familja Ħarġa Numru 18
rebbiegħa 2022
MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL
familja.media@gov.mt
Rivista ‘Familja’ hi inizjattiva tal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni fi ħdan il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal. ‘Familja’ toħroġ online, maħsuba u indirizzata għall-pubbliku bħala l-vuċi uffiċjali ta’ dan il-Ministeru. Din ir-rivista titqassam mingħajr ħlas. Jekk jogħġbok tikkontribwixxi b’xi kitba, twassal proposti jew xi suġġerimenti, inkella għaddejt minn xi esperjenza li tixtieq taqsam magħna, nistiednuk tiktbilna fuq l-imejl: familja.media@gov.mt Biex tirċievi r-rivista ‘Familja’ tista’ tiktbilna fl-indirizz elettroniku jew bil-posta: Tonio Bonello, MSFC Taqsima tal-Komunikazzjoni, Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Nru 38 Triq l-Ordinanza, Il-Belt Valletta. Il-kontenut f’kull ħarġa ta’ ‘Familja’ mhux neċessarjament jirrifletti l-opinjoni Editorjali.
‘Familja’ qed tasal għandkom grazzi għall-kontributuri professjonali, volontarji u kollegi oħra li jaħdmu magħna. Dan bl-għan li l-impenn fl-istruttura korporattiva ta’ din l-entità jkompli jissaħħaħ fl-interess tas-soċjetà Paġna 2
Tonio Bonello Editur
Tista’ taċċessa edizzjonijiet passati fuq: https://family.gov.mt/en/policies-publications-andstrategies/familja-magazine/ familja Ħarġa Nru.18 - rebbiegħa 2022
Kontenut 04 Editorjal 05 Messaģģ mill-Onorevoli Dr Michael Falzon Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal 06 Messaģģ mis-Sur Mark Musù Segretarju Permanenti fil-Ministeru 08 Il-vjolenza abbażi tal-Ġeneru u Vjolenza Domestika 09 Malta fl-ewwel post fl-eGovernment minn 36 pajjiż Ewropew 10 Kampanja ĠEMMA 13 Kompetizzjoni bi Premju 14 Ipproteġi l-Benefiċċju tas-Sigurtà Soċjali tiegħek minn Sekwestru
Ħajr ukoll lil Is-Sur Joseph Cachia Konsulent fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Is-Sur Stefan Borg Communications Coordinator tal-Onor. Ministru Michael Falzon Is-Sur Grazio Barbara Direttur Ġenerali (Sigurtà Soċjali) Is-Sur Anton Cesare Direttur (Direttorat tal-Operat) Is-Sa Suzanne Garcia Imbernon Task Manager Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Tfal Is-Sur Archibald Attard Officer in Scale 10 Is-Sur Peter Miceli Saydon Prinċipal
16 Valentinu 17 Fun Page 18 Seminar dwar il-Miżuri tal-Budget 2022 19 Uħud mill-ħtiġijiet tal-Anzjani fiż-żminijiet tal-lum 20 Inħoss ferħ indeskrivibbli meta naf li l-platelets tiegħi qed imorru, speċjalment għal tfal morda bil-kanċer 22 What are the EU Social Security Coordination rules…and how do these apply to me? 24 Sagħtar 25 The Annual MSFC Christmas Sale 26 Ġenwinità u Intensità fil-poeżija 28 Il-Funtana ta’ Trevi f’Ruma 30 Żmien ta’ festi 31 Walk in Clinics 32 Xogħol relatat mal-miżuri tal-budget 33 Children should be our priority 34 Verses to my Son in search of solace 35 A new year – a time to look back and ahead 36 YTC 25 sena ta’ skambji, safar u work camps 38 L-aħħar aħbarijiet mill-MSFC. X’hemm ġdid? 39 MITA 30 Sena ta’ servizz u effiċjenza fi ħdan is-Servizz Pubbliku
familja.media@gov.mt
Paġna 3
MALTA SSELLEM LIL ŻEWĠ IMĦUĦ KBAR FIL-QASAM TAS-SAĦĦA
Editorjal Tonio Bonello Editur Media MSFC Corporate Communications Manager
Ritratti: Times of Malta
X
emx u xita Alla jaf meta. Hekk jgħid qawl antik Malti, u tassew. Min jaf kemm hawn persuni anzjani u morda li xi drabi jħossuhom waslu tassew lejn tmiem ħajjithom u li qatt ma bassru li fost l-akbar żewġ tobba Maltin, ħafna iżgħar fl-età u li dejjem żammew statura ta’ kura ta’ saħħa mill-aqwa kellhom iħallu din id-dinja qabilhom! Kelli x-xorti li f’żewġ okkażjonijiet differenti niltaqa’ kemm mal-Professur Albert Fenech, kif ukoll mat-Tabib Victor Calvagna. It-tnejn speċjalisti per eċċellenza fl-ispeċjalizzazzjoni tagħhom, però t-tnejn kellhom ħaġa waħda komuni għal xulxin. Kienu tobba umli u ta’ kariżma kbira, taw ħajjithom biex jagħtu l-ħajja mill-ġdid lil pazjenti tagħhom u kienu maħbubin ħafna mill-poplu Malti u Għawdxi kollu. Minn dawn il-paġni nwassal il-kondoljanzi tiegħi anke f’isem dan il-Ministeru lil familjari, qraba u ħbieb ta’ dawn iż-żewġ personaġġi kbar li ħallewna ħesrem u l-Mulej jagħti lilhom il-mistrieħ ta’ dejjem kif ċertament jixirqilhom. Prof. Albert Fenech Prof. Albert Fenech, wieħed mill-aqwa kardjologi ta’ Malta kif ukoll eks-Membru Parlamentari ħalla din id-dinja nhar it-Tlieta 28 ta’ Diċembru 2021 fl-età ta’ 70 sena. Deskritt bħala tabib mill-aqwa l-Professur Fenech kien għadda aktar minn għoxrin sena barra minn xtutna, partikolarment
Paġna 4
familja Ħarġa Nru.18 - rebbiegħa 2022
l-Ingilterra jaħdem fil-qasam tal-kardjoloġija. Serva wkoll il-pajjiż fil-politika bħala Deputat tal-Partit Nazzjonalista bejn l-2013 u l-2016. Fl-1995 flimkien mal-Kardjologu Mr Alex Manche kien waqqaf id-Dipartiment tal-Kardjoloġija fil-qasam tas-saħħa f’Malta u wettaq l-ewwel operazzjoni fl-Isptar Mater Dei anġjogram fl-2007. Dr. Victor Calvagna It-Tabib Victor Calvagna ħalla din id-dinja eżatt ġimgħa wara jiġifieri nhar it-Tlieta 4 ta’ Jannar 2022 wara li ġimgħa qabel intlaqat minn karozza waqt li kien qed jipprattika l-isport favorit tiegħu, l-atletika fil-Qawra. Huwa kellu 63 sena. Ħafna familji, partikolarment ġenituri ta’ tfal żgħar jiftakru lil Konsulent Pedjatriku Calvagna għal kariżma li kellu ma’ wliedhom f’dawk l-aktar żmenijiet diffiċli ta’ ħajjithom. Imma Dr Victor Calvagna jibqa’ magħruf ukoll bħala fundatur flimkien mas-Sur Rennie Zerafa ta’ Puttinu Cares. Din l-organizzazzjoni volontarja tiffaċilita kontinwazzjoni tal-ħajja lil mijiet ta’ familji Maltin u Għawdxin li membri tagħhom, speċjalment ulied ikunu meħtieġa jmorru l-Ingilterra għall-kura. Puttinu Cares twaqqfet fl-2007 u bdiet bl-ewwel proġett tagħha fl-Isptar San Luqa biex sena wara, fl-2008 nediet il-proċess għall-ewwel xiri ta’ appartamenti ġewwa Sutton fl-Ingilterra.
Gvern favur il-familji
Irridu nibqgħu ngħinu lil dawk vulnerabbli fis-soċjetà
K
ollegi u ħbieb, għaddew ħames snin minn meta dan il-Gvern reġa’ ngħata l-fiduċja sabiex imexxi l-pajjiż, fl-2017. Kienu ħames snin mimlija opportunitajiet, u anke sfidi, sfidi kbar li d-dinja qatt m’esperjenzat bħalhom. Għandna lkoll għalfejn inħossuna kburin meta nħarsu lura lejn l-aħħar ħames snin b’mod partikolari l-aħħar sentejn, u naraw kif irnexxilna nkomplu għaddejjin bl-aqwa mod possibbli. Irridu nirrikonoxxu li mhux qed ngħixu f’xi ġenna, fejn kollox huwa tajjeb u m’hemmx lok għal tibdil u aktar ħidma ffukata għal dawk l-aktar li għandhom bżonn għajnuna. Bi kburija imma, nistgħu ngħidu illi għamilna passi kbar ’l quddiem. Għalhekk diġà għandna viżjoni u pjan soċjali ta’ fejn irridu nwasslu lil dan il-pajjiż, ta’ fejn irridu naraw lill-familji tagħna. Irridu ngħixu żminijiet aħjar minn dawn l-aħħar sentejn. Sentejn ikkaraterizzati minn deċiżjonijiet kontinwi u deċiżivi, li dejjem ittieħdu b’reqqa, fl-aqwa interess tal-pajjiż.
Irridu nkomplu nkunu ta’ spalla għall-familji tagħna, u nkomplu nkunu kredibbli u konsistenti f’dak kollu illi nagħmlu. Irridu nibqgħu tarka u ta’ għajnuna lil dawk vulnerabbli fis-soċjetà tagħna. Dak li ksibna s’issa, huwa l-bażi sabiex inkomplu nifirxu l-ħidma tagħna fis-snin li ġejjin. Qatt ma ddejjaqna nidħlu għan-nies u ninvestu f’poplu kuraġġuż, reżiljenti u li qatt ma jaqta’ qalbu. Bil-pakkett ta’ €70 miljun investiment fin-nies ta’ dan l-aħħar, urejna kif ma ninjoraw qatt ir-realtajiet tan-nies. Saħħaħna ċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa u saħansitra kien kkumplimentat b’ċekk addizzjonali lill-istudenti, il-ħaddiema u anke l-pensjonanti.
L-Onor. Michael Falzon Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal
L-għan aħħari tagħna huwa li nsaħħu aktar dak l-element ta’ pożittività u ottimiżmu għall-futur tagħna u ta’ uliedna. Bis-sehem ta’ kull persuna se niksbu aktar suċċessi flimkien u rnexxielna nagħmlu dan anke fl-akbar maltempati. Għalhekk aħna kuraġġużi u għandna l-ambizzjoni li ntellgħu ’l fuq dan il-pajjiż illi tant nħobbu.
familja.media@gov.mt
Paġna 5
familthom.
It-trażżin tad-dipendenza soċjali - storja ta’ suċċess Mark Musù Segretarju Permanenti Ministeru għas-Solidarjetà,u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u Drittjijet tat-Tfal
J
ohn, missier ta’ familja b’żewġt ulied, kien ilu xi erba’ snin fuq l-għajnuna soċjali tal-qgħad għax kien qed jirreġistra għal impjieg. Lejn il-bidu tal-2015 irnexxielu jsib xogħol fiss u bis-saħħa tal-iskema tat-tapering tal-benefiċċji, mal-paga baqa’ jitħallas parti mill-benefiċċju soċjali li kien qed jieħu. Il-pagament ta’ parti mill-benefiċċju baqa’ jitħallas sakemm skada ż-żmien tat-tapering tiegħu fl-2018, meta mbagħad beda jitħallas l-In-work Benefit għal kull wild. Maria, miżżewġa b’żewġt itfal, għamlet żmien id-dar trabbi ’l uliedha sakemm fl-2016 sabet impjieg klerikali ma’ kumpanija privata u mal-paga tagħha u ta’ żewġha bdiet titħallas ukoll l-In-Work Benefit. Għalkemm dawn l-ismijiet huma fittiżji, il-persuni u ċ-ċirkostanżi li għaddew minnhom huma reali. Iż-żewġ ġenituri huma fost l-eluf ta’ persuni li għarfu jaħtfu l-opportunitajiet li ngħatawlhom biex jinfatmu mid-dipendenza fuq il-benefiċċji soċjali. Wieħed jista’ jqishom bħala stejjer ta’ suċċess fil-ħidma li l-Ministeru għasSolidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u Drittijiet tat-Tfal wettaq tul dawn l-aħħar snin bil-għan li jħajjar u jinċentiva benefiċjarji soċjali jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jtejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom u ta’
Paġna 6
familja Ħarġa Nru.18 - rebbiegħa 2022
Mitt Romney, Senatur Amerikan darba qal li “id-dipendenza toħnoq l-inizjattiva, tmewwet l-opportunità u l-ħajra li bniedem jirriskja”. Huwa propju dan li ppruvajna nindirizzaw b’din il-politika (policy) li nisslet ġid u sebqet kull tbassir li sar meta varajniha fl-2014. Il-mira kienet waħda ambizzjuża għax in-numri kienu għoljin. Fil-fatt sal-aħħar ta’ Diċembru tal-2013 kien hemm kważi 14,000 persuna dipendenti fuq l-assistenzi soċjali, li matul dik is-sena kienu tħallsu madwar €74 miljun, somma li kienet tirrapreżenta 39 fil-mija tan-nefqa globali fuq benefiċċji mhux kontributorji fl-2013. Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u oħrajn miġbura mid-Direttorat tal-Għajnuna Finanzjara u Osservanza fil-Ministeru juru li, bejn wieħed u ieħor, is-sitwazzjoni baqgħet fl-istess livelli fl-2014 u bdiet titjib gradwalment fis-snin ta’ wara, kemm bi tnaqqis ta’ persuni fuq l-assistenza soċjali u l-għajnuna soċjali għal qgħad, kif ukoll fin-nefqa fuq dawn il-benefiċċji, sakemm fl-aħħar tal-2021 l-għadd tal-benefiċjarji waqa’ għal madwar 6,200. Dan hu l-aktar livell baxx li qatt ġie reġistrat. Imqabbel minn fejn tlaqna fl-2013, it-tnaqqis globali kien ta’ 59 fil-mija filwaqt li n-nefqa niżlet bin-nofs għal €36.5 miljun. Il-flus ‘iffrankati’ mill-ħlas ta’ assistenzi soċjali imbagħad ġew ri-investiti f’oqsma oħra soċjali importanti u fejn kien hemm aktar bżonn, fosthom biex jissaħħu benefiċċji favur ilpensjonanti, persuni b’diżabilità, anzjani u oħrajn vulnerabbli. Dan kien possibbli grazzi għat-tkabbir sinfikanti fl-ekonomija li kattar l-opportunatijiet ta’ xogħol u fl-istess ħin bil-varar ta’ pakkett ta’ miżuri msejsa fuq il-prinċipju li bix-xogħol Ikompli fil-paġna li jmiss
jaqbillek u maħsub appuntu biex persuni jinfatmu mid-dipendenza fuq l-għajnuna soċjali. Primarjament kienu tlieta l-miżuri ewlenin - waħda kienet dik tat-tapering imsawra biex tħeġġeġ persuni fuq l-assistenza soċjali jidħlu fid-dinja tax-xogħol bid-dritt li minflok jitilfu d-dħul mill-benefiċċji f’daqqa, jitnaqqsulhom b’mod gradwali fuq medda ta’ tlett snin. Il-partiċipazzjoni kienet waħda inkorraġġanti tant li minn madwar 590 benefiċjarju fil-bidu tal-iskema fl-2014, l-għadd tagħhom kiber għal madwar 3,600 fl-2017, meta mbagħad beda jonqos gradwalment għaliex il-benefiċjarji jibda jiskadilhom it-terminu ta’ tliet snin tal-iskema. B’kollox sal-aħħar tal-2021 ’il fuq minn 7,200 persuna li kienu fuq l-Assistenzi Soċjali daħlu fl-iskema tat-tapering f’xi perjodu jew ieħor. Aktar minn 80 fil-mija tal-ħaddiema li bbenefikaw u skadewlhom it-tliet snin baqgħu fid-dinja tax-xogħol waqt li dawk li għandhom tfal taħt it-23 sena, wara bdew igawdu mill-iskema tal-In-Work Benefit li tnediet fl-2015. Dan il-benefiċċju jaħseb biex jinċentiva l-impjieg u jkattar id-dħul ta’ familji ta’ ġenituri li jaħdmu u għandhom tfal taħt it-23 sena. Kważi kull sena sar titjib fit-termini u r-rati
tal-iskema u llum il-benefiċċju qed jitgawda minn familji fejn iż-żewġ ġenturi jaħdmu; minn oħrajn ta’ ġenitur wieħed jew waħda u minn dawk fejn wieħed mill-ġenituri jaħdem u li d-dħul mill-impjieg tagħhom jilħaq €35,000 jew €50,000 fis-sena. Minn din is-sena l-In-work Benefit se jibda jitħallas ukoll lil dawk il-ħaddiema li jaħdmu ħinijiet atipiċi u li d-dħul tagħhom ma jeċċedix l-€20,000. Sas-sena l-oħra madwar 11,650 familja bi 18,700 tifel u tifla bbenefikaw minn dan il-benefiċċju f’xi żmien jew ieħor u tħallsu bejniethom €27.7 miljun. Flimkien maċ-childcare b’xejn dawn l-inċentivi ħallew impatt soċjali pożittiv fost oħrajn billi żdied l-għadd ta’ ħaddiema nisa u qabeż il-medja Ewropea. Inħoss li mxejna ’l quddiem u bosta ntebħu u tgħallmu li jekk taħdem jaqbillek aktar. Ma rridx iżda nagħti x’nifhem li b’dak li nkiseb kissirna għal kollox iċ-ċiklu tad-dipendenza soċjali. Nemmen li għalkemm inevitabbilment jibqa’ nies li għal raġuni jew oħra ma jkunux jistgħu jmiddu jdejhom għax-xogħol u għaldaqstant ikollhom bżonn l-għajnuna, xorta jibqa’ persuni f’saħħithom li jeħtieġu jiġu mħeġġa u ggwidati biex huma wkoll jagħrfu jisfruttaw l-inċentivi u jaħtfu l-opportunitajiet ta’ xogħol li jeżistu. Hekk se nkomplu nagħmlu ’l quddiem.
