![]()
PAĠNA 4 - 5
“INFAKKRU 75 SENA MITTWAQQIF TAL-GĦAQDA KORALI U ORKESTRALI
MARIA BAMBINA
1947 - 2022”
IL-KUMITAT
PAĠNA 7
“75TH ANNIVERSARY” JOSEPH DEBONO
PAĠNA 8
“IL-FESTA REĠGĦET MAGĦNA”
DARIO VELLA
PAĠNA 9
“DIS-SENA SER JIRNEXXILNA NERĠGĦU NAGĦMLU L-FESTA.”
DUN JOE CARUANA
PAĠNA 10 - 11
“IL-MUŻIKA KIENET, GĦADHA U TIBQA’ L-PRIORITA` TA’ DIN L-GĦAQDA”
MRO MICHAEL BONANNO
PAĠNA 12 - 21
L-ISTORJA TAL-GĦAQDA KORALI U ORKESTRALI
MARIA BAMBINA
MRO MICHAEL BONANNO
Għaqda Korali u Orkestrali
PAĠNA 22
L-AĦĦAR TISLIMA LIL REV. MONS. MOSÈ DEBONO MILL- GĦAQDA KORALI U ORKESTRALI
MARIA BAMBINA
ADRIAN SAMMUT
PAĠNA 23
INSELLMU L MEMORJA TA'... MANUEL CASSAR
PAĠNA 29
TEAM BUILDING ACTIVITY
REBECCA MIFSUD
PAĠNA 32
NOTINU
PAĠNA 33
ĦIDMET IL-JUNIOR CHOIR AND ORCHESTRA
KRISTINA MARIE VELLA
PAĠNA 35
ĠIMGĦA MQADDSA 2022
KRISTINA MARIE VELLA
PAĠNA 36 - 37
ESPERJENZI TA’ MEMBRI ĠODDA MATUL L-AĦĦAR SENA
Maria Bambina Mellieħa A.D. 1947
92, Triq il-Parroċċa, Mellieħa, Malta, MLĦ1063.
Telephone: 27521970 Mobile: 79521970
Email: info@choirandorchestra.org
Website: www.choirandorchestra.org
Bord Editorjali:
Adrian Sammut
Michelle Trapani
PAĠNA 39
MUSIC TUITION & ASSESSMENT
SUSANNE BONELLO
PAĠNA 41
PROGRAMM TAL-MILIED FILKNISJA ARĊIPRETALI MARIJA BAMBINA FLORENCE AQUILINA
PAĠNA 42-43
PHOTO ALBUM
Prova tal-qari: David Muscat
Disinn tal-fuljett:
Michelle Trapani
hello@michelletrapani.com
Ritratt tal-qoxra: Mario Caruana
Stampat: A & M Printing, Qala, Gozo
orkestramariabambina
orkestramariabambina
L-artikli li hawn miktub f’dan il-fuljett mhux bilfors jirriflettu l-opinjoni tal-kumitat ta’ din l-Għaqda. © Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina 2022 in-Nota 2022 paġna 3 Alison Joy FarrugiaDin is-sena hija waħda speċjali għall-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina hekk kif qiegħda tfakkar il-75 sena mit-twaqqif tagħha. Kienu 75 sena mimlija ħidma fil-qasam mużikali, kulturali u anki soċjali li żgur ibbenefikaw minnha mhux biss il-Melleħin, imma diversi nies ta’ kull eta`.
Mhux l-iskop ta’ dan l-artiklu li jidħol fid-dettall tal-istorja tal-għaqda, peress li din qiegħda miktuba f’paġni oħra ta’ dan l-istess fuljett. Pero` nixtiequ li nuru r-rikonoxximent lejn tant nies, membri, voluntiera, ħbieb tal-għaqda, surmastrijiet, presidenti u membri fil-kumitat li b’xi mod jew ieħor taw il-kontribut tagħhom matul dawn is-snin f’karigi u żminijiet differenti. Iż-żerriegħa li żera’ l-fundatur talgħaqda Ġiuseppi Muscat, megħjun minn grupp ta’ żgħażagħ fl-1947, kibret f’siġra li tat il-frott. Din l-għaqda li twaqqfet biex tagħti servizz mużikali fil-Knisja Parrokkjali tal-Mellieħa, żviluppat f’għaqda li għallmet il-mużika lil ħafna nies u tat importanza lill-wirt storiku u kulturali, speċjalment dak Mellieħi.
Il-passat kien sabiħ u għandna tassew biex inkunu kburin kemm bħala membri ta’ din l-għaqda u anki bħala Melleħin, li għandna għaqda unika li rnexxielha twettaq tant ġid mat-tfal, żgħażagħ u familji. Din il-missjoni għadha twettaqa sal-ġurnata tal-lum. Pero`, ma nistgħux nieqfu hawn. Jidher li hemm diversi sfidi ġejjin mhux fuq l-għaqda tagħna biss, imma fuq l-għaqdiet volontarji kollha.
Fil-ħajja mgħaġġla tal-lum, li taħdem fil-volontarjat mhix l-iktar ħaġa attraenti. Qegħdin ngħixu f’ġirja sfrenata u mhux faċli li ssib ħin għallvolontarjat. Dan il-punt ifakkarna fl-aħħar messaġġ li għaddielna l-mibki Rev. Dun Mose` Debono propju nhar il-Ħadd 20 ta’ Frar ta’ din is-sena fi żjara li għamel fid-Dar tal-Għaqda fil-ftuħ tal-festi tal-75
sena. Huwa rrakkonta l-esperjenzi tiegħu fil-Kor u Orkestra Maria Bambina li jiftakar il-bidu tagħha fl-1947, fejn kien idoqq il-vjolin qabel sar qassis. L-aħħar messaġġ tiegħu kien biex nibqgħu nagħtu l-kontribut tagħna fil-volontarjat, għaliex is-sodisfazzjon li jagħtik hu, ma tista’ tieħdu minn imkien ieħor.
Hekk kif ħerġin wara pandemija ta’ madwar sentejn, xorta waħda bħala għaqda kellna sena mimlija daqs bajda. Fraħna fil-festi talVitorja, il-Milied, l-Għid il-Kbir, b’kunċerti mużikali u funzjonijiet b’mużika sagra u kontemporanja taħt id-direzzjoni mużikali ta’ Mro Michael Bonanno. Kellna okkażjonijiet ta’ diqa wkoll fejn tlifna u sellimna lil Dun Mose` Debono, is-Sur Saviour Debono, l-ex Sindku tal-Mellieħa s-Sur Joe Borġ u s-Sinjorina Yvonne Caruana. It-tagħlim tal-mużika baqa’ għaddej u erġajna rrankajna b’numru sabiħ ta’ studenti ġodda. Kunċerti mużikali mill-Junior Choir and Orchestra saru wkoll f’diversi okkażjonijiet taħt id-direzzjoni ta’ Wayne Bartolo. Iktar dettalji fuq dawn l-attivitajiet issibuhom f’paġni oħra ta’ dan ilfuljett.
Kif qegħdin taraw, il-preżent huwa wkoll wieħed mimli attivita`. Dan kollu jagħmlilna kuraġġ li nibqgħu għaddejjin bil-ħidma tagħna filfutur. Għalhekk huwa importanti li naraw li kull tip t’attivita` hija waħda sostenibbli u li tgħin fl-iżvilupp tal-membri u studenti tagħna. Nagħlqu dan l-ewwel messaġġ f’dan il-fuljett b’ringrazzjament lillmembri kollha ta’ kull żmien għax biex stajna naslu sal-ġurnata tallum kien bis-saħħa ta’ kull min ħadem jew għen b’xi mod jew ieħor, mill-kbir saż-żgħir. Grazzi lil kulħadd!
Il-festa t-tajba lil kulħadd. Viva Marija Bambina!
Sezzjoni tal-korda mill-orkestra waqt żjara speċjali mill-mibki Dun Mose` Debono – 20 ta’ Frar 2022
Il-Junior Choir and Orchestra waqt programm tal-Milied ġewwa l-Luna Holiday Complex – 27 ta’ Diċembru 2021
Il-kor u l-orkestra waqt il-quddiesa tal-festa tal-Madonna tal-Mellieħa –26 ta’ Settembru 2021
Inawgurazzjoni ta’ proġett mmaniġġjat mill-Majjistral Action Group Foundation – 7 ta’ Novembru 2021
Having been associated with our society since 1981, I have been fortunate to have the opportunity to meet and talk to many of the original members who founded the choir and orchestra in 1947. It was a monumental task to take part in forming and organising this group especially two years after the ravages of World War 2, but form they did and so started their journey in which we today are continuing in their vision and legacy.
Over the years many members and benefactors have contributed to this same cause, not only have they expressed their musical talents but have also entertained generations of persons who had and have music at heart. We are finding that these same people who are now sending their children and grandchildren to study music within our society as a positive expression of memories of their youth, together with the great opportunities that being a member of our organisation brings.
Our society has always given that something different, it has contributed in giving audiences a choice in musical performances and other social and educational activities which over the years contributed to the cultural identity of Mellieħa, it has lifted expectations and has become a positive force for all to see.
We are fortunate to have a very strong youth base which we are very proud of, it is in these youths that we are now relying in taking our society forward in keeping our traditions as well as adapting to circumstances needed to change as our
society changes. On these shoulders lays the future as was handed to us in the past, it is how it has been and how it should be, so that the future of our organisation may keep growing in serving our locality for the benefit of all.
In this 75th anniversary we are filled with gratitude to all who are contributing to this year’s activities which are being organised to celebrate this special event. Due to the covid 19 pandemic which saw a scaled down of events these last two years, we did our utmost in keeping musical lessons and other activities ongoing but now is the time for us to return as before. I am sure that with everyone’s help we may use these celebrations to encourage people to sponsor and support our activities and also to see new faces wishing to join us in the many capacities we as a society have to offer.
With the feast of Maria Bambina so near it is time to actively support all those who one way or another dedicate their time in seeing that our feast is a success. A large and successful event like this takes time and preparation. We too with the different branches of the committee, musical directors, choir leaders, members and others are working hard to meet the expectations put before us.
We are proud of our accomplishments and adamant with the help of the Parish of Mellieħa, the Mellieħa Local Council, the Central Government, members, benefactors, and society in general we may rise to the challenges the future may hold.
Viva Maria Bambina. JOSEPH DEBONO, PRESIDENTNixtieq nibda billi nirringrazzja minn qalbi lill-Għaqda Korali u Orkestrali ta’ din l-opportunita`biex għal sena oħra nwassal l-messaġġ tiegħi bħala Sindku tal-Mellieħa fil-fuljett li l-għaqda tippubblika ta’ kull sena fl-okkażjoni tal-festa.
