Rivista Familja hi inizjattiva tal-Uffiċċju tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni
fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.
Familja toħroġ online, maħsuba u indirizzata għall-pubbliku bħala l-vuċi
uffiċjali ta’ dan il-Ministeru. Din ir-rivista titqassam mingħajr ħlas.
Jekk jogħġbok tikkontribwixxi b’xi kitba, twassal proposti jew xi
suġġerimenti, inkella għaddejt minn xi esperjenza li tixtieq taqsam magħna, nistiednuk tiktbilna fuq l-imejl: familja.media@gov.mt
Biex tirċievi r-rivista Familja tista’ tiktbilna fl-indirizz elettroniku jew bilposta:
Tonio Bonello, MSPC
Taqsima tal-Attivitajiet u tal-Komunikazzjoni, Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
Nru 38
Triq l-Ordinanza, Il-Belt Valletta.
Il-kontenut f’kull ħarġa ta’ Familja mhux neċessarjament jirrifletti lopinjoni Editorjali.
Tonio Bonello
Editur
Tonio Bonello Editur
Vetrina ta’ servizzi indirizzati għal kulħadd, u skont iċ-ċirkostanzi ta’ kulħadd
L-1956 kienet sena kruċjali għas-sistema tassigurtà soċjali bis-saħħa ta' żewġ liġijiet ewlenin, l-Att dwar l-Assistenza Nazzjonali u l-Att dwar l-Assigurazzjoni Nazzjonali, flimkien mal-ħolqien konkorrenti tad-Dipartiment tasSigurtà Soċjali. L-għajnuna soċjali u medika ngħatat lil kategoriji differenti ta' persuni vulnerabbli mingħajr ma kellhom għalfejn iħallsu l-ebda kontribuzzjoni.
Dawk il-kapijiet tal-familja li kienu bla xogħol, jew qed ifittxu impjieg, jew li ma setgħux jaħdmu minħabba mard, ingħataw l-għajnuna soċjali. Jekk il-benefiċjarji kienu qed joqogħdu f'dar mikrija, l-assistenza tagħhom kienet miżjuda bil-Benefiċċju tal-Kera. Persuni li jbatu minn mard kroniku saru intitolati għal assistenza medika, irrispettivament mir-riżorsi finanzjarji tal-familja tagħhom. Il-leġiżlazzjoni introduċiet ukoll kura istituzzjonali bla ħlas għall-anzjani, kif ukoll, kura u trattament bla ħlas fl-istituzzjonijiet u l-isptarijiet kollha mmexxija mill-Istat.
L-Att dwar il-Kumpens tal-Ħaddiema ġie mħassar u sostitwit b'liġi li tipprovdi għal skema komprensiva ta' assigurazzjoni soċjali ffinanzjata permezz ta' kontribuzzjonijiet imħallsa b'mod obbligatorju mill-impjegati, minn min iħaddem u mill-Istat.
L-iskema kopriet firxa wiesgħa ta' benefiċċji, allowances u pensjonijiet, minbarra kontinġenzi li jkopru mard, korrimenti jew mard relatati max-xogħol, qgħad, romol, iltim u anzjanità. Sena wara, il-Gvern estenda d-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Pensjonijiet tal-Età għal persuni neqsin mid-dawl li kellhom erbgħin (40) sena jew aktar.
Fl-1962, l-età sabiex tikkwalifika tnaqqset għal erbatax (14)-il sena biex hekk ġiet konformi mal-età tat-tluq mill-iskola ta’ dak iż-żmien. L-Att dwar l-Assigurazzjoni Nazzjonali kien ġie emendat fl-1965 biex jinkludi persuni li jaħdmu għal rashom u persuni mhux impjegati.