familja.media@gov.mt
Paġna 7
Il-vjolenza abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika It-tieni parti minn intervista mal-Kummissarju
B
Audrey Friggieri
ejn il-25 ta’ Novembru u l-10 ta’ Diċembru tas-sena l-oħra kienu organizzati sittax-il ġurnata ta’ attiviżmu dwar il-vjolenza abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika. Dwar dan FAMILJA kienet nediet serje ta’ artikli fi tlett partijiet b’intervista li aħna għamilna mas-Sa Audrey Friggieri, il-Kummissarju dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika.
Tonio Bonello
Fl-ewwel parti konna trattajna temi bħal funzjoni u l-operat tal-istess Kummissjoni, ħidmietha matul l-2021 u dak maħsub għal din is-sena l-2022, kif ukoll dwar il-kampanja li l-Kummissjoni abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika tniedi ta’ kull sena. F’din it-tieni parti qed inkomplu nitkellmu dwar x’impatt għandhom l-istrutturi ewlenin tal-protezzjoni taċ-ċittadin f’dawn il-gżejjer, kif ukoll l-importanza tar-rwol u r-responsabbiltà li għandhom il-mezzi ta’ komunikazzjoni biex iwasslu aktar għarfien u jedukaw dejjem aktar lill-istess soċjetà li aħna nagħmlu parti minnha. Qatt mhu biżżejjed biex inxerrdu l-għarfien u nedukaw dwar valuri bħal ma huma r-rispett lejna nfusna u lejn ħaddieħor, kif persuna tagħraf l-abbuż, anke mingħand persuni viċin tagħha, kif persuna tagħżel u tikkultiva relazzjonijiet f’saħħithom, x’għandha tagħmel sabiex issir taf iktar u biex tipproteġi lilha nnifisha f’każ ta’ mġiba abbużiva u vjolenti, u dwar id-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Is-suġġett jiġi indirizzat fil-media pjuttost regolarment. Filfatt spiss niġi mistiedna nitkellem fi programmi Paġna 8
familja Ħarġa Nru.18 - rebbiegħa 2022
kemm tar-radju kif ukoll tat-televiżjoni, u anke nikteb artikli jien stess fil-gazzetti dwar is-suġġett. Però hija verità wkoll li spiss ir-rappurtaġġ ta’ każi ma jkunx sensittiv lejn il-vittmi u lejn il-kuntest ta’ ġrajjiet relatati mal-vjolenza domestika u l-abbuż abbażi tal-ġeneru. Il-Kummissjoni tmexxi kampanji edukattivi kontinwi, u anke mhux l-ewwel darba li xerrdet linji gwida mal-media houses kollha. Dawn il-linji gwida ġew riċerkati u miktuba minn esperti fil-qasam, u jitrattaw dwar kif għandhom jinkitbu artikli u rapporti dwar il-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru. Dawn jinstabu wkoll online, iżda sfortunatament mhux dejjem jiġu kkonsultati mill-awturi u ġurnalisti. L-isterjotipi dwar mġiba u rwoli mistennija minn ġeneri differenti fis-soċjetà għadhom jinfluwenzaw il-psike tan-nies, u dawn imbagħad isarrfu fi kliem u azzjonijiet li jirriflettu valuri patrijarkali li writna mill-antik. Dawn ovvjament jiddiskriminaw dejjem kontra l-mara. Il-media għandha l-rwol li teduka wkoll, u tista’ tikkontribwixxi għall-bidla sabiex ikollna soċjetà iżjed ġusta billi tippubblika materjal riċerkat u li jkun imnebbaħ minn valuri li ma jiddiskriminawx, li jgħinu n-nies jitgħallmu iktar dwar ir-rispett lejn kull individwu – hu min hu, hi min hi, kif ukoll dwar relazzjonijiet sani bejnietna.
It-tielet u l-aħħar parti ta’ din l-intervista se tkun ippubblikata fil-ħarġa li jmiss ta’ FAMILJA fix-xahar ta’ Ġunju 2022
Malta fl-ewwel post fl-eGovernment minn 36 pajjiż Ewropew
I
Stqarrija Segretarju Permanenti Ewlieni
s-Servizz Pubbliku Malti kklassifika fl-ewwel post ta' dan l-istudju dwar l-eGovernment wara li ġie l-ewwel fil-kriterji kollha ta' dan l-eżerċizzju. Dan sar magħruf reċentament minn stqarrija uffiċjali tas-Segretarju Permanenti Ewlieni.
Il-Kap tas-Servizz Pubbliku Malti Mario Cutajar qal li dan ir-riżultat hu ċertifikat tal-ħidma li saret fl-aħħar snin, b'investiment ta' €200 miljun fit-teknoloġija bħala parti mill-proċess ta' tiġdid bla preċedent li sar biex is-Servizzi Pubbliċi jsiru aċċessibbli minn kulħadd u kullimkien.
Malta kklassifikat l-ewwel fil-kriterju tal-User Centricity, li tindika l-kwalità tad-disinn tas-servizz u l-faċilità li bih jintuża mill-klijenti, anke fuq iċ-ċellulari. F'dan l-aspett is-Servizz Pubbliku Malti ġie l-ewwel b'rata ta' 99%, li jfisser 11% aktar mill-medja Ewropea.
Dan sar bil-ħtiġijiet tal-klijent fiċ-ċentru ta' kull ħidma, u r-riżultat tal-lum jikkonferma dan. Is-Sur Cutajar sostna li hija sfida li tibqa' żżomm l-ewwel post sena wara oħra, b'Malta tibqa' tagħmel dan quddiem pajjiżi meqjusa ġganti f'dan il-qasam bħall-Estonja u l-Awstrija.
Fil-kriterju tat-trasparenza fis-servizzi mogħtija, Malta ġiet l-ewwel ġiet l-ewwel b'rata ta' 98%, filwaqt li l-medja Ewropea kienet ta' 64%.
Ir-rapport 'eGovernment Benchmark 2021' hu disponibbli mis-sit: https://digitalstrategy.ec.europa.eu/newsredirect/724214
Malta kklassifikat l-ewwel ukoll fil-kriterju ta' 'Key Enablers', li jinkorpora elementi tekniċi meqjusa importanti għat-twassil tas-servizzi governattivi online. F'dan l-aspett Malta kisbet 98%, bil-medja Ewropea tkun dik ta’ 61%. Fil-kriterju ta' 'Cross Border Services', li tindika l-aċċessibiltà tas-servizzi minn pajjiżi oħra, is-Servizz Pubbliku Malti għal darb'oħra ġie fl-ewwel post b'rata ta' 90%. Dan ifisser, rata ta' 35% ogħla mill-medja Ewropea. Fl-2020 u fis-snin ta' qabel Malta wkoll kienet kisbet l-ewwel post. B'hekk dan ir-riżultat jirrikonoxxi għal darb'oħra lis-Servizz Pubbliku bħala leader fl-eGovernment mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mill-pajjiżi tal-Iżlanda, l-Iżvizzera, in-Norveġja, ir-Renju Unit, l-Albanija, il-Montenegro, il-Maċedonja ta' Fuq, is-Serbja u t-Turkija.
Paġna 9
Ritratt: Mckinsey.com
familja Ħarġa Nru.18 - rebbiegħa 2022
Kampanja ĠEMMA Intervista mas-Sa Helena Holland
R
eċentament kien hemm bidla fl-amministrazzjoni tal-kampanja nazzjonali ĠEMMA. Il-kampanja tiffoka lejn għarfien ta’ temi konnessi ma’ kawtela u għaqal fl-infieq bl-għan li l-individwu, jew il-familja jkunu jistgħu jgħixu ħajja komda u trankwilla b’moħħ mistrieħ li d-dħul tagħhom iservi għal matul ix-xahar, u sa fejn possibbli li jirnexxielhom iġemmgħu xi ħaġa wkoll. Minn dawn il-paġni nagħti ħajr lis-Sur David Spiteri Gingell li flimkien ma’ tim ta’ persuni bravi rnexxielhom iwasslu l-kampanja ĠEMMA fejn waslet illum. Fl-istess ħin, l-isbaħ xewqat lis-Sa Helena Holland li llum qed tmexxi din il-kampanja hi, ukoll bl-istess tim dinamiku li dejjem ħabrek f’din il-ħidma. Imma, għal min forsi għad ma semax b’ĠEMMA, bdejt biex staqsejt lil Helena Holland, x’inhi ĠEMMA eżattament? Hemm diversi kompetenzi li lkoll flimkien jiffurmaw il-kapaċità finanzjarja: l-ibbaġittjar, l-immaniġġjar tad-dejn, l-immaniġġjar tat-tfaddil, ir-reżiljenza finanzjarja, l-ippjanar għall-futur, l-għarfien tax-xena tal-investiment, u d-drittijiet tal-individwu fil-qasam finanzjarju. ĠEMMA hija l-pjattaforma ta’ kapaċità finanzjarja indipendenti u kredibbli fi ħdan l-uffiċju tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għasSolidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal. Meta bdiet? Kif bdiet? U għaliex inħasset il-ħtieġa ta' din il-kampanja nazzjonali? Fl-2004 ġiet imnedija r-riforma fil-pensjonijiet. Minn stħarriġ ħareġ li ħafna mill-pubbliku ma kellhomx għarfien biżżejjed rigward il kapaċità finanzjarja. Mhux biss, imma minn dawk involuti fir-riforma, ħareġ ukoll il-bżonn li jinbidlu l-parametri tas-sistema tal-pensjonijiet, kif ukoll l-imġiba tal-individwi sabiex dawn jassiguraw li jkollhom il-kwalità tal-ħajja mixtieqa fl-irtirar. Inħass il-bżonn li l-persuni jkunu konxji tal-potenzjal tagħhom bid-dħul
Paġna 10
familja Ħarġa Nru.18 - rebbiegħa 2022
tal-pensjoni u b’hekk matul ħajjithom, jieħdu d-deċiżjonijiet finanzjarji meħtieġa sabiex jilħqu l-għanijiet tagħhom għall-irtirar. Fl-2015, wara għadd ta’ rakkomandazzjonijiet ippreżentati mill-Grupp ta’ Strateġija dwar il-Pensjoni, il-Gvern approva d-disinn għall-istrateġija nazzjonali dwar il-kapaċità finanzjarja. Ġie mwaqqaf grupp ta’ ħidma inter-ministerjali taħt il-kappa tal-Grupp ta’ Strateġija dwar il-Pensjoni sabiex jabbozza l-istrateġija. Wara konsultazzjoni pubblika, ġiet mnedija f’Jannar 2017, l-ewwel strateġija nazzjonali dwar il-kapaċità finanzjarja. Il-programm ta’ implimentazzjoni ngħata l-isem “ĠEMMA”. Għal liema saffi tas-soċjetà u etajiet ĠEMMA hi l-aktar intenzjonata? Ix-xogħol ta’ ĠEMMA jikkonsisti minn bosta elementi: riċerka, taħriġ, kampanji edukattivi u ta’ informazzjoni u riżorsi. Dan kollu sar u jsir b’mod speċjalizzat u mmirat għad-diversi saffi tas-soċjetà u għal persuni fl-istadji differenti tal-ħajja: tfal, żgħażagħ, adulti, single mothers, persuni b’diżabilità u nies fl-età tal-irtirar. Ir-riċerka dwar l-iżvilupp turi li ħafna mid-drawwiet u l-attitudnijiet jiġu ffurmati fl-ewwel seba’ snin tal-ħajja. It-tfal li jitgħallmu kompetenzi finanzjarji minn età bikrija, għandhom tendenza akbar li jġibu ruħhom b’mod ekonomikament matur bħala adulti. Għaldaqstant ĠEMMA taħdem biex teduka b’mod addattat flimkien maledukaturi, b’riżorsi u għodda addattati. Fost dawn l-għodda u riżorsi għandna kotba, reċti interattivi, logħob elettroniku u apps maħluqa mill-istudenti tad-Dipartiment tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan l-Università ta’ Malta, kif ukoll kampanji u kompetizzjonijiet immirati lejn it-tfal. Dan l-approċċ immirat isir ukoll għaż-żgħażagħ, adulti u nies fl-età tal-irtirar permezz ta’ kalkulaturi, informazzjoni f’forma virtwali, kotba, apps, kampanji fuq il-mezzi ta’
komunikazzjoni u medja soċjali. Ir-riżorsi tagħna jinsabu fuq is-sit ta’ ĠEMMA u huma marbuta, kemm ma’ għarfien għall-ħajja ta’ kuljum bħal ibbaġittjar, kif ukoll għal avvenimenti oħra importanti fil-ħajja tan-nies bħal ma huma tieġ, ħlas ta’ dejn, eċċ... Xi tkopri l-ħidma biex jasal il-messaġġ? Fuq il-postijiet tax-xogħol, fid-djar, fl-iskejjel? Apparti dak kollu li diġà ssemma, ĠEMMA pparteċipat u organizzat ukoll laqgħat, seminars, u webinars dwar il-kapaċità finanzjarja, filwaqt li tieħu sehem f’attivitajiet marbuta ma’ temi finanzjarji bħal ma huma workshops. Dan il-Milied bħala parti mill-kampanja Onfoq bil-Għaqal li ssir ta’ kull sena, ĠEMMA kienet preżenti fil-Belt Valletta bi stand proprju kif tidħol fil-Belt bil-mascot tagħha, messaġġi awdjo-viżivi, rigali u fuljetti b’temi ta’ kapaċità finanzjarja. ĠEMMA flimkien mal-imsieħba strateġiċi tagħha nediet taħriġ speċjalizzat b’tematiċi addatti skont il-parteċipanti bħal ma huma sidien ta’ intrapriżi medji u żgħar, klijenti ta’ servizzi tas-saħħa mentali u ta’ Dar Paulo Freire. ĠEMMA twassal ukoll il-messaġġ tagħha ma’ dawn l-imsieħba soċjali tagħha fejn dawn jikkollaboraw jew jinfurmaw il-klijenti u l-impjegati tagħhom, kemm mill-mezzi ta’ komunikazzjoni tagħhom, kif ukoll waqt avvenimenti bħal ma huma seminars eċċ... ĠEMMA tasal fid-djar bil-mezzi ta’ komunikazzjoni: programmi fuq ir-radju u t-televiżjoni, webinars, clips minn influencers fuq il-mezzi ta’ medja soċjali, il-paġna tagħha fuq Facebook, Youtube u s-sit tagħha gemma.gov.mt Kif semmejt qabel, aħna naħdmu fil-viċin mal-iskejjel u nipprovdu għodod differenti u addattati skont l-età bħal ma huma kotba, reċti interattivi, logħob diġitali u żjarat fl-iskejjel u fi Skolasajf mill-animator mascot tagħna. Semmejt il-paġna Facebook u Youtube fost oħrajn. Għandkom ukoll kotba u saħansitra logħba interattiva. X'tgħidli fil-qosor dwarhom, u fil-qasam stampat għandkom materjal, partikolarment għal dawk bi problema ta' digital divide? Permezz ta’ influencers bħal Ben Camille u l-paġna tagħna fuq Facebook, ĠEMMA għandha preżenza tajba fuq