Għaddiet sena oħra u waslet festa oħra. Festa li issa kienet ilha ma tiġi organizzata kif suppost għal sentejn sħaħ. Sentejn fejn inħass nuqqas kbir taċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’ Marija Bambina fil-Mellieħa. Issa li l-festa lura għan-normal, qed nieħu gost nara l-impenn, l-imħabba u s-sagrifiċċji talgħaqdiet u l-volontiera fil-lokalita` tagħna bi preparazzjoni għall-festa ta’ Marija Bambina. Waħda minnhom hija l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina, li din is-sena qed tiċċelebra l-ħamsa u sebgħin sena mit-twaqqif tagħha bħala soċjeta` fir-raħal tal-Mellieħa.
Ħamsa u sebgħin sena ta’ impenn kontinwu lejn il-komunita tagħna. Ħamsa u sebgħin sena li bla dubju ma nistax ma nsellimx u ma nirringrazzjax lil dawk kollha li kienu benefatturi biex twaqqfet din l-għaqda fil-komunita` u llum il-ġurnata m’għadhomx magħna. Grazzi lil kulħadd tassehem tiegħu.
F’dawn is-snin l-għaqda tat is-sehem tagħha f’numru ta’ kunċerti u attivitajiet fil-lokalita` u anke barra minn xtutna, fosthom f’dawn l-aħħar snin kemm ilu mwaqqaf il-Kunsill Lokali, din l-għaqda flimkien mal-għaqdiet l-oħrajn kienu ta’ sapport kontinwu lill-Kunsill. Dan ikompli jixhed l-għaqda u l-bżulija tal-għaqdiet fil-lokalita` tagħna fejn id f’Id naħdmu biex inkunu qrib il-komunita`. Kif għamilna f’dawn l-aħħar
snin, hekk ukoll ħa nibqgħu nagħmlu bħala Kunsill Lokali, fejn nibqgħu qrib l-għaqdiet u l-komunita` biex flimkien inkomplu nagħmlu dan ir-raħal tal-Mellieħa uniku.
Grazzi lil kull min jagħti s-sehem tiegħu f’din il-lokalita`. Nixtieq nagħlaq dan il-messaġġ, billi f’ismi u f’isem sħabi l-kunsilliera kollha u l-istaff tal- Kunsill, nirringrazzja lillPresident, is-Sur Joseph DeBono u lil sħabu kollha tal-ħidma bla waqfien tagħhom u lill-familjari tagħhom tas-sapport.
Apprezzament mistħoqq ukoll lejn il-ġenituri tat-tfal li jattendu din l-għaqda, għall-impenn u sagrifiċċji tagħhom biex jaraw lil uliedhom jikbru u jimmaturaw.
Il-festa t-tajba lil kulħadd
Revolut: 77063663
DUN JOE CARUANA, ARĊIPRIET
Wara sentejn bla festi minħabba l-famuża COVID, nitolbu lil Alla bis-serjeta` biex ma jinqalax xi gwaj ieħor. Ovvjament dan iġib ferħ kbir, f’dawk li jaħdmu għall-festa, f’dawk li jgawdu l-festa u f’dawk li jiggwadanjaw mill-festa.
Iġib ferħ ukoll fil-membri tal-Knisja tal-Mellieħa għax għalkemm il-festa tat-8 ta’ Settembru mhix il-festa prinċipali tal-Knisja (dik hi l-Għid), imma żgur li għalina l-membri ta’ din il-parroċċa u tal-Knisja kollha, it-twelid tal-Verġni Marija, dik li hi l-Omm tas-Salvatur tagħna, hi ta’ importanza mill-akbar.
Hemm festi u festi. Hi festa għal dawk l-eluf li jmorru jaraw logħba futbol, forsi mhux għal dawk li jitilfu, imma żgur li tara eluf ta’ nies jifirħu flimkien. Hi festa l-festival tan-nar għal dawk id-dilettanti li jaraw kif jagħmlu biex igawduh. Hi festa l-festivals tal-mużika li huma mfittxa minn tant eluf.
Hi festa wkoll l-festa parrokkjali li tiċċelebra kull parroċċa. Biss b’differenza. Liema hi din id-differenza? Li suppost kull festa parrokkjali hi r-riżultat ta’ festa reliġjuża. Suppost li l-attivitajiet kollha, anke ta’ barra l-knisja, huma riżultat tal-festa reliġjuża li nkunu qed niċċelebraw. Il-baned, innar, l-armar, il-mużika, l-ikel u x-xorb flimkien...dan kollu fi żmien il-festa suppost li hu riżultat tal-għajxien reliġjuż tagħna bħala komunita li nemmnu u li qed nifirħu flimkien waqt li niċċelebraw it-twelid ta’ Ommna Marija.
SUPPOST. Għaliex qed ninsisti fuq din il-kelma? Għax sfortunatament, numru sewwa minn dawk li jieħdu sehem f’dawn il-festi jiġu jaqgħu u jqumu mill-element reliġjuż tal-
festa u jirriduċuha għal sempliċement sfog għad-delizzji jew qligħ tagħhom.
Ħalli niftiehem sewwa; hemm numru sabiħ ukoll minn dawk kollha li jaħdmu għall-festi esterni li huma mhux biss Insara prattikanti imma wkoll jaraw li jieħdu sehem regolari flgħajxien tal-ħajja Nisranija mhux biss fi żmien il-festa imma matul is-sena kollha.
U lil dawn irrid nurihom l-apprezzament tiegħi għax nifhem li ġieli jiġu f’diffikulta` bejn dak li tirrikjedi festa Nisranija u dak li forsi jkun propost minn sħabhom stess li ma jaħsbuhiex bħalhom.
Meta l-festa ma narawhiex f’dan is-sens veru u Nisrani tagħha, nistiednu diversi problemi. Nissugraw li kif naraw f’diversi bnadi oħra, il-festa minflok ċelebrazzjoni Nisranija aktar tispiċċa ġlied.
Flok l-entitajiet kollha jaħdmu id f’id għal skop wieħed, jispiċċaw f’pika bejniethom. Minflok in-nies tinġabar biex tieħu pjaċir flimkien tispiċċa f’esaġerazzjoni li aktar tixbah lil xi orġja milli festa Nisranija.
Għalhekk ejjew waqt li nifirħu li għandna ċ-ċans li nistgħu nerġgħu niċċelebraw il-festi tagħna anke b’mod estern, flistess ħin nieħdu l-okkażjoni ta’ din il-waqfa li ġarrabna biex issa naraw li nerġgħu nibdew dawn il-festi tagħna kif għandhom ikunu, espressjoni Nisranija ta’ qima vera lil Ommna Marija fi twelidha u mezz kif niltaqgħu flimkien, niċċelebraw u nifirħu, ta’ aħwa Nsara li aħna.
F’din is-sena partikolari li qegħdin fiha, fejn qegħdin infakkru l-75 sena mit-twaqqif tal-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina, nixtieq li nagħti ftit ħarsa lura lejn dawn is-snin u nsemmi xi punti li jikkonċernaw fuq il-mużika b’mod partikolari, b’ringrazzjament u rispett lejn is-surmastrijiet diretturi u l-membri tal-kor u orkestra matul dawn is-snin kollha li kellha l-għaqda sal-ġurnata tal-lum.
Il-programm annwali tal-1 ta’ Settembru u l-effett tiegħu. Fil-bidu tat-twaqqif tal-għaqda fl-1947 sas-snin 70, kienet tindaqq mużika sagra fil-knisja biss. Lejn it-tmiem tassnin 70, hekk kif il-Mellieħa bdiet tgawdi mit-turiżmu, ilkor u l-orkestra bdew ikunu mistiedna biex jagħu kunċerti mużikali fil-lukandi tal-madwar u hekk bdejna ndoqqu kanzunetti u stil iktar kontemporanju.
Fl-1992 sar għall-ewwel darba l-programm annwali tal1 ta’ Settembru fil-Pjazza tal-Mellieħa. Nistgħu ngħidu li dan kien programm revoluzzjonarju. Fih konna nistennew mużika varjata, żfin u xi sopriża wkoll. Maż-żmien bdejna naraw il-programmi marbutin mal-festa kemm fil-Mellieħa u anki f’postijiet oħra jieħdu xejra differenti mill-istil li konna mdorrijin bih. Illum drajna b’dan l-istil ta’ programmi, pero` ta’ min wieħed jirrikonoxxi li l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina kienet pijuniera, għax kienet hija li introduċiet dan l-istil ta’ programm. Naħseb kulħadd jaqbel miegħi jekk ngħid li f’dawn l-aħħar snin fil-festa talMellieħa, l-programmi mużikali saru popolari iktar millmarċi fit-toroq. Dan ngħidu mingħajr ma nnaqqas xejn mill-
importanza tal-marċi fit-toroq; anzi nemmen li għad hawn bżonnhom. Pero` dan l-element tal-programmi mużikali fil-festa tagħna l-Mellieħa hija xi ħaġa partikolari li rridu nirrikonoxxuha.
Għaqqadna l-mużika mal-istorja. Id-dramm ‘L-Assedju l-Kbir’ fl-1995 ukoll kien programm speċjali fejn għaqqadna l-mużika, mal-letteratura u d-drama bis-sehem ta’ numru kbir t’atturi lebsin kostumi tal-epoka li fakkruna f’din ilġrajja tant importanti għal pajjiżna. Maż-żmien għamilna serati simili wkoll fil-bitħa tas-Santwarju biex infakkru xi anniversarju relatat mas-Santwarju tal-Madonna talMellieħa fosthom fl-1999 fejn fakkarna l-mitt sena millInkurunazzjoni tal-Madonna tal-Mellieħa u iktar riċenti fl2019 fejn fakkarna t-tliet mitt sena mit-twaqqif tal-ark – ‘Fik Temgħu Missirijietna, Temgħu u Inti Ħlistom’ u l-120 sena mill-Inkurunazzjoni tal-Madonna tal-Mellieħa.
Sistema ġdida ta’ tagħlim tal-mużika fl-1995. Dan l-istil ta’ tagħlim ukoll kien differenti minn dak li konna mdorrijin bih sa dak iż-żmien. L-istudenti bdew jattendu tagħlim talistrumenti ta’ diversi strumenti, fosthom tal-korda, qasba u tar-ram, pjanu, vuċi u teorija. Dawn l-istudenti kienu jiġu preparati għall-eżamijiet fuq sillabu tal-iskejjel Ingliżi tal‘Associated Board of Royal School of Music’. Dak iż-żmien ħadd ma kien joħlom li għaqda mużikali tista’ tagħmel dan. Illum, kważi tletin sena wara, hija xi ħaġa normali u aċċettata li fl-għaqdiet mużikali inkluż il-baned, l-istudenti jiġu mħeġġa jagħmlu l-eżamijiet.
“IL-MUŻIKA KIENET, GĦADHA U TIBQA’
Twaqqif tal-kor tat-tfal u tal-Junior Choir and Orchestra
Fl-2005 kellna t-twaqqif tal-Junior Choir u ftit snin wara fl2008 kellna l-Junior Choir and Orchestra. L-iskop tal-kor u l-orkestra taż-żgħar, kien biex tfal u studenti, minbarra li jkollhom it-taħriġ fuq bażi individwali, ikollhom ukoll l-ewwel esperjenzi tagħhom flimkien ma’ tfal oħra. Hekk sar matul is-snin u kienu diversi avvenimenti li dawn ittfal u studenti qasmu l-ewwel esperjenzi mużikali tagħhom flimkien f’diversi festi, fostom il-Milied, il-Vitorja u okkażjonijiet oħra matul is-sena kollha.