B’hekk ġab l-iskema applikabbli għal firxa wiesgħa tal-popolazzjoni Maltija. Fl-istess sena lPensjoni tal-Invalidità ġiet miżjuda mal-lista tal-miżuri soċjali. Sors: https:// socialsecurity.gov.mt/mt/l-istorja-tas-sigurta-socjali-fmalta/ Maż-żmien, il-benefiċċji komplew jiżdiedu, jikbru u jsiru aktar raffinati biex ikomplu jilħqu lakbar firxa tas-soċjetà possibbli, u fl-istess ħin, bl-għan li jindirizzaw aktar ċirkostanzi u sitwazzjonijiet fil-ħajja tal-bniedem, jew li żviluppaw matul l-aħħar deċenji, u/jew inkella, li setgħu mhux kollha kienu indirizzati fil-passat.
Illum, 70 sena wara, il-poplu Malti u Għawdxi għandu għax ikun kburi, mhux biss għax frott seba’ deċenji ta’ ħidma kollettiva wasal biex qed igawdi fost l-ogħla livell t’għajxien, mhux biss fl-Ewropa iżda anke lil hinn, imma aktar minn hekk, b’għazla ta’ benefiċċji li, b’xi mod jew ieħor, jaraw li jolqtu lil kull persuna f’dawn il-gżejjer, indipendentament mill-età, sess, stat, kundizzjoni, sitwazzjoni u ċirkostanza li bniedem jista’ jkollu.
Bl-istess qies, għandhom għax ikunu kburin, kull min taħt kull gvern, taħt kull amministrazzjoni, indipendentament mill-qawsalla kuluri tradizzjonali li jħaddan dan il-poplu, imma kien x’kien il-lewn tal-bandiera tal-partit tagħhom, ilkoll bil-mod tagħhom ikkontribwew biex dawn il-gżejjer waslu fejn waslu llum.
Permezz tal-ewwel ħarġa ta’ rivista FAMILJA ta’ din is-sena, nedejt l-ewwel intervista minn serje li jien għamilt mal-Onor. Michael Falzon, Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tatTfal. F’din il-ħarġa, il-kollega tiegħi Charles Meilaq għamel intervista lis-Sur Mark Musù, isSegretarju Permanenti fl-istess Ministeru.
Fil-ħarġiet segwenti ta’ FAMILJA, se nkompli nwassal lilkom aktar profili u aktar stejjer ta’ wħud fost l-ewlenin protagonist li kienu strumentali biex pajjiżna llum qed ifakkar dan lanniversarju tant importanti fl-istorja tiegħu.
Tonio Bonello Editur
“Niftakarna nħejju eluf ta’ ċekkijiet, li konna niktbu bl-idejn!” Is-Sur Mark Musù, Segretarju Permanenti f’għeluq is-70 sena tas-Sigurtà Soċjali
Intervistat minn Charles Meilak Koordinatur fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
“Naf li forsi nkun qed noħlom, iżda aktar milli ħolma hija l-ambizzjoni tiegħi li ma jkollniex persuna waħda fil-faqar – dik tibqa’ dejjem il-mira tagħna li kemm jista’ jkun ma jkunx hawn faqar.”
Waqt li din is-sena se jiġu ċċelebrati 70 sena ta’ sigurtà soċjali f’Malta, is-Sur Musù f’Ottubru se jkun qiegħed jagħlaq 40 sena ta’ ħidma f’dan il-qasam. Huwa ra Malta tinbidel soċjalment u kien strumentali biex mal-milja taż-żmien jiġu implimentati ħemel ta’ miżuri u għajnuniet soċjali f’diversi oqsma tal-ħajja.
Huwa fakkar li s-70 sena ta’ sigurtà soċjali jikkaratterizzaw id-dħul fis-seħħ tal-Att dwar lAssigurazzjoni Nazzjonali meta fis-7 ta’ Mejju tal-1956 twieldet is-sistema kontributorja talpensjoni, l-ewwel bil-pensjoni tal-irtirar u tar-romol flimkien ma’ xi benefiċċji bħal tal-qgħad u tal-mard. Dawn komplew jespandu aktar mal-milja taż-żmien kif nafuhom illum.
B’ċertu sens ta’ nostalġija, is-Sur Musù jirrakkonta d-differenza enormi bejn kif idDipartiment tas-Sigurtà Soċjali kien 40 sena ilu għal kif inhu llum. Jirrakkonta kif, għalkemm kien beda jsir stampar taċ-ċekkijiet taċ-Children Allowance b’wieħed mill-ewwel kompjuters li kellna f’pajjiżna, 40 sena ilu kollox kien jinżamm fil-files, kollox paper-based... “sistemi manwali, anke kif taħdem il-benefiċċji, trid tapplika għal kollox, outreach ta’ xejn, u jekk in-nies kellhom bżonn l-għajnuna, din riedu jiskopruha huma.”
Is-Sur Musù fakkar fiż-żmien meta fl-uffiċċji distrettwali kienu jiktbu eluf ta’ ċekkijiet bl-idejn, fosthom għall-assistenzi soċjali, tal-qgħad u tal-mard. Fid-dipartiment il-Belt kienu jinkitbu manwalment eluf oħra ta’ ċekkijiet tal-pensjoni.
Ritratt: CoWomen
“Illum għandna sistemi totalment kompjuterizzati li jinkludu l-proċessi, l-assessjar, ilvalutazzjonijiet tal-benefiċċji u l-awtorizzazzjoni tagħhom. Kien fil-bidu tad-disgħinijiet meta s-sistemi bdew jiġu kompjuterizzati ftit ftit, l-affarijiet bdew jinbidlu, għalkemm baqa’ dejjem il-bżonn li wieħed ried japplika għal benefiċċji. Bdejna wkoll nikkompjuterizzaw ilpagamenti biċ-ċekkijiet. Niftakarna, pereżempju, niktbu ċ-ċekkijiet tal-pensjoni bl-idejn... 13-il ċekk ta’ sena sħiħa biex jintbagħtu lill-eluf ta’ pensjonanti, miktubin bl-idejn skont irrata tal-pensjoni ta’ kull individwu”.
“X’differenza mil-lum. Biex nagħti eżempju, illum inħallsu l-benefiċċju addizzjonali għallgħoli tal-ħajja, 100,000 familja jirċevuh... immaġina dawn ikollhom iridu japplikaw! Illum jirċievu dak dovut lilhom awtomatikament. L-istess jingħad għat-42,000 familja li jirċievu ċ-Childrens Allowance, il-25,000 familja li jirċievu l-In-Work Benefit jew l-20,000 benefiċjarju li jirċievu l-Allowance Supplimentari fejn ir-rata tiġi aġġornata kull sena mingħajr ma wieħed jinforma d-dipartiment jew japplika. Dawn huma fost l-iżviluppi li segwew matul is-snin, u b’mod partikolari fl-aħħar 10 snin fejn saru avvanzi teknoloġiċi kbar fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Ta’ min isemmi wkoll li jekk wieħed ikun irid ilpensjoni fl-età tal-irtirar dan m’għandux bżonn japplika lanqas; il-persuna tiġi nnotifikata, nistaqsuha għan-numru tal-IBAN, nistaqsuh jekk hux sa jkompli jaħdem jew le, u jibda jirċievi l-pensjoni awtomatikament”.
Esponenti Ewlenin
Matul is-snin ta’ esperjenza tiegħu fuq livell amministrattiv is-Sur Musù indika tliet persuni li jemmen li taw kontribut u li kienu strumentali fil-qasam tas-sigurtà soċjali. Is-Sur Carmel
Degabriele kien Direttur tas-Sigurtà Soċjali u wara nħatar Segretarju Permanenti għal xi żmien, is-Sur Eddie Gatt li wkoll kien Direttur tas-Sigurtà Soċjali u lis-Sur Joe Camilleri li kien Direttur Ġenerali tas-Sigurtà Soċjali wkoll u li wara kien sar Segretarju Permanenti.
Illum huwa l-Kummissarju Elettorali Ewlieni. Inċidentalment it-tlieta li huma wara li temmew il-ħatra fis-servizz pubbliku nħatru Kummissarju Elettorali Ewlieni... donnha hi tradizzjoni li minn jispiċċa minn din il-kariga jilħaq... “mhux qed nippretendi dik il-kariga jien,” tbissem is-Sur Musù.
Min-naħa l-oħra, fost il-politikanti li kienu Ministri tas-Sigurtà Soċjali, is-Sur Musù isemmi lil
Agata Barbara li kienet waħda minn dawk li tat il-kontribut tagħha tajjeb ħafna fis-sigurtà soċjali waqt li fil-bidu tal-karriera tiegħu hu kien laħaq ukoll lil Freddie Micallef bħala
Ministru, li taħtu iddaħħlu numru ta’ għajnuniet soċjali.
Is-Sur Musù semma wkoll lill-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi li qabel kien Ministru tasSigurtà Soċjali u lil Louis Galea li kien strumentali speċjalment fil-perjodu tar-riforma talpensjonijiet. Anke jekk din kienet meħtieġa, kien hemm affarijiet fiha li ħolqu ċerti anomaliji li qed jiġu indirizzati llum.
Is-Sur Musù jsemmi wkoll lil Dolores Cristina li tat kontribut siewi fil-perjodu ta’ wara rriforma fil-pensjonijiet u d-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea waqt li minbarra lill-ET Marie Louie Coleiro Preca bl-emfażi tagħha fuq il-vulnerabbli u lill-Michael Farrugia li taħtu bdiet it-triq lejn it-tnaqqis fid-dipendnza soċjali, “aktar riċenti ma nistax ma nsemmix il-Ministru preżenti tagħna Michael Falzon li issa riesaq lejn disa’ snin snin responsabbli mis-sigurtà soċjali, u li hu l-aktar Ministru li dam f’din il- kariga u li taħtu sar investiment soċjali bla preċedent” qal Musù.
Huwa jsostni li kull meta ssir liġi importanti li tirrigwarda s-sigurtà soċjali, fiha nfisha hija kisba kbira għal pajjiż. Barra d-dħul fis-seħħ tal–Att dwar l-Assigurazzjoni Nazzjonali fl1956, għax dik kienet il-liġi li welldet is-sistema kontributorja, ftit xhur wara, fl-istess sena daħal ukoll l-Att dwar l-Assistenza Soċjali li, din kienet ukoll importanti għaliex kienet
tipprovdi u tissalvagwardja għajxien lin-nies tal-età tax-xogħol li - jew kienu bla xogħol, inkella minħabba mard ma setgħux jaħdmu.
Aktar minn 70 sena ilu, is-Sur Musù semma l-Att dwar il-Pensjoni tal-Età Non-Kontributorja li kien daħal fis-seħħ fl-1948, ftit wara l-gwerra. Dan kien jipprovdi għajxien lill-anzjani li ma setgħux jaħdmu minħabba l-età. Aktar riċenti, fl-1987 kien sar il-konsolidament ta’ dawn ittlett Atti f’liġi waħda. Dan kien importanti għax b’hekk twieled l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali kif nafuh illum.
Fost id-diversi kisbiet li seħħew matul is-snin, is-Sur Musù semma d-dħul talpensjonijiet tal-irtirar, il-pensjoni tar-romol u l-benefiċċji kontributorji fil-ħamsinijiet u lpensjoni tal-invalidità fis-sittinijiet. Waħda mill-akbar riformi kienet fis-sebgħinijiet, dik taċchildren’s allowance, kif ukoll tal-pensjoni taż-żewġ terzi u anke dik tad-diżabilità.
Musù jgħid li s-snin tmenin u disgħin kienu karatterizzati minn aktar titjib gradwali f’benefiċċji eżistenti jew f’ċerti każijiet, benefiċċji ġodda bħall-assistenza supplimentari, għalkemm għal xi żmien l-allowance tat-tfal ma baqgħetx titħallas lill-familji kollha għaliex kienet saret skont id-dħul, xi ħaġa li treġġgħet lura snin wara. Il-millennju l-ġdid imbagħad ġab miegħu r-riforma fil-pensjonijiet.
Is-Sur Musù jħares lejn l-aħħar deċenju b’ċertu sodisfazