ukoll is-Sopran Patricia Borg li kantat is-siltiet ‘Cujus Animam Gementem’

Kunċert ta’ Mużika Sagra

ta’ Pergolesi u ‘Ave Maria’ ta’ Lorenc u Florence Aquilina bħala solista bis-silta ‘Chi Ci Separera’ ta’ Mons. Marco Frisina. ‘Adagio’, kompożizzjoni ta’ Mro Freddie Mizzi ndaqqet solo bil-klarinett minn Michaela Schembri. Saru diskorsi mill-President tal-għaqda, is-Sur Joseph DeBono u mill- Arċipriet, Dun Joe Caruana.

Nirringrazzjaw lis-sagristan, is-Sur Christopher Bartolo għall-għajnuna tiegħu kif ukoll lis-Sur Raymond Debono li ħa ħsieb id-dawl li ntrama apposta għal din l-okkażjoni.

L-orkestra kienet ippreparata mis-surmast tal-għaqda

Mro Michael Bonanno filwaqt li l-kor ġie ppreparat misSopran Patricia Borg.

Marvic Debono

Christmas time is a very busy period in our society, filled with a number of performances and activities. To ensure that everything runs smoothly, these events require extensive preparation, including countless rehearsals and detailed planning.

The activities began on the 16th of December with a performance of various Christmas carols by the choir during ‘Il-Villaġġ tal-Milied fil-Mellieħa’ at the Mellieħa Parish Square. The next event took place at Casa Antonia Retirement Home in Balzan on the 21st of December, where the choir performed a varied program of Christmas carols.

On the 22nd of December, the choir had the splendid opportunity to perform during the traditional procession with baby Jesus at the majestic St. John’s Cathedral in Valletta. The procession started from Victory Church, continued onto Triq Żakkarija, and stopped in front of the Co-Cathedral of St. John, where Archbishop Mgr. Scicluna led the novena. For this event, the choir performed several traditional Christmas carols. This event was organized by the Valletta Cultural Agency.

Il-Programm Annwali tal-1 ta’ Settembru 2023

Il-programm annwali tal-1 ta’ Settembru tas-sena l-oħra l-2023, kien programm li ntlaqa’ tajjeb ħafna u nistgħu ngħidu li kien suċċess. Il-kor u l-orkestra kienu taħt id-direzzjoni mużikali tiegħi u ppreżentat b’abbilta` kbira minn Angie Laus. Il-programm beda bis-silta ‘Olympic Fanfarre and Theme’ tal-kompożitur magħruf John Williams, bis-sehem taż-żeffiena mill-‘Artemocion Dance and Leisure Studio’ fuq koreografija tal-għalliema tagħhom Arlette Mangion. Komplejna b’marċ bl-isem ta’ ‘Juliette’, kompożizzjoni tal-ex membru tal-għaqda Emmanuel Farruġia li ħalliena propju s-sena l-oħra u arranġament mużikali tiegħi.

Wara dan il-marċ, kien imiss ‘Overture’ tal-qatt minsi Mro Carmel Muscat (il-Captain), bis-silta ‘Cleopatra’. Huwa dejjem pjaċir tagħna li ninkludu mużika ta’ Mro Muscat, peress li hi ta’ kwalita` u li tinsab fl-arkivju mużikali talgħaqda tagħna. Fakkarna wkoll lis-Sur Anthony Fenech magħruf bħala l-Pajs li ħalliena s-sena l-oħra. Fakkarnieh billi daqqejna mużika tan-New Cuorey bħall-Bajja talMellieħa, Il-Vitorja, Id-Dgħajsa tal-Latini u Riviera Blu. Hu kien kiteb il-lirika ta’ dawn is-siltiet li baqgħu tant popolari. Eżatt wara, smajna l-vuċi sabiħa tat-Tenur Alan Sciberras bis-silta ‘Un Amore Cosi Grande’ fejn litteralment mela l-pjazza bil-vuċi sabiħa u qawwija tiegħu.

Kien imiss iktar żfin waqt il-programm. Din is-sena għallewwel darba kellna magħna lil Pro Touch Dance School, li ħadu sehem bis-siltiet ‘Waltz Number 2’ ta’ Shostakovich, Ascot Gavotte mill-musical My Fair Lady u waltz ieħor mill-operetta ‘The Merry Widow’. Iż-żfin ta’ din ilkumpanija lebsin kostumi addattati, intlaqa’ tajjeb ħafna mill-udjenza preżenti. Din l-ewwel parti tal-programm intemmet bil-vuċi sabiħa tat-Tenur Alan Sciberras bis-silta ‘Funiculi Funicula’.