Il-Preżent u l-Futur. Il-passat hu importanti għax minnu nistgħu nitgħallmu ħafna. Pero` rridu nirrikonoxxu l-preżent u naraw fejn sejrin fil-futur. Illum qegħdin naqtgħu l-frott tax-xogħol kollu li sar matul is-snin. Issa jiddependi minna li nkunu għaqlin u nibqgħu nikkultivaw din is-siġra għammiela, biex niżguraw li kif sar fil-passat, din l-għaqda tibqa’ tagħmel iktar frott fis-snin li ġejjin. Għalhekk nixtieq nagħlaq dan il-messaġġ bil-kliem li ktibt jien stess għall-innu tal-75 sena anniversarju ta’ din l-għaqda.
Nawgura l-festa t-tajba lil kulħadd
Viva Marija Bambina
Omaġġ lillGħaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina
1947 - 2022
Kliem u Mużika ta' Mro Michael Bonanno
Għaqda Korali u Orkestrali, fil-Mellieħa dejjem int kattart, imħabba lejn dak kollu li jsawwar, kultura, mużika u tagħlim.
Għalhekk illum, ejjew nifirħu, għalhekk illum, inroddu ħajr, b’dak kollu li aħna writna, m’għand missirijietna, tul is-snin.
Għall-kenn ta’ Marija Bambina, aħna dejjem sibna dak il-wens, li jqawwi l-fidi u t-tamiet tagħna, bi mħabbtek ħriġtna minn kull hemm.
Aħna llum f’kor wieħed qegħdin inkantaw, b’qalbna mimlija ferħ, b’ħarsitna ’l quddiem, aħna llum kburin, bl-orkestra tal-Melleħin, mel’ejjew ilkoll flimkien, infaħħru dan il-wirt.
Il-Mellieħa fil-bidu tas-seklu 20 u l-Ħajja Mużikali (1900-1947)
Sas-sena 1906, il-Mellieħa kien raħal kwiet, rurali u maqtugħ mill-kumplament ta’ Malta. Il-Mellieħa kien għadu mingħajr għaqdiet mużikali. Dan ma jfissirx li fir-raħal u fil-limiti tiegħu ma kienx hemm nies li jħobbu l-mużika. Il-Melleħin ta’ dak iż-żmien kienu jifirħu u jesprimu l-ferħ b’mużika permezz ta’ strumenti tan-nifs u tal-korda, bħalma huma ż-żaqq, l-organett u l-kitarra. F’okkażjonijiet bħal fil-lejl tal-Milied u fil-ġranet tal-karnival kienu jindaqqu dawn l-istrumenti. Insibu wkoll li waqt iljieli sajfin kien isir l-għana li kien ikun akkumpanjat bil-kitarra wkoll.
Is-sena 1907 kienet is-sena li tat bidu għall-għaqdiet mużikali fil-Mellieħa bit-twelid tal-ewwel għaqda mużikali fil-Mellieħa, dik tas-Societa Filarmonika La Vittoria. Fissena 1924 insibu li kellna l-ewwel tentattiv biex titwwaqqaf għaqda orkestrali bl-isem ta’ ‘Constitutional Orchestra Club’, li wara ftit snin, fis-sena 1930 din inbidlet għall- ‘Għaqda Mużikali Imperial’ kif nafuha llum. Ma kienx faċli f’dan iżżmien li tintrama orkestra minħabba n-nuqqas ta’ tagħlim li kien hawn ta’ istrumenti bħall-vjolin. Sa dan iż-żmien lelement bandistiku kien predominanti sew u għalhekk kien iktar faċli li tintrama banda.
Biex nerġgħu naraw tentattiv ieħor biex titwaqqaf orkestra oħra fir-raħal, kellna nistennew sa wara t-Tieni Gwerra Dinjija.
Il-bidu tal-Kor u Orkestra Maria Bambina (1947 – 1949)
Mat-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija fl-1945, fil-Mellieħa kellna żvilupp interessanti fil-kamp mużikali u soċjali. Dan għaliex kellna t-twaqqif ta’ żewġ għaqdiet oħra, dawk li llum huma magħrufa bħala l-Mellieħa Sports Club u l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina. Iż-żewġ għaqdiet iġibu s-sena 1947 bħala s-sena tat-twaqqif tagħhom.
Interessanti naraw ukoll li fil-bidu tal-ħajja tal-Mellieha Sports Club, kien hemm numru ta’ student jitgħallmu xi strumenti tal-mużika. Kien jgħallem u jmexxi dawn l-istudenti s-Surmast Giuseppi Ciappara minn Ħal Qormi, li darba fil-ġimgħa kien jagħti l-lezzjonijiet.
Insibu wkoll li din l-orkestra kienet għamlet programm mużikali fl-1950 fil-pjazza tal-Mellieħa fil-festa ta’ Lapsi. F’din l-orkestra nsibu li kien hemm diversi strumenti bħal kunċertina (accordion), xi strumenti tar-ram u anki tal-korda. Pero` minħabba l-emigrazzjoni l-kumitat kien iddeċieda li jwaqqaf dan it-tagħlim u xi alljievi komplew jitgħallmu u jdoqqu b’mod individwali u għaqdu l-gruppi għalihom.
Min-naħa l-oħra, insibu li kellna l-bidu tal-Kor u Orkestra Maria Bambina. Fl-1945 Giuseppe Muscat mill-Mellieħa wera x-xewqa li jgħaqqad orkestra fir-raħal, bil-ħsieb li din tagħti s-servizzi tagħha fil-funzjonijiet tal-festi fil-Knisja Parrokkjali tal-Mellieħa. Sentejn wara, fl-1947 mal-wasla tal-Kappillan Xuereb, Giuseppe flimkien ma mużiċisti oħra Melleħin beda jwettaq din ix-xewqa, u hekk ġiet iffurmata u rat il-bidu tagħha l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina.
Kif semmejna diġa`, ma kienx faċli li twaqqaf orkestra f’dawk iż-żminijiet. Pero`, dan Giuseppe Muscat, kien bniedem ta’ entusjasmu kbir, sab appoġġ kbir mill-Kappillan Xuereb, li ried jagħti ħajja ġdida lill-parroċċa u mis-Surmast Antonio Pace li ħeġġu biex jgħaqqad orkestra żgħira li tkun tista’ tagħti servizzi mużikali fil-parroċċa. Giuseppe Muscat kien mużiċist tajjeb ħafna. Kien idoqq it-trumbun mal-banda La Vittoria. Kien ġej minn familja marbuta ħafna ma’ dan il-każin speċjalment is-Surmast Willie Attard. Giuseppe sab inkoraġġiment kbir ukoll minn ftit żgħażagħ li jħobbu l-korda u li riedu jitgħallmu dawn l- istrumenti bis-serjeta`. Dan kien ra li hemm ċans sabiħ li jifforma orkestra bil-vjolinisti, vjolinċellisti, flimkien ma’ bandisti li setgħu jissieħbu millbanda.
Dan l-iżvilupp kien ifisser ukoll li fejn sa issa fil-Mellieħa kellna min jgħallem u jitgħallem strumenti tan-nifs u kien hawn min kellu esperjenzi anki mal-baned militari, issa kellna interess minn mużiċisti u studenti tal-istrumenti talkorda bħall-vjolin u vjolinċell. Kien hawn bħal Dun Mose` Debono, li kien għadu mhux qassis dak iż-żmien, u lil ħuh Dwardu Debono li bdew imorru għand il-prim vjolinista tat-Teatru Rjal Wistin Camilleri l-Furjana u lil ħuhom ieħor Carmelo Debono li beda jitgħallem il-vjolinċell għand Vincenzo Carabott, Birkirkara. Insibu wkoll lil Antonio Sultana u Carmel Fenech fuq il-vjolin, lil Giuseppi Gauci bil-kuntrabaxx u l-aħħar u mhux l-inqas lil Carmelo Muscat (il-Captain) li kien idoqq il-vjolin u prattikament nistgħu ngħidu li dan tgħallem waħdu. Iktar tard insibu wkoll lil Aronne Sultana bil-vjolinċell li ngħaqad magħhom ukoll.
Ma’ dan l-element tal-korda, Giuseppe Muscat żied ilklarinett – Giuseppi Attard, kurunetta Giuseppi Fenech, flawt - Frans Caruana, kornu – Anġlu Bartolo u Giuseppi Caruana, trumbun - Stejfen Debono, basso – Censu Bartolo u timpani - Toni Gauci. B’hekk nistgħu ngħidu li ġiet iffurmata orkestra żgħira kompluta. Membri fil-kor insibu lil: Antonio Attard, Wigi Bartolo, Manuel Debono, Antonio Fenech, Pawlu Fenech, Anglu Muscat u Kelinu Muscat. Kien jidher ċar li dawn iż-żgħażagħ riedu joħolqu xi ħaga li tibqa’ u li tagħmilna kburin li fil-Mellieħa għandna orkestra tagħna.
L-ewwel darba li l-Kor u l-Orkestra Maria Bambina taw issehem tagħhom fil-Knisja Parrokkjali tal-Mellieħa kien finnovena tal-festa tal-Vitorja tal-1947, taħt id-direzzjoni ta’ Mro Giuseppe Muscat, li kien il-fundatur tagħha. Il-kor kien iffurmat minn irġiel biss dak iż-żmien. Il-kor u l-orkestra ma ġewx imwaqqfa biex jagħtu sehem darba fis-sena fin-novena tal-Vitorja biss, imma biex ikunu jistgħu jagħtu sehemom filfesti l-oħra wkoll. Fil-fatt hekk ġara u nsibu li tat sehemha filfunzjoni tal-Milied tal-1947 u fil-festa tal-Isem Imqaddes ta’
Alla magħrufa aħjar bħala “tax-Xirka” fl-1948. Fost il-mużika li kienet indaqqet fl-ewwel servizz tal-kor u orkestra nsibu
‘Messa Te Deum Laudamus’ ta’ Lorenzo Perosi li ndaqqet fin-novena tal-Vitorja u “Te Deum” kompożizzjoni ta’ Mro Vincenzo Ciappara li ndaqqet fil-Milied tal-1947.
L-Emigrazzjoni u Żmien diffiċli għall-Għaqda (1949 – 1978)
Meta Giuseppe Muscat emigra lejn l-Awstralja fl-1949, kien beda jmexxi zijuh Kelinu Muscat (Tal-Iskarpan). Dan Kelinu kien ikanta fil-kor ma’ Giuseppe Muscat u kien jgħallem il-mużika lill-istudenti. Għalhekk ma sabiex diffiċli li jieħu f’idejh id-direzzjoni mużikali tal-kor u orkestra wara Giuseppe Muscat. Kelinu dam f’din il-kariga mill-1949 sal1975.