medja soċjali bi clips faċli li jiftehmu u li jistgħu jirrelataw magħhom in-nies. Il-paġna tintuża wkoll biex inxerrdu informazzjoni dwar avvenimenti u artikli relatati mal-kapaċità finanzjarja. Il-clips ta’ ĠEMMA ma’ Chef Neil Darmanin bir-riċetti għall-Onfoq bil-Għaqal kienu u għadhom popolari. Għandna wkoll clips informattivi ħafna li saru bi sħab mal-Bank Ċentrali, clips oħra li jispjegaw temi marbuta mal-kapaċità finanzjarja f’ambjent familjari, animation clips u sehem fi programmi fuq bażi nazzjonali fejn ninfurmaw iktar in-nies b’dawn it-temi. Flimkien mad-Dipartiment tal-Intelliġenza Artifiċjali nedejna kompetizzjoni fejn inħeġġu l-istudenti biex joħolqu kunċett għal-logħba b’tema ta’ kapaċità finanzjarja. Ir-rebbieħa jingħataw l-opportunità u l-fondi biex jekk iridu jiffinalizzaw il-kunċett tagħhom u joħolqu logħba li mbagħad titwassal lill-pubbliku. Il-logħba MoneyMonster li nħolqot fl-ewwel edizzjoni ta’ din il-kompetizzjoni diġà ġiet mnedija waqt Skolasajf u saru wkoll kompetizzjonijiet b’rabta magħha fl-iskejjel. Wasalna fil-fażi finali tal-logħba tat-tieni edizzjoni, filwaqt li tnediet u qegħda fl-ewwel fażi inizjali tagħha t-tielet edizzjoni ta’ din il-kompetizzjoni fost l-istudenti tad-Dipartiment tal-Intelliġenza Artifiċjali. Ġew ippublikati kotba, kemm għal konsum tal-kbar, kif ukoll għat-tfal b’kontenut adattat u interessanti. Il-kotba tal-kbar, msejħa ebooks għandhom diversi temi fosthom dwar qerq u frodi finanzjarji, il-lingwaġġ finanzjarju marbut mal-pensjoni privata, is-saħħa mentali u spjegazzjoni sempliċi dwar il-pensjoni, kif ukoll kotba fil-qosor b’diversi temi tal-konoxxenza finanzjarja. Dawn ir-riżorsi kollha li semmejt jinsabu fuq is-sit tagħna gemma.gov.mt Min huma l-kollaboraturi jassistu fl-inizjattivi tagħkom, u hemm pjanat li dawn jiżdiedu? Aħna tim żgħir iżda ħabrieki, u dan l-aħħar żdidna bi ftit. Uħud minnha jaħdmu fuq bażi ta’ reduced hours jew fuq bażi ta’ konsulenza, mentri oħrajn għandhom ukoll dmirjiet oħra fi ħdan il-Ministeru. Aħna kollha fit-tim ta’ ĠEMMA, fl-oqsma ta’ xogħol diversi tagħna nagħmlu mill-aħjar li nistgħu biex din il-konoxxenza u l-ħiliet ta’ kapaċità finanzjarja jiżdiedu fost il-Maltin ta’ kull età. Dejjem infittxu li nikbru biex insaħħu l-operat tagħna u għalhekk nixtiequ nkabbru t-tim u dan se nagħmluh, fil-futur qrib. Proprju f'Jannar 2022, issa bħala lfamilja.media@gov.mt
Paġna 11
Kap Ewlieni tal-Kampanja Nazzjonali ĠEMMA, inti se tniedi strateġija ġdida dwar din il-Kampanja. Kif tiddefinixxi dak li se jkun propost? X'inhi d-direzzjoni 'il quddiem? L-istrateġija l-ġdida li fuqha se nfasslu x-xogħol u l-attivitajiet ta’ ĠEMMA għall-perijodu bejn l-2022 u l-2025 fiha 13-il rakkomandazzjoni. Dawn ħa jkomplu jibnu fuq il-perkors li diġà sar, il-lezzjonijiet u l-aħjar prassi li tgħallimna. Ħa naġġornaw u se nġeddu s-sit ta’ ĠEMMA. Ħa nkomplu bir-riċerka tagħna fl-oqsma marbuta mal-kapaċità finanzjarja. Se nkomplu wkoll bil-ħolqien ta’ programmi ta’ taħriġ f’dawn l-oqsma li jiġu maħsuba u addatti għal bżonnijiet ta’ gruppi varji ta’ kull età, b’mod speċjali l-gruppi ta’ nies vulnerabbli. Dan se jibqa’ jsir ukoll b’forma ta’ train-the-trainer biex inkomplu nżidu riżors tagħna li huma n-nies mħarrġa li jistgħu jifirxu iktar il-messaġġi edukattivi tagħna. Se naħsbu biex inkomplu nedukaw kull saff ta’ soċjetà u nsaħħu l-edukazzjoni finanzjarja tagħna iktar fl-iskejjel. Fl-aħħar mill-aħħar, se nkomplu naħdmu mal-imsieħba soċjali tagħna u nfittxu li nikkollaboraw ma’ aktar imsieħba soċjali biex inkomplu nsaħħu l-kapaċità finanzjarja tal-Maltin kollha. Aqra d-dokument dwar l-iStrateġija għall-Kapaċità Finanzjarja ĠEMMA billi tagħfas fuq il-link hawn taħt https://family.gov.mt/wp-content/ uploads/2022/01/GEMMA-Strategijaghall-Kapacita-Finanzjarja-20222025.pdf Segwi l-filmat tal-Konferenza tal-Aħbarijiet dwar l-iStrateġija għall-Kapaċità Finanzjarja ĠEMMA 2022-2025 billi tagħfas fuq il-link hawn taħt – https://www.facebook.com/ gemma.know.plan.act/ videos/1171976173337681
Paġna 12
familja Ħarġa Nru.18 - rebbiegħa 2022
Kompetizzjoni GĦAT-TFAL Kif intkom tfal?... Erġajna qed niltaqgħu llum għall-ewwel darba din is-sena 2022. Minkejja l-pandemija li għaddejjin minna, għal grazzja t’Alla xorta waħda tinsabu lura fuq il-bankijiet tal-iskola fil-kumpanija tal-ħbieb u tal-għalliema tagħkom. Bdejna Marzu u ftit ftit qed nersqu lejn it-tielet u l-aħħar term ta’ din is-sena skolastika. Ma nistax hawn però ma nsemmix li mhux kulħadd se jkun qed jibda t-tielet term. Dan għaliex dawk li din is-sena jinsabu fil-Ħames Klassi tas-Sekondarja bħalissa jinsabu impenjati jistudjaw għall-eżamijiet tal-O Levels. Dan għalihom ifisser ukoll tmiem l-iskola sekondarja u min hawn ejjew niftakru ftit f’dawn l-istudenti u ngħidu talba għalihom biex imorru tajjeb fl-eżamijiet. Il-kompetizzjoni tal-lum hi proprju dwar l-eżamijiet. Li nixtieq mingħandkom tfal huwa dan. Iktbulna dwar x’eżamijiet wieħed jista’ jagħmel wara l-O Levels u fejn jista’ jkompli bl-istudji tiegħu biex jasal għal xi professjoni. Ibagħtu r-risposti tagħkom permezz ta’ e-mail fuq familja.media@gov.mt sa mhux aktar tard minn nhar it-Tlieta 5 ta’ April 2022 u tistgħu tirbħu żewġ kotba grazzi għal Miller Publications u l-ħwienet Agenda. Tistgħu tibagħtulna wkoll xi suġġerimenti dwar x’tixtiequ li aħna nibdew ninkludu f’dan il-magazin tal-Familja. Tislijiet Tfal...
Kompetizzjoni GĦALL- KBAR
Kif intkom ħbieb?... Permezz tar-rivista ‘Familja’ qed inkomplu l-kampanja tagħna, ‘Aqra Ktieb’.
kampanja Aqra Ktieb
Dan bil-għan li aħna l-ġenituri nħajru lill-uliedna li tal-anqas darba kull ħmistax ikunu qraw ktieb. Hekk nerġgħu nibdew kultura ta’ qari li hu l-mezz ewlieni kif il-bniedem itejjeb l-għarfien tiegħu u jissaħħaħ f’aspetti ta’ lingwa, ħsieb u kreattività.
Il-kompetizzjoni tal-lum hi din. Iż-żmien tar-Randan u tal-festa tal-Għid riesaq ġmielu. Iktbulna ftit suġġertimenti (mhux anqas minn tlieta) dwar kif taħsbu li dan iż-żmien jista’ jerġa’ jsir wieħed ta’ ġabra tal-familja. L-aħjar suġġerimenti jidhru f’din il-paġna u l-persuna rebbieħa se tingħata żewġ kotba ġentilment offruti lilna mill-ħwienet Agenda. Ibagħtu r-risposti tagħkom permezz ta’ e-mail fuq: familja.media@gov.mt sa mhux aktar tard minn nhar it-Tlieta 5 ta’ April 2022. F’isem il-Bord Editorjali nixtieq lilkom u l-familji tagħkom saħħa, paċi u kuntentizza.
“Reading is to the mind what exercise is to the body.”
Joseph Addison
familja.media@gov.mt
Paġna 13
P Ipproteġi l-Benefiċċju tas-Sigurtà Soċjali tiegħek minn Sekwestru
ermezz tal-Att Numru LX11 tal-2021, sabiex jemenda l-Kodiċi tal-Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, Kap. 12. tal-Ligijiet ta’ Malta, daħlet fis-seħħ emenda permezz ta’ liema ġie stabbilit illi ma jistax jinħareġ mandat ta’ sekwestru, mhux biss fuq kull benefiċċju, pensjoni, allowance jew għajnuna msemmija fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (KAP. 318.) jew pensjoni privata jew kwalunkwe pensjoni, benefiċċju jew allowance oħra maħruġa mill-Gvern jew gvern barrani ieħor, iżda wkoll fuq kontijiet bankarji li huma wżati sabiex benefiċjarji jirċievu l-imsemmija benefiċċji. Bis-saħħa ta’ din l-emenda, ġie wkoll stabbilit illi l-banek lokali għandhom jiżguraw illi l-benefiċċji soċjali riċevuti fil-kontijiet tal-benefiċjarji m’għandhomx jiġu milqutin bl-effett ta’ mandat ta’ sekwestru. Barra minn hekk, l-emenda tistipula wkoll li l-banek lokali għandhom jiftħu kontijiet bankarji separati sabiex fihom kull benefiċjarju jkun jista’ jirċievi l-benefiċċji soċjali.
It-tim tal-IMU
Għaldaqstant, kull individwu li jibbenefika minn benefiċċju soċjali hawn fuq elenkat, għandu, f’każ li jinħareġ mandat ta’ sekwestru fuq il-kontijiet bankarji tiegħu, jagħmel kuntatt minnufih mal-bank tiegħu sabiex tali benefiċċji jiġu meħlusin mill-effett tal-mandat ta’ sekwestru. Mistoqsijiet Frekwenti Mistoqsija: Minn meta daħlet fis-seħħ l-emenda fil-liġi li tirregola mandat ta’ sekwestru fuq beneficcju socjali? Tweġiba: Mid-29 ta’ Ottubru 2021, l-Artikolu 381 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (KAP.12.) ġie emendat sabiex ma jinżammu l-ebda benefiċċji kontra mandat ta’ sekwestru. Jekk għandek mandat ta' sekwestru, jekk jogħġbok informa lill-bank preferut tiegħek dwar l-emenda għall-Artikolu 318 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, biex ikollok kont bankarju maħruġ f'ismek kif meħtieġ. Paġna 14
familja Ħarġa Nru.18 - rebbiegħa 2022
Mistoqsija: X’għandi nagħmel f’każ li nirċievi mandat ta’ sekwestru u qed nircievi benefiċċju soċjali? Tweġiba: F’każ li tirċievi mandat ta’ sekwestru, tista’ minnufih tagħmel kuntatt mal-bank lokali tiegħek sabiex il-benefiċċji tiegħek ma jiġux milqutin negattivament bl-effett tal-mandat. Mistoqsija: Għandi bżonn xi prova jew dokumentazzjoni biex tiġi pprovduta lill-bank? Tweġiba: Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ser jieħu ħsieb illi jipprovdi lill-individwu bid-dokumentazzjoni rikjesta sabiex ikun jista’ jipprovdiha lill-bank. Għalhekk huwa fl-interess tiegħek li titlob id-dokumentazzjoni mingħand id-Dipartiment sabiex tkun tista’ tipprovdihom lill-bank lokali tiegħek billi ċċempel Freephone 153 jew iżżur wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov. Mistoqsija: X’għandi nagħmel f’każ li mandat ta’ sekwestru ħareġ qabel ma daħlet din l-emenda? Tweġiba: Din l-emenda ser tkun qed tapplika għal dawk il-mandati li daħlu fis-seħħ wara li ġiet introdotta l-emenda. Fil-każ ta’ mandati li nħarġu qabel l-introduzzjoni ta’ din l-emenda, l-individwu jista’ xorta waħda jagħmel kuntatt mal-bank sabiex minn dik id-data li fiha jsir il-kuntatt, il-benefiċċji ma jibqgħux jiġu milqutin bl-effett tal-mandat. Mistoqsija: Fil-kont personali tiegħi għandi flejjes oħra apparti benefiċċji soċjali, dawn x’isir minnhom? Tweġiba: Jekk fil-kont bankarju tiegħek għandek flejjes li m’humiex benefiċċji soċjali, dawn ser jibqgħu milqutin bl-effett tal-mandat ta’ sekwestru. Huma biss benefiċċji soċjali kif imsemmija fil-liġi li m’humiex ser ikunu milqutin bl-effett tal-mandati. Mistoqsija: F’każ li għandi kont bankarju li fih nirċievi l-benefiċċji
soċjali u nirċievi mandat ta’ sekwestru, x’ser ikun qiegħed jagħmel il-bank? Tweġiba: Wara li tagħmel kuntatt mal-bank, il-benefiċċji soċjali m’għandhomx jibqgħu milqutin bl-effett tal-mandat. Il-liġi tistipula wkoll li l-bank jista’ jiftaħlek kont ieħor separat f’ismek li jkun użat esklussivament għal depożiti ta’ benefiċċji soċjali. F’dan il-każ għandek tinforma minnufih lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali bin-numru tal-IBAN ta’ dan il-kont il-ġdid. Mistoqsija: Nista’ nirċievi l-benefiċċju b’ċekk minflok? Tweġiba: L-emenda fil-liġi ġiet introdotta sabiex kull benefiċċju, allowance, għajnuna jew pensjoni mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (KAP. 318.), ma jiġux maqbuda taħt ordni ta’ mandat ta’ sekwestru. Għaldaqstant, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jinkoraġġik sabiex il-pagamenti tiegħek tirċevihom f’kont bankarju. Mistoqsija: S’issa nirċievi l-benefiċċju b’ċekk. Jekk għandi mandat ta’ sekwestru, x’irrid nagħmel? Tweġiba: Jekk bħalissa qed titħallas pagamenti mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u tirċievi mandat ta’ sekwestru,
għandek minnufih tagħmel kuntatt mal-bank lokali tiegħek sabiex kif tistipula l-liġi, l-bank jista’ jiftaħlek kont f’ismek li jkun użat esklussivament għal depożiti ta’ benefiċċju soċjali. Mistoqsija: Ser nibqa’ nirċevi l-benefiċċju b’ċekk? Tweġiba: Jekk bħalissa qed titħallas pagamenti mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali permezz ta’ ċekk, tista’ tbiddel id-dettalji sabiex tibda tirċievi l-pagament b’depożitu dirett il-bank. Huwa maħsub li fil-futur qrib ma jibqgħux jinħarġu pagamenti permezz ta’ ċekk. Mistoqsija: F’każ li l-bank iżommli l-pagament, x’għandi nagħmel? Tweġiba: Ma jistax jinħareġ mandat ta’ sekwestru fuq kull benefiċċju, pensjoni, allowance jew għajnuna imsemmija fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (KAP. 318.), kif ukoll fuq kontijiet bankarji li huma wżati sabiex benefiċjarji jirċievu l-imsemmija benefiċċji. Għalhekk, għandek minnufih tagħmel kuntatt mal-bank lokali tiegħek sabiex tali benefiċċji jiġu meħlusin mill-effett tal-mandat ta’ sekwestru. Jekk għal xi raġuni wara li tkun għamilt kuntatt mal-bank dan xorta iżommlok il-pagament, inti għandek minnufiħ tinforma lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali billi ċċempel Freephone 153 jew iżżur wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov.
