in-Nota Settembru 2023

Page 1

inSETTEMBRU 2023 – ĦARĠA NRU 43 Fuljett maħruġ mill-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina 92, Triq il-Parroċċa, Mellieħa, Malta. MLĦ 1063 Tel: (+356) 2752 1970 Mob: (+356) 7952 1970 Voluntary Organisation 0144 email: info@choirandorchestra.org
2023
Vitorja
Ġenwin u rħis! /DiGiornoMT @digiorno.mt 20978888 digiorno.mt OPENING HOURS MON - SAT SUN & PH 09:00 - 19:00 09:00 - 13:00 IL-MOSTA | SAN ĠWANN | BORMLA | ĦAŻ-ŻABBAR | IŻ-ŻURRIEQ BULEBEL | ĦAL-QORMI | BIREZEBBUGIA | 2 BIRKIRKARA (NEAR VAT DEPT & MARKET AREA) MORE SHOPS COMING SOON!

F’DIN IL-ĦARĠA

paġna 4 - 5

NIĠĠEDDU U NĦARSU 'L QUDDIEM

IL-KUMITAT

paġna 7

'TIME TO BUILD ON OUR STRENGHTS' JOSEPH DEBONO, PRESIDENT

paġna 8

"IL-FESTA TA’ MARIJA BAMBINA HIJA FESTA UNIKA"

DARIO VELLA, SINDKU

paġna 9

"NIBQGĦU NGĦOŻŻU L-FESTI TAGĦNA KIF GĦANDHOM IKUNU"

DUN JOE CARUANA, ARĊIPRIET

paġna 10 - 11

“NIMXU ’L QUDDIEM

ILKOLL FLIMKIEN”

MRO MICHAEL BONANNO, DIRETTUR MUŻIKALI

paġna 12 - 13

KALENDARJU TA'

ATTIVITAJIET 75 SENA ANNIVERSARJU

ADRIAN SAMMUT, SEGRETARJU

paġna 17-18

L-AĦĦAR TISLIMA

LIS-SEGRETARJU GAETANO SULTANA

MILL-GĦAQDA KORALI U

ORKESTRALI MARIA BAMBINA

PERIT JOSEPH ATTARD, DIRETTUR

Għaqda Korali u Orkestrali

Maria Bambina Mellieħa A.D. 1947

paġna 20

INSELLMU L-MEMORJA TA’...

ADRIAN SAMMUT, SEGRETARJU

paġna 22-23

IL-PROGRAMM ANNWALI

TAL-1 TA’ SETTEMBRU 2022

MRO MICHAEL BONANNO, DIRETTUR MUŻIKALI

paġna 30-31

STUDENTS’ RECITAL

MICHELA SCHEMBRI

paġna 33

THE MEDITERRANEAN YOUTH ORCHESTRA THROUGH THE LENS OF A MALTESE VIOLINIST

STEPHEN SCERRI

paġna 35

IL-PROGRAMM TAL-MILIED FIL-KNISJA

ARĊIPRETALI MARIJA BAMBINA

ALISON JOY FARRUGIA

paġna 36

JUNIOR CHOIR AND ORCHESTRA

FLORENCE AQUILINA

paġna 37

MUSIC TUITION & ASSESSMENT

SUSANNE BONELLO

paġna 38

IL-ĠIMGĦA MQADDSA 2023

REBECCA MIFSUD

paġna 39-41

AVVENIMENTI U ATTIVITAJIET

TA’ MATUL IS-SENA

REBECCA MIFSUD

paġna 42

INVESTIMENT

INFRASTRUTTURALI FID-DAR

TAL-GĦAQDA U X-XELTERS

PERIT JOSEPH ATTARD, DIRETTUR

paġna 46-47

PHOTO ALBUM 2022-2023

ALISON JOY FARRUGIA

92, Triq il-Parroċċa, Mellieħa, Malta, MLĦ1063.

Telephone: 27521970 Mobile: 79521970

Email: info@choirandorchestra.org

Website: www.choirandorchestra.org

Bord Editorjali:

Adrian Sammut

Michelle Trapani

Alison Joy Farrugia

Qari tal-Provi: David Muscat

L-artikli li hawn miktub f’dan il-fuljett mhux bilfors jirriflettu l-opinjoni tal-kumitat ta’ din l-għaqda.

© Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina 2023

Disinn tal-fuljett:

Michelle Trapani

Ritratt tal-qoxra:

Pittura mill-artist Lewis Zammit regalata

lill-għaqda fl-okkażjoni tal-75 sena

anniversarju – 19 t’Awwissu 2022

Stampat: A & M Printing, Qala, Gozo

orkestramariabambina

in-Nota 2023 paġna 3

NIĠĠEDDU U NĦARSU 'L QUDDIEM

IL-KUMITAT

Iż-żmien itir u bl-għajnuna t’Alla u tal-Madonna qegħdin viċin li niċċelebraw festa oħra ta’ Marija Bambina. Għalina talGħaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina din kienet sena mimlija attività u ħidma fuq diversi proġetti u setturi differenti.

Ħidma mużikali

Wara li s-sena l-oħra fakkarna l-anniversarju tal-75 sena mit-twaqqif tal-għaqda, b’attivitajiet li kienu jinkludu programmi mużikali, qari tal-istorja, intervisti, u wirja tal-arti fost oħrajn, matul din is-sena komplejna bl-attivitajiet tagħna, bil-ħidma prinċipali tal-għaqda jkunu s-servizzi mużikali tal-kor u orkestra taħt id-direzzjoni ta’ Mro Michael Bonanno. Dawn is-servizzi mużikali jseħħu matul issena kollha b’mod speċjali fil-festi l-kbar li jsiru fil-Knisja Arċipretali tal-Mellieħa, fosthom dik prinċipali tal-festa ta’ Marija Bambina, ilMadonna tal-Mellieħa, il-Madonna tar-Rużarju, il-Milied, l-Għid il-Kbir, il-Ħniena Divina, San Ġużepp, Corpus, il-Qalb ta’ Ġesu, in-Novena ta’ Jum l-Għaqdiet Ċiviċi, il-programm annwali tal-1 ta’ Settembru u dawk fiż-żmien tal-Milied u tal-Ġimgħa l-Kbira. Ma’ dawn irridu nsemmu wkoll li ħadna sehem f’quddiesa speċjali tal75 sena, kemm tal-għaqda tagħna kif ukoll tal-Mellieħa Sports Club, u fl-okkażjoni tal-50 sena mill-ordinazzjoni ta’ Fr Alfred Debono.

Ma’ dawn is-servizzi mużikali ma nistgħux ma nsemmux ittagħlim mużikali li huwa kolonna importanti ħafna fl-istruttura tal-għaqda tagħna. It-tagħlim mużikali jibqa’ għaddej tul issena kollha u qiegħed iħalli ħafna ġid fost it-tfal u żgħażagħ tagħna. Kellna numru ta’ programmi mużikali wkoll millJunior Choir and Orchestra fil-ġranet tal-Milied, u ‘Music and Timpana’ f’April. Hawnhekk ukoll għaddejja riforma li l-iskop tagħha hu li iktar tfal u studenti jieħdu l-ewwel taħriġ ta’ mużika tagħhom u jdoqqu flimkien b’mużika li tkun adattata għalihom.

Sellimna lill-membri

Fuq nota ta’ diqa, matul din is-sena sellimna lis-Sur Gaetano Sultana u lis-Sur Emanuel Farrugia. Gejtu, kif kulħadd kien jafu, baqa’ salaħħar jagħti sehmu fil-kor u orkestra Maria Bambina li tant kien iħobb. Propju ftit sigħat qabel ħalliena, kien magħna fuq il-palk jagħmel dak li kien iħobb, ikanta fil-programm tal-1 ta’ Settembru,

programm li tant kien jistenna minn sena għal oħra u għal ħafna snin kien sar sinonimu ma’ dan il-programm. Fil-fatt ħafna kienu jistennew u jistaqsu: “X’se jagħmel Gejtu din is-sena?” b’referenza għas-sorpriża li kienet tkun imħejjija waqt dan il-programm. Il-legat tiegħu se jibqa’ magħna u żgur għandu jservi ta’ eżempju għal ħafna żgħażagħ biex jinvolvu ruħhom fl-għaqdiet volontarji fi spirtu pożittiv.

Emanuel Farrugia wkoll kien membru ħabrieki fl-għaqda tagħna speċjalment fis-snin 70 u 80, fejn kien minn ta’ quddiem biex il-kor u orkestra tibda ddoqq mużika kontemporanja fil-lukandi tal-madwar. Nibqgħu rikonoxxenti lejn il-membri li ħadmu matul is-snin u li servew f’karigi biex għenu lill-għaqda tagħna timxi ’l quddiem. Permezz tal-kor u orkestra Maria Bambina, sellimna lil Gaetano u lil Emanuel b’quddiesa funebri fil-5 ta’ Settembru 2022 u fis-17 ta’ Marzu 2023 rispettivament.