Programm Annwali

Kif kien xieraq, waqt dan il-programm mużikali fakkarna lil Gaetano Sultana, li kien ilu sena eżatt li ħalliena, fil-lejl ta’ wara l-programm tal-1 ta’ Settembru 2022, li kien ħa sehem fih, permezz ta’ filmat qasir li ntwera fuq l-iskrin. Wara dan il-feature, komplejna b’melodiji sbieħ ta’ Ennio Morricone, bis-silta ‘Moments of Morricone’.

L-aħħar parti tal-programm kienet iddedikata lil kanzunetti popolari interpretati minn kantanti bravissimi. Kellna lill-Melleħija Alexia Micallef tinterpreta l-kanzunetta tagħha rebbieħa tas-46 edizzjoni tal-festival ‘L-Għanja tal-Poplu 2022’ - ‘Fil-kexxun’ u ‘Simply the Best’ medley ta’ kanzunetti ta’ Tina Turner. Kellna wkoll lil Dario Bezzina jinterpreta s-silta ‘Eleanor Rigby’ tal-Beatles, u ‘Viva La Vida’ tal-grupp popolari ‘Coldplay’ . Għalaqna dan ilkunċert tal-1 ta’ Settembru bis-silta ‘Music’ ta’ John Miles u l-Bajja tal-Mellieħa bħala encore.

Kien programm li żgur se jibqa’ fil-memorja ta’ ħafna nies li attendewh u li mlew il-Pjazza tal-Mellieħa. Dan grazzi għas-sehem tal-membri tal-kor u orkestra li taw sehemhom, lil Transient Ltd light and sound engineer, u numru sabiħ ta’ voluntiera li jaħdmu fis-skiet minn wara l-kwinti.

Minn hawn nagħmel stedina oħra għall-programm annwali ta’ din is-sena li żgur għandu jolqot il-gosti ta’ dawk preżenti. Programm annwali li ilu jittella’ mill-1992 u dejjem żamm l-appuntament annwali tiegħu, għajr is-sentejn ta’ żmien il-Covid. Nafu li jkun mistenni minn ħafna nies, u huwa propju l-attendenza tajba tagħkom li tkompli tagħmel dan il-programm suċċess u tant popolari. Għalhekk inħeġġukom biex niltaqgħu nhar il-Ħadd 1 ta’ Settembru fit-8.30pm fil-Pjazza tal-Mellieħa għal iktar mużika sabiħa u esperjenza indimentikabbli flimkien.

Mro Michael Bonanno, Direttur Mużikali

EAT, DRINK & CHEER!

Harmonising Community and Support

Combining the joy of music with the warmth of a communal meal, hosting a students’ recital followed by a Sunday lunch at the premises of our Society is an exceptional way to raise funds. ‘Students Recital & Lunch’ is an event which not only showcases the talents of our students but also creates a welcoming environment for families, friends and patrons to connect and engage with our Society’s mission. The students’ recital provides a platform for students to demonstrate their progress and passion, while the shared meal fosters a sense of community and belonging.

On the 26th of May, a number of students performed on their respective instruments showcasing their advancements in the musical courses offered at our Society. Special features during the programme consisted of a talk and presentation by Jeffrey Sammut regarding research on downed aircraft during World War II in Mellieha. This was followed by a virtual message to

Community and Support

students by the late Mon. Mose Debono, recorded in 2015 by Joe Fenech, encouraging students who wish to pursue their studies in music. During the students’ recital, our Musical Director Mro Michael Bonanno and the President Joseph DeBono delivered speeches outlining the importance of attending weekly lessons at our Society. Students were presented with examination certificates which were obtained from the Associated Board of Royal School of Music (ABRSM). Towards the end of the students’ recital, five tutors performed a musical piece by Mozart which was greatly appreciated by the audience. After the students’ recital, members of our Society, families and friends came together for lunch held at the Society’s premises.

In essence, a students’ recital followed by a Sunday lunch is more than just a fundraiser; it is a celebration of music, education, and community, creating lasting benefits for our Society and its students.