Ritratt: Pixabay familja.media@gov.mt
Paġna 15
Valentinu Christine Agius Poetessa Impjegata SVP
Mħabbitna f’żgħożitna, mitlufa f’xulxin. Nistmellu s-sekondi, li nkunu mbiegħdin. Inpartu xi noti, mimlija bl-imħabba. Naqrawhom ġos-sodda, w’naħbuhom fl-imħadda. Il-ġranet xhur saru, ix-xhur saru snin. Il-ġurnata waslet, U hekk sirna ta’ xulxin. Kull taħbita ta’ qalbna, iddoqq armonija. Biċċa minni, u minnek, titwieled tarbija. Sena wara l-oħra, mħabbitna tiżdied, U x-xagħar jiġi abjad, u jikbru l-ulied. Il-gisem jinbidel, u ż-żogħżija titbiel. Iżda għajnejn dik l-imħabba, jarawh xorta l-ġmiel. U t-taħbita ta’ qalbna, tibqa’ ddoqq armonija. Sakemm in-nifs jieqaf, għalik u għalija.
Ritratt: Monstera
Paġna 16
familja Ħarġa Nru.18 - rebbiegħa 2022
WORD SEARCH (Tools) S
A
N
V
I
L
O
N
E
W A
S
G
I
J
C
T
W
E
O
N
H
A
M M
E
R
T
S
H
R
E
R
E
S
A
I
X
A
B
O
L
T
A
Z
E
I
Z
C
H
I
S
E
L
L
I
R
D
N
L
W A
S
O
O
L
K
P
L
I
E
R
S
D
A
D
R
C
A
V
T
W
R
E
N
C
H
C
P
D
R
A
I
M
E
A
R
I
T
F
O
A
R
A
D
I
U
S
C
L
A
M
P
R
R
I
T
A
P
E
V
Z
S
C
R
E
W
Z
O
O
K
C
P
E
R
E
H
O
E
R
A
T
A
W
A
S
H
E
R
A
R
V
R
I
T
O
R
G
E
E
H
E
R
M
T
M
A
S
P
A
D
E
H
L
A
E
T
X
I
C
A
L
A
W N M
O W
E
R
A
V
Z
A
H
L
A
P
L
U
N
G
E
R
S
R
S
A
M
E
I
C
K
I
T
M
A
B
R
U
S
H
W
S
T
ANVIL AXE BOLT BRUSH CHISEL CLAMP DRILL HAMMER HATCHET HOE JIGSAW LADDER LAWNMOWER MALLET NAIL NUT PLIERS PLUNGER RATCHET SANDPAPER SAW SCISSORS SCRAPER SCREW SCREWDRIVER SHEARS SHOVEL SPADE TAPE TROWEL WASHER WIRE WRENCH
SUDOKU The goal of Sudoku is to fill a 9×9 grid with numbers so that each row, column and 3×3 section contain all of the digits between 1 and 9.
9 6
7
6
5
7
1 3
8 9
4
5
1
1
4
2
9
3
7
5
6
8
7 1 2
7
6 4
The handyman was wearing two heavy parkas on a hot summer day. Thinking this was a little strange, the businessman asked the handyman why he was wearing the parkas on such a hot day. The handyman showed him the instructions on the can of paint. They read: “For best results, put on two coats.” What do you call a handyman's skill set? His repair-toire. I went to this TV repairman's wedding The reception was great. A dude calls a repairman to fix his doorbell. 3 hours later the dude calls the repairman. Dude - Hey man where are you? Repairman - I've been ringing your damn doorbell for 2 hours straight and you didn't answer! A TV repair man goes on a call to fix a TV. When he arrives, he notes the make and model of the TV. He walks off to the side and smacks the TV. Instantly the TV starts to work again, the picture is better than ever. He then walks back to the dumbfound customer and hands him a bill for €200. The customer balks at the bill. "€200?! There's no way I'm paying you unless you can justify a €200 bill just for smacking the TV." The repairman takes back the bill and re-writes it. Services Rendered: Smacking the TV - €0.00 Knowing where to smack €200.00
3 6
The handyman asked when he should come fix the hinges. I said anytime. The door's always open.
familja.media@gov.mt
Paġna 17
Seminar dwar il-Miżuri tal-Budget 2022 Tonio Bonello Editur Media MSFC
F
’Novembru li għadda l-Ministeru ħaseb biex iwassal seminar ta’ jum għall-impjegati tiegħu bit-tema tkun ‘Il-Miżuri tal-Budget’. L-attività li saret konformi mal-miżuri tal-Covid kienet indirizzata mill-Onorevoli Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon li tkellem dwar kif minn stħarriġ li sar minn fost il-pajjiżi kollha msieħba tal-Unjoni Ewropea, Malta ġiet fit-tielet post (wara l-Irlanda u d-Danimarka) fir-rigward tal-fiduċja li l-pubbliku għandu fis-sistema soċjali tagħna. Il-Ministru qal li dan hu frott ta’ politika ġusta u li ma tħares lejn wiċċ ħadd, iżda tmexxija li qiegħda hemm biex tagħti dak li hu xieraq b’ġustizzja u li tkun ta’ wens għal dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà. Warajh segwa d-diskors tas-Sur Mark Musù Segretarju Permanenti li tkellem dwar il-proġett ta’ sistema virtwali fejn sa issa diġà saru mal-ħamest’elef file. Tkellem dwar in-nefqa fil-budget fejn għal din is-sena ġew ivvutati €1.2 biljun. Dan, flimkien ma’ aktar minn biljun Ewro oħra fil-pensjonijiet, ifisser nefqa ta’ aktar minn €62 miljun fuq is-sena preċedenti. Is-Sur Musù temm jgħid li sa tmiem Novembru 2021 kienu implimentati l-miżuri kollha mħabbra
Paġna 18
familja Ħarġa Nru.18 - rebbiegħa 2022
fil-Budget tas-sena ta’ qabel. Kelliema oħra kienu s-Sur Grazio Barbara, Direttur Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali, Is-Sa Denise Fiorentino, Direttur Ġenerali dwar ir-Riċerka, Policy u Operat, is-Sur Edward Buttigeg, Direttur għall-Benefiċċji Kontributorji u s-Sur Clifford Schembri, Chief Information Officer tal-IMU u Helena Holland, il-Kap il-ġdid tal-Kampanja Nazzjonali ĠEMMA. Sommarju tal-miżuri kollha tal-budget jinsabu fil-ħarġa FAMILJA ta’ Diċembru li għadda u tista’ taċċessa għalihom billi tmur f’paġni 12 u 13 meta tagħfas fuq dan il-link – https://issuu.com/msfc-familja.media/ docs/familja_nru._17_xitwa_2021 Fl-istess ħarġa ssib ukoll tagħrif dwar għeluq il-65 sena anniversarju tas-Sigurtà Soċjali f’Malta, artiklu miktub mid-Direttur Ġenerali Grazio Barbara f’paġna 20 kif ukoll rapport ieħor dwar id-dritt taċ-ċittadin li jkun jaf x’informazzjoni għandu dwaru d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali f’paġni 28 u 29, xogħol tat-tim tal-Unità dwar l-Immaniġjar tal-Informazzjoni MSFC.
W
ara li jiena rtirajt mix-xogħol fi 2008 ħassejt il-bżonn li rrid inkompli naħdem mal-anzjani b’mod volontarju sabiex ‘aħna’ ningħataw id-drittijiet li jixirqilna, speċjalment minħabba li permezz tal-għaqal u l-istinkar tagħna, u tal-anzjani li ġew qabilna, irnexxielna nakkwistaw u nibnu dak li għandna llum f’pajjiżna. Fid-dawl ta’ dan irriflettejt ftit u ħsibt li nsemmi ftit punti ewlenin ta’ dak li aħna l-anzjani nixtiequ naraw jiġi implimentat. Dawn huma kif ġej: Li l-awtoritajiet tagħna jkomplu jiffukaw fuqna l-anzjani, fuq l-abbilitajiet u l-kapaċitajiet tagħna, aktar milli jħarsu lejn il-limitazzjonijiet tagħna. Għaldaqstant hemm bżonn li nippromwovu bidla fil-ħsieb tal-anzjani. Hemm bżonn li aħna l-anzjani ningħataw aktar sehem attiv fil-programm ta’ żvilupp nazzjonali. Dawk li qed imexxu l-policies, speċjalment dwar l-anzjani għandhom ikunu anzjani huma stess. Anzjani li jkunu għadhom b’saħħithom u li jistgħu jagħtu kontribut utli lis-soċjetà għandhom jingħatalhom xogħol bi qligħ adekwat. Irridu niftakru kemm hemm anzjani li jkollhom bżonn jixtru mediċini għaljin minħabba f’saħħithom! Li titqajjem aktar kuxjenza dwarna l-anzjani. Filwaqt li mhux possibbli li jkun ikkurat il-mard kollu li jkollna, għandu jkun hemm aktar attenzjoni biex aħna l-anzjani nirċievu l-aħjar kura, speċjament dawk li jgħixu fil-komunità.
Sfortunatament statistika dinjija tindika li madwar 10 fil-mija tal-adulti li għandhom aktar minn 60 sena qed jesperjenzaw xi tip ta’ abbuż. Dan jirriżulta li jkun hemm madwar 5 miljun każ ta’ abbuż kull sena! Nistaqsi lill-anzjani tagħna: Kemm hemm anzjani li qed jiġu abbużati f’pajjiżna u ħafna minnhom ma jirrappurtawx għax forsi jkunu qraba tagħhom stess li qed jabbużaw minnhom? Skont il-Kumitat Nazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Abbuż tal-Anzjani, 84% tal-abbuzi mhumiex irrappurtati lill-awtoritajiet!
Uħud mill-ħtiġijiet tal-Anzjani fiż-żminijiet tal-lum Vince Tonna M.Ger; Dip.Appl.Social Studies (Social Worker)
Naħseb li wasal iż-żmien, li nikkupjaw liġijiet bħal dawk ta’ Kalifornja fejn aggressuri ta’ reati serji fuq l-anzjani ma jeħlux probation jew suspended sentences iżda s-sentenzi ta’ dawn ir-reati jkunu li l-aggressuri jintbagħtu l-ħabs! Wara li l-Gvern ħabbar seba’ standards biex jassiguraw kwalità aħjar fid-Djar tal-Anzjani, issa jmiss li l-Awtoritajiet u aħna l-anzjani stess naraw li dawn l-Istandards qegħdin ikunu segwiti. Ħadt pjaċir naqra li tul is-sena 2020 l-Awtorità tal-Istandards ta’ Ħarsien Soċjali għamlet 2,315-il spezzjoni fid-Djar tal-Anzjani biex jkun assigurat li s-servizz li jingħata lir-residenti jkun adegwat. Baqa’ aktar proposti u suġġerimenti li rrid naqsam magħkom. Dan sejjer nagħmlu f’artiklu ieħor li se nkun qed nikteb għar-rivista FAMILJA fil-ħarġa li jmiss.
Aħna l-anzjani għandna ningħataw aktar taħriġ preventiv sabiex, kemm is-saħħa fiżika u anke mentali tagħna ma tiddeterjorax f’daqqa. Fi żminijiet tal-lum, aħna l-anzjani għandna nkunu mgħallma kif nużaw it-teknoloġija mid-djar tagħna stess biex nibqgħu nkunu attivi u nkunu kapaċi nikkomunikaw regolarment speċjlment mal-qraba u l-ħbieb tagħna. Li l-anzjani kollha jkunu kapaċi jidentifikaw tipi ta’ abbuż li jistgħu qed jirċievu għax dan għandu l-potenzjal li jikkawża ħafna ħsara fuq il-persuna. Kull sena, skont risposti tal-mistoqsijiet parlamentari qiegħed ikun hemm żieda f’abbużi fuq l-anzjani. familja.media@gov.mt
Paġna 19
Photo: Pixaboy
Inħoss ferħ indeskrivibbli meta naf li l-platelets tiegħi qed imorru, speċjalment għal tfal morda bil-kanċer Richard Vella L-Esperjenza ta’ donatur regolari tad-demm u l-pjastrini Koordinazzjoni: Tony Micallef PRO Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm
Ritratt: Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm
J
ien raġel ta’ 47 sena. Naħdem bħala bidwi, xogħol li nqis bħala stil ta’ ħajja. Apparti hekk jien donatur tad-demm u l-pjastrini wkoll, u meta jiġi l-kliem dwar dan in-nies jgħiduli, “Int għalfejn tagħti d-demm?” Il-bidu kien hekk… Wara li spiċċajt mill-iskola bdejt naħdem ġo fabbrika. Darba fost l-oħrajn kien hemm xi ħadd li ried jorganizza ġurnata għoti tad-demm fil-post fejn kont naħdem. Biex inkun onest, għall-ewwel, meta qaluli ma tantx ħadt interess. Imbagħad wara li l-organizzatur kellimni u baqa’ jsus warajja, għidtlu iva, anke biex forsi ma jibqax jiġri warajja. Il-ġurnata waslet u l-mobile blood donation unit daħal u pparkja fil-parkeġġ tal-fabbrika fejn kont naħdem. Il-ħaddiema sħabi bdew Paġna 20
familja Ħarġa Nru.18 - rebbiegħa 2022
imorru jagħtu d-demm wieħed wieħed, u wara kulħadd beda jirrakkonta l-esperjenza tiegħu. Kien hemm anke xi wħud li resqu biex jagħtu d-demm u ma tħallewx minħabba raġunijiet varji. Niftakar li dakinhar kelli għodwa mimlija ħafna u wara l-ħin ta’ mistrieħ ta’ nofsinhar ġejt avviċinat biex immur nagħti d-donazzjoni. Biex inkun sinċier ħsibt li għax kien għadni kif kilt ma kienux ser iħalluni nagħti demm, u kont niskappaha, għax kont naħseb li biex tagħti d-demm trid tkun sajjem bħal meta tagħmel it-testijiet tad-demm ta’ rutina. Iżda ma kienx il-każ. Mort irreġistrajt ruħi u wara li ħaduli l-piż, it-temperatura, u ċċekkjawli l-ħadid fid-demm minn qatra demm minn subgħajja. Għaddejt għand it-tabib. Dan għamilli ħafna domandi, irrispondejthom b’mod sinċier, għamilli l-eżami mediku u wara qalli li stajt nagħti d-demm.