Proġetti infrastrutturali

Matul din is-sena kellna numru sabiħ t’investimenti infrastrutturali. Dawn kienu jikkonsistu f’entratura ġdida fejn kabbarna l-bieb prinċipali minn Triq il-Kappillan Magri. Huma ħafna l-istudenti li jagħmlu użu minn din id-daħla u ħassejna li jkun jagħmel sens li nagħtuha iktar dehra li tixraq u fl-istat oriġinali tagħha. Kellna investiment maġġuri fil-kumpless tax-Xelters tat-Tieni Gwerra Dinjija mmaniġġjat mill-għaqda tagħna. Diversi turisti jżuru dan ilpost storiku u issa jistgħu jaraw affarijiet viżwali u ġodda li jagħmlu din l-esperjenza storika waħda iktar unika. Fil-ġimgħat li ġejjin se jkollna poġġaman tal-ħadid ġdid għat-taraġ installat li mill-entratura ta’ Triq il-Parroċċa jibqa’ tiela’ sas-sala ta’ fuq. Minbarra li estetikament se jkun xogħol maħdum verament sabiħ u li jista’ jitgawda minn kulħadd, se jservi wkoll bħala mezz ta’ sigurtà għall-membri u l-istudenti li jkunu jixtiequ jużaw dan it-taraġ għall-iskop ta’ provi mużikali. Dawn l-investimenti kollha ma kinux ikunu possibbli li kieku ma kellniex l-għajnuna finanzjarja minn entitajiet tal-gvern li joħorġu skemi differenti biex jgħinu għaqdiet bħal tagħna.

Niġġeddu u nħarsu 'l quddiem

Din il-ħidma kollha kienet possibbli bis-saħħa tal-membri fil-kumitat tal-għaqda, fil-kor u orkestra, l-għalliema u s-surmast direttur li lkoll

Il-kor u l-orkestra waqt il-programm annwali tal-1 ta' Settembru 2022.
in-Nota 2023 paġna 4

flimkien niġbdu ħabel wieħed. Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, kleru tal-parroċċa u l-għaqdiet kollha fil-parroċċa naħdmu flimkien f’armonija waħda. Matul din is-sena kellna l-ħatra ta’ segretarju ġdid, is-Sur Adrian Sammut, minflok is-Sur Gaetano Sultana li kif semmejna ftit qabel ħalliena s-sena l-oħra. Mhux faċli li fiż-żmien tallum issib żgħażagħ li lesti li jservu fl-għaqdiet volontarjament u li jkunu kommessi għax-xogħol li jinqala’ ta’ kuljum. Adrian ilu midħla talgħaqda tagħna mindu kien student tal-vjolin fejn għadu jagħti sehmu fl-orkestra bħala vjolinista. F’dawn l-aħħar snin serva wkoll fil-kumitat tal-għaqda. Nawguraw lil Adrian il-ħidma t-tajba f’din il-kariga l-ġdida. Nawguraw ukoll lis-Sur Joseph Attard fil-kariga ta’ Direttur tal-għaqda. Il-Perit Attard mhuwiex wiċċ ġdid fl-għaqda tagħna u ilu snin jgħin f'fuq diversi proġetti li jkollha l-għaqda. Żgur li bl-esperjenza tiegħu se jkun jista’ jgħin fil-ħidma li jkollha l-għaqda b’mod regolari.

Importanti li naraw li l-ħidma tagħna tkun tirrifletti ċ-ċirkostanzi u l-iżviluppi ta’ madwarna. Qegħdin ngħixu f’soċjetà dejjem iktar individwalista fejn l-iskop ewlieni sar x’se nakkwista bħala individwu u mhux x’nistgħu nagħmlu flimkien bħala grupp. Din hija problema kbira li għandha s-soċjetà tal-lum, u nemmnu li għaqdiet bħal tagħna għandhom jibqgħu jnisslu fit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna sens ta’ solidarjetà u jimpurtahom mill-bżonnijiet ta’ ħaddieħor u ma jkunux passivi fil-konfront ta’ dak li qed jiġri madwarna.

Jalla s-sens t’għaqda jirrenja matul is-sena kollha u nħeġġu lill-poplu Mellieħi biex jipparteċipa fl-attivitajiet interni u esterni tal-festa tant għal qalbna ta’ Marija Bambina.

Nawguraw lil kulħadd il-festa t-tajba!

in-Nota 2023 paġna 5
Il-kor u l-orkestra waqt il-quddiesa tal-festa ta' San Ġużepp - 7 ta' Mejju 2023.
CHECK OUT OUR OFFERS! Spend €50 get 6 bottles 2ltr Water OR Spend €100 get 18 bottles 2ltr Water or a €7 voucher Green Valley Supermarket 5 Triq il-Fortizza, Mellieħa Tel: 21520080 greenvalley.ra@gmail.com
Il-President Joseph DeBono waqt il-kxif tal-lapida kommemorattiva f'għeluq il-75 sena anniversarju mit-twaqqif tal-għaqda - 19 t'Awwissu 2022. Il-kor waqt programm vokali tal-Milied ġewwa l' Labranda Riviera Hotel & Spa - 23 ta' Diċembru 2022.
Scrumptious Food Ample Parking Available Ghadira Bay Seaview open for Lunch and Dinner (Open at 12:30 hrs & last seating is at 14:30 hrs) All Inclusive Buffet Every Sunday Lunch GREAT DANE RESTAURANT, c/o Mellieha Holiday Centre, Ghadira Bay, Mellieha - serving Pizza, Burgers, Cocktails & more - open for Breakfast and Dinner - for those meat lovers (+356) 21 57 57 50 info@walshs.com.mt www.greatdane.mt GreatDaneRestaurant1 Starting from mid-October ’23 BOOK NOW Ideal for all the family. Bar Restaurant Steakhouse

'TIME TO BUILD ON OUR STRENGHTS'

With last year’s 75th anniversary from the founding of our Society behind us, it is now time to embark on a clear project to see us through on an organisational level and to keep up with the changes occurring around us. It is time to build on our strengths and to keep building upon the momentum handed down by those who have worked hard before us.

Volunteering is an excellent way to express oneself and build character. It is the backbone of our society and is something that we recognise and encourage everyone especially the young to participate in. We have many opportunities for young people to participate in and invite you to be part of this beneficial enterprise. Not only are we a musical society but also an organisation that tries to help the individual grow in a particular field one is confident or trained in. It is a way of coming together, to formulate ideas and to see them through to expressing culture which is much needed in our time.

Although we have managed to build a comfortable space for students and members who wish to start and continue in their musical studies, this project is ongoing and is complimenting what we have to offer. Over the years we have given the opportunity for young musicians and chorists to meet and start training so that in time and with the confidence gained they may be promoted to take their place with the main choir and orchestra. Here we must recognise our choral and orchestral tutors, who together with our committee and musical director are doing their utmost to see these same musical students succeed in their grades through the Associated Board of the Royal Schools of Music. This gives us encouragement

to do more and compliments the growth of our Society.

It is fitting for us to remember the loss of Gaetano Sultana who passed away on the 2nd of September 2022 and who, as our secretary at the time, gave many years of service that were an example for all of us to follow. Gaetano was also a good friend who loved music and wished everyone around him to participate and be happy. When time came to be counted, he was always the first to lend a hand, notably the hard work in our building project and financial help when needed. For this, and on a personal level, I wish you all to remember Gaetano and hope his memory is an inspiration for all of us to follow.

With the feast of Marija Bambina so near, it is time to actively support and thank all those who dedicate their time in seeing that our feast is a success, to those who over the years have and still are contributing for this end. We give them our recognition, and with the committee, musical director, choir leader, members, tutors, and others are working hard to meet these expectations put before us.

Being proud of our accomplishments we are adamant that with the help of the Parish of Mellieħa, the Mellieħa Local Council, the Central Government, the committee, members, benefactors, and society in general we may rise to the challenges ahead.

JOSEPH DEBONO, PRESIDENT
in-Nota 2023 paġna 7
Joseph DeBono giving a speech during the 75th anniversary ceremony – 19th August 2022.

"IL-FESTA TA’ MARIJA BAMBINA HIJA FESTA UNIKA"

Nixtieq nibda billi nirringrazzja minn qalbi lill-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina Mellieħa ta’ din l-opportunità biex inwassal il-messaġġ tiegħi bħala Sindku tal-Mellieħa fil-ktejjeb li l-għaqda tippubblika ta’ kull sena fl-okkażjoni tal-festa ta’ Marija Bambina.

L-Għaqda Korali u Orkestrali hija għaqda oħra ħabrieka f’din il-komunità. Dak hu l-pjaċir tal-festa, li tara familja waħda magħquda, ilkoll jaħdmu bla waqfien biex ikollna festa mill-isbaħ. Però wieħed irid jifhem ukoll li l-ispejjeż illum il-ġurnata mhumiex ftit u l-appell tiegħi huwa biex nattendu għall-attivitajiet li jiġu organizzati mill-għaqdiet tal-lokal biex inkunu ta’ sapport ukoll. Għall-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, il-festa tal-Bambina hija prijorità u nibdew minn ġimgħat qabel bil-preparamenti. Dan jinkludi wkoll koordinament mal-għaqdiet tal-lokal kif ukoll ma' diversi entitajiet. L-eħfef ħaġa kieku tkun li wieħed jibqa' spettatur u joqgħod josserva, iżda l-Kunsill Lokali dejjem jagħmel ċert li jkun protagonist billi jgħin, jagħti daqqa t'id, jikkollabora u fl-istess ħin jorganizza. B'hekk inkomplu nsaħħu l-għaqda f'dan ir-raħal. Fost responsabilitajiet tal-Kunsill fil-festa nsibu għajnuna għall-permessi, immaniġġjar tat-traffiku u l-indafa pubblika matul il-ġranet tal-festa kollha. Minn qalbi nirringrazzja lill-għaqdiet lokali kollha tas-sehem

tagħhom waqt l-attivitajiet li bħala Kunsill norganizzaw matul is-sena fosthom l-Iljieli Melleħin u l-Milied Mellieħi.

Il-festa ta’ Marija Bambina hija festa unika u għaldaqstant għandna nibqgħu niċċelebraw din il-festa qaddisa kif jixraq, bħala familja waħda. Minn qalbi nħeġġeġ lillMelleħin kollha biex jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet reliġjużi u dawk esterni li jsiru f’dawn il-jiem tal-festa. Nitlob lil Marija Bambina tħarisna u tkompli tgħaqqadna biex inkomplu niċċelebrawha bħala familja waħda.

Nixtieq nagħlaq dan il-messaġġ billi f’ismi u f’isem sħabi l-kunsilliera kollha u l-istaff tal-kunsill, nirringrazzja lillPresident, is-Sur Joseph DeBono u lil sħabu kollha tal-ħidma bla waqfien tagħhom b'risq il-komunità Melleħija matul issena kollha u lill-familjari tagħhom tas-sapport kontinwu.

Nawgura l-festa t-tajba lil kulħadd.

Viva Marija Bambina!

Angela’s

Flower Shop

Flowers For all occasions

Fresh & silk Flowers

Fresh plants

giFts & pet Food

angela theuma

12, Dun Franġisk Sciberras Street, Mellieħa

Tel: 2743 2763 Mob: 9988 1467

Revolut: 77063663

in-Nota 2022
Il-President Joseph DeBono jippreżenta tifkira kommemorattiva lisSindku Dario Vella - 19 t’Awwissu 2022.
in-Nota 2023 paġna 8

"NIBQGĦU NGĦOŻŻU L-FESTI

TAGĦNA KIF GĦANDHOM IKUNU"

Il-festa parrokkjali hi tradizzjoni Maltija antika sewwa. Il-qalba tagħha hi l-festa tal-patrun jew patruna talparroċċa, allura hi prinċipalment festa reliġjuża. Biss, peress li aħna l-bnedmin magħmulin minn ruħ u ġisem, anke dak li hu spiritwali, sikwit inlibbsuh libsa materjali.

Hekk, il-festi reliġjużi tagħna huma mdawrin u libsin b’ħafna drawwiet u mġiba li fil-fatt jolqtu wisq aktar lill-ġisem milli r-ruħ. U billi aħna poplu Mediterranju, il-festi tagħna x’aktarx ikunu festi storbjużi – irridu l-baned, irridu n-nar, nitkellmu ngħajtu u l-kumplament.

Fih innifsu dan ma fih xejn ħażin – l-istess Ġesù kien jattendi l-festi ta’ niesu. Narawh jieħu sehem fil-festi reliġjużi Ġerusalemm, preżenti għat-tieġ ta’ Kana (naħseb li xorob xi naqra mill-ilma li bidel f’inbid!) u diversi drabi kien mistieden għal xi ikla ma’ ħbiebu. Għalhekk m’hemm xejn ħażin filli nżewqu l-festi reliġjużi tagħna bi drawwiet li huma ispirati mill-folklor ta’ pajjiżna. Anzi, naħseb li nistgħu ngħidu li sikwit kienu dawn l-istess festi li spiraw diversi drawwiet folkloristiċi. Realtajiet storiċi li għadda minnhom pajjiżna komplew jipprovdu mod kif niċċelebraw dawn il-festi. Hekk, l-isparar tal-kanuni tax-xwieni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann kien dak li fil-bidu spira l-logħob tan-nar li mdorrijin bih. Il-baned militari ta’ żmien l-Ingliżi kienu l-bidu tal-baned u l-marċi tal-festi kif narawhom illum.

Żmienna wkoll qed jintroduċi drawwa oħra f’dawn il-festi li hi ispirata mill-mużika kontemporanja - il-mużika disco fil-ġranet ta’ qabel jew anke dakinhar tal-festa nnifisha. Jekk ikolli ngħid il-verità ma jidhirlix li din il-kwalità ta’ mużika tmur tajjeb mal-festi tagħna, ukoll għaliex x’aktarx li din id-drawwa hi marbuta ma’ xorb eċċessiv li jagħmel il-ħsara u jkerrah minflok isebbaħ il-festa.

Waqt li nerġa’ ntenni li m’hemm xejn ħażin li jkun hemm realtajiet umani li jżewqu l-festi reliġjużi tagħna, flistess ħin irridu noqogħdu attenti li ma narmawx ilkarrettun quddiem il-ħmar. Tal-ewwel għandu jibqa’ dejjem jiġi l-ewwel. Irridu noqogħdu attenti li b’dak li nżidu mal-festi ma nissugrawx li nwarrbu dak li għandu jkun ċentrali – il-karattru reliġjuż tal-festi parrokkjali.

F’soċjetà, li aktar ma jmur, aktar qed issir anjostika, ma jinteressahiex minn Alla u dak li jitlob minnha, aktar qed jidħol il-periklu li l-festi tagħna jiddeġeneraw f’żewġ kategoriji ta’ nies: dawk li jinteressahom biss mit-tradizzjoni u l-folklor, u allura allaħares tneħħi jew tbiddel xi ħaġa

mill-mod kif tiġi ċċelebrata l-festa fil-knisja jew barra, u l-kategorija l-oħra ta’ dawk li l-festa ma tinteressahom xejn il-festa reliġjuża imma l-festa hija biss okkażjoni oħra mal-ħafna oħrajn li jkollna matul is-sena, biex joħorġu u jiċċelebraw jekk mhux ukoll biex jitbahardu.

F’dawn iż-żewġ ċirkostanzi mhux talli l-festi tagħna ma jibqgħux festi Nsara imma talli ma nara l-ebda sens li nibqgħu niċċelebrawhom. Ma jagħmel l-ebda sens li parroċċa, hi liema hi, taħli tant ħin u riżorsi, inkluż flus, torganizza dak li mhux talli ma jgħinx imma talli jmur kontra l-iskop tal-eżistenza tagħha.

Fil-parroċċa tagħna, nirringrazzja ’l Alla li anke dawk li jieħdu ħsieb il-festi ta’ barra huma konxji ħafna talispirtu Nisrani tal-festa parrokkjali u jaħdmu flimkien mal-parroċċa biex nikkoordinaw l-avvenimenti kollha, ta’ barra u ta’ ġewwa, b’mod li mhux biss ma jtellfux lil xulxin, imma, meta possibbli jaġevolaw lil xulxin. Dan jien napprezzah ħafna u minn hawn irrid nirringrazzjahom u nurihom l-apprezzament tiegħi. F’isem il-parroċċa kollha nirringrazzjahom ukoll tas-sagrifiċċji kollha li jagħmlu biex jorganizzaw l-avvenimenti tagħhom.

Fl-istess ħin irrid nagħmel appell qawwi lilek li qed taqra dan l-artiklu, kemm jekk int membru jew soċju ta’ xi waħda minn dawn is-soċjetajiet li jorganizzaw il-festi ta’ barra, u kemm jekk int persuna mill-kumplament tal-parroċċa, biex nibqgħu ngħożżu l-festi tagħna kif għandhom ikunu, festi fundamentalment reliġjużi ċċelebrati anke fil-mod estern tagħhom b’valuri bażikament Insara. Jekk ma niċċelebrawx il-festi tagħna b’dan il-mod, ma jibqa’ l-ebda raġuni għalfejn għandna niċċelebrawhom.

Il-festa t-tajba.

in-Nota 2023 paġna 9
DUN JOE CARUANA, ARĊIPRIET L-Arċipriet Dun Joe Caruana b'diskors waqt il-programm tal-Milied fil-Knisja Arċipretali tal-Mellieħa - 9 ta’ Diċembru 2022.

“NIMXU ’L QUDDIEM ILKOLL FLIMKIEN”

Is-sena l-oħra l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina fakkret il-75 sena anniversarju mit-twaqqif tagħha. Għal din l-okkażjoni, nhar il-Ġimgħa 19 t’Awwissu ġiet organizzata serata b’rakkont tal-istorja tal-għaqda u ndaqqu innijiet marbutin mal-għaqda tagħna quddiem id-dar tal-għaqda fi Triq il-Parroċċa. Grazzi lill-membri tal-kor u orkestra u nies oħra li bis-saħħa tagħhom għamilna l-programmi mużikali prinċipali tagħna, il-kunċert tal-1 ta’ Settembru fil-pjazza tal-Mellieħa, l-attivitajiet fil-ġranet tal-Milied u l-kunċert tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Knisja Arċipretali tal-Mellieħa.

Tajna s-sehem tagħna wkoll fil-festi prinċipali tal-Parroċċa, fosthom dawk tal-Milied, l-Għid il-Kbir, tal-Ħniena Divina, Corpus, il-Qalb ta’ Ġesù, il-Madonna tal-Mellieħa, ilMadonna tar-Rużarju u ta’ San Ġużepp. Nirringrazzja lilleks surmast tal-għaqda, is-Sur Kenneth Fenech li ħa ħsieb id-direzzjoni mużikali tal-kor u l-orkestra fl-assenza tiegħi fil-quddiesa ta' Corpus peress li kont barra minn xtutna fuq impenji oħra.

Fuq nota ta’ niket, matul din is-sena tajna l-aħħar tislima lis-segretarju tal-Għaqda, is-Sur Gaetano Sultana nhar itTnejn 5 ta’ Settembru, hekk kif ħalliena propju l-għada talprogramm annwali tal-1 ta’ Settembru u li ħa sehem fih, u lis-Sur Emmanuel Farrugia li wkoll sellimnielu b’quddiesa funebri nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Marzu. Is-Sur Farrugia ta kontribut lill-għaqda speċjalment fis-snin 70 u 80. Mhux faċli tinfired minn dawk in-nies li tkun ħdimt magħhom matul il-ħajja u li jkunu dejjem ġabulek rispett. Importanti li nibqgħu nirrikonoxxu l-ħidma tagħhom matul is-snin,

filwaqt li niftakru fihom fit-talb tagħna.