F’dawn is-snin, il-provi tal-kor u orkestra kienu jsiru filkmamar tas-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa jew filknisja parrokkjali. Mis-snin 50 sa nofs is-snin 70, minkejja d-diffikultà li ġabet magħha l-emigrazzjoni, il-kor u l-orkestra xorta baqgħet toffri servizz fil-knisja parrokkjali fil-festa tax-Xirka, fil-Milied u n-novena tal-Vitorja.
Fis-sena 1975, mal-mewt ta’ Mro Kelinu Muscat, membri tal-Kor u Orkestra Maria Bambina kienu avviċinaw lil Dun Mose` Debono biex ikun hu li jmexxi l-għaqda. Dun Mose` kellu esperjenza ta’ mużika sagra fil-katidral ta’ San Ġwann u kien imħarreġ sew f’din it-tip ta’ mużika. Pero`, minħabba li kien impenjat bil-ħidma pastorali, ma kienx possibbli li jokkupa kariga bħal din. Madankollu, Dun Mose` aċċetta li f’każ li s-surmast direttur ma jkunx jista’ jattendi waqt xi okkażjonijiet, hu kien lest li jmexxi l-kor u l-orkestra, kif filfatt ġara ftit żmien wara.
Għalhekk l-għażla waqgħet fuq is-Surmast Salvino Vella, li dak iż-żmien kien surmast tal-banda La Vittoria, wara li kien spiċċa s-Surmast Vinċenzo Ciappara ftit snin qabel. Dan issurmast, Salvino Vella laħaq għallem numru sabiħ ta’ alljievi mal-banda u nsibuh ukoll bħala surmast tal-Banda Imperial ħafna snin qabel u anki tal-Banda San Pawl ta’ San Pawl ilBaħar iktar tard. Kellu għalhekk esperjenza fid-direzzjoni mużikali wkoll.
Mro Vella kellu ideat ġodda għal din l-orkestra. Beda jżid element ta’ strumenti tar-ram bħall-althorn u euphonium. Riforma oħra kienet l-introduzzjoni tal-kor tat-tfajliet għax sa dak iż-żmien kienu jkantaw irġiel biss. Bidla oħra kienet flisem tal-kor u orkestra. Kien sar jisimha ‘Santa Cecilia’, isem li tahulha s-Surmast Salvino Vella stess. Matul dan iż-żmien,
il-membri tal-kor u orkestra kienu jiltaqgħu fil-każin talbanda La Vittoria għall-provi. Ir-raġuni ta’ din id-deċiżjoni kienet peress li kemm il-banda kif ukoll l-orkestra kellhom l-istess surmast direttur u diversi membri li kienu jdoqqu fl-orkestra, kienu wkoll bandisti tal-istess banda. Dan kien perjodu pjuttost diffiċli għall-kor u orkestra fejn kien jinħass bżonn kbir ta’ organizzazzjoni u direzzjoni fiċ-ċirkostanzi ta’ dak iż-żmien.
(1978 – 1989)
Fis-sena 1978 insibu li d-direzzjoni mużikali tal-kor u orkestra għaddiet għand is-Surmast Carmel Muscat (ilCaptain). Carmel Muscat kien idoqq il-vjolin ma’ din l-istess orkestra u kien ilu sa mill-bidu nett tat-twaqqif tagħha fl-1947. Il-kapaċita` mużikali tiegħu kienet indiskutibbli; għallem bosta mużiċisti u kiteb diversi siltiet mużikali ta’ stili u forom differenti li jvarjaw minn mużika sagra, overtures, marċi, kanzunetti u danzi. F’dak iż-żmien naraw li l-isem tal-kor u l-orkestra jerġa’ jsir dak ta’ Maria Bambina. F’dak iż-żmien, il-Kor u Orkestra Maria Bambina bdiet iddoqq u tkanta wkoll fil-lukandi tal-madwar, fosthom Mellieha Bay, Paradise Bay, Danish Village u l-Golden Sands t’Għajn Tuffieħa. Nistgħu ngħidu li dan kien il-bidu tal-mużika kontemporanja fir-repertorju tal-kor u l-orkestra.
ta’ President tal- Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina, kariga li għadu jokkupa propju sal-lum.
Is-snin 90 - Żmien ta’ Inizjattivi Ġodda mill-Għaqda
Korali u Orkestrali Maria Bambina
Is-snin 90 kienu żmien sabiħ ħafna għall-għaqda tagħna għal żewġ raġunijiet prinċipali. L-ewwel waħda kienet li l-għaqda rnexxiela takkwista l-post permanenti tagħha u t-tieni raġuni kienet li l-għaqda daħlet f’inizjattivi lill hinn mill-mużika kif konna mdorrijin sa dak iż-żmien. It-triq ma kinitx għall-wita u l-isfidi ma kinux żgħar; pero` l-membri tal-kumitat kienu determinati li jkomplu jibnu fuq it-tajjeb tas-snin ta’ qabel, u jkabbru l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina.
Kien f’dan iż-żmien ukoll li nħass il-bżonn li jiġi ffurmat kumitat tal-għaqda li jieħu ħsieb l- affarijiet amministrattivi u finanzjarji tagħha. Fil-fatt insemmu lis-Sur Alfred Vella, isSinjorina Carmen Caruana u s-Sur Joseph Caruana li servew fil-kariga ta’ President tal- kumitat tal-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina fis-snin 80. Il-provi tal-kor u orkestra kienu jsiru fiċ-Ċentru Parrokkjali peress li l-għaqda kien għad ma kellhiex id-dar permanenti tagħha. F’dan ilperjodu ma nistgħux ma nsemmux lis-Sur Aronne Sultana li kien mutur ewlieni tal-orkestra u spalla kontinwa tasSurmast Carmel Muscat.
Wara li Mro Carmel Muscat ma baqax jokkupa l-kariga ta’ surmast direttur tal-kor u orkestra Maria Bambina fl-1989, inħatar Mro Anthony Borg minfloku. Mro Anthony Borg ma kienx wiċċ ġdid għall-kor u orkestra peress li kien idoqq il-kurunetta mal-istess orkestra taħt Mro Muscat. Propju f’din is-sena wkoll, inħatar is-Sur Joseph DeBono fil-kariga
Bħala preparazzjoni għaż-żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II, il-kappillan ta’ dak iż-żmien Dun Alfred Camilleri xtaq li jgħaqqad il-korijiet kollha tal-Mellieħa flimkien mal-kor talgħaqda biex flimkien mal-orkestra jkantaw u jdoqqu l-innijiet lill-Papa Gwanni Pawlu II nhar is-Sibt 26 ta’ Mejju 1990 waqt iż-żjara tiegħu fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. Dan kien avveniment importanti ħafna fejn din iż-żjara tal-Papa ta’ dak iż-żmien, illum il-qaddis San Gwanni Pawlu II, kienet nisslet ferħ kbir fost il-Maltin u mhux b’inqas il-Melleħin.
Biċċa xogħol oħra importanti ħafna kienet li l-għaqda jkollha l-post permanenti tagħha.Għalhekk il-kumitat ta’ dak iżżmien beda jfittex u jara liema kien l-iktar post addattat filMellieħa sabiex iservi dan l-iskop, bil-finanzi li kienu jippermettu dak iż-żmien. Wara diversi diskussjonijiet u negozjati, u bl-għajnuna tas-Sur Gaetano Sultana, is-Sur Saviour Debono, is-Sur John Debono u s-Sur Joseph Debono, f’April tal-1991 sar qbil fuq ix-xiri tal-post numru 91 fi Triq il-Parroċċa. Dan il-post li kien iservi bħala dar residenzjali, kellu bżonn xogħol kbir ta’ manutenzjoni qabel infetaħ uffiċjalment bħala d-Dar tal-Għaqda fl-1 ta’ Settembru tal-istess sena. Dan kien pass importanti ħafna, għax issa l-membri kellhom post permanenti fejn setgħu jiltaqgħu mingħajr ma joqogħdu jitolbu l-permess biex jużaw postijiet oħra għall-provi tal-kor u l-orkestra.
Ftit xhur wara, mimlijin entużjażmu bl-akkwist ta’ dan il-post il-ġdid, il-kumitat ta’ dak iż-żmien, ħaseb biex jieħu vantaġġ minn dan l-ottimiżmu li kellhom il-membri u jkompli jqiegħed pedamenti sodi u strutturi adattati
għall-għaqda mużikali. Għalhekk fl-1992 ittieħdu diversi inizzjattivi biex dan iseħħ; ġie mfassal u approvat statut ġdid sabiex ikun aġġornat maż-żminijiet; ġejna reġistrati bħala għaqda mużikali, u ttella’ għall-ewwel darba l-programm annwali tal-1 ta’ Settembru fil-pjazza tal-Mellieħa b’rabta mal-festa ta’ Marija Bambina. Il-programm annwali tal-1 ta’ Settembru kien ibbażat fuq mużika varjata,kontemporanja u b’xi sorpriżi wkoll, bis-sehem ta’ żeffiena u kantanti solisti. Tajjeb ngħidu li f’dak iż-żmien, dawn it-tip ta’ programmi kienu xi ħaġa innovattiva ħafna fil-festi Maltin inkluż dik tal-Mellieħa. Għalhekk il-programm tal-1 ta’ Settembru kien intlaqa’ tajjeb ħafna f’dan l-istil filwaqt li baqa’ popolari u mistenni mill-Melleħin kull sena.
Fl-1994 insibu lil Mro Lawrence Scicluna bħala surmast direttur tal-kor u l-orkestra. Mro Scicluna kien minn Ħal Balzan u midħla sew tal-mużika sagra fil-knejjes Maltin, fejn kien ikanta ma’ diversi korijiet. Għalkemm ma kienx millMellieħa nistgħu ngħidu li integratajjeb ħafna magħna u flimkien tellajna numru sabiħ ta’ programmi mużikali.
Għalkemm bħala għaqda mużikali, il-mużika kienet dejjem il-prijorita` u ċ-ċentru tal-attivita matul is-sena kollha, f’dawn is-snin, l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina tat importanza kbira wkoll lil dak kollu li hu kulturali u storiku. Kien għalhekk li fl-1994 is-Segretarjat tal-Ambjent ta’ dak iż-żmien, wera fiducja fina sabiex il-kumitat flimkien ma’membri voluntiera jieħdu ħsieb ir-restawr u x-xogħol neċessarju li kellu jsir sabiex jerġgħujagħtu l-ħajja mill-ġdid lill-Għajn tal-Mellieħa.
kor u l-orkestra wkoll huma frott ta’ dan it-tagħlim. Sa dak iżżmien ma kinitx xi ħaġa komuni li għaqda mużikali ttella’ listudenti tagħha u tressaqhom għall-eżamijiet. Matul is-snin din is-sistema ntgħoġbot u tista’ tgħid li daħlet f’ħafna każini tal-banda madwar Malta u Għawdex.