Dħalt fil-mobile blood donation unit u ġejt milqugħ mill-infermieri. Niftakar kienu kordjali u dħulin ħafna. Poġġejt bil-qiegħda u fi ftit ħin sibt ruħi rrilassat bil-labra f’idi u bdejt nagħti d-demm. Il-ħaddiema ħadu ħafna ħsiebi u bejn kelma u oħra l-ħin tar u malajr id-donazzjoni waslet fi tmiemha. Wara li raw li kollox kien sew u kont qed inħossni tajjeb bagħtuni nkompli x-xogħol. Irrakkomandawli biex dak inhar ma nagħmilx xogħol ta’ strapazz, u għaldaqstant stajt inkompli b’xogħli fl-uffiċċju. Kont kuntent ħafna li kollox mar sew għall-ewwel darba. Intant, għadda ftit taż-żmien, bdilt ix-xogħol għal dak ta’ bidwi, u forsi minħabba n-natura ta’ dan tax-xogħol ma tantx tajt każ biex nerġa’ mmur nagħti d-demm. Darba fost l-oħrajn smajt appell mqanqal ta’ xi ħadd li ġie bżonn id-demm, u allavolja kien ilni ħafna ma nagħti, ftakart fl-esperjenza pożittiva li kelli meta tajt id-demm l-ewwel darba. L-għada għamilt il-qalb u mort biex nagħti d-demm fil-bank tad-demm ta’ maġenb l-Isptar San Luqa. Il-post kien pjuttost żgħir, qgħadt bil-qiegħda sakemm mess lili. Fi ftit kliem erġajt għaddejt mill-istess proċedura ta’ meta tajt id-demm għall-ewwel darba u fi ftit ħin erġajt kont qed nagħti d-demm. Ma domtx wisq, għax bejn kliem u ċajt mal-infermieri l-ħin tar u d-donazzjoni kienet lesta f’kemm ilni ngħidlek. Għaddew tliet xhur u erġajt mort tajt donazzjoni oħra. Minn hemm ’l quddiem bqajt immur nagħti regolarment. Darba fost l-oħrajn, infermier partikolari staqsieni jekk nixtieqx nibda nagħti d-donazzjoni impenjattiva tal-platelets. Spjegali x’tinvolvi u talabni jistax jagħmilli test tad-demm biex jara jekk kontx nikkwalfika biex inkun donatur tal-platelets. It-test sar u kont ikkonfermat li jien eliġibbli. Għaddew xahrejn u ġejt imsejjaħ biex nagħti l-platelets. Għaddejt mill-proċedura tas-soltu, bid-differenza li din id-darba ħaduli kampjun tad-demm mill-vina minflok minn subgħajja biex ikun żgurat li attawalment kelli abbundanza ta’ platelets fid-demm li jippermettu li ssir id-donazzjoni mingħajr ma niġi
bin-nuqqas jien. Fil-fatt kollox kien sew u ġejt imqabbad ma’ magna, dak iż-żmien kemmxejn kbira, u nbdiet il-proċedura biex jittieħdu l-platelets. Domt xi siegħa u nofs bid-demm tiegħi ħiereġ u dieħel ġol-magna, sakemm il-magna naqqiet madwar nofs litru plażma b’konċentrazzjoni kbira ta’ platelets ġo fiha. Ħassejtni sodisfatt li permezz ta’ din it-tip ta’ donazzjoni kont ser ngħin tfal li jbatu mill-marda tal-kanċer. Minn dakinhar ’l quddiem bqajt nersaq biex nagħti din it-tip ta’ donazzjoni bl-iktar mod regolari, u ġieli li tajt anke kull 6 ġimgħat, tant li issa wasalt għall-64 donazzjoni. Iż-żminijiet jinbidlu u llum il-makkinarju li permezz tiegħu ssir id-donazzjoni tal-platelets sar wieħed ħafna iktar sofistikat u effiċjenti, tant li l-ħin tad-donazzjoni minn siegħa u nofs naqas għal 45 minuta. Il-kumdità kibret ferm u ċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi G’Manġa llum hu ferm aktar attrezzat u modern. Biex nikkonkludi, nistqarr li meta nagħti l-platelets inħoss ferħ indeskrivibbli meta naf li l-platelets qed imorru għal nies ferm vulnerabbli, speċjalment it-tfal morda bil-kanċer. Imwaħħla man-notice boards hemm kartolini li l-pazjenti jibgħatu biex jirringrazzjaw lid-donaturi tad-demm. Nieħu gost u nħoss sodisfazzjon enormi meta naqra uħud minnhom, u niggosta mhux ftit il-kartolini tat-tfal li jirringrazzjaw lid-donaturi bi kliem semplici u anke b’xi tpinġija awtentika tagħhom. Sinċerament kultant iqabbżulek id-dmugħ! Nagħlaq billi nirringrazzja lill-istaff kollu tas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, u lilek li qed taqra dawn il-kelmtejn. Inħeġġek biex inti wkoll tagħti sehmek u tersaq biex tagħti d-demm u tkun ta’ spalla għall-marid.
Inħalli f’idejk biex jekk saħħtek tippermetti, tkun hemm għal ħaddieħor... A agħti d-demm! familja.media@gov.mt
Paġna 21
What are the EU Social Security Coordination rules …and how do these apply to me?
Photo: Son Tung Tran
Karen Farrugia Manager II (Research) International Affairs
I
n this series of articles, we will provide more specific information on the application of the EU coordination rules. The previous article provided detailed information on the A1 document and its use. This article will provide more information on the U1 document which is a very important element of the coordination rules. 1. The U1 form The U1 form certifies your periods of insurance and employment or selfemployment in another EU country that will be taken into account for the award of unemployment benefits. For the purposes of the application of these rules, the terms “EU Country” or “EU Member State” will also refer to Iceland, Liechtenstein, Norway and Switzerland from the date that Regulations 883/2004 and 987/2009 become applicable to them.
Paġna 22
familja Ħarġa Nru.18 - rebbiegħa 2022
2. Where and when to obtain your U1 form? If you are going to work in another EU country, then before you leave you can request a U1 form from the employment service or the social security institution you are currently insured with for unemployment benefits. This is your right but not an obligation. A full list of institutions can be found at http://ec.europa.eu/socialsecurity-directory. 3. Use of the U1 form If you become unemployed after working in the country you have moved to and claim unemployment benefit there, the record shown on the U1 may need to be used to establish your entitlement to unemployment benefit. The same applies if you claim unemployment benefit in your country of residence after working in another
country. When you claim unemployment benefit in such circumstances, therefore, you may have to present your U1 to the employment service when you make your claim. If you do not present U1, the institutions will exchange necessary information electronically. Example: • You move from France to Cyprus and work there for 1 year, but then lose your job and claim unemployment benefit in Italy. Under Cypriot national law to be entitled to unemployment benefit you would normally have to have been insured for 2 years. You have only 1 year’s insurance in Cyprus but, under the EU rules, Cyprus will take into account the insurance in France during the relevant period as shown on the U1. They will add this to the UK insurance to enable you to satisfy its 2 year test. 4. Special rules for self-employed schemes When you move to another EU country, it is recommended to contact the competent institution to receive the correct information whenever needed, as not all EU countries have a specific self-employed scheme. 5. I am unemployed and going to look for work in another country, do I need to take a U1 form? No, the U1 document is applicable only to prove the period of insurance completed in an EU Member State. In order to transfer the unemployment benefits already in payment from one Member State to another, a form U2 would be required. Form U2 enables your unemployment benefit to be paid for a limited period in the other country.
Photo: Dreamstime familja.media@gov.mt
Paġna 23
Ritratt: Sagħtar
Tfal, adoloxxenti u karrieri permezz ta’ Sagħtar Servizz Pubbliku OPM
Paġna 24
M
inn Jannar ta’ din is-sena, is-Servizz Pubbliku beda jasal għand it-tfal Maltin u Għawdxin permezz tal-magazin edukattiv ‘Sagħtar’. Dan hu mezz kif is-Servizz Pubbliku se jkun qiegħed jintroduċi diversi karrieri fi ħdanu lill-ġenerazzjoni l-ġdida, u x’għandhom jagħmlu biex iwettqu l-ħolma ta’ x’jixtiequ jsiru la jikbru.
Ta’ kull xahar, is-Servizz Pubbliku qed ikollu żewġ paġni dedikati lil karrieri diversi. Fil-ħarġa ta’ Jannar 2022, ingħatat introduzzjoni ġenerali dwar x’inhu s-Servizz Pubbliku, kif ukoll ġew preżentati artikli ta’ informazzjoni fuq il-karriera tal-inġinier mekkaniku u l-għalliem. L-artikli ġew illustrati b’mod professjonali biex ikunu attraenti għat-tfal u l-adolexxenti.
familja Ħarġa Nru.18 - rebbiegħa 2022
Dan isegwi s-suċċess kbir li s-Servizz Pubbliku kellu s-sena l-oħra permezz tal-kompetizzjoni ‘X’Tixtieq Issir La Tikber’. F’din il-kompetizzjoni kienu pparteċipaw aktar minn 600 student, bix-xogħlijiet tagħhom jiġu esebiti f’wirja dedikata għalihom fis-sotterran ta’ Kastilja. Kienu organizzati wkoll job placements fil-karrieri li xtaqu t-tfal parteċipanti, bħala parti mill-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2021. Il-messaġġ jibqa’ wieħed: li jekk trid tagħmel id-differenza fis-soċjetà, tagħżel karriera fis-Servizz Pubbliku. Huwa importanti ħafna li sa minn ċkunithom, it-tfal jaspiraw għal karriera fis-Servizz Pubbliku u jibdew jaħsbu dwar dak li jista’ jagħtihom ħafna sodisfazzjon fil-futur. Ta’ min jgħid li l-magazin ‘Sagħtar’ ilu jiġi ppubblikat għal għexieren ta’ snin u fil-preżent għandu ċirkolazzjoni ta’ madwar 6,000 tifel u tifla. B’din il-miżura, is-Servizz Pubbliku qed jinvesti fil-ġejjieni u jissokta jiftaħ mezzi ġodda ta’ komunikazzjoni ma’ nies ta’ kull età.
The Annual MSFC Christmas Sale Events Unit
T
Office of the Permanent Secretary MSFC he Annual MSFC Christmas Sale held last December 2021 collected the sum of €630 in aid of the Malta Community Chest Fund Foundation. The Events Unit within the Office of the Permanent Secretary would like to thank all the volunteers who helped in this activity.
Sales
€
Sales of Poinsettias & Sweet Pastries
766.00
Tickets for Hamper + Donations
156.00
Total
922.00
Expenses
€
Hamper
40.00
Plastic & Paper Bags
20.00
Sweet Pastries (Leo Confectionery)
232.00
Total
292.00 €
Total Sales
922.00
Total Expenses
292.00
Profit
630.00
familja.media@gov.mt
Paġna 25
Ġenwinità u Intensità fil-poeżija
C Mary Anne Zammit Artista u Kittieba
armel Scicluna mhuwiex isem ġdid fix-xena lokali fejn tidħol il-poeżija u l-kitba. Poeta, ħassieb, kittieb u rebbieħ ta’ diversi premjijiet. Laqatni ħafna l-mod kif Carmel Scicluna jilgħab mal-lingwa Maltija bi kliem sinjur u mibni mill-ħsieb ġenwin. Staqsejt lil Carmel meta beda jikteb u hu stqarr li meta hu kellu tlettax-il sena kien kiteb l-ewwel poeżija tiegħu fuq pitazz tar-rigi wesgħin li l-Gvern kien iqassam b'xejn fl-iskejjel. “Kien ftit tħarbix, xejn speċjali. Imma kien il-bidu. Niftakarni nieħu gost nikteb il-kompożizzjonijiet twal u nitgħallem mill-iżbalji li kien isibli s-Sir. Kont nagħmel xi traduzzjoni mill-Ingliż għall-Malti u nikteb kompożizzjonijiet li ma nurihom lil ħadd fuq temi li jogħġbu lili.” L-ewwel poeżija ta’ Carmel kien jisimha ‘Il-Kelb tiegħi’ u Carmel kitibha meta kien għad kellu erbatax jew ħmistax-il sena, fuq pitazz tal-iskola, bil-magħqud, bil-bajrow, bil-kaligrafija kbira u mqanfda li kienet tipika tiegħu. “Qiegħda d-dar, tiġri xi mkien f'xi kexxun. Kien fiha strofi tradizzjonali skussjati; kwartini li jippruvaw jirrimaw fuq it-tieni u r-raba' vers. In-narratur hu tifel li jmutlu l-kelb. Tidher li xogħol ta' tifel hekk kif taqraha u tifliha. Ommi tgħid li kont nitgħallem il-poeżiji tal-iskola bl-amment”, kompla jgħidli Carmel. L-ispirazzjoni kienet il-ħajja reliġjuża li Malta kienet mgħarrqa fiha u hu kien jikteb ħafna versi lill-Madonna, lil Ġesù u lil Alla, u oħrajn imnebbħin mill-Kristjaniżmu.
Paġna 26
familja Ħarġa Nru.18 - rebbiegħa 2022
Imma x’inhi l-poeżija għal Carmel? “Talent li twieled miegħi; m'għażiltx jien li nkun poeta. Naħseb kont poeta fis-sens wiesgħa tal-kelma, anki meta kont daqsxejn ta' qrempuċu ta' sitt snin niġri ġo l-għelieqi, nilgħab barra, infittex il-bejtiet u ma' ħuti jew ħbiebi nżoqqu l-frieħ talgħasafar, naqbdu ż-żrinġijiet u l-marżeppi minn xi vaska, naqbdu l-gremxul ġol-bottijiet, u aktar. Maż-żmien il-poeżija bdejt niżviluppaha, nintraqqam teknikament u spiċċajt imkisser fiha hekk li l-Istat beda jippremjani l-ewwel fil-Konkorsi Nazzjonali, imbagħad bil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.”
Barra l-poeżija Carmel jikteb l-istejjer u r-rumanzi u f'dal-ġeneri, hu rebaħ il-premjijiet ukoll u kien ġie finalista b'Feruti u rebaħ il-Premju tal-AŻ/KNK b'Ossessjoni. Bħala l-pjanijiet li għandu, Carmel qalli b’umiltà li jixtieq jara ġenwinità u ħżuż awtentiċi. Il-polz tad-dinja jtektek. L-intensità, jixtieq jara poeżiji li jappassjonaw lill-qarrej għax miktubin minn poeta appassjonat. Kompla li tista' tkun teknikament imfarrak imma jekk m'hemmx ħżuż reali ma jiswielek xejn. Huwa jemmen li poeta kbir, l-ewwel għandu jagħraf ikun bniedem kbir, bl-għan li joħroġ l-aħjar f'xogħlijietu. “Għal futur għandi manuskritt ta' stejjer lest u kemm jiġi ppubblikat minn Horizons. Jismu Dubbiena, u għandi manuskritt bi ftit inqas minn 50 poeżija. Għad irrid nagħmel is-sena li ġejja kollha naħdem u nirranġa fih. Imbagħad nippubblikah fl-2023.”
fl-istudju tiegħu li għandu fiż-Żurrieq, b’veduta ħelwa fejn aktar ’l isfel jara Triq il-Panorama, Wied Babu u Wied iż-Żurrieq. Din hija silta mill-poeżija ta’ Carmel Scicluna ''O Alla, kif sewwa u xieraq għallimniek x’inhuma sewsew dnubietek kontrina li b’umiltà jeħtieġlek tqerr, quddiemna.'' Carmel jgħid li għażel din il-poeżija jisimha, It-Tubru fil-ktieb L-Ambjent li qeridna li biha rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Poeżija 2021. Din is-silta togħġbu ħafna għax ironika u l-ironija hi wieħed mill-mekkaniżmi letterarji li jħobb iħaddem f'xogħlu.
Il-post fejn iħobb jikteb Carmel hu familja.media@gov.mt
Paġna 27
Il-Funtana ta’ Trevi f’Ruma
M
eta kont għadni tifel kont immur fi knisja u kunvent zgħir ngħin lis-saċerdot bħala abbati. Waqt li kont nipprepara ruħi fis-sagristija, kont nosserva li f’bitħa zgħira kien hemm speċi ta’ vaska ċkejkna tal-ħut u fin-nofs funtana zgħira ttajjar l-ilma. Dak il-ħoss ħafif ta’ qatra wara l-oħra niżel f’ħofra mibnija madwar ġebel tal-qawwi mnaqqax min-natura, kien ifakkarni f’ħafna għejjun li fi tfuliti kienu jsebbħu kull pjazza fl-irħula Maltin u Għawdxin.