It-tagħlim tal-mużika lil numru sabiħ ta’ studenti baqa’ għaddej b’mod regolari. Ġew organizzati attivitajiet li fihom diversi studenti wrew il-progress li jkunu għamlu u jkollhom l-ewwel opportunitajiet li jdoqqu kemm bħala solisti kif ukoll fi gruppi. Din hija xi ħaġa li ilna norganizzawha snin twal. Ninnutaw b'sodisfazzjon li diversi għaqdiet mużikali oħra qegħdin jorganizzaw attivitajiet simili. Huwa dejjem tajjeb li ninvestu fit-tfal u l-istudenti u dan hu dak li beħsiebna nkomplu nagħmlu filwaqt li nżidu l-ħidma tagħna f’dan issettur fiż-żmien li ġej.

Nagħlaq billi nirringrazzja lil kull min b’xi mod jew ieħor huwa involut f’din il-ħidma kollha. Mhux faċli li fiż-żmien tal-lum wieħed isib ħin biex jaħdem f’għaqda volontarja. Ilħidma tinvolvi diversi laqgħat, preparamenti u provi mużikali. Però nemmen li jekk wieħed jaħdem b’intenzjoni tajba li jara l-għaqda miexja ’l quddiem ilkoll flimkien, allura jkollu sodisfazzjon li ma jistax jissarraf fi ħlas finanzjarju. Nagħmel appell lil min jixtieq jitgħallem il-mużika jew ikanta fil-kor biex jagħmel kuraġġ u jkellimna u nkunu nistgħu ngħinuh bl-aħjar mod possibbli. L-għaqda tagħna dejjem kienet minn ta’ quddiem fit-tixrid tal-kultura mużikali u dan irid jibqa’ l-għan ewlieni li għalih naħdmu matul is-sena kollha.

Nawgura lil kulħadd il-festa t-tajba.

Viva Marija Bambina!

MRO MICHAEL BONANNO, DIRETTUR MUŻIKALI
in-Nota 2023 paġna 10
Mro Michael Bonnano jidderieġi l-kor u l-orkestra waqt iċ-ċerimonja uffiċjali tal-75 sena anniversarju quddiem id-dar tal-għaqda - 19 t'Awwissu 2022.
in-Nota 2023 paġna 11
Il-President Joseph DeBono waqt l-għoti ta' tifkira lil Mro Michael Bonanno waqt iċ-ċerimonja uffiċjali tal-75 sena anniversarju quddiem id-dar tal-għaqda - 19 t'Awwissu 2022. Il-kor u l-orkestra taħt id-direzzjoni ta' Mro Michael Bonanno waqt ilfunzjoni ta' Jum il-Festa ta' Marija Bambina - 8 ta' Settembru 2022.
J & G Detergent Shop
Detergent
Monday to Friday: 9:00 to 13:00 & 16:00 to 19:00 Saturday: 08:30 to 14:00 Free Deliveries Triq it-Tgħam, Mellieħa tel: 21522658 mob: 79057948 IR-RAZZETT FRUIT AND VEGETABLE SHOP 244, MAIN STREET MELLIEHA 21521473 / 99446545 BEST QUALITY!!
Il-kor u l-orkestra flimkien mal-Mro Michael Bonanno waqt il-kunċert tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Knisja Arċipretali tal-Mellieħa - 17 ta' Marzu 2023.
Discount
Store

KALENDARJU TA' ATTIVITAJIET 75 SENA ANNIVERSARJU

Is-sena 2022 kienet timmarka sena importanti ħafna għall-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina għax fiha ġiet ċċelebrata l-75 sena mit-twaqqif ta’ din l-għaqda. Għaqda li minkejja l-isfidi diversi li ħabtet wiċċha magħhom matul is-snin kompliet miexja 'l quddiem biex tkompli ssaħħaħ l-aspett mużikali fissoċjeta` tagħna.

Għalhekk, l-attivitijiet li se jissemmew f’dan l-artiklu komplew iżejnu din is-sena daqstant importanti.

Żjara minn Mons. Mose` Debono – 20 ta’ Frar 2022

Il-Ħadd 20 ta’ Frar kienet ġurnata speċjali għallGħaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina, hekk kif ilqajna fostna lid-Direttur Spiritwali u l-uniku membru li kien għadu mimli bl-għomor sa mittwaqqif tagħha fl-1947, il-mibki Mons. Mose` Debono. Mons. Mose` Debono ġie intervistat mis-Sur David Muscat. Hu rrakkuntalna diversi esperjenzi interessanti li jiftakar u li għadda minnhom kemm ma’ din l-għaqda kif ukoll personali.

Mro Michael Bonanno dderieġa is-sezzjoni talistrumenti tal-korda tal-għaqda u żewwaq din l-attivita` b’siltiet mużikali melodjużi. Lejn l-aħħar tal-attivita` Mons. Mose` Debono daqq xi ftit noti wkoll bil-vjolin li kien idoqq bih sa mill-1947, filwaqt li awgura lill-membri preżenti kull suċċess flanniversarju li kienu qed jiċċelebraw. Kien ippreżentat ukoll b’tifkira tal-okkażjoni mill-President tal-għaqda s-Sur Joseph Debono fost numru sabiħ ta’ membri li attendew għal din l-okkażjoni.

Iċ-Ċerimonja Uffiċjali – 75 Sena Anniversarju – 19 ta’ Awwissu 2022

Biex infakkru dan l-anniversarju tant importanti, ittellgħet ċerimonja fi Triq il-Parroċċa quddiem id-dar tal-għaqda.

Waqt din is-serata l-kor u orkestra taħt id-direzzjoni ta' Mro Michael Bonanno interpretaw l-ewwel mużika li ndaqqet fl-1947 - 'Sanctus and Benedictus' millquddiesa ta' Lorenzo Perosi, l-innu f'għeluq il-50 sena anniversarju - kliem u mużika tal-fundatur tal-għaqda Giuseppe Muscat, l-innu f'għeluq il-75 sena anniversarju - kliem u mużika ta' Mro Michael Bonanno u l-innu tal-għaqda, kliem t'Aronne Sultana u mużika ta' Mro Carmel Muscat.

Waqt din iċ-ċerimonja wkoll ġiet irrakkuntata l-istorja tal-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina, miktuba u rriċerkata minn Mro Michael Bonanno, li nqrat mis-Sur David Muscat u s-Sinjura Caroline Cassar Deguara. Compere tas-serata kien is-Sur Joe Chetcuti.

Fl-aħħar saru diskorsi mill-President tal-għaqda, is-Sur Joseph DeBono u s-Sindku tal-Mellieħa, isSur Dario Vella filwaqt li ġew preżentati diversi

in-Nota 2023 paġna 12
ADRIAN SAMMUT, SEGRETARJU

tifkiriet tal-okkażjoni. Sar ukoll il-kxif ta' lapida kommemorattiva li tfakkar dan l-anniversarju speċjali għall-għaqda tagħna.

Nixtiequ nirrangrazzjaw lid-diversi persuni preżenti u għaqdiet oħra li għoġobom jattendu u preżentaw tifkiriet tal-okkażjoni.

Quddiesa kantata – 30 ta’ Ottubru 2022

Il-Ħadd 30 ta' Ottubru, il-membri tal-Kor u l-Orkestra

Maria Bambina ħadu sehem f'quddiesa kantata filKnisja Arċipretali tal-Mellieħa b’ringrazzjament lil Alla. Il-quddies kienet ikkonċelebrata mill-Arċipriet.

Wirja tal-Arti – 31 ta’ Ottubru – 6 ta’ Novembru 2022

Attivita` oħra mtellgħa mill-għaqda tagħna flokkażjoni tal-75 sena anniversarju kienet dik ta’ esebizzjoni tal-arti bl-isem ta' 'Composition of Colour and Forms' mill-artisti bravi lokali Gilbert Fenech u Lewis Zammit. It-tberik ta’ din il-wirja sar millarċipriet Fr Joe Caruana u wara saru d-diskorsi talokkażjoni.

in-Nota 2023 paġna 13

L-AĦĦAR TISLIMA LIS-SEGRETARJU

GAETANO SULTANA MILL-GĦAQDA KORALI U ORKESTRALI MARIA BAMBINA

PERIT JOSEPH ATTARD, DIRETTUR

Kien it-2 ta’ Settembru, tas-sena 2022, meta tħabbret l-aħbar illi Gaetano Sultana, magħruf aħjar bħala Gejtu, kien ħalla din id-dinja, sabiex jingħaqad mal-Mulej fl-eta` ta’ 78 sena. Dan il-jum, jaħbat eżatt, l-għada tal-ewwel ta’ Settembru, ilġurnata meta l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina ttella’ l-programm mużikali tagħha tal-festa tal-Vitorja. Huwa fatt illi Gejtu, kien ta s-sehem tiegħu f’dan il-programm. Imbagħad fl-erbgħa ta’ Settembru, l-għaqda ħadet sehem attiv fl-aħħar tislima lil Gejtu, permezz ta’ quddiesa funebri li

Gejtu kien ikanta fil-kor b’mod attiv u tant ieħor kien jagħti s-sehem tiegħu fil-programm tal-1 ta’ Settembru ta’ kull sena permezz ta’ sorpriża teatrali, li kienet tkun ferm mistennija mill-pubbliku li kien jimla l-pjazza tar-raħal tant maħbub tagħna, il-Mellieħa. Huwa kien jifforma parti mill-grupp folkloristiku ‘Simar’. Dan il-grupp kien jikkonsisti millkitarristi Anthony Cauchi u Joseph De Bono, filwaqt li Gejtu kien iservi ta' kantant. Dan il-grupp ħa sehem f’diversi attivitajjiet kemm lokali kif ukoll barra minn xtutna.

jissallab biex jagħmel pjaċir lil xi ħadd bla ebda interessi ulterjuri. L-għaqda tagħna ma tistax ma ssemmix iddonazzjonijiet li Gejtu għoġbu jagħmlilna b’mod volontarju matul is-snin.

Għalhekk huwa xieraq li nsellmu l-memorja ta’ Gejtu li ta sehem importanti fl-għaqda tagħna. Huwa ser jibqa' mfakkar bħala membru eżemplari u umli tal-għaqda, kif ukoll bħala karattru tipiku Mellieħi ferrieħi fis-semplicita` tiegħu.

Gejtu kien ukoll kunsillier indipendenti fl-ewwel kunsill lokali tal-Mellieħa, bejn is-snin 1994 u 1996. Fost id-diversi talenti li kellu Gejtu, wieħed ma jistax ma jsemmix dak artistiku. Huwa kien bniedem versatili li kien jieħu sehem f’diversi dixxiplini artistiċi. Fost oħrajn nistgħu nsemmu li kien kantant, bandist mal-banda Imperial, għannej, attur mal-Mellieha Stage Friends u kittieb ta’ taqbiliet u poeżiji.

Ma' isem Gejtu, wieħed ma jistax ma jabbinax l-għana Malti spirtu pront. Gejtu kien magħruf għall-għana tiegħu kemm bil-lingwa Maltija, kif ukoll bil-lingwa Ingliża, kemm lokali kif ukoll barra minn xtutna. Dan tal-aħħar huwa sostanzjat bil-mawra ta’ Gejtu f'Dubai, fejn irrappreżenta lil Malta permezz tal-għana. Gejtu kien joffri s-servizzi tiegħu talgħana b’mod volontarju waqt l-ikla tal-festa f’Awwissu li l-għaqda torganizza ta’ kull sena quddiem il-binja fi Triq ilParroċċa.

Dan il-ħabib ta’ kulħadd kien għażeb attiv f’diversi għaqdiet Melleħin b’mod volontarju. Huwa kien bniedem dħuli u dejjem bi tbissima fuq wiċċu, tant li kien ikellem lil kulħadd, miż-żgħar sal-kbar. Ma kienx jonqos li jirrakkonta xi ċajta għax kien iħobb il-kumpanija tan-nies madwaru b’ċertu element ta’ ferħ u ħbiberija. Gejtu kien bniedem illi kif jgħidu,

in-Nota 2023 paġna 19

Emanuel Farrugia

L-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina ssellem ilmemorja tas-Sur Emanuel Farrugia li għadda għall-ħajja ta' dejjem fl-10 ta' Marzu 2023 fl-eta` ta’ 84 sena.

Emanuel Farrugia, jew kif kien magħruf minn kulħadd bħala l-Fasus, kien membru onorarju u membru attiv ħafna tal-għaqda tagħna speċjalment fis-snin 70 u 80 fejn ta s-sehem tiegħu fil-kumitat tal-għaqda u kien ukoll perkussjonista tal-orkestra. Kien strumentali ħafna wkoll biex il-kor u orkestra jdoqqu mużika kontemporanja ta’ dak iż-żmien u jtellgħu programmi mużikali fil-lukandi ewlenin tal-Mellieħa.

L-aħħar tislima lis-Sur Emanuel Farrugia ngħatat b'quddiesa kantata bil-Kor u Orkestra Maria Bambina taħt id-direzzjoni ta' Mro Michael Bonanno fil-knisja arċipretali tal-Mellieħa. Waqt din il-quddiesa ġiet interpretata ‘Messa di Requiem’ ta' Mro Carmel Muscat u innijiet addattati għal quddiesa funebri. Huwa ġie midfun fil-qabar tal-għaqda fiċ-ċimiterju Omm il-Ħniena.

Filwaqt li niftakru fih fit-talb tagħna, l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina tibqa’ rikonoxxenti u tfakkar lil Emanuel għall-ħidma li wettaq matul ħajtu.

in-Nota 2023 paġna 20 INSELLMU L-MEMORJA
...
TA’
ADRIAN SAMMUT, SEGRETARJU
in-Nota 2023 paġna 21

IL-PROGRAMM ANNWALI TAL-1 TA’ SETTEMBRU 2022

Il-programm annwali tal-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina li jsir fl-1 ta’ Settembru u li ilu jiġi organizzat missena 1992 fil-pjazza tal-Mellieħa, reġa’ ħa l-ħajja s-sena l-oħra wara nuqqas ta’ sentejn minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Kien programm mistenni minn ħafna u nistgħu ngħidu li kien suċċess f'kull aspett hekk kif kien jixraq propju fil-ħamsa u sebgħin sena mit-twaqqif talgħaqda tagħna.

Dan il-programm mużikali taħt id-direzzjoni mużikali tiegħi u ppreżentat b’abbiltà kbira mill-preżentatriċi Angie Laus, bdejnieh bis-silta ‘A Tribute to Thomas Bergerson and Nick Phoenix’ fejn kellna wkoll is-sehem taż-żeffiena mill-Artemocion Dance and Leisure Studio. Fakkarna wkoll l-għaxar sena mill-mewt tal-eks surmast tal-Għaqda, Mro Carmel Muscat, b’marċ kompożizzjoni tiegħu stess bl-isem ta’ ‘Il Capitano’. L-orkestra kompliet issemmgħalna melodiji mill-isbaħ bis-silta ‘Classical Medley’ fejn smajna fost l-iktar siltiet klassiċi magħrufa u melodjużi.

Ta’ min isemmi li għal dan il-programm kellna magħna wkoll il-kor Amadeus Chamber Choir immexxi misSurmast u Tenur Brian Cefai. Flimkien mal-kor tagħna mmexxi mis-Sopran Susanne Bonello, ġew interpretati melodiji mill-isbaħ fosthom ‘Concert Celebration’, mużika tal-kompożitur magħruf Andrew Lloyd Webber, u ‘Conquest of Paradise’ tal-kompożitur Vangelis. Għalaqna l-ewwel parti tal-programm b’silta mill-opra Turandot talkompożitur Giacomo Puccini, ‘Nessun Dorma’ fejn ġiet

F’nofs il-programm fakkarna persuna speċjali ħafna għalina li ħalliena matul is-sena l-oħra, propju nhar ilĦadd, l-1 ta’ Mejju, Monsinjur Mosè Debono, li serva filParroċċa Arċipretali tal-Mellieħa u kien eks fundatur talgħaqda tagħna fost il-ħidma kbira li wettaq fil-parroċċa tagħna.Waqt feature ppreparat, smajnieh ifakkar il-bidu u l-memorji tiegħu fi ħdan din l-għaqda u jagħti l-awguri tiegħu waqt intervista li saritlu propju ftit xhur qabel ħalliena.

It-tieni parti bdiet bl-innu tal-ħamsa u sebgħin sena lillgħaqda bl-isem ta’ ‘Omaġġ lill-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina’, kliem u mużika tiegħi stess, filwaqt li komplejna b’iktar kanzunetti kontemporanji u melodjużi bħal ‘Il-Kampanjol’ u ‘Titanium’, kantati mis-solista Jolene Samhan, ‘Radio Gaga’ u ‘Baila Morena’, kantati mill-kantant Ludwig Galea, u għalaqna bis-siltiet ‘Imagine’ u ‘Vincerò’.

Naturalment biex dan il-programm seta’ jittella’ kien hemm il-ħidma ta’ ħafna nies li ħadmu fis-skiet u mingħajr ħafna daqq ta’ trombi. Fost dawn kien hemm dawk li ħadu ħsieb l-armar tal-palk, it-twapet, is-siġġijiet, il-leġiji u ħafna affarijiet oħra. Oħrajn ħadu ħsieb il-features biex jakkumpanjaw il-mużika waqt il-kunċert, l-arranġamenti mużikali, il-kordinazzjoni tal-membri, il-kantanti u l-mużiċisti, u lista sħiħa li ma tispiċċa qatt – grazzi lilkom kollha. Ilkoll flimkien inħossu sodisfazzjon li ħadna

in-Nota 2021 paġna 22 in-Nota 2023 paġna 22
MRO MICHAEL BONANNO, DIRETTUR MUŻIKALI interpretata mit-Tenur Mro Brian Cefai.

sehem f’dan il-programm li ilu jiġi organizzat matul dawn l-aħħar tletin sena. Grazzi wkoll tmur lil kull min għen biddonazzjoni finanzjarja li ttaffi mhux ftit il-piż finanzjarju li programm bħal dan iġib miegħu. Ma kinitx faċli li terġa’ ssib dik l-enerġija biex torganizza programm fuq dan il-livell wara nuqqas ta’ sentejn, imma bid-determinazzjoni talmembri u l-inkoraġġiment tal-pubbliku inġenerali li attenda bi ħġaru nkiseb is-suċċess mixtieq.

La qegħdin nitkellmu fuq il-programm tal-1 ta’ Settembru tas-sena l-oħra, ma nistax ma nsemmix il-mewt ħabta u sabta tas-segretarju tal-għaqda u ħabib ta’ kulħadd, is-Sur Gaetano Sultana, li propju ftit sigħat wara l-programm li kien parti minnu bis-sehem tiegħu fil-kor fuq il-palk magħna, ħalliena għall-ħajja ta’ dejjem. Kien xokk kbir għalina lkoll. Gejtu jibqa’ mfakkar għas-sehem tiegħu f’dan il-programm fejn ħafna għadhom jiftakru s-sorpriża li kienet tkun preparata

propju f’xi ħin waqt dan il-programm, jilbes kostum partikolari u relatat mal-iskeċċ li jkun qed jagħmel, ikanta kanzunetta b’dik il-vuċi tipika tiegħu li tant ferrħet nies matul ħajtu. Żgur li n-nuqqas tiegħu nħass sew, u ngħid għalija tlift ħabib li min jaf kemm irrakkuntali stejjer mill-passat, filwaqt li jżerżaq xi ċajta jew taqbila spirtu pront minn tiegħu. Żgur li qed jieħu ħsiebna u jsegwi dak kollu li qed nagħmlu, u għalkemm mhux se jkun magħna fiżikament fil-programm ta’ din is-sena, se jkun magħna fil-ħsieb u l-ispirtu.

Nagħlaq billi nagħmel appell biex tkunu magħna għallprogramm ta’ din is-sena nhar il-Ġimgħa, l-1 ta’ Settembru fit-8.30 pm fil-pjazza tal-Mellieħa, fejn żgur għandkom tieħdu pjaċir bl-għażla mużikali li ġiet ippreparata għalikom u b’hekk inkunu tajna bidu għall-programmi mill-għaqdiet mużikali fil-Mellieħa propju ġimgħa biss qabel il-festa ta’ Marija Bambina.

in-Nota 2021 paġna 23 in-Nota 2023 paġna 23

IL-FESTA T-TAJBA!

PROGRAMM FESTA 2023

IS-SIBT, 19 T’AWWISSU IKLA TAL-FESTA

IT-TNEJN 28 T’AWWISSU L-ERBGĦA 30 T’AWWISSU

IL-ĦAMIS, 31 T’AWWISSU 6:30PM, IL-KOR U L-ORKESTRA JIEĦDU SEHEM FIL-FUNZJONI DDEDIKATA LIL JUM L-GĦAQDIET

IL-ĠIMGĦA, 1 TA’ SETTEMBRU 8:30PM, PROGRAMM MUŻIKALI VARJAT FIL-PJAZZA TAL-PARROĊĊA IL-ĦAMIS, 7 TA’

QUDDIESA SOLENNI TA’ LEJLET IL-FESTA IL-ĠIMGĦA, 8 TA’

9 TA’

PROVI ĠENERALI
SETTEMBRU 6:30PM,
SETTEMBRU 9:00AM,
6:00PM,
8:15PM,
11:00PM,
XALATA
in-Nota 2023 paġna 25
QUDDIESA SOLENNI TA’ JUM IL-FESTA
GĦASAR SOLENNI
IL-KOR TAT-TFAL IKANTAW ‘INNU MADONNA TAL-VITTORJI’ MILLGALLARIJA TAD-DAR TAL-GĦAQDA FI TRIQ IL-PARROĊĊA
BARKA SAGRAMENTALI IS-SIBT,
SETTEMBRU
TAL-FESTA

HEY THERE! YOU KNOW WHO’S BACK AFTER A LOOOOONG BREAK?

IT IS ME, NOTINU! I AM BACK TO CONTINUE TEACHING YOU ABOUT THE BEAUTY OF MUSIC!

Contact the Choral and Orchestral Society Maria Bambina by sending a message on the club’s Facebook or Instagram Page, or by sending us an email on info@choirandorhcestra. org, or give us a call on 7952 1970, and let the fun begin!

Just to remind you that we have a Junior Choir here that would be perfect for you to join!

DISCOVER A NEW LEVEL OF TASTE BEACH BAR RESTAURANT For Bookings Call +356 22895601 Email info@portolounge.com.mt
EAT, DRINK & CHEER! MELLIEHA’S FAVORITE SPORT’S BAR & KITCHEN POOL TABLES  DARTS BOARD FOOD  VARIETY OF BEERS LIVE SPORTS  LIVE ENTERTAINMENT  BIG SCREEN TRIQ L GHOLJIET, ILMELLIEĦA  9942 8945 FACEBOOK : BILLY’S SPORTS BAR & KITCHEN INSTAGRAM : BILLYSSPORTSBARANDKITCHEN

STUDENTS’ RECITAL

The students’ recital events took place on the 20th of November 2022 and the 23rd of April 2023 within the premises of the society’s hall, following a series of virtual versions due to the COVID-19 pandemic. These recitals provide the students with a valuable opportunity to showcase the musical repertoire that they have diligently prepared during their individual lessons, in the presence of their esteemed guests consisting of family and friends.

The presentation of theory and practical examination certificates was carried out by the society’s president, Mr. Joseph DeBono and Mrs. Susanne Bonello. Additionally, speeches were delivered by both Mr. DeBono and Mro. Michael Bonanno, wherein they explained the significance of learning a musical instrument, the importance of consistent practice, and the pivotal role played by the parents and guardians and the students themselves in achieving success.

The success of these recitals owes its gratitude to the relentless dedication exhibited by the tutors who tirelessly nurture

their student’s musical talents. We would also like to thank the accompanists who accompany the students during their examinations and concerts, and also the parents and guardians who support their students throughout their musical journey.

in-Nota 2021 paġna 30 in-Nota 2023 paġna 30
trusting the franksalt.com.mt
MICHELA SCHEMBRI President Joseph DeBono giving a speech and Mrs Susanne Bonello presenting students with examination certificates – 23rd April 2023 Mro. Michael Bonanno giving a speech – 23rd April 2023
in-Nota 2021 paġna 31
Students who took part in the Rectial concert – 23rd April 2023 Family and friends who attended the Recital concert – 20th November 2022 Students who took part in the Recital concert – 20th November 2022
in-Nota 2021 paġna 32
in-Nota 2023 paġna 32
Stone Carver

THE MEDITERRANEAN YOUTH ORCHESTRA THROUGH THE LENS OF A MALTESE VIOLINIST

My name is Stephen Scerri and I am a twenty-five-year-old Maltese violinist who graduated with a Bachelor of Music (Honours) degree in 2022, specialising in performance at the University of Malta. Over the years, I performed as a soloist, together with other artists, and with larger ensembles including the Malta Philharmonic Orchestra (MPO), Mediterranean Youth Orchestra, Malta Youth Orchestra (MYO), Palace String Orchestra (PSO) and the Choral and Orchestral Society Maria Bambina in my hometown, Mellieħa.

under the baton of conductor Duncan Ward. The pedagogical coaching of this session is also entrusted to musicians of the London Symphony Orchestra, who work with their respective orchestra sections and guide them along this journey from the first sectional, then tuttis and ultimately the concerts themselves. Every year, almost 600 musicians apply for auditions organised in about 20 cities of the Mediterranean from which some 100 young talents are selected. Having experienced the past two symphonic sessions, I now have a better understanding of what makes this orchestra so special.

Corum, Montpellier (2022)

I began my violin studies at the age of eight, attending lessons at the Choral and Orchestral Society. In 2019 I enrolled in the Bachelor of Music course at University and joined the MYO in the same year. Recently, as part of the new MPO academy project, I was selected to attend weekly masterclasses with Marcelline Agius, leader of the MPO. I currently teach violin to beginners at the Choral and Orchestral Society and intend to further involve myself in music education and outreach projects. In June, I completed a five-month internship program with the MPO consisting of performances as a rank and file violinist and tutorship from principal second violinist Matteo Colombo.

As an addition to my professional development, for the past 2 years I have been chosen to form part of the Mediterranean Youth Orchestra in Aix-en-Provence, France, an opportunity that nourished a deeper connection to orchestral music. The symphonic session of the Mediterranean Youth Orchestra is designed for future professional classical musicians from the Mediterranean. This training session offers an intercultural experience of the orchestra life in rehearsals, concert and on tour within the stimulating frame of the Festival d'Aixen-Provence. It provides a high-level musical training where young musicians work on symphonic repertoire masterpieces

LeCorum, Montpellier (2022)

My experience of the Mediterranean Youth Orchestra symphonic session can be described as 3 weeks of intense musical and social exchanges. The social encounters are a chance for reflection and appreciation of what makes us Mediterranean, the different languages, cultures, and music schools but also similarities in lifestyle, language, music influences and study objectives. Furthermore, the orchestra is full of youthful energy, not only due to the age of the participants but also the infectiously positive mindset of all the people involved. Being the sole Maltese in the orchestra this year, I found that connecting with others was the most crucial part while in Aix-en-Provence, as being connected to other orchestra members is what elevates the artistic excellence of the performance. There, I made it a point to talk to every project participant and participate in the various social activities.

The Mediterranean Youth Orchestra has widened my horizons to the potential of youth orchestras and why they are crucial to the sustainability of my profession, combining experienced tutors with young knowledge seeking musicians, making it an unforgettable and invaluable experience.

in-Nota 2023 paġna 33
My desk partner in 2022, Beatriz (Portuguese) STEPHEN SCERRI From left to right; Vasiliki (Greek), myself, Paolo and Greta (Italian). Mediterranean Youth Orchestra
in-Nota 2021 paġna 34 in-Nota 2023 paġna 34

IL-PROGRAMM TAL-MILIED FIL-KNISJA ARĊIPRETALI MARIJA BAMBINA

Hekk kif kien wasal magħna x-xahar ta’ Diċembru, kien reġa' wasal li jittella’ l-kunċert tal-Milied fil-Knisja Arcipretali talMellieħa. Dan il-kunċert sar nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ Diċembru 2022. Il-kunċert ta l-bidu għall-istaġun tal-Milied fil-Mellieħa u dan għen sabiex in-nies tidħol fl-ispirtu ta’ dan l-isbaħ żmien tas-sena.

Il-kor u l-orkestra kienu taħt it-tmexxija tas-Surmast Michael Bonanno u l-kor kien ippreparat mis-Sinjura Susanne Bonello. Waqt il-programm, ħa sehem ukoll il-kor taż-żgħar, li kantaw ‘Tu Scendi dalle Stelle’ (Ħallejt O Alla s-Sema) u ‘It came upon a Midnight clear’. Il-kor kien ippreparat mis-Sinjorina Kristina Marie Vella.

Il-kor u l-orkestra interpretaw għadd sabiħ ta’ siltiet mużikali u korali marbuta maż-żmien tal-Milied bħal, ‘Ninni la tibkix iżjed’, ‘A Christmas Festival Medley’ u ‘Fantasia on Greensleeves’, fost l-oħrajn. Għall-ewwel darba ndaqqet il-

quddiesa ‘Messa Pastorale’- Opus 109 tal-mibki Surmast Mro Carmel Muscat.

Dan il-kunċert ġie mżewwaq minn ensemble magħmul minn Susanne Bonello, Florence Aquilina, Victor Bonanno u Joseph Vella. Dawn taw interpretazzjoni mill-isbaħ ta’ ‘Christmas Lullaby’ u ‘Gaudete’.

Biex inkomplu nidħlu iktar fl-ispirtu tal-Milied, inqraw għadd ta’ poeżiji dwar il-Milied ta’ awturi Maltin fosthom George Zammit, Dun Karm Psaila, Rużar Briffa u l-poeta Mellieħi, Ġanni Camilleri. Is-Sur David Muscat wassal lil dawk preżenti riflessjonijiet marbuta maż-żmien sabiħ tal-Milied.

Grazzi għal dan il-kunċert, il-kor u l-orkestra Marija Bambina wasslu l-messaġġ sabiħ tat-twelid ta’ Ġesù Bambin lilkomunita` Melleħija.

in-Nota 2020 paġna 35 in-Nota 2023 paġna 35
ALISON JOY FARRUGIA

JUNIOR CHOIR AND ORCHESTRA

The Junior choir and Orchestra organised and performed various concerts this past year, which included the 1st of August concert in 2022 at Parish Street in front of our society's premises.

During last Christmas period, the Junior choir and orchestra performed Christmas music repertoire at the Luna Holiday Complex, Labranda Riviera Hotel and Spa, and at the Elderly Home in Mellieħa, Dar Madonna tal-Mellieħa. The Junior Choir and Orchestra also took part during the activity by the name of Music and Timpana on the 30th April 2023. They opened the activity with a musical concert and afterwards, members and the public gathered in the social area for lunch.

The musical direction for these concerts were under the musical direction of Wayne Bartolo and the choir was prepared by Kristina Marie Vella.

in-Nota 2023 paġna 36
FLORENCE AQUILINA

MUSIC TUITION & ASSESSMENT

Our Society offers various music tuition courses starting from the very young age of 5 years. At this age children are introduced to various music styles and start getting familiar with the musical instruments and their sounds. During these sessions students are active, taking part in games and creating their handcrafts related to music and instruments. These sessions allow the students to express themselves and start showing their inclination to their preferred musical instrument.

Once that sufficient knowledge is gained, and the students decide they wish to pursue their studies, they can then start attending music theory class where a more formal set up of tuition is provided to prepare the student for the practical aspect of music tuition once they have decided which instrument they wish to learn.

Both the theory and practice classes lead students to sit for examinations by the ‘Associated Board of the Royal Schools of Music’, which are held regularly to give a good indication to the students of their progress. All this requires an organised set up and dedicated tutors as well as the support of parents and guardians. We would like to also congratulate our students for their achievements in obtaining good results in their examinations and wish them more progress in their studies.

in-Nota 2023 paġna 37

IL-ĠIMGĦA MQADDSA 2023

REBECCA MIFSUD

L-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina kellha diversi impenji fiż-żmien sagru tal-Ġimgħa Mqaddsa. Nhar ilĠimgħa, 17 ta’ Marzu l-kor u l-orkestra tal-għaqda tellgħu kunċert ta’ mużika sagra bl-isem ta’ ‘Aprite le Porte a Cristo’ fil-Knisja Arċipretali tal-Mellieħa, taħt id-direzzjoni tasSurmast Michael Bonanno. Fost il-mużika sagra li ġiet esebita nsibu l-marċ funebru ta’ Frédéric Chopin u ‘Jesu, Joy of Man’s Desiring’, kompozizzjoni ta’ Johann Sebastian Bach. Il-Junior Choir ukoll ħa sehem f ’dan il-kunċert bl-innu ‘Aprite le Porte a Cristo - Inno a San Giovanni Paulo II’ ta’ Mons. Marco Frisina u l-innu tradizzjonali ‘Ħenn Għalija, Ħenn Għalija’.

F’dan il-kunċert ħadu sehem ukoll is-Sopran Claire Caruana li esegwiet is-silta ‘Ave Maria’ ta’ Giulio Caccini kif ukoll is-silta ‘Pie Jesu’ ta’ Gabriel Faure, u t-Tenur Georg Zammit li esegwa s-silta ‘Agnus Dei’ ta’ Georges Bizet kif ukoll is-silta ‘Pieta` Signore’ ta’ Alessandro Stradella. Claire Caruana, Susanne Bonello, Christian Tanti u Yanik Cutajar flimkien esegwew is-silta ‘Path to Heaven’ mill-film ‘Kingdom of Heaven’ u ‘The Crown of Roses’ ta’ Pyotr Tchaikovsky.

Il-kor u l-Junior Choir ġew ippreparati għal dan il-kunċert mis-Sinjura Susanne Bonello u s-Sinjorina Kristina Marie Vella rispettivament. L-arranġamenti tal-muika għall-orkestra ġew ippreparati mis-Surmast Michael Bonanno u s-Sur Wayne Bartolo. Bejn silta mużikali u oħra, is-Sur Marvin Abela qara ħsibijiet dwar l-aħħar kelmiet ta’ Sidna Ġesu` Kristu qabel ilmewt u l-qawmien tiegħu.

Għat-tieni sena konsekuttiva ttellgħet wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa fid-dar tal-għaqda. Din il-wirja, bl-isem ta’ 'Jien, Int, Marija u Kristu lejn il-Golgota' ġiet maħduma mis-Sur Joe Galea, bl-għajnuna ta’ membri tal-għaqda. L-inawgurazzjoni u t-tberik ta’ din il-wirja saru il-Ħamis, 30 ta’ Marzu fejn saru kelmtejn tal-okkażjoni mill-President tal-għaqda, s-Sur Joseph DeBono, l-organizzatur is-Sur Joe Galea, is-Sindku, is-Sur Dario Vella u l-Arċipriet Dun Joe Caruana. Is-Sur Marvin Abela qasam ħsibijiet relatati mal-Ġimgħa Mqaddsa mal-udjenza preżenti, filwaqt li l-kor tal-għaqda kanta siltiet sagri. Il-kor kien akkumpanjat mis-Sur Edward Camilleri fuq il-pjanu, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Michael Bonanno.

in-Nota 2021 paġna 38
in-Nota 2023 paġna 38

REBECCA MIFSUD

Minbarra l-programmi mużikali prinċipali li ttella’ l-għaqda kif ukoll il-parteċipazzjoni f’servizzi liturgiċi matul is-sena, l-għaqda tieħu sehem b’mod attiv fil-komunita` Melleħija f’diversi avvenimenti kif ukoll torganizza attivitajiet għallmembri fi ħdanha.

Live-in

Wara l-festa ta' Marija Bambina tas-sena li għaddiet, bejn il-Ħadd, 11 ta' Settembru u t-Tlieta, 13 ta' Settembru ġie organizzat live-in ieħor għat-tfajliet tal-kor u orkestra ġewwa d-dar tal-għaqda. Kienet esperjenza oħra pożittiva fejn ittfajliet qattgħu jumejn flimkien bħala familja waħda. Kant, żfin, daqq, mixja u logħob ma naqsux matul dawn il-jumejn.

Aġenzija Sedqa flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bħala parti mil-programm ‘Young Achieve 2019’. Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti numru ta’ membri tal-għaqda.

Laqgħa mtellgħa mill-Aġenzija Sedqa

Nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Ottubru 2022, saret laqgħa dwar ilperiklu tal-abbuż mis-sustanzi u r-riperkussjonijiet tagħhom fid-dar tal-għaqda. Din il-laqgħa ġiet imtellgħa mill-

Żjara minn studenti mis-Soċjeta` Filarmonika La Stella tarRabat, Għawdex.

Nhar is-Sibt, 28 ta’ Jannar 2023, is-soċjeta` tagħna laqgħet lil numru ta’ studenti mis-Soċjeta` Filarmonika La Stella tar-Rabat, Għawdex ġewwa d-dar tal-għaqda. Flimkien mal-mużiċisti tal-għaqda ngħaqdu fworkshop mużikali taħt id-direzzjoni ta’ Mro Michael Bonanno, surmast ukoll tal-istudenti tas-Soċjeta` La Stella. Waqt din il-mawra f'Malta, l-istudenti Għawdxin żaru wkoll ix-xelters tat-Tieni Gwerra Dinjija, is-Santwarju talMadonna tal-Mellieħa, kif ukoll il-Madonna tal-Għar.

in-Nota 2023 paġna 39 AVVENIMENTI U ATTIVITAJIET TA’ MATUL IS-SENA
Membri tal-għaqda waqt live-in li sar bejn il-11 u t-13 ta’ Settembru 2022. Laqgħa mtellgħa mill-Aġenzija Sedqa flimkien mal-Kunsill Lokali talMellieħa - 28 t’Ottubru 2022. Studenti mis-Soċjeta` Filarmonika La Stella tar-Rabat, Għawdex flimkien ma’ mużiċisti tal-għaqda waqt żjara fil-Mellieħa - 28 ta’ Jannar 2023.

Żjarat minn studenti tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa

Fis-sajf tas-sena li għaddiet kif ukoll matul din is-sena skolastika, l-għaqda laqgħet studenti mill-iskola primarja tal-Mellieħa.

Il-Ġimgħa, 26 ta’ Awwissu 2022, studenti minn Skola Sajf tal-Mellieħa żaru d-dar tal-għaqda fejn tgħallmu dwar l-attivitajiet tal-għaqda kif ukoll dwar l-istrumenti differenti li jiffurmaw parti minn orkestra. Mużiċisti tal-għaqda taw dimostrazzjonijiet tad-daqq bl-istrumenti tagħhom.

Nhar il-Ġimgħa, 21 t’April 2023, studenti tal-Kinder 2 milliskola primarja tal-Mellieħa flimkien mal-għalliema tagħhom żaru d-dar tal-għaqda għal sessjoni edukattiva dwar il-mużika. Il-President Joseph De Bono u s-Sur Joe Fenech urew lillistudenti strumenti mużikali differenti kif ukoll spjegawlhom l-opportunitajiet ta’ tagħlim ta’ mużika li toffri l-għaqda.

Il-Malta International Fireworks Festival

Nhar il-Ħamis, 27 t’April 2023, l-għaqda ħadet sehem fl-avveniment 'Malta International Fireworks Festival' organizzat minn Visit Malta, permezz ta’ numru sabiħ ta’ membri tfal u żgħażagħ bi lbies tradizzjonali Malti. Dawk preżenti ħadu l-opportunita` biex jieħdu ritratti sbieħ ta' dawn l-ilbies tal-epoka f'atmosfera ta' festa.

Il-Ħuġġieġa ta’ San Ġwann

Nhar il-Ħamis, 22 ta' Ġunju 2023, ġiet organizzata l-festa tradizzjonali tal-Ħġejjeġ ta' San Ġwann mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. Matul din l-attivita` ħadna sehem bħala għaqda flimkien m'għaqdiet u gruppi oħra. Membri mill-għaqda tagħna libsu kostumi tradizzjonali Maltin u akkumpanjaw lillGran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann u ħadu ħsieb il-ħuġġieġa fl-aħħar tal-attivita`.

in-Nota 2021 paġna 40 in-Nota 2023 paġna 40
Żjara fid-dar tal-għaqda minn studenti ta’ Skola Sajf tal-Mellieħa - 26 t’Awwissu 2022. Żjara fid-dar tal-għaqda minn studenti tal-iskola primarja talMellieħa - 21 t’April 2023.
li qegħdin
Membri tal-għaqda waqt Membri ħuġġieġa
in-Nota 2023 paġna 41
qegħdin jieħdu sehem fil-Malta International Fireworks Festival - 27 t’April 2023. Membri tal-għaqda waqt li qegħdin jieħdu sehem fl-attivita` annwali fil-festa talħuġġieġa ta’ San Ġwann - 22 ta’ Ġunju 2023.

INVESTIMENT INFRASTRUTTURALI FID-DAR TAL-GĦAQDA U X-XELTERS

PERIT JOSEPH ATTARD, DIRETTUR

L-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina filwaqt li tagħti importanza lill-mużika, ma tonqosx illi tagħmel proġetti relatati mal-infrastruttura fil-binja tagħha u propjetajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita` tagħha. Dan kollu sabiex il-binja tal-għaqda titkompla u tinżamm fil-livell xieraq ta' tali binja.

Matul din l-aħħar sena, l-għaqda bbenefikat minn għotja taħt l-iskema għall-għaqdiet volontarji ‘Irrestawra 2018’ maħruġa mill-Awtorita tal-Ippjanar. Permezz ta’ dawn il-fondi saret manutenzjoni fl-aperturi tal-injam u l-ħadid tal-gallarija tal-faċċata li tħares fuq Triq il-Parroċċa. Dan il-proġett kien jinkludi wkoll ir-restawr tal-faċċata li tħares fuq Triq ilKappillan Magri u l-ftuħ tal-bieb f’dak ta’ remissa skont iddisinn oriġinali, fejn inkixfet il-ħnejja rieqda ta’ din ir-remissa. Ġew imkaħħla l-fili miftuħin b’taħlita bbażata fuq hydraulic line, liema taħlita ma tagħmilx ħsara lil din il-ġebla partikolari tal-Mellieħa, magħrufa aħjar bħala ġebla tas-sekonda.

L-aperturi ta’ din il-faċċata tbiddlu permezz ta’ aperturi ġodda tal-injam, solidi u ta’ kwalita` tajba li jservu l-għan ta’ dawn l-aperturi esterni. Dan kollu sar sabiex jinżamm il-karattru arkitettoniku tal-madwar u tar-raħal.

Peress illi l-għaqda tieħu ħsieb ix-xelters tat-Tieni Gwerra Dinjija, li l-entrata tagħhom bħalissa tinsab fi Triq il-Madonna tal-Għar, jew kif magħruf aħjar magħna l-Melleħin bħala t-Taraġ tal-Kappillan, inħass il-bżonn li jintalbu fondi sabiex jinħoloq aċċess u faċilitajiet aktar attraenti għat-turisti li jżuru dan il-post storiku. Kien għalhekk li l-għaqda għamlet talba

lill-Industrial Solutions Malta Ltd (INDIS), sabiex tingħata fondi taħt il-Corporate Social Responsibility (CSR). Il-fondi mogħtija koprew ir-restawr tal-grada tal-aċċess, it-twaħħil ta’ antiporta u notice board, it-tfassil ta’ mejda tal-gwardjan, kif ukoll armarju fejn jiġu esebiti reperti storiċi relatati matTieni Gwerra Dinjija. Ta’ min jinnota illi peress li x-xelters ġew imqattgħin fil-blat tal-Mellieħa, il-materjal użat kien wieħed addattat li jiflaħ għal ċerti livell ta’ umdita`. Dan ix-xogħol ġie inawgurat mill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet, l-Onorevoli Silvio Schembri fl-10 ta' Marzu 2022.

L-istess xelters ibbenefikaw minn proġett ieħor, din id-darba taħt il-kappa tal-Awtorita` Maltija tat-Turiżmu. Dan il-proġett kien jinvolvi l-installazzjoni mill-ġdid ta’ sound system malkumpless kollu, li huwa twil madwar nofs kilometru. Din issistema ħolqot atmosfera realistika tal-ħajja mwiegħra li kienu jgħixu u jgħaddu minnha niesna tul it-Tieni Gwerra Dinjija.

Il-qofol ta’ din is-sistema huwa filmat li ġie ppreparat minn Joe Fenech, liema filmat jagħti stampa ċara ta’ diversi ġrajjiet li seħħew fit-Tieni Gwerra Dinjija fil-gżejjer Maltin. Dan ilproġett ġie inawgurat mill-Ministru għat-Turiżmu, l-Onorevoli Clayton Bartolo fil-31 t'Awwissu 2022.

Bħalissa l-għaqda qed tippjana proġetti oħra fil-futur qrib. Nixtiequ nagħlqu dan l-artiklu billi nirringrazzjaw lill-membri kollha tal-għaqda talli volontarjament jagħtu diversi sigħat ta’ xogħol kemm bil-kitba kif ukoll bil-ħidma tal-id.

in-Nota 2023 paġna 42
in-Nota 2023 paġna 43
in-Nota 2021 paġna 44
Titta Confectionery 152, Triq il-Mitħna l-Ġdida, Mellieħa Mob: 79366078 in-Nota 2023 paġna 44
Ta’
in-Nota 2023 paġna 45

PHOTO ALBUM 2022-2023

ALISON JOY FARRUGIA

in-Nota 2023 paġna 46
Tfal u membri tal-għaqda b’kostumi tradizzjonali waqt il-festa tal-Ħuġġieġa ta’ San Ġwann - 22 ta’ Ġunju 2023. Tfal u żgħażagħ tal-għaqda b’kostumi tradizzjonali waqt l-attività tal-Malta International Fireworks Festival - 27 t’April 2023. Workshop bejn il-mużiċisti tal-għaqda u l-istudenti tas-Soċjetà Filarmonika La Stella tar-Rabat, Għawdex - 28 ta’ Jannar 2023. Il-kor u l-orkestra waqt il-quddiesa solenni ta' Sibt il-Għid - 8 t’April 2023. Il-kor u l-orkestra waqt il-quddiesa fl-okkażjoni tal-75 sena anniversarju mit-twaqqif tal-għaqda - 30 t’Ottubru 2022. Wirja tradizzjonali ta' żmien il-Ġimgħa Mqaddsa fid-dar talgħaqda mill-31 ta' Marzu sat-8 t'April 2023.
in-Nota 2023 paġna 47
Grupp ta’ żgħażagħ waqt live-in organizzat fid-dar tal-għaqda mill-11 sat-13 ta’ Settembru 2022. - Mumenti mix-xalata, Għawdex - 9 ta’ Settembru 2022.

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.