Din kienet is-sena wkoll tat-twaqqif tal-grupp folk ‘Simar’. Dan il-grupp folk jieħu sehem f’diversi attivitajiet kulturali bis-sehem ta’ mużicisti, kantanti u żeffiena lebsin ilbies tradizzjonali Malti. Tajjeb ngħidu li permezz taż-żjara li l-grupp ‘Simar’ kien għamel f’Adenau, il-Ġermanja f’dik issena, il-President tal-għaqda, s-Sur DeBono, li huwa membru wkoll fil-grupp ‘Simar’, għamel l-ewwel kuntatt mas-Sindku ta’ din il-Belt, is-Sur Bernd Schiffarth, li wassal għall-iffirmar tal-ġemellagg mal-Mellieħa s-sena ta’ wara.
L-1995 wkoll kienet sena importanti ħafna għall-għaqda tagħna, kemm mil-lat mużikali kif ukoll dak kulturali. F’din is-sena bdiet is-sistema ta’ tagħlim tal-mużika lill-istudenti. Fost l-ewwel għalliema f’din is-sistema nsibu lis-Sur Edward Debono li kien jgħallem it-teorija u s-Sinjura Tania Scicluna, li kienet tgħallem il-flawt. L-istudenti bdew jattendu b’mod regolari, u maż-żmien in-numru ta’ studenti beda jikber b’rata sodisfaċenti ferm. Fil-fatt il-maġġoranza tal-mużicisti stabbiliti Melleħin tista’ tgħid li kienu involuti fis-sistema ta’ tagħlim tagħna xi darba jew oħra, u l-membri preżenti tal-
Pero` din is-sena tal-1995, l-iktar li tibqa’ magħrufa huwa għad-dramm mużiko-letterarju, ‘L-Assedju l-Kbir’, mużika ta’ Mro Carmel Muscat u kliem ta’ David Muscat u Carmen Caruana. Dan id-dramm mużikali, li jirrakkonta l-ġrajja tal-ħbit tal-Misilmin fuq Malta u l-Kavallieri ta’ San Ġwann, tant intlaqa’ tajjeb mill-udjenza prezenti u kien suċċess kbir, li reġa’ ttella’ s-sena ta’ wara. Dan id-dramm ma kienx biċċa xogħol faċli. Fih ħadu sehem numru kbir ta’ nies b’entużjażmu liema bħalu. Il-kumitat xtaq li jkollna sett kostumi tal-epoka u minn din l-okkażjoni ġie stabbilit vestwarju bi lbies u kostumi tal-epoka. Dawn il-kostumi għadna nużawhom waqt okkażjonijiet folkloristiċi u kulturali bħall-festa talĦuġġiega ta’ San Ġwann.Rappreżentazzjoni storika oħra ttellgħet fl-1999 fil-bitħa tas-Santwarju, fl-okkażjoni taċĊentinarju mill-Inkurunazzjoni tal-Madonna tal-Mellieħa. Din ukoll kienet suċċess kbir. B’hekk, ftit ftit l-għaqda tagħna bdiet tieħu l-fama li tgħaqqad dak kollu li hu kulturali malmużika u jiġi rappreżentat b’mod li jeduka u jagħti pjaċir lilludjenza preżenti.
Beda jiġi ppubblikat il-fuljett ‘in-Nota’. Dan kien fl-1997 u matul is-snin il-fuljett ‘in-Nota’ kompla jżid fil-paġni mimlija informazzjoni bl-attivitajiet tagħna u fil-kwalita` talpubblikazzjoni.
Fl-1998, insibu lil Mro Victor Vella bħala surmast direttur ġdid tal-Kor u Orkestra Maria Bambina. Dan kompla fejn ħalla Mro Scicluna. Mro Vella huwa Mellieħi u fis-snin ta’ qabel insibuh idoqq il-vjolin mal-istess orkestra.Ir-rabtiet bejn l-għaqda u l-belt t’Adenau wkoll kienu fl-aqwa tagħhom f’dawn iż-żminijiet fejn minbarra d-diversi żjajjar li saru mill-grupp ‘Simar’, il-kor u l-orkestra marru wkoll fl-1999,
2006 u iktar riċenti fl-2019 fejn żorna l-belt ta’ Cologne u tellajna kunċert mużikali fil-belt ta’ Bonn.
L-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina fis-seklu 21
Fis-sena 2001, insibu bidla oħra fit-tmexxija mużikali tal-kor u orkestra, fejn wara t-tmexxija ta’ Mro Victor Vella, inħatar Mro Kenneth Fenech, Mellieħi, mużiċist li tgħallem, daqq ilvjolin u li trawwem fl-għaqda minn eta` żgħira ħafna. Mro Fenech għamel snin ukoll fil-kumitat tal-istess għaqda. Fl-2002 inxtrat dik li llum hija l-parti ta’ wara tad-dar talgħaqda. Id-dħul għaliha hu minn Triq il-Kappillan Magri. Matul iż-żmien flimkien ma’ numru ta’ voluntiera ta’ sengħa kbira irrestawrajna din il-parti u żammejnieha fuq stil antik u l-ġebla Melleħija. Kull min jigi jara dan il-post jibqa’ msaħħar bix-xogħol sabiħ li sar u bil-karattru li rnexxielna nagħtu lil dan il-post.
Storja oħra ta’ suċċess fil-bidu tas-seklu 21 għall-għaqda tagħna, kienu x-Xelters tat-Tieni Gwerra Dinjija li jinsabu taħt il-pjazza tal-Mellieħa. Dawn, l-istess bhall-Għajn tal-Mellieħa,kienu magħluqin u abbandunati, sakemm ilKunsill Lokali tal-Mellieħa fl-2002 għal darba oħra reġa’ wera l-fiducja fl-għaqda tagħna u fdalna r-restawr u x-xogħol intensiv li kien meħtieġ. Il-membri reġgħu qamu għallokkażjoni u fis-sena 2004, x-xelters tat-Tieni Gwerra Dinjija li kienu magħluqin u abbandunati, infetħu għall-pubbliku, waqt serata organizzata mill-Kunsill bis-sehem tal-kor u orkestra. B’sodisfazzjon nistgħu ngħidu li kemm il-Kunsill Lokali kif ukoll il-pubbliku ġenerali huma kuntenti b’dawn ix-xelters u xhieda ta’ dan huma l-kummenti pożittivi ferm ta’ nies li jżuruh u jħallu l-kummenti tagħhom fuq is-sit talinternet Trip Advisor fejn jirrakkomandaw dan is-sit storiku bħala n-numru wieħed fost is-siti fil-Mellieħa. Dan għalina huwa unur u ċertifikat mill-isbaħ.Kellna wkoll it-twaqqif tal-Junior Choir fl-2005 immexxi minn Susanne Bonello u iktar tard il-Junior Choir and Orchestra fl-2008 immexxija minn Alex Abela u wara ftit żmien minn Michael Bonano, fejn permezz ta’ din l-idea, l-istudenti żgħar tagħna bdew jingħataw esperjenza mużikali ta’ kant u daqq flimkien ma’ studenti oħra, f’kor u orkestra.
Matul dawn is-snin ukoll ġejna rikonoxxuti bħala Għaqda Volontarja bin-numru 0144, mid-Direttorat tal-Edukazzjoni għall-Istandards u l-Kwalifiki u mill-Associated Boards of the Royal Schools of Music li magħhom aħna assoċjati u nressqu l-istudenti tagħna biex jagħmlu l-eżamjiet tal-prattika u t-teorija. B’din l-attivita` kollha għaddejja, filwaqt li n-numru ta’ studenti kompla jikber minn sena għal-oħra, wassal biex waqt laqgħa ġenerali f-Lulju tal-2007, il-President is-Sur Joseph DeBono flimkien mal-kumitat iħabbar deċiżjoni kuraġġjuża u għaqlija li jitwaqqa’ l-bini tad- Dar tal-Għaqda u jinbena mill-ġdid. Din ma kinitx deċiżjoni faċli, imma kienet importanti ħafna li tittieħed. L-ikbar sfida dejjem kienu se jkunu l-finanzi. Għalhekk il-kumitat għaqqad grupp ta’ voluntiera li ta’ kuljum u b’dedikazzjoni kbira daħlu għax-xogħol iebes li kien hemm bżonn sabiex ma jintefax piż finanzjarju ikbar milli konna nifilħu għalih.B’riżultat ta’
dan, nhar l-1 t’Awwissu tal-2009 tqiegħdet l-ewwel ġebla waqt serata simbolika u mbierka mid-direttur spiritwali talgħaqda ta’ dak iż-żmien, Dun Mose` Debono, wieħed millfundaturi tal-għaqda fl-1947.Mill-ewwel ġebla, ix-xogħol tkompla, u ġebla wara ġebla, sular wara sular, f’dawn l-aħħar snin irnexxielna nagħmlu passi kbar f’dan il-proġett. Grazzi lill-membri mimlija talent u b’mod volontarju mmexxija mill-President, is-Sur Joseph DeBono u mill-Perit Joseph Attard ikkonċentrajna u lestejna diversi fażijiet ta’ dan ilproġett ambizzjuż. Dan kien possibbli wkoll għal diversi benefatturi, skemi u fondi li rnexxielna napplikaw għalihom u nimplimentaw fil-ħin. Grazzi wkoll tmur lil komunita` Mellehija li kull darba li ħabbatna l-bibien jew għamilna stedina għall-attivita` ta’ ġbir ta’ fondi, dejjem sibna s-sapport tagħhom.Għalkemm fadal xogħol xi jsir, konvinti li blgħajnuna ta’ kulħadd nilħqu l-miri finali tagħna, u nlestu l-aħħar fażijiet fiż-żmien li ġej.
Minkejja din il-ħidma kollha fuq il-bini l-ġdid tad-Dar talGħaqda, żgur li l-importanza tal-mużika ma waqfet xejn. Filfatt stajna naraw li l-programm annwali tal-1 ta’ Settembru baqa’ jżid fil-popolarita` tiegħu, l-istudenti baqgħu jattendu għat-tagħlim u kellna diversi programmi mużikali oħra ġodda matul is-sena.
Fl-2018 naraw li d-direzzjoni mużikali tal-kor u orkestra għaddiet f’idejn Mro Michael Bonanno, is-surmast direttur attwali. Dan wara 17 -il sena ta’ tmexxija ta’ Mro Kenneth Fenech. Mro Michael Bonanno mhuwiex wiċċ ġdid għallGħaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina. Wara li ħareġ idoqq il-klarinett mal-banda La Vittoria fl-1994, fis-sena 1996 beda jagħti sehmu fl-orkestra bil-klarinett. Għamel żmien twil ukoll fil-kumitat tal-istess għaqda bejn is-snin 2008 u 2018, filwaqt li kien jieħu ħsieb it-tmexxija tal-Junior Choir and Orchestra mill-2009 sas-sena 2017.
Fl-2017, it-tmexxija tal-Junior Choir and Orchestra għaddiet taħt id-direzzjoni ta’ Wayne Bartolo u Kristina Marie Vella. Wayne huwa membru tal-għaqda li jdoqq it-tuba, wara li beda l-istudju tiegħu mal-Banda La Vittoria u llum huwa surmast
tal-banda Santa Maria tal-Mosta. Kristina Marie Vella hija membru fil-kor tal-għaqda. Il-programm annwali ddedikat lilhom u lill-istudenti tal-mużika jsir fl-1 t' Awwissu ta’ kull sena. Il-Junior Choir and Orchestra tinvolvi ruħha wkoll fi programmi mużikali, fosthom fil-Milied u waqt attivitajiet oħra matul is-sena.
Fis-sena 2019, il-kor u orkestra għamlet żjara oħra f’Adeanu l-Ġermanja f’għeluq il-25 sena mill-ħbiberija bejn l-għaqda u l-belt t’Adenau. F’din iż-żjara sar programm fil-knisja prinċipali ta’ din il-belt li ntlaqa’ tajjeb ħafna mill-udjenza preżenti. Nhar il-Ġimgħa, 5 ta’Lulju 2019 ittellgħet serata mużiko-letterarja bl-isem ta’ ‘Fik Temgħu Missirijietna, Temgħu u inti ħlisthom’ fl-okkażjoni ta’ 300 sena mill-Ark tas-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa u 120 sena millInkurunazzjoni tal-pittura tal-Madonna tal-Mellieħa, li fiha l-għaqda daqqett varjeta` ta’ mużika, immexxija minn Mro Michael Bonanno, b’testi informattivi u letterarji dwar
l-istorja tas-Santwarju miktuba mis-Sur David Muscat. Is-snin 2020 u l-2021 kienu ta’ sfidi kbar minħabba l-pandemija li laqtet id-dinja kollha.Kien żmien diffiċli hekk kif il-ħajja u l-mod kif niltaqgħu ma’ xulxin kellu jsir b’mod virtwali għal żmien twil. Fil-fatt il-lezzjonijiet u anki diversi kunċerti mużikali kellhom isiru online u l-mod kif nikkomunikaw mal-udjenza tagħna kien iktar permezz tal-facebook page li għandna. Anki s-servizzi filKnisja Arċipretali tal-Mellieħa, għalkemm bqajna nagħtu s-servizz tagħna, ħafna drabi kellna nkunu inqas minn kif konna mdorrijin qabel, u bi strumenti tal-korda biss, biex nevitaw it-tixrid tal-pandemija kemm jista’ jkun.
Fis-sena 2021 sar rekording ta’ mużika sagra mill-kor u orkestra, kompożizzjoni tas-Surmast Vinċenzo Ciappara. Dan is-Surmast Ciappara, kellu rabta partikolari malgħaqda u mal-membri tagħha speċjalment fil-bidu tattwaqqif tal-kor u orkestra, għax kien jislifhom xi mużika
biex ikunu jistgħu jdoqqu fil-funzjonijiet. Għalhekk sar restawr ta’ din il-mużika u rġajna tajna l-ħajja lil din ilmużika mill-isbaħ permezz ta’ dan ir-rekording.
Issa li qegħdin fis-sena 2022, jidher li l-ħajja reġgħet ġiet għan-normal u l-mod kif niltaqħu huwa dak kif konna mdorrijin biħ qabel il-pandemija. Illum il-ġurnata, l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina hija responsabbli millmużika li tindaqq fil-festi ewlenin ta' matul is-sena fil-Knisja Arċipretali tal-Mellieħa, fosthom dawk ta' nhar il-festa talVitorja, il-Milied, l-Għid il-Kbir, il-festa tal-Madonna talMellieħa, tar-Rużarju, ta’ San Ġuzepp, ta’ Corpus u tal-Qalb ta’ Ġesu`, tal-Ħniena Divina, fost oħrajn. L-għaqda għadha ttella’ l-programm annwali tant mistenni tal-1 ta’ Settembru, filwaqt li torganizza programmi mużikali oħrajn fiż-żmien tal-Ġimgha l-Kbira kif ukoll fil-Milied.
Iż-żerriegħa li nżergħet fl-1947 kibret f’siġra u tat ħafna frott. Minn din is-siġra ħarġu bosta mużiċisti, kantanti u nies tas-sengħa li għamlu unur kull fejn marru. Din hi l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina, li tat kontribut kbir fit-tkattir u t-tagħlim tal-mużika. Dan hu d-destin ta’ din l-għaqda, li tkompli miexja ‘l quddiem b’din il-missjoni għall-ġid tal-familji u t-tfal tagħna.
Nhar il-Ħadd 1 ta’ Mejju, ġarrabna t-telfa ta’ Rev. Mons. Mosè Debono fl-eta` ta’ 93 sena. Dun Mosè, kif konna lkoll insejħulu, ta kontribut kbir lill-Parroċċa tal-Mellieħa, fejn ħadem b’mod partikolari maż-żgħażagħ u l-abbatini għal bosta snin u kien responsabbli mill-pubblikazzjoni ‘IlMellieħa’, li beda hu stess.
Għalina tal-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina, Dun Mosè kien wieħed mill-fundaturi tal-istess għaqda fittwaqqif tagħha fl-1947 fejn kien idoqq il-vjolin. Matul is-snin serva wkoll bħala direttur spiritwali tal-istess għaqda. Insibu wkoll li f’xi okkażjonijiet fis-snin sebgħin meta s-Surmast Direttur tal-Għaqda ma kienx dispost, idderieġa l-kor u orkestra hu stess waqt funzjonijiet fil-Knisja Arċipretali talMellieħa. Dejjem sibnieh bħala punt ta’ referenza fuq suġġetti spiritwali u anki mużikali speċjalment il-mużika sagra fejn kienet ferm għal qalbu. Tista’ tgħid li wara kull servizz dejjem kien jgħaddilna l-kummenti kostruttivi tiegħu.
F’dawn l-aħħar xhur Dun Mosè kien qiegħed jgħix fid-Dar tal-Kleru f’Birkirkara. Pero` nhar il-Ħadd 20 ta’ Frar ta’ din is-sena, fuq stedina li għamilnielu, Dun Mosè għamel l-aħħar żjara fil-Mellieħa u fid-Dar tal-Għaqda. Waqt din iżżjara, f’intervista li għamillu s-Sur David Muscat, Dun Mosè rrakkonta kif bdiet l-imħabba lejn it-tagħlim tal-mużika, ilbidu tal-għaqda fl-1947 u l-esperjenzi tiegħu matul is-snin. Din kienet l-ewwel attivita’ relatata mal-festi tal-75 sena li l-Għaqda qiegħda tfakkar matul din is-sena speċjali.
Għalhekk kien bix-xieraq li propju nhar il-Ħamis 5 ta’ Mejju, tajnieh l-aħħar tislima fis-Santwarju tal-Madonna talMellieħa fejn kien espost praesente cadevere għall-pubbliku, bid-daqq tal-fanfarra mill-brass quintet xħin il-korteo wasal quddiem id-Dar tal-Għaqda fi Triq il-Parroċċa u waqt ilquddiesa fil-Knisja Arċipretali tal-Mellieħa kkonċelebrata mill-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles Scicluna, fejn bissehem tal-kor u orkestra taħt id-direzzjoni ta’ Mro Michael Bonanno, ġew interpretati r-Requiem ta’ Mro Carmel Muscat u innijiet oħra flimkien ma’ korijiet oħra tal-parroċċa.
Filwaqt li nwiegħdu li niftakru fih fit-talb tagħna, għandna lkoll niftakru fit-tagħlim u l-eżempji sbieħ li għaddielna matul ħajtu. Żgur li mit-tagħlim li għaddielna ħareġ ġid kbir u għandna naraw li aħna ngħadduh lill-ġenerazzjoni li tielgħa.
Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
L-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina ssellem ilmemorja tas-Sur Saviour Debono li għadda għall-ħajja ta' dejjem fid-19 ta' Marzu 2022.Saviour kien idoqq l-obwe malorkestra għal ħafna snin u serva f'diversi karigi fil-kumitat tal-għaqda fosthom dik ta' Direttur. Kien strumentali biex inxtara l-post li l-għaqda għandha llum fi Triq il-Parroċċa u kien jgħin b'diversi modi. Baqa’ jinteressa ruħu f'dak kollu li nkunu qegħdin nagħmlu u kien jattendi regolari d-dar tal-għaqda anke sa ftit ġranet qabel ħalla din id-dinja.
L-aħħar tislima lis-Sur Saviour Debono ngħatat b'quddiesa kantata bil-Kor u Orkestra Maria Bambina taħt id-direzzjoni ta' Mro Michael Bonanno fil-knisja arċipretali tal-Mellieħa. Waqt din il-quddiesa kkonċelebrata mir-Rev. Arċipriet Dun Joe Caruana, ġiet interpretata r-Requiem ta' Mro Carmel Muscat u innijiet addattati għal quddiesa funebri. Huwa ġie midfun fil-qabar tal-għaqda fiċ-ċimiterju Omm il-Ħniena. Filwaqt li niftakru fih fit-talb tagħna, l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina tibqa’ rikonoxxenti u tfakkar lil Salvu għall-ħidma tiegħu li wettaq matul ħajtu.
Insellmu l-memorja ta' Yvonne Caruana li għaddiet għallħajja ta' dejjem fil-5 ta' Marzu 2022. Yvonne Caruana kienet tokkupa diversi karigi fil-kumitat tal-għaqda tagħna, fosthom ta' segretarja, arkivista u kienet ukoll choir leader fis-snin disgħin. Filwaqt li niftakru fiha fit-talb tagħna, l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina tibqa’ rikonoxxenti u tfakkar lil Yvonne għall-ħidma li wettqet għal numru ta' snin.
Insellmu l-memorja tas-Sur Joe Borg, ex sindku tal-Mellieħa u ħabib tal-għaqda tagħna, li għadda għall-ħajja ta' dejjem fit-8 ta' Frar 2022 Mas-Sur Borg ħdimna fuq diversi inizjattivi fil-Mellieħa speċjalment meta ġie ffirmat l-ewwel ġemellaġġ f'Malta bejn il-Mellieħa u Adenau, ir-restawr u ftehim talamministrazzjoni tax-Xelters, kif ukoll ir-restawr tal-Għajn tal-Mellieħa.
Nhar il-Ħadd 20 ta’ Marzu, waqt serata ta' tifkira lill-ewwel sindku tal-Mellieħa organizzata mill-Onor.
Membru Parlamentari Robert Cutajar, mużiċisti mill-Għaqda Korali u Okestrali Maria Bambina - James Zammit, Anthea Pisani, Mattea Sammut u Wayne Bartolo u Mro Michael Bonanno ħadu sehem f'din l-okkażjoni flimkien mal-mini orchestra li ġiet iffurmata bejn it-tliet għaqdiet mużikali talMellieħa propju għal din l-okkażjoni. Għal din is-serata, li kienet taħt il-patroċinju tal-President ta' Malta Dr George Vella fil-Maritim Antonine Hotel and Spa, attendew diversi persuni, fosthom il-familjari tas-Sur Joe Borg, u s-Sindku attwali t'Adenau s-Sur Hoffman.
Filwaqt li niftakru fih fit-talb tagħna, l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina tibqa’ rikonoxxenti u tfakkar lisSur Joe Borg għall-ħidma li wettaq matul ħajtu.
https://www.facebook.com/GreatDaneRestaurant1
(Open at 12:30 hrs and last seating is at 14:30 hrs) Starting from mid-October ’22
Edward Debono
Tel: 21521201
Mob: 99860593
E-Mail: gabjean@gmail.com
REBECCA MIFSUD
On Saturday 23rd July, a team building event was held for our Society’s youths in our premises.
This event which was held by Mr John Mallia with the assistance of Mr Michel Zarb from Mediacoop Ltd, included a number of informative sessions and educational games. The importance of group work was emphasised throughout all sessions.
This activity was held with the support of Reboot funding scheme in collaboration with Aġenzija Żgħażagħ.
We encourage and welcome new students and youths who are interested in joining our Society, or maybe would like to start singing, playing a musical instrument or would like to join us and be part in our activities.
You can do so by sending a message on our Facebook page on https://www.facebook.com/orkestramariabambina
Monday to Friday: 9:00 to
& 16:00 to 19:00 Saturday: 08:30 to 14:00
If you remember well, last year we discussed the beautiful String Family, but now it is time to move on to another family! In fact, this year’s family is going the be the Woodwind Family! The Woodwind Family, which mainly consists of at least 4 different instruments, is another very important family in the orchestra. This family consists of beautiful sounding instruments, yet very light and delicate! We need to point out as well that we call these instruments ‘Woodwind’ since most of them are made from wood, they consist of reeds and they require air (blowing) in order to produce sound!
The Flute is one of the smallest instrument of the woodwind section, and since it is the smallest instrument of this family, it makes the highest sound! Remember – the smaller the instrument, the higher the sound! Yet again, there is an even smaller version of the Flute, which is called the Piccolo –extremely high pitched!
Another beautiful woodwind instrument is called the Oboe, which normally comes in a black colour consisting of brass shiny keys! One interesting fact about this instrument is the extremely thin ‘mouthpiece.’ In this case, the Oboe consists of 2 reeds and not just one! On the other hand, the Clarinet, which is also a woodwind instruments in a black colour consisting of brass keys, is a single reed instrument, and yet another beautiful sounding one! Last, but not least, is the Bassoon, which is one of the biggest woodwind instruments consisting of a low-pitched sound.
Similar to the Oboe, the Bassoon is also a double reed instrument. There is also a bigger version than a regular Bassoon, which is called the Contrabassoon. As you can imagine, both the Bassoon and the Contrabassoon play very low sounds, and by the way, they come in a red wooden colour!
GO ON! TRY OUT THE FOLLOWING WORD FIND ACTIVITY ABOUT WOODWIND INSTRUMENTS, AND AFTER ANSWER THE TRUE OR FALSE QUESTIONS! IT WOULD BE IDEAL TO DO SOME COLOURING AS WELL! HOW ABOUT COLOURING THIS CLARINET? MAKE SURE TO COLOUR VERY NEAT!
Well done! You worked very hard and you did great!
Have you ever considered yourself playing a Woodwind Instrument or any kind of instrument?! All you need to do is to contact the Choral and Orchestral Society Maria Bambina by sending a message on the club’s Facebook or Instagram Page, or else you can also send us an email on info@ choirandorhcestra.org, or give us a call on 7952 1970, and let the fun begin! Just to remind you that we have a Junior
Choir and Orchestra here! That would be perfect for you to join! The Junior Choir and Orchestra have a busy schedule throughout the year filled up with several concerts, rehearsals and much more!
I hope you enjoyed this section of our annual booklet, and I really hope to see you play any kind of instrument with our Orchestra or sing with our Choir! See you!
Il-Junior Choir and Orchestra wara l-kunċert tal-ġbir ta’ fondi waqt l-attivita` Music and Timpana – 22 ta’ Mejju 2022
Huwa ta’ sodisfazzjoni kbir li tara tfal u żgħażagħ magħqudin ilkoll flimkien jesegwixxu diversi kunċerti f’diversi okkażżjonijiet. Il-pandemija kienet illimitatna milli nagħmlu dan kollu, iżda minkejja dan, il-Junior Choir and Orchestra xorta waħda baqgħet għaddejja b’ħidmtha b’diversi recordings, sessions u kif ukoll arranġamenti mużikali.
Diċembru tas-sena 2021 kien wieħed sabiħ ħafna għal din l-orkestra hekk kif irritornajna lura b’kunċerti live, u li dawn ntlaqgħu tajjeb ħafna mill-udjenza preżenti.Infatti, fix-xahar ta’ Diċembru, il-Junior Choir and Orchestra kienet impenjata b’tlett kunċerti. L-ewwel kunċert kien nhar is-Sibt 18 ta’ Diċembru waqt l-attivita’ tal-Milied Mellieħi mtella’ millKunsill Lokali tal-Mellieħa fejn l-orkestra eżegwiet kunċert mill-isbaħ quddiem folla tant sabiħa. Apparti minn hekk, din l-orkestra daqqet ukoll nhar it-Tnejn 27 ta’ Diċembru u nhar l-Erbgħa 29 ta’ Diċembru fil-lukandi Luna Holiday Complex u LABRANDA Riviera Hotel & Spa.Fost is-siltiet sbieh li ndaqqu kien hemm Mozart’s Christmas, Mistletoe and Wine u l-famuż Radetzky March li jkun mistenni minn ħafna. Fay Briffa u Emma Harmsworth kantaw bħala solisti f’żewġ siltiet.
Għall-ewwel darba fl-istorja tal-Junior Choir and Orchestra, u iżjed minn hekk tal-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina, nhar is-Sibt 26 ta’ Frar tas-sena 2022, il-Juniors tellgħu Carnival Concert. Dan kien kunċert fl-għeqqel talKarnival imżewwaq b’diversi siltiet mill-isbaħ marbutin mażżmien tal-Karnival. L-aktar stil ta’ mużika li spikka kien dak Latin, stil tipiku karnivalesk. Dan il-kunċert sar fil-lukanda Paradise Bay Resort Hotel taċ-Ċirkewwa, f’Moses Hall.
Fost is-siltiet sbieħ li ndaqqu kien hemm Brazil, El Porompompero, Carnaval De Paris u l-famuż Innu talKarnival. Kien hemm atmosfera ferm sabiħa u kkulurita, bejn il-kostumi li kienu liebsin il-membri stess u kif ukoll id-dwal u t-tiżjin li ġew armati mill-istess mużiċisti. Ta’ min
isemmi li f’dan il-kunċert kien hemm diversi solisti fosthom Manuel Cassar fuq l-Alto Saxophone, Kyle Magro fuq idDrum Set u l-Bagpipe, Shaun Borg fuq it-Trumpet, u kif ukoll Lauryn Vella u Rhona Magro fuq il-perkussjoni fost oħrajn.
Nhar il-Ħadd 22 ta’ Mejju 2022 irritornat ukoll l-attivita’ ta’ Music and Timpana, attivita’ fejn isir kunċert mill-Junior Choir and Orchestra fis-sala tad-Dar tal-Għaqda segwit minn ikla timpana għall-ħabta ta’ nofsinhar. Dan il-kunċert kien wieħed qsajjar iżda varjat ħafna li jolqot il-gosti ta’ kulħadd. Fost il-mużika li ndaqqet kien hemm Let it Go, Heal the World, Feeling Good u l-marċ militari Stars and Stripes ta’ John Philip Sousa.
Il-qofol tal-Junior Choir and Orchestra intlaħaq nhar itTnejn 1 t’Awwissu bl-Annual Live Concert li sar fi Triq ilParroċċa quddiem id-Dar tal-Għaqda. Dan l-appuntament annwali ta’ din l-orkestra jkun mistenni minn ħafna, u li s’intendi jkun jirrekjedi preparamenti kbar. F’dan il-kunċert spikkat il-varjeta mużikali, u spikka l-fatt ukoll li ngħaqqdu mużiċisti oħrajn li xtaqu jakkwistaw aktar esperjenza mużikali. Chloe Bonniċi kienet il-vuċi solista linterpretat tajjeb ħafna s-silta Maltija L-Aħħar Bidwi f’Wied il-Għasel. Fost il-mużika sabiħa u mpenjattiva li ndaqqet kien hemm Marriage of Figaro Overture, Music from Encanto, A Whole New World u I Will Follow Him. Dan il-kunċert ġie iffinanzjat mill-iskema A4U mill-Aġenzija Żgħażagħ.
Minn qalbna nixtiequ nirringrazzjaw lil dawn it-tfal u ż-żgħażagħ li joffru tant ħin u sagriffiċju għal din l-Għaqda u li minn hawn nixtiequlom aktar suċċess fil-karriera mużikali tagħhom. Nirringrazzjaw ukoll lill-familjari tagħhom tassapport kontinwu li juru magħhom u kif ukoll mal-Għaqda.
Fl-aħħar u mhux l-inqas nirringrazzjaw lil Wayne Bartolo u Kristina Marie Vella tad-dedikazzjoni u l-ħin tagħhom sabiex jippreparaw din l-orkestra bl-aħjar mod possibbli.
L-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina kienet impenjata ferm fiż-żmien sagru tal-Ġimgħa Mqaddsa.
Nhar it-Tnejn, 4 t’April ittellà kunċert ta’ mużika sagra mill-kor u l-orkestra tal-għaqda fil-Knisja Arċipretali tal-Mellieħa, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Michael Bonanno. Fost il-mużika sagra li ġiet esebita nsibu Messa di Requiem ta’ Mro Carmel Muscat, il-marċ funebru ta’ Mro Vincenzo Ciappara Rimpianto u l-ewwel tema mill-film Ten Commandments. Il-Junior Choir ukoll ħa sehem f’dan il-kunċert bis-siltiet Abide with Me u l-innu tradizzjonali Ġesù Tiegħi.
Waqt dan il-kunċert ħadu sehem ukoll is-solisti Susanne Bonello u Florence Aquilina fejn flimkien esegwew is-silta Pie Jesù, mużika ta’ Andrew Lloyd Webber. Susanne Bonello esegwiet ukoll is-silta Lacrimosa ta’ W.A. Mozart.
Bejn silta u oħra mużikali, is-Sur David Muscat qara testi misluta minn omeliji u prietki dwar il-passjoni u l-qawmien ta’ Sidna Ġesu` Kristu.