Student Results

PLAN WITH US

Aquilina

Cuschieri

Scerri

Schembri Michela

Vella Karol

Vella Kian Eman

Zammit

Matul din l-aħħar sena, is-sottokumitat responsabbli mill-proġetti infrastrutturali u manutenzjoni tas-sede tassoċjeta` ħadem qatigħ.

L-ewwel proġett kien jinvolvi x-xogħol tal-ħadid tattaraġ. Ix-xogħol beda billi ġie stabbilit disinn innovattiv li l-ħaddied seta’ jaħdmu bl-idejn. Dan id-disinn ma setax jiġi realizzat mingħajr l-għajnuna essenzjali tas-Sur Vincent Parnis. Wara d-disinn, ix-xogħol kollu tal-ħadid tat-taraġ ġie maħdum bl-idejn mis-Sur Stephen Sammut.

Il-ħadid tat-taraġ kellu jinħadem parti bir-raġġ u parti dritt, filwaqt li jkopri għoli ta’ żewġ sulari antiki, li jsarrfu bħala għoli f’madwar tliet sulari tal-lum il-ġurnata. Ilftuħ uffiċjali ta’ dan il-proġett sar nhar il-Ħadd, 28 ta’ April 2024, meta għall-okkażjoni s-soċjeta` organizzat programm mużikali, li ttella’ mill-Orchestral Ensemble u Children’s Choir. Parti sostanzjali tal-ispejjeż għal dan ix-

xogħol ingħataw mill-Majjistral Action Group, taħt il-kappa tal-fondi Ewropej: ‘Developing and Preserving the Musical and Cultural Heritage Within A Traditinal Rural Majjistral Architectural Space – Phase Four’.

Dan is-sottokumitat ħadem ukoll fuq ir-restawr tazzokklatura tal-faċċata prinċipali li tħares fuq Triq ilParroċċa. Ma’ dan ir-restawr sar xogħol ta’ titjib fuq il-bankina. Dan ix-xogħol ma setax ikun possibbli mingħajr l-għajnuna tas-Sur Edward Debono.

Proġett ieħor li sar din is-sena huwa t-tqegħid ta’ tnax -il pannella foltovoltajiċi. Din l-għotja saret minn The Energy & Water Agency ‘Initiative to promote the deployment of renewable energy sources by Volontary Organisations.

Dawn il-pannelli ser jgħinu biex jitnaqqas il-ħlas tal-kont tad-dawl u huwa mezz ukoll sabiex intejbu l-ambjent ta’ madwarna. Perit Joseph Attard, Direttur

I AM BACK AGAIN!

Notinu

I am back again to continue teaching you about the beauty of music!

Contact the Choral and Orchestral Society Maria Bambina by sending a message on the club’s Facebook or Instagram Page, or by sending us an email on info@choirandorhcestra. org, or give us a call on 7952 1970, and let the fun begin!

Just to remind you that we have a Junior Choir here that would be perfect for you to join!

YOUR GO-TO PROPERTY GUY IN MELLIEHA

“At the end of the day, it’s truly about matching the right buyer with the right property. Allow me to be your matchmaker.”

Photo Album 2023-2024

Workshop bejn il-mużiċisti tal-għaqda u l-istudenti tas-Soċjetà Filarmonika

La Stella tar-Rabat, Għawdex - 17 ta’ Frar 2024

Mumenti mill-attivita` tal-karnival għat-tfal - 10 ta’ Frar 2024 Grupp ta’ żgħażagħ waqt in-Novena taż-żgħażagħ - 5 ta’ Settembru 2023

Il-kor u l-orkestra waqt il-quddiesa solenni ta’ lejlet ilMilied - 24 ta’ Dicembru 2023

Il-kor u l-orkestra waqt il-quddiesa solenni ta’ Sibt il-Għid – 30 ta’ Marzu 2024

Il-kor waqt programm vokali fil-’Mellieħa Nights’ ġewwa s-Santwarju talMadonna tal-Mellieħa - 27 ta’ Lulju 2024

Picnic fil-Ġnien il-Qigħan mat-tfal, ġenituri u ħbieb tagħhom li huma studenti, membri tal-Junior choir u Orchestral Ensemble - 21 t’April 2024

ALISON JOY FARRUGIA
Mumenti mill-ikla tal-Festa - 19 t’Awwissu 2023
Mumenti mix-Xalata tal-festa – 9 ta’ Settembru 2023
sliema - st venera - paceville - qawra

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.