George Zammit Gwida u vjaġġatur
Maż-żmien il-kurżitajiet relatati mal-funtani u lejn il-maġija ta’ ġettijiet itajru l-ilma ma naqsux. L-imħabba u l-interess konnessa mal-funtani żdiedu sewwa li wasluni lejn opportunità sabiħa meta ta’ età zgħira żort Villa d’Este f’Tivoli ħdejn Ruma, l-Italja. Din kienet l-ewwel safra tiegħi barra minn xtutna. Villa d’Este hija waħda mill-akbar palazzi fejn insibu madwar 500 funtana differenti stabbiliti kollha fi ġnien tassew mill-isbaħ. Ruma hija meqjusa bħala waħda mill-bliet bl-akbar ammont ta’ funtani fid-dinja fejn hija ħaġa impossibbli għall-esperti biex jikklassifikaw liema hi l-isbaħ waħda. Ħafna minnhom jixirqilhom ikunu inklużi f’kull mawra madwar it-toroq u l-isqaqien ta’ din il-kapitali Taljana. Iċ-cittadini Rumani u viżitaturi jridu jifhmu li Ruma Antika hija mibnija fuq passat madwar akkwadotti li sal-ġurnata tal-lum huma l-protagonisti reali tal-belt għax dawn jiċċirkulaw u jfornu l-ilma ħelu lil tant funtani artistiċi li saru mill-aktar popolari fid-dinja. Kull waħda minn dawn il-funtani hija unika fil-kostruzzjoni tagħha u meta tgħaddi mit-toroq ta’ Ruma ser tiltaqa’ żgur ma’ din it-tgawdija viżwali esterna ta’ dawn il-funtani li seħħet matul l-istorja f’din il-belt.
Paġna 28
familja Ħarġa Nru.18 - rebbiegħa 2022
Il-flus mitfugħa fil-funtana jmorru karità
L-għażla tiegħi tmur fuq “Fontana di Trevi” għax kull min iżur Ruma ma jistax iħalli barra assolutament din il-funtana meqjusa bħala opportunità li tgawdi bis-sħiħ faċċata ta’ palazz kolossali konness ma’ waħda mill-isbaħ funtani monumentali. Din kienet ġiet restawrata fl-2015 b’sistemi kuluriti ta’ dawl li tagħmilha perla Rumana matul xi serata romantika sajfija għall-familji kollha. Dan il-ġojjell ta’ ilma u ġebel jiġbed ammirazzjoni kbira lejn din il-funtana għax l-isem “Trevi” jirreferi għat-tliet toroq fil-pjazza li jwassluk u jingħaqdu biswit żona arterjali Rumana importanti taċ-ċentru storiku tal-belt, bejn id-distrett ta’ Via del Tritone u Colonna li huma ftit passi bogħod mill-bini tal-Parlament Taljan fi Piazza Montecitorio. Il-funtana ta’ Trevi hija proġett iddisinjat minn Bernini fuq l-inizjattiva ta’ Papa Klement XII li fl-1732 avviċina numru ta’ skulturi u grupp t’artisti ta’ fama mondjali li ppreżentaw pjanti bi skulturi madwar gruppi ta’ statwi biex iżejnu din il-funtana madwar l-ilmijiet spettakolari li joħorġu minnhom b’diversi modi u b’volumi differenti.
ix-xellug u “s-saħħa” fuq il-lemin. Tradizzjoni li tmur lura s-snin tgħid li, qabel tħalli dan il-post għandek tipprova twaddab munita fil-funtana. B’hekk din id-drawwa tiggarantilek ritorn lejn Ruma. Hemm min ukoll ifittex l-imħabba romantika Taljana billi jitfa’ t-tieni munita jew it-tielet munita, li tfisser “Wedding bells”.
Il-flus mitfugħa fil-funtana jmorru karità. Trevi li nbniet bl-istess materjal tal-Kolossew bħala sors tal-ilma għall-belt hija ambjent mill-isbaħ Ħamsin sena wara, il-perit fil-pjanijiet romantiċi ta’ koppji responsabbli Nicola Salvi biddel żagħżagħ fl-imħabba, fejn inħadmet parzjalment xi restawr tal-funtana fejn fiċ-ċentru tal-palazz inkluda taħtu xena famuża tal-film “La Dolce Vita” tad-direttur Federico Fellini. arkata trijonfali, statwa ta’ Nettuno li Mal-ħoss qawwi tal-ilma frisk u ċar jidher qed jinġibed lejn il-vaska tal-funtana Trevi, akkumpanjat b’noti bl-ilma fuq karru miġbud minn żewġ mużikali mil-leħen ta’ Dean żwiemel bil-ġwienaħ - wieħed jidħer kalm u ubbidjenti waqt li l-ieħor jinsab Martin “Sotto il Cielo di Roma” jew Claudio Villa “Arrivederci Roma”, ma irrabjat. Funtana kompletament differenti, mibnija mal-Palazz Poli fejn jonqosx il-bews bejn il-maħbubin, xi fil-ġnub jiddominaw żewġ niċeċ kwadri pizza tajba u x-xarba favorita Campari kbar fejn tpoġġew statwi dekorattivi li Soda bis-silġ. jirrapreżentaw “ l-abbundanza” fuq
familja.media@gov.mt
Paġna 29
Żmien ta’ festi
Il-Festa tal-Għid
Tonio Bonello Corporate Communications Manager MSFC
Nhar il-Ħadd 6 ta’ Marzu jaħbat l-ewwel Ħadd tar-Radan Imqaddes. Dan jagħti bidu proprju għat-tħejjijiet li jwasslu għal Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira meta mbagħad nhar is-17 ta’ April ikun ċelebrat jum il-Għid. Ħasra li kawża tal-pandemija, ċerti attivitajiet tal-massa bħal ma kienu jkunu ż-żjajjar tas-seba’ visti, il-purċissjonijiet bl-istatwi tal-Ġimgħa l-Kbira u l-qofol ta’ Kristu Rxoxt, f’dawn l-aħħar sentejn kienu nieqsa. Minkejja dan, bosta mezzi ta’ komunikazzjoni ta’ kull sena qed jagħmlu użu tajjeb mill-arkivji tagħhom b’filmati tas-snin preċedenti jwasslu lit-telespettatur fil-kumdità ta’ daru memorji mill-isbaħ ta’ dawn l-avvenimenti reliġjużi. Inħarsu fiż-żmien li ġej b’tama li l-affarijiet għad jerġgħu jiġu lura għan-normal.
Ħbieb, tinsewhomx lil dawk li ġabukom fid-dinja. Morru żuruhom u ieqfu għidu kelma magħhom. Uħud jgħidulek, mela ma tafx li dik ta’ età żgħira poġġietni f’Dar tat-Tfal? Jew, kemm batejt taħtha u għaddejna żmien ikrah? Jew, li fil-wirt sibt li ħallietni barra kompletament! Tassew, dan kollu jista’ hu kollu minnu, imma żgur hi ħaġa waħda, li biex persuna tifhem x’seta’ ġara, qabel xejn trid tisma’ l-esperjenza tal-persuna, f’dan il-każ tal-omm. Imma, fl-aħħar mill-aħħar ukoll, irid jingħad li aħna b’xejn ġejna u b’xejn se mmorru lura u ħadd m’hu għal hawn. Li nistgħu nirranġaw waqt li għadna ħajjin tant aħjar. Għax imbagħad wara mewt l-għeżież tagħna inutli nibku!
Jibda l-istaġun tal-festi
Jum il-Missier
Is-subborg tal-kapitali, il-Furjana apparti li hi magħrufa għal ħafna ġonna sbieħ li hi mdawra bihom, iżda tkun dejjem hi wkoll li uffiċjalment tiftaħ l-istaġun tal-festi ta’ dawn il-gżejjer. Il-festa ta’ San Publju, l-ewwel Isqof ta’ Malta tkun ċelebrata f’din il-lokalità eżatt ħmistax-il ġurnata wara l-festa tal-Għid, din is-sena se tkun nhar il-Ħadd 1 ta’ Mejju.
Il-Ħadd 19 ta’ Ġunju jkun imiss il-festa tal-ġenitur l-ieħor tal-familja, il-Missier. Biex nibda rrid ngħid kurżità interessanti hi li mhux kull pajjiż jiċċelebra Jum il-Missier f’din id-data. Fost dawn hemm l-Awstralja fejn dan il-jum ikun ċelebrat fl-ewwel Ħadd ta’ Settembru.
Imma fil-verità l-festa reliġjuża ta’ dan il-Qaddis tkun ċelebrata ferm qabel u din is-sena fil-fatt kienet imfakkra l-Ħadd 23 ta’ Jannar. Żewġ kurżitajiet interessanti huma li f’dawn l-aħħar snin, maċ-ċelebrazzjoni tal-festa esterna, fuq il-Fosos tal-Furjana quddiem il-knisja parrokkjali kien jittella’ l-festival nazzjonali tan-nar u li għalih kienu jattendu numru kbir ta’ nies. Forsi iżda l-aktar ħaġa kurjuża assoċjata mal-festa ta’ San Publju hu t-temp. Din il-festa bħala regola dejjem tkun ċelebrata f’riħ qawwi u minkejja li ġieli saru tentattivi biex il-festa ssir f’data oħra, xorta waħda dawn inzertaw bir-riħ! Jum l-Omm Il-Ħadd 8 ta’ Mejju madwar id-dinja kollha jitfakkar Jum l-Omm, ħajjin u mejtin. Dan, flimkien ma’ Jum il-Missier u Jum it-Tfal li dan tal-aħħar ikun ċelebrat f’Novembru huma lkoll jiem li għandna nibqgħu ngħożżu fil-kalendarju Malti ta’ kull sena. Indipendentament mill-isfidi kollha li l-familja tinsab għaddejja minnhom, il-fatt jibqa’ li l-bażi ta’ familja tajba b’valuri sani u b’saħħithom jibqgħu il-pedament tas-soċjetà u tal-ġenerazzjonijiet li għad iridu jiġu warajna. Paġna 30
Nieħu l-okkażjoni wkoll biex infakkar ftit lil dawk l-ulied li għandhom ommhom tgħix waħedha d-dar jew inkella tinsab rikoverata fi sptar jew residenti f’xi Dar tal-Anzjani.
familja Ħarġa Nru.18 - rebbiegħa 2022
Naturalment, dak li tkellimt aktar ’il fuq dwar l-Omm, bl-istess qies jista’ jiġi applikat lejn il-Missier. Bosta drabi, ta’ bnedmin dgħajfa li aħna, naraw il-ħażin biss ta’ bniedem. Bħal dak il-qawl li jgħid, Għamel elf ħaġa tajba u ħadd ma jgħid xejn, però għamel żball wieħed u kulħadd ixandrek mal-erbat’irjieħ tad-dinja. Hekk hu, hekk jagħmel il-bniedem. Ta’ min napprezzaw aktar il-bniedem fil-kuntest sħiħ tiegħu, bit-tajjeb u bil-ħażin, hu kif inhu. Il-ġudizzju mhux f’idejna. Nagħmlu dak kollu li nistgħu aħna, imbagħad inħallu f’idejn Alla. F’isem il-Ministeru u l-Bord Editorjali tal-pubblikazzjonijiet FAMILJA, minn dawn il-paġni nawgura l-festi t-tajba lilkom il-qarrejja u l-familji tagħkom.
Walk in Clinics Tilqima tal-booster mingħajr appuntament
P
ersuni residenti f'Malta u Għawdex li għadhom ma ħadux it-tilqima tal-booster kontra l-COVID-19, issa jistgħu jitlaqqmu bla appuntament billi jżuru diversi walk-in clinics li ġew stabbiliti f'Malta u Għawdex. Ftit Noti OPM
Dawn jinsabu fiċ-ċentri ta' vaċċinazzjoni tal-MCAST f'Paola, tal-AFM Barracks f'Ħal-Luqa, tal-berġa ta' tas-Sliema, tal-Mellieħa, tan-Naxxar, ta' Santa Venera, ta' Kerċem Għawdex kif ukoll iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid. Dawn se jkunu miftuħin mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9am u l-4pm. F'kull każ, min jixtieq jitlaqqam u għandu aktar minn 18-il sena, hu mitlub li jippreżenta d-data tal-aħħar doża tal-vaċċin kif ukoll il-karta tal-identità. Fin-nuqqas ta' dan id-dokument, wieħed jista' juri dokument t'identifikazzjoni ieħor flimkien ma' prova li huwa residenti Malta. Eżempji ta' provi li jistgħu jkunu preżentati jinkludu kont taddawl u l-ilma, kuntratt ta' kiri ta' post f'Malta, jew kuntratt ta' impjieg f'Malta.
Ritratt: Cottonbro
familja.media@gov.mt
Paġna 31
M
Xogħol relatat mal-miżuri tal-budget
inn mindu jitħabbar il-Budget sa dan iż-żmien tas-sena, ikun għaddej ħafna xogħol minn wara l-kwinti biex dawk il-miżuri mħabbra fl-istess budget ikunu jistgħu jitwettqu u jkunu implimentati.
jsiru, isir ukoll l-iċċekkjar fuq il-korrispondenza li tkun se toħroġ, fejn il-pensjonanti jkunu jistennew dwar kif se tkun imħallsa l-pensjoni matul is-sena l-ġdida. Din in-notifika toħroġ lil kull pensjonant u pensjonanta, li jfisser eluf ta’ ittri.
Grazio Barbara Direttur Ġenerali Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
Prinċipalment, qegħdin ngħidu għal dawk il-pensjonanti li mill-ewwel Sibt tas-sena kurrenti jkunu intitolati għaż-żieda tal-għoli tal-ħajja kif ukoll, kif qiegħed isir f’dawn l-aħħar snin, żieda oħra fil-pensjoni.
Għalkemm ix-xahar ta’ Diċembru, ħafna jqisuh mal-vaganzi, żgur li dan iż-żmien huwa aktar impenjattiv għal kull min ikun involut fil-proċess biex jitwettqu l-miżuri mħabbra. Dan minħabba li aktar ma joqrob ix-xahar ta’ Jannar, fejn issa l-pensjonanti draw li mal-ewwel pagament tas-sena jkollhom iż-żidiet, ix-xogħol jintensifika biex kull pensjonant jitħallas dak dovut.
Imma, ma jeżistux biss il-pensjonanti, għax minbarra dawn ikun hemm ukoll żidiet fil-benefiċċji l-oħra kollha fejn nistgħu nibdew mill-benefiċċji tal-mard, tal-qgħad, tal-korriment sal-għotjiet bħalma huma taż-żwieġ, tal-korriment, tal-anzjani kif ukoll għal dawk li ma ħallsux kontribuzzjonijiet biżżejjed biex ikollhom pensjoni kontributorja. Ma’ dawn irridu nżidu wkoll dawk il-benefiċċji relatati mal-familja, fejn kull sena jkun hemm ukoll xi żieda f’xi wieħed minnhom. Ix-xogħol jibda mill-għada li jitħabbar il-budget fejn il-management jiltaqa’ flimkien mal-kollegi tagħna min-naħa tal-Malta Information Technology Agency (MITA). Dawn ukoll jilagħbu parti importanti ħafna biex il-miżuri jkunu jistgħu jitwettqu bl-għan li s-sistema kompjuterizzata tad-Dipartiment tkun aġġornata biex il-pagamenti jsiru kif għandhom isiru. Dan kollu jinvolvi ħafna xogħol ta’ eżaminar sabiex meta jasal iż-żmien li l-pensjonijiet u benefiċċji jitħallsu, dawn jitħallsu kif suppost. Ritratt: Faxuela
Kull miżura li titħabbar fil-budget tkun analizzata, għax fejn ikun hemm xi miżura ġdida, din tkun trid tiġi implimentata kif kellu l-ħsieb il-Gvern u mhux l-ewwel darba li tintalab kjarifika u gwida mingħand is-Segretarju Permanenti, ta’ kif tkun trid tiġi implimentat tali miżura. Minħabba l-ammont ta’ benefiċċji u pensjonijiet li huma involuti, issir skeda ta’ kif se jsir ix-xogħol u kulħadd ikun mitlub biex iżomm magħha ħalli l-pagamenti propja joħorġu kif suppost. Għalhekk, fl-aħħar xhur tas-sena jkunu għaddejjin laqgħat il-ħin kollu flimkien mal-eżaminar li jkun qiegħed isir. Minbarra dan it-testing tal-pagamenti li jkunu se Paġna 32
familja Ħarġa Nru.18 - rebbiegħa 2022
Proċess ieħor li huwa marbut ukoll max-xahar ta’ Diċembru, huwa dak relatat mall-Allowance tat-Tfal. Dawn l-aħħar snin, il-pagamenti tal-Allowance tat-Tfal qegħdin jinħarġu tlitt ġimgħat qabel id-data propja tagħhom tal-ewwel Sibt tas-sena, u dan allura jitfa’ aktar pressjoni fuq kull min hu involut tibda mill-uffiċjali tas-sezzjoni, tkompli mill-uffiċjali tal-MITA u tispiċċa fis-sezzjoni fejn ikunu pproċessati l-pagamenti. Din is-sezzjoni ma tieħux ħsieb biss l-ipproċessar li jrid isir relatat mal-pagamenti ta’ dawk il-benefiċjarji li jitħallsu dirett fil-kont bankarju tal-individwu imma wkoll fl-istampar taċ-ċekkijiet u l-pustaġġ tagħhom. F’din l-aħħar sena sar sforz kbir fejn id-Dipartiment ħeġġeġ lil dawk kollha li kienu għadhom jitħallsu b’ċekk, biex jibdew jitħallsu f’kont bankarju tal-għażla tagħhom. Irid jingħad li kien hemm rispons qawwi min-naħa ta’ dawk il-benefiċjarji li kienu għadhom jitħallsu b’ċekk. Irid jingħad ukoll li saret emenda fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, Kap. 12 tal-Liġijiet ta’ Malta. Din l-emenda tesiġi li kontijiet bankarji li huma użati biss u esklussivament biex fihom ikunu depożitati pensjonijiet u benefiċċji, ma jkunux milquta minħabba mandati ta’ sekwestri. Fl-aħħarnett, ma nistax ma nirringrazzjax lil kull min ikun involut f’dan il-proċess, kemm is-Segretarju Permanenti, kemm l-uffiċjali tad-Dipartiment kif ukoll lill-kollegi tagħna mill-MITA, għax mingħajrhom ma jkun jista’ jsir xejn mill-bidliet li jkunu meħtieġa. Xogħol li għalkemm ma jidhrix, huwa importanti immens. Grazzi lil kulħadd.
Photo: Max Fischer
A
s the new year is well on its way, we should consider reflecting on what we do with our time and how we act towards others.
Most of the time we intend to make children our priority but when we find ourselves in certain situations we may forget our intentions or find it difficult to keep children as our priority. We are sometimes too busy to stop and spend quality time with children as we are constantly juggling and carrying out other duties. It is vital to spend time with children, not just by being in the same room as them but by really engaging with them and communicating with them. The role of the Office of the Commissioner for Children is to advocate for children and for their rights to remain a priority even when other issues, such as the pandemic we are living through, seem to be the priority, we should still ensure that children’s rights remain at the forefront. The Office was pleased to note that two years into the pandemic, children’s right to education is being prioritized with schools remaining open as much as possible and school attendance remaining compulsory. More efforts need to be made to ensure that children’s right to quality education is being guaranteed. This is especially the case when face-to-face learning is not possible.
Impact assessments should be carried out when implementing decisions/ policies such as the closure of schools. Such assessments should also take into consideration the views and experiences of children so as to determine how children’s rights will be affected by such decisions. There are various instances in which we do not realize that children’s rights may be impacted in some way or another, therefore we need to continue to advocate for children to be prioritized in all sectors and even within the family.
Children should be our priority Suzanne Garzia Imbernon Task Manager Office of the Commissioner for Children
The Office of the Commissioner for Children receives many concerns regarding children and their rights when parents are no longer in a relationship. Parents are sometimes unable to put their differences aside in the best interests of their children. In some cases children are not able to access basic rights such as educational services or health services because of their own parents. When we are hurt it is often difficult to rise above our hurt feelings, but we must for the sake of our children. We must not forget that children play no part in adult conflict and have a right to maintain healthy relationships with both their parents. We should not be afraid to seek support if we need it. We must continue to work hard to make sure that ALL children have access to their rights!
familja.media@gov.mt
Paġna 33
Verses to my Son In search of solace Tonio Bonello Corporate Communications Manager MSFC
C
Ritratt: Carmen Vella Gauci / Delicon Books
armen V Gauci hi edukatriċi, LSE fi skola u wara l-ħin tgħallem l-arti. Lejn nofs is-sena l-oħra Carmen nidiet l-ewwel ktieb tagħha, taħlita interessanti ta’ proża u poeżija fil-lingwa Ingliża. Element li jispikka f’dan ix-xogħol letterarju hu għaliex inkiteb u kif ġiet l-ispirazzjoni tal-kontenut fih. Uħud mill-awturi tal-kotba aktarx isibu sens ta’ qawwa fil-kitba ġejja minn dak li qed jiġri madwarhom, jew f’ħajjithom. Fil-kas ta’ Carmen, dan ix-xogħol kien imnebbaħ wara traġedja fil-familja tagħha fejn ħesrem tilfu t-tifel tagħhom ta’ età żgħira. Ħassejt li għandi nressaq quddiemkom il-qarrejja tagħna din l-intervista li jien għamilt lis-Sinjura Vella Gauci reċentament fejn staqsejtha dwar din il-ġrajja li hi u l-familja tagħha esperjenzaw u għadhom qed jesperjenzaw fis-skiet, fis-silenzju ta’ qalbhom. Carmen twieġeb hekk – X’kien li ispirak tikteb dan il-ktieb? Jiena npingi però meta ġejt biex inpinġi f’sitwazzjoni bħal din ma stajtx. Kull ma bdejt nara kien aħmar u iswed. Minflok bdew ġejjin il-kliem u kelma wara l-oħra bdejt nipproduċi poeżiji bl-Ingliż u bil-Malti. B'kollox ikkomponejt 300 poeżija u 50 proża f'temp ta' xahrejn. X’inhi s-sogħba? Kif tittratta mad-dulur? Wara l-mewt qabel il-waqt ta’ ibni fl-età tenera ta’ 14-il sena, ħajjitna sfaxxat fix-xejn. M’hemm xejn li jista’ jħejjik għal telfa bħal din li ġiet għall-għarrieda, aktar u aktar jekk tkun traġedja personali li tinvolvi lil ibnek stess. F’dawn iċ-ċirkostanzi, ingħatajna l-parir biex infittxu l-għajnuna meħtieġa li tiggwidana ’il quddiem tul din it-triq mimlija uġigħ. Hekk bdejna nattendu għal sessjonijiet Paġna 34
familja Ħarġa Nru.18 - rebbiegħa 2022
ta’ terapija. Ma domniex ma ndunajna li ma konniex nafu kif nistgħu nsibu s-sabar; niddubita jekk hawnx xi ħadd li tgħallem kif tista’ tistabar! B’xorti tajba iżda, bis-saħħa tat-terapija, għarafna kif negħlbu xi ftit id-dulur, tgħallimna dwar l-istadji differenti tiegħu u anke, iva, dwar l-emozzjonijiet differenti li jaħkmuk u li ma jkollok l-ebda kontroll fuqhom! Id-dulur huwa xi ħaġa intima ħafna. Kulħadd jesperjenzah b’mod differenti. Għal raġunijiet diversi, kulħadd jindirizza n-niket tiegħu bil-mod kif jaf hu. Nies differenti jfittxu s-sabar għal raġunijiet differenti, jistgħu jkunu raġunijiet ta’ saħħa, tradiment, solitudni… Xi jsib il-qarrej fix-xogħol letterarju tiegħek? Dak li qed nipprova nwassal permezz ta’ dan il-ktieb huwa għarfien dwar id-dulur. Kif wieħed jipprova jistabar, x’tistenna f’ċirkostanzi bħal dawn, imma wkoll poeżiji dwar it-tama, ir-rabja, il-ġudizzju tagħna bħala bnedmin, poeżiji kontemplattivi, l-aċċettazzjoni, proża, eċċ. – fi ftit kliem, dak kollu li tiffaċċja f’każ bħal dan se ssibu fil-ktieb. Nittama li din il-ġabra ta’ poeżiji tgħin lilek bħala persuna li stajt għaddejt minn xi esperjenza simili biex issib is-serħan fil-mumenti ta' niket. Meta taqbad f’idejk dan il-ktieb ftakar li m’intix waħdek. Qatt m’int waħdek. Jalla dan il-ktieb itaffilek ftit l-uġigħ, proprju f’dawk l-aktar mumenti koroh tal-ħajja. Jinteressak tkun taf aktar? Għal dawk kollha li jinteressahom dan kollu u aktar, jistgħu jixtru l-ktieb Verses to my Son bil-prezz ta’ €10.00 billi jidħlu fil-paġna Facebook - https:// www.facebook.com/versestomyson/
D
enise Fiorentino, Director General (RPOD), looks back over the past year’s achievements and explains her outlook towards the work planned for this year, together with the importance of policy in forward planning. The start of a new year is the ideal time to look back and acknowledge achievements, whilst also look forward and plan the year ahead. One of the roles of this Office includes the formulation of policy and direction within the framework established for the Ministry. Strategic planning and establishing key priorities, whilst always ensuring a shift towards a citizen-centred approach in our work is of utmost importance. The preparatory work to build a social vision for the future with the concept of ‘A Social Vision for Malta 2035: shaping the future of our society’ was kickstarted last year. This process builds upon the principles of social justice and solidarity, and on the social wealth that was created throughout the past years. A pre-consultation process with various stakeholders was carried out over a period of five days targeting various thematic areas amongst whom children, youths, older persons, those at risk of poverty, persons with disabilities, persons with addiction problems, LGBTIQ+ persons.
focus its efforts towards ameliorating policy tools targeting families and children. Apart from the Division’s role to coordinate and monitor the implementation of budgetary measures, additional measures and simplifications measures, during this year we will also be responsible for the implementation of two additional measures proposed during 2021. These include the organisation of an event focusing on Clear Writing with the aim to improve communication with citizens.
A new year – a time to look back and ahead Denise Fiorentino Director Research, Policy and Operations Division
This event is envisaged to be held during the Department for Social Security week in May and will focus on the concept of simple writing in documents/letters with a view to enable the reader to understand this more clearly, thus ensuring more effective communication with the general public. In addition, the Division is also embarking on assessing the adequacy of the Social Security Act. This measure will involve the initiation of an evaluation process to the Act itself with the ultimate aim to simplify this Act, whilst ensuring it meets today’s needs. Whilst looking forward towards the challenges 2022 will offer, I would like to take this opportunity to thank all the team, colleagues and stakeholders that contribute and support us towards reaching our goals. I wish you all a good start to this New Year.
Ritratt: Towfiqu Barbhuiya
The pre-consultation feedback received was very fruitful and the Ministry is currently in the processing of finalising the drafting for a public consultation document. This Vision document aims to provide the necessary direction to meet the aspirations of citizens. In addition, this document will provide the basis for the development of various strategies for the future of Maltese society, with a view not just to give a better life, but also to address the challenges faced by particular vulnerable groups who require further and more specific attention despite the improvements already registered in the area. The year 2022 the Division will
.
familja.media@gov.mt
Paġna 35
YTC 25 sena ta’ skambji, safar u work camps Natasha Farrugia, Koordinatur tal-Ivjaġġar
K
ien fl-1968 meta nibtet I-idea li fil-Catholic Tourist Council titwaqqaf fergħa għaż-żgħażagħ. Dan biI-ħsieb Ii tibda torganizza attivitajiet għal żgħażagħ barranin li kienu jiġu Malta għall-vaganzi. Il-fergħa ġiet imsejħa Youth Travel Circle u r-responsabbiltà għat-tmexxija tagħha ngħatat f’idejn Dun Maurice Mifsud u grupp ta’ kollaboraturi tiegħu. Aktar tard żviluppat f’għaqda għaż-żgħażagħ Maltin u bdiet toffrilhom opportunitajiet ta’ safar fi programmi internazzjonali li kienu jsiru fil-Ġermanja. F’Malta l-idea wkoll kibret u żiedet fin-numru ta’ membri. Il-YTC kif inhi msejħa bdiet torganizza ħafna attivitajiet li attiraw eluf ta’ żgħażagħ waqt li tathom l-opportunità Ii jiltaqgħu flimkien u jsiru jafu ħafna ħbieb ġodda. Filfatt għal numru mhux żgħir minn dawn saħansitra serviet biex iltaqgħu koppji u żżewġu.
Matul 25 sena il-YTC organizzat ħafna attivitajiet ta’ kultura, kif ukoll ħafna laqgħat edukattivi. Għalkemm ma kienet qatt organizzazzjoni ta’ ħafna daqq ta‘ trombi, il-kumitati tagħha u l-membri wettqu ħafna ħidma fost iż-żgħażagħ u għenu fl-edukazzjoni ta’ bosta żgħażagħ Ii kienu telqu t-tagħlim u l-iskola. Fil-YTC ħafna sabu post fejn jitkellmu u jiddiskutu, jifirħu u jistrieħu mill-għejja tax-xogħol, jisimgħu taħdidiet interessanti u edukattivi, igawdu l-kumpannija ta’ xulxin, isiefru u jiltaqgħu ma’ żgħażagħ barranin. Saħansitra, post fejn setgħu jiżviluppaw fil-ħajja nisranija. F’dawn il-25 sena l-YTC kienet dejjem forza ħajja ta’ ġid li minnha gawdew eluf ta’ żgħażagħ Maltin u Għawdxin. IS-SAFAR Is-safar, li l-organizzatur ewlieni tiegħu huwa Fr Maurice, megħjun minn Miss Pauline Azzopardi jkun organizzat f’kull
Paġna 36
familja Ħarġa Nru.18 - rebbiegħa 2022
staġun tas-sena. Fix-xitwa l-YTC jorganizza diversi ġiti, uħud f’xi bliet barranin bħal Munich, lnnsbruck, Salzburg imma f’dan il-perjodu partikolar il-biċċa l-kbira tas-safar ikunu dominati vaganzi ta’ skiing. Il-YTC hu msemmi għal dan il-ġeneru ta’ safar għax l-ewwel nett joffri postijiet u lukandi b’panorama u b’veduti mill-isbaħ ta’ muntanji; it-tieni għax ikun provdut instructor u b’hekk wieħed jista’ jitgħallem u jipprattika dan l-isport ġdid għalina l-Maltin. Aspett ieħor hu għaliex is-safar ikun organizzat bi prezz moderat biex b’hekk ikun possibbli għal but ta’ kulħadd. Fis-sajf ukoll, il-YTC torganizza għadd ta’ ġiti minn ġimgħa sa ħmistax-il ġurnata. L-ISKAMBJI Magħrufa l-aktar bħala Exchanges, fil-biċċa l-kbira tagħhom ikunu għal Ġermanja u mmirati l-aktar għal żgħażagħ ta’ bejn it-tmintax u t-tletin sena. Il-prezz ta’ dan it-tip ta’ safar ikun ferm orħos għax iż-żgħażagħ ma jmorrux joqgħodu f’xi lukanda iżda f’Youth Hostels jew f’xi Youth Centre bħal f'Germershausen qrib Gottingen.
WORK CAMPS Minn barra l-Exchanges, il-YTC torganizza wkoll Work Camps. Għal dawn l-aħħar ħames snin kienu organizzati Work Camps ma’ għaqda Ġermaniża jisimha Kolping. Dawn iż-żagħażagħ joqgħodu Malta għal madwar tlett ġimghat. Ex-membru tagħna, Philip Camilleri jipprepara pjan ta’ xogħol għal bungalow fil-Buskett li jsir proprju minn dawn iż-żgħażagħ Germaniżi. Ix-xogħol ikun jinkludi tibjid, żebgħa, ħjata, bini ta’ ħitan tas-sejjieħ u manutenzjoni oħra skont kif meħtieġ. Għaldaqstant dawn iżżgħażagħ, tul iż-żmien tagħhom f’MaIta ma jħallsux flus u dejjem ħarġu kuntenti, tant li l-għaqda li torganizzahom dejjem tiktbilna biex tgħidilna li dan hu wieħed mill-aktar Work Camps li jirnexxi. Fis-Sajf ma jonqsux li jkunu organizzati wkoll mawriet fi bliet oħra barranin fosthom Vjenna, Lourdes, Pariġi u oħrajn. Dan it-tip ta’ safar hu organizzat għal kulħadd u l-ġiti jkunu mmexxija minn diversi tour leaders ta’ esperjenza li jagħmlu l-almu tagħhom biex imexxu programm interessanti u mimli daqs bajda. https://ytc.com.mt/ Ritratt: Tiffany Bui
L-għan ta’ dawn l-iskambji hu li nkabbru l-kuntatti ma’ żgħażagħ Maltin mhux membri imma li jsiefru magħna u li dawn isiru jafu aktar dwar pajjiżi u żgħażagħ barranin. Ħafna minn dawn li norganizzaw l-Exchanges magħhom ikunu diġà ġew iżuruna f’Malta u jkunu qagħdu għall-vaganza tagħhom fil-bungalow tal-YTC li għandna fil-Buskett. Il-YTC jagħmel minn kollox biex jorganizzalhom programm mill-isbaħ u jara li ma jkun jonqoshom xejn. Min-naħa tagħhom huma wkoll jilqgħuna mill-aħjar meta mmorru nżuru pajjiżhom. Il-programm ta’ dawn l-iskambji jkun mimli attivitajiet kulturali, edukattivi u naturalment rikreattivi. Eżempju fl-Exchange li sar matul is-sena li għaddiet fil-Germanja (Gottingen, Frankfurt, Rudesheim) morna nżuru l-birrerija f’Gottingen u żorna Wirtgassen naraw l-atomic power station. Żorna wkoll ħafna bliet bħal Darmstadt, Heidelherg Kassel u għaddejna ġurnata fuq ix-xmara Rhine. familja.media@gov.mt
Paġna 37
M
L-aħħar aħbarijiet mill-MSFC
inn dawn il-paġni f’kull ħarġa ta’ FAMILJA nwasslu ġrajjiet kurrenti ta’ dak li jkun qed iseħħ fil-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal bl-għan li l-qarrej ikun aġġornat b’dak kollu li jkun qed isir, kemm internament għall-impjegati tagħna, però wkoll, bil-ħidma li tkun qed issir b’risq iċ-ċittadin.
X’hemm ġdid? Tonio Bonello Corporate Communications Manager MSFC
Kors ta’ eċċellenza fis-servizz pubbliku għall-impjegati tal-MSFC
Ritratt: Tonio Bonello
Inizjattiva mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal b’kollaborazzjoni mal-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi serviet ta’ opportunità biex 43 impjegat fi gradi differenti segwew kors dwar l-importanza tal-klijent bit-tema Customer Care for a Service of Excellence. Fid-dawl tal-miżuri konnessi mal-pandemija, l-impjegati tqassmu fi tliet gruppi ta’ 15-il parteċipant u l-korsijiet saru mir-rappreżentanti tad-Direttorat għal Kwalità tas-Servizz, People & Standards Division fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Matul dan it-taħriġ l-impjegati kellhom l-opportunità jsegwu taħdidiet interessanti mil-lettur kif ukoll waqtiet fejn inqassmu fi gruppi żgħar jaqsmu esperjenzi bejniethom b’relazzjoni mas-servizz lejn il-pubbliku. Fost it-temi li kienu mistħarrġa kien hemm il-bżonn u l-aspettazzjonijiet tal-konsumatur, prinċipji ta’ customer care, prinċipji ta’ komunikazzjoni effettiva, l-importanza tal-body language u t-ton tal-vuċi, prattiċi tajbin fl-immanġjar tal-ilmenti, l-erba’ pilastri ta’ servizz ta’ eċċellenza, id-Direttiva Numru 4 dwar għarfien u implimentazzjoni, kif ukoll dwar il-Mystery Shopper u Quality Assessments fost oħrajn. It-taħriġ li sar fl-ACCESS One stop shop fil-Belt matul Jannar u Frar ta’ din is-sena kien possibbli grazzi għal
Paġna 38
familja Ħarġa Nru.18 - rebbiegħa 2022
inizjattiva ta’ l- Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tagħna. Bidla fit-tmexxija tal-Komunikazzjoni MSFC B’seħħ minn Novembru 2021 it-taqsima tal-komunikazzjoni tal-Ministeru kienet trasferita minn mad-Direttorat tal-Operat għal mal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti. Hekk il-ħidma ta’ din it-taqsima, apparti rwoli diġà magħrufa tagħha bħal pubblikazzjonijiet uffiċjali FAMILJA u d-disinn u d-distribuzzjoni tagħhom rispettivament, issa wkoll qed tassisti b’ċerti servizzi fil-kampanja nazzjonali ĠEMMA. It-taqsima tal-komunikazzjoni tirrispondi wkoll lil żewġ Assistenti Diretturi, is-Sa Claudia Mifsud responsabbli mill-amministrazzjoni ġenerali u riżorsi umani, kif ukoll is-Sa Helena Holland li qed tikkoordina l-kampanja nazzjonali Ġemma. F’isem il-kollegi tiegħi Peter Miceli Saydon u Archibald Attard nixtieq insellem u nirringrazzja lis-Sur Anton Cesare, Direttur tal-Operat ta’ dawn is-snin li għaddejna naħdmu flimkien fejn kien fundamentali għalina bħala sors ta’ referenza grazzi għas-snin twal ta’ għarfien u esperjenza li s-Sur Cesare għandu. Fuq kollox f’ambjent ta’ familja fejn kellna kollaborazzjoni eċċellenti u dejjem tkellimna fl-interess tal-aħjar servizz ta’ kull ċittadin. Fuq kollox però, nixtieq anke f’isem il-Ministeru kollu nrodd ħajr lis-Sur Anton Cesare li proprju f’dawn il-jiem se jkun qed jirtira mill-ħidma tiegħu biex, kif xieraq isib aktar ħin għalih u għal familja tiegħu, u forsi aktar ħin ta’ mistrieħ. Żgur li s-Sur Cesare għandu jibqa’ mfakkar għall-impenn tiegħu biex wassal għal numru sostanzjali ta’ miżuri ta’ simplifikazzjoni li llum sar parti fundamentali ta’ dak li qed tgawdi minnu s-soċjetà. Sur Cesare, grazzi ta’ kollox u nixtiequ lilek ħafna aktar snin ta’ saħħa, paċi u kuntentizza.
F
l-2020 il-MITA (Malta Information Technology Agency) iċċelebrat it-tletin anniversarju mit-twaqqif tagħha. 30 sena ta’ ħidma kostanti u professjonali li llum tirrifletti f’vetrina tal-kapaċità tal-Malti fejn tidħol informazzjoni teknoloġika (IT) b’amministrazzjoni u staff dedikat, effiċjenti, dejjem lesti għas-servizz tal-impjegati kollha tas-Servizz Pubbliku. Reċentament iltqajt mas-Sur Tony Sultana, Chairman Eżekuttiv tal-MITA. Tkellimna ftit dwar il-kisbiet tal-Agenzija tul dawn l-aħħar tlett deċenji, kif ukoll dwar il-MITA llum, u l-viżjoni tagħha ’il quddiem. F’din it-tieni parti tal-intervista, bdejt biex staqsejtu...
MITA
fis-sistemi relatati mal-Y2K, il-qalba għall-euro, avvenimenti bħaċ-CHOGM, il-Presidenza Maltija tal-UE, fil-leġiżlazzjoni fl-oqsma tal-ICT u oħrajn.
30 Sena ta’ servizz u effiċjenza fi ħdan is-Servizz Pubbliku
Il-MITA taqsam ukoll l-esperjenza tagħha mal-istudenti, ħaddiema sħabna tal-futur, fejn tipprovdi opportunitajiet diversi li jinkludu xogħol għas-sajf u apprentistat, scholarships u inċentivi għal startups. Ftaħna wkoll laboratorju fejn wieħed jista’ jipprattika fuq teknoloġiji ġodda. Apparti l-ħidma tagħna, il-ħaddiema tal-MITA kienu minn dejjem protagonisti sabiex ikunu hemm għal dawk li b’xi mod jinħtieġu l-għajnuna.
Tonio Bonello Editur
Kif jirnexxielha l-MITA tmantni s-soluzzjonijiet kollha li hi toffri lis-Servizz Pubbliku u tassisti problemi komuni ta’ IT li impjegat fis-Servizz Pubbliku jiltaqa’ magħhom u jitlob l-għajnuna tagħkom dwarhom fuq il-post tax-xogħol? Sabiex tmantni s-servizzi tagħha u żżomm is-servizzi mogħtija bl-ogħla standards fis-settur, l-Aġenzija tinvesti kontinwament biex iżżomm u taġġorna t-teknoloġiji kif meħtieġ. Dan isir biex kontinwament tiżgura l-affidabbiltà, id-disponibbiltà u l-manutenzjoni tas-servizz. Tul iż-żmien ridna dejjem inkunu hemm biex nagħtu l-aqwa servizz. Għalhekk il-MITA stabbilixxiet Call Centre, illum b’operat imħaddem erbgħa u għoxrin siegħa kuljum biex nassistu u jekk jista’ jkun insolvu l-problemi tekniċi kemm jista’ jkun malajr. Apparti l-Call Centre, il-MITA għandha wkoll is-servizz tan-Network Operation Centre li rwol prinċipali tiegħu hu li jagħmel moniteraġġ kontinwu tan-network u s-soluzzjonijiet tal-ICT. B’hekk il-MITA tkun tista’ tieħu azzjonijiet proattivi sabiex iżżomm is-servizzi tagħha għaddejjin bl-inqas interruzzjonijiet possibli. Forsi jkun hawn min jistaqsi, imma l-MITA tirriżolvi lmenti ta’ IT biss, jew għandha funzjonijiet oħra li taqdi? Jekk iva, x’inhuma? Il-MITA dejjem kienet ta’ spalla għal Gvern tal-ġurnata, fejn ġiet msejħa sabiex toffri s-servizzi tagħha f’avvenimenti ta’ portata nazzjonali, li jinkludu l-koordinament tat-tibdil
Permezz tal-MITA Cares, li llum tirrapreżenta din il-ħidma, kontinwament qed isir xogħol ta’ ġid għal komunità - bħas-sehem tal-MITA fl-iStrina u Puttinu Cares, u l-implimentazzjoni tal-WIFI network fil-bini tad-Dar tal-Providenza. Nistqarr li l-esperjenza personali tiegħi ma’ kull minn tkellimt mill-MITA dwar xi problema teknika, dejjem kienet waħda pożittiva mmens fil-kuntest tal-edukazzjoni kif ikun trattat il-klijent, il-ġentilezza ta’ kull impjegat, l-azzjoni fil-pront u s-sens qawwi li int (il-konsumatur / l-impjegat) tħoss ċerta sens ta’ sigurtà, dak li bl-Ingliż jissejjaħ familja.media@gov.mt
Paġna 39
sense of belonging li int taf li hemm min qed jieħu ħsiebek, qed jifhmek, qed jistmak bħala persuna u mhux numru, u li fl-aħħar mill-aħħar se jibqa’ miegħek matul il-vjaġġ sakemm il-problema li għandek se tiġi riżolta. Bla dubju dan ma jfisser xejn għajr l-importanza li l-MITA tagħti biex tinvesti fl-aqwa u l-aħjar riżorsi umani, li tipprovdihom bit-taħriġ meħtieġ, mhux biss fil-linja professjonali tal-IT, imma wkoll fil-kura tal-konsumatur. X’tagħmel il-MITA biex jirnexxielha żżomm tant livell għoli fis-servizz olistiku tagħha u matul daqstant snin?
Dan ippermetta sabiex nirnexxu u ningħataw rikonoxximent. Pereżempju, fis-servizzi tal-eGovernment fejn tul is-snin ġejna minn ta’ quddiem fost il-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea.
Il-MITA tħaddan numru ta’ valuri ffukati biex jgħinuna nkunu dejjem iffukati fuq ix-xogħol tagħna. Dawn huma r-rispett tal-ħaddiema lejn xulxin, is-setgħa li l-ħaddiema jaġixxu, il-professjonaliżmu, l-impenn lejn il-klijent u t-titjib kontinwu.
Il-prijoritajiet inbiddlu matul iż-żmien u llum b’dan l-iżvilupp kontinwu fit-teknoloġija kibru ukoll l-attakki malizzjużi online. Għalhekk il-prijorità fis-sigurtà tas-sistemi u fl-infrastruttura kompliet tikber u llum il-MITA għandha ċentru modern bl-aqwa soluzzjonijiet biex tipproteġi u tilqa’ kontra s-cyber threats.
Dan huwa t-twemmin, il-filosofiji u l-prinċipji li jmexxu l-Aġenzija tagħna. Dawn huma mdaħħlin fil-kultura tagħna hekk kif nikkollaboraw u naħdmu biex nilħqu l-għanijiet tagħna. L-impjegati tagħna huma l-qofol tal-Aġenzija, huma r-riżorsa l-aktar importanti għalina, il-qalba tal-organizzazzjoni.
Illum il-MITA qed toffri wkoll is-soluzzjoni tal-Modern Workplace, fejn l-impjegati tas-Servizz Pubbliku għandhom il-faċilità ta' aċċess għad-dokumenti u sistemi tal-kompjuter minn kullimkien, f’kull ħin u kif ukoll minn diversi apparat tal-kompjuter (bħal-desktops, laptops, mobiles u tablets) b’mod sigur.
Il-MITA hija wkoll impenjata li tħaddan standards tal-industrija u ċertifikazzjoni minn korpi internazzjonali akkreditati rinomati biex jirregolaw il-proċessi interni, il-policies u l-proċeduri tagħna. Dawn juru l-professjonalità tal-Agenzija fl-amministrazzjoni u l-operat tagħha. Ċertifikazzjonijiet bħal dawn jipprovdu struttura, stabbilità u sigurtà għall-Aġenzija u jżidu l-livell ta’ affidabbiltà, assigurazzjoni u kredibilità fost il-klijenti tagħna.
Il-MITA kienet nediet strategija ġdida għal perjodu 2021 – 2023. Fejn qed tara li għandha twassal din l-istrateġija?
Fil-fehma tiegħek, x’kienu dawk l-akbar kisbiet importanti fit-taraġ li bdiet tiela’ l-MITA tletin sena ilu biex waslet fejn tinsab illum?
Prinċipji Strateġiċi: Biex niffukaw fejn verament nistgħu nagħmlu differenza;
Tul dawn it-tletin sena l-MITA kienet protagonista fit-twettieq ta’ strateġiji viżjonarji li raw l-implementazzjoni tat-teknoloġija, bħal ma huma s-servizz tan-network (il-MAGNET), l-email u l-Internet. Rajna s-sistemi tal-informatika jiġu implimentati u jiżviluppaw għal dawk li huma llum. Rajna t-twaqqif ta’ computer rooms li qdew il-ħtiġijiet ta’ dak iż-żmien għal Paġna 40
bini ta’ Data Centre modern, fejn illum joffri wkoll is-servizzi tal-Hybrid Cloud. Konna dejjem protagonisti fl-implimentazzjoni ta’ proċeduri u standards għat-tħaddim u governanza tajba tas-servizzi tal-ICT, mibnija u mħaddma f’konformità ma’ standards internazzjonali li huma awditjati regolarment.
familja Ħarġa Nru.18 - rebbiegħa 2022
Din l-istrateġija qed tidderiġina sabiex inkomplu nagħtu direzzjoni fil-qasam tat-teknoloġija, inkunu aktar innovattivi fl-użu u l-applikazzjoni tat-teknoloġija u sabiex inkunu aktar effettivi fil-metodi li nużaw. B’dan infisser li se nkunu qed nagħtu prijorità lil:
Prinċipji Tekniċi: Biex il-Gvern ikollu l-aqwa arkitettura diġitali possibli li tkun tista’ taqdi l-ħtiġijiet tal-lum u tal-futur, u Prinċipji ta’ Operat: Biex is-sistemi jiġu mmodernizzati u nieħdu vantaġġ mit-tekoloġija tal-lum u t’għada, fosthom bl-użu tal-Cloud. Għażilna dawn il-miri, mhux għax huma faċli, imma għax nemmnu li t-trasformazzjoni diġitali hija t-triq għal quddiem.