Għall-ewwel darba ttellgħet wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa fid-Dar tal-Għaqda. Din il-wirja, bl-isem ta’ 'Jien, Int u Kristu lejn ilGolgota' nħadmet mis-Sur Joe Galea, bl-għajnuna ta’ membri tal-għaqda. L-inawgurazzjoni u t-tberik ta’ din il-wirja saret ilĦamis, 7 t’ April fejn saru kelmtejn tal-okkażjoni mill-President tal-għaqda, is-Sur Joseph DeBono, l-organizzatur is-Sur Joe Galea u l-Arċipriet Dun Joe Caruana. Is-Sur David Muscat qasam ħsibijiet relatati mal-Ġimgħa Mqaddsa mal-udjenza preżenti, filwaqt li l-kor tal-għaqda kanta siltiet sagri. Il-kor kien akkumpanjat mis-Sur Edward Camilleri fuq il-pjanu, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Michael Bonanno.
Kien tnax-il sena ilu li attendejt l-ewwel lezzjoni tal-mużika l-Johann Strauss School of Music, illum magħrufa aħjar bħala il-Malta School of Music, minn dakinhar ’il quddiem il-mużika ffurmat parti integrali minn ħajti. Ta’ 8 snin, bdejt il-lezzjonijiet tal-pjanu kif ukoll il-lezzjonijiet tat-teorija mużikali. Kien propju waqt il-Grade 4 li ġietni l-opportunita` ninagħqad ma’ każin tal-banda. MasSoċjetà Mużikali Spinola bdejt nitgħallem is-soprano saxophone mas-Surmast Aldo Minuti u ftit wara bdejt il-klarinett. Ħriġt indoqq l-ewwel darba mal-banda fil-Milied tal-2016 fejn akkumpanjajna purċissjoni ta' Ġesù Bambin bid-daqq t’innijiet tal-Milied.
Għalkemm mal-baned tgħallimt ħafna, minn dejjem xtaqt indoqq f’orkestra. Għalhekk, f’Novembru tal-2021, esprimejt l-interess tiegħi li ningħaqad mal-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina u ġejt milqugħ fil-Junior Orchestra. Daqqejt għall-ewwel darba malJunior Orchestra fil-Milied fl-okkażjoni tal-Milied Mellieħi. Ma’ din l-għaqda bdejt ukoll il-lezzjonijiet tal-klarinett mas-surmast talorkestra, Michael Bonanno biex inkompli navvanza fl-istudju talistrument.
Illum li għandi 18-il sena, wasalt biex inlesti l-aħħar sena ta’ Diploma fid-daqq tal-pjanu, biex nagħmel Grade 8 fit-teorija kif ukoll Grade 4 fil-klarinett filwaqt li ninsab grat u kuntent li nifforma parti minn din is-soċjetà.
Jiena Kristina Vella u għandi 14-il sena. Nitgħallem il-vjolin u t-teorija tal-mużika fi ħdan l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina u ksibt Grade 4. Ilni ndoqq mal-Junior
Orchestra taħt id-direzzjoni tas-Surmast Wayne Bartolo għal dawn l-aħħar sentejn u nofs. Mill-Milied li għadda bdejt indoqq ukoll mal-orkestra prinċipali taħt iddirezzjoni tas-Surmast Michael Bonanno. Inħossni kuntenta ferm fi ħdan din l-għaqda għax toffri ambjent pożittiv fejn mużiċisti bħali għandna l-opportunita` li ndoqqu l-mużika flimkien kif ukoll nitgħallmu minn xulxin biex b’hekk nibqgħu nferrħu n-nies bid-daqq tagħna.
Hi, my name is Lauryn Vella, and I am 14 years old. I have been playing the drums since I was around 7 years old, and I have also been learning music theory at the Choral and Orchestral Society Maria Bambina with Ms Susanne Bonello and have achieved Grades 1 and 2. Last year I was given the opportunity to play percussion in the Christmas concert and have since been able to play in 2 more concerts. I am looking forward to participate in many more events to come.
Il-mużika u l-arti huma żewġ dixxiplini wisq għal qalbi sa minn eta` ċkejkna. Minn l-eta` tenera ta’ 3 snin bdejt nitħarreġ fiddixxiplina tal-kant, drama u żfin ma’ Stagecoach Malta u ftit ġimgħat ilu temmejt l-istudji tiegħi ma’ Further Stages. Kelli wkoll l-opportunita` li nkun assistenta fit-tagħlim ta’ dawn it-tliet dixxiplini, fl-istess skola mal-istudenti żgħar Early Stages. Kont nitħarreġ ukoll fiż-żfin kontemporanju ma’ żewġ skejjel rinomati f’Malta. Ipparteċipajt ukoll f’diversi teatri barra minn Malta fosthom Her Majesty’s Theatre f’Londra, fi Vjenna, f’Manchester u ma jonqosx fi musical ġewwa DisneyLand ta’ Pariġi kif ukoll għal diversi snin kont nifforma parti minn Joseph Calleja Choir. Tal-eta` ta’ 7 snin bdejt nitħarreġ il-flawt u t-teorija fl-iskola tal-mużika u ngħaqadt mal-Għaqda Korali u Orkestrali tal-Mellieħa fis-sena 2020 - is-sena li ser tibqa’ magħrufa tal-pandemija. Iżda lili din ma qatgħatlix qalbi għaliex ingħaqadt ma’ din l-orkestra u grazzi għat-tagħlim li tagħtini l-għalliema tiegħi Ms Nicole Spiteri. Ms Nicole kompliet tkabbarli l-imħabba li għandi lejn l-istrument. Nagħmel ċerta li tal-inqas siegħa kuljum studju fuq il-flawt nagħmlu. Mhuwiex daqshekk faċli peress li rrid nistudja s-suġġetti akkademiċi iżda waqt li ndoqq il-flawt inħoss rilassament kbir. Bis-saħħa ta’ din l-orkestra għamilt diversi ħbieb ġodda. Bla dubju ta’ xejn sirt inħobb il-villaġġ tal-Mellieħa. Għalhekk huwa ta’ pjaċir kbir u unur għalija li jiena nifforma parti mill-Għaqda Korali u Orkestrali tal-Mellieħa.
IS-SIBT, 20 T'AWWISSU
IT-TNEJN, 29 T'AWWISSU U
T-TLIETA, 30 T'AWWISSU
L-ERBGĦA, 31 T'AWWISSU
IL-ĦAMIS, 1 TA' SETTEMBRU
IKLA TAL-FESTA
PROVI ĠENERALI
6:30PM, IL-KOR U L-ORKESTRA JIEĦDU SEHEM FILFUNZJONI DDEDIKATA LIL JUM L-GĦAQDIET
PROGRAMM MUŻIKALI VARJAT FIL-PJAZZA
TAL-PARROĊĊA FIT-8:30PM
L-ERBGĦA, 7 TA' SETTEMBRU
6:30PM, QUDDIESA SOLENNI TA' LEJLET IL-FESTA
IL-ĦAMIS, 8 TA' SETTEMBRU
8:15AM, QUDDIESA SOLENNI TA' JUM IL-FESTA
5:30PM, GĦASAR SOLENNI
8:15PM, IL-KOR TAT-TFAL IKANTAW 'INNU
MADONNA TAL-VITTORJI' MILL-GALLARIJA
TAD-DAR TAL-GĦAQDA FI TRIQ IL-PARROĊĊA
11:00PM, BARKA SAGRAMENTALI
IL-ĠIMGĦA, 9 TA' SETTEMBRU
XALATA TAL-FESTA
BY
Music tuition continued at a steady pace over the past year, ensuring that our students kept advancing in their musical studies with the help and guidance of their respective tutors. From time to time formal assessment through examinations is held and it is with satisfaction that we see our students achieving good results and striving to do better every time.
After quite some time since the last practical examination sessions were held in 2019, last year we enrolled our students for the new online performance grades. These required preparing the students for a particular exam setup whereby the performance is recorded and then submitted to the ABRSM for assessment. It was a new system which we engaged into and it provided positive results while allowing our students to proceed with their studies.
Meanwhile, online theory examinations kept being held at our premises on a regular basis, while paper-based theory exams for the higher grades started being held as well. There are expectations that practical exams will resume face to face towards the end of this year and this development will bring with it another step towards normality in the music examination system.
All the above requires administrative coordination and keeping updated with the new developments over time. While we wish our students more successful results as they progress in their studies, we thank all our tutors and parents, as well as the students themselves for adjusting to this whole new system which affected the tuition and preparations for such exams.
Hekk kif bdew jitnaqqsu r-restrizzjonijiet li ġabet magħha l-pandemija tal-covid-19, l -Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina, reġgħet bdiet tieħu l-ħajja b'kunċerti bi tħejjija għall-Milied. Apparti l-okkażjoni annwali tal-quddies tal-lejlet il-Milied u ta' programmi oħra f'attivitajiet organizzati mill-Kunsill Lokali u f'lukandi, l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina ppreparat programm b'mużika marbuta mat-tema tal-Milied.
Dan il-programm sar fl-10 ta' Diċembru 2021 filKnisja Arċipretali Maria Bambina l-Mellieħa. Kienet okkażjoni speċjali fil-bidu tal-istaġun tal-Milied, hekk kif in-nies daħlet fl-ispirtu tal-Milied b'mod sigur u b'ħerqa kbira li terġa’ tara l-kultura mużikali tieħu l-ħajja fil-lokalita` tal-Mellieħa. II-Kor u l-Orkestra kienu taħt it-tmexxija tas-Surmast Michael Bonanno u I-kor kien ippreparat mis-Sinjura Susanne Bonello. Bix-xieraq, f'dan il-programm kien hem is-sehem tal-kor taż-żgħar tal-għaqda, Ii kantaw is-siltiet Ninu Ninu tal-Milied u To God be the Glory. Dawn kienu preparati mis-Sinjorina Kristina Marie Vella.
Mistidnin speċjali f'dan il-programm kienu s-Sopran
Patricia Borg Ii tat interpretazzjoni eċċellenti fissiltiet Gesu Bambino ta' Pietro Yon u O Holy Night ta' A.Adam u is-Sur Ernest Vella, li qara siltiet millktieb Ii kien għadu kif nieda bl-isem 'Wasal il-Milied', fejn hu rrakkonta memorji u tradizzjonijiet marbuta mal-festa tal-Milied mal-familja u fis-soċjeta`. Flaħħar tal-programm, is-Sopran Patricia Borg u I-kor taż-żgħar tal-għaqda, ingħaqdu flimkien mal-Kor u l-Orkestra fl-aħħar silta We Wish you a Merry Christmas biex b'hekk ingħatat konklużjoni millisbaħ lill-programm tal-Milied.
Matul dan il-programm spikka l-entusjażmu u l-ferħ ta’ kull membru tal-għaqda.
Il-Milied huwa żmien ta' tama u verament dan il-programm reġa' qanqal dik l-enerġija li forsi kienet intilfet xi ftit minħabba r-restrizzjonijiet talpandemija. Kien jidher ċar li kull membru xtaq Ii jerġa’ jqajjem l-għaqda fuq saqajha u issa Ii l-festa ta' Marija Bambina qiegħda magħna, l-għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina għaddejja bi ħgarha tipprepara b'mod xieraq għall-attivitajiet tal-festa u tal-anniversarju ta' 75 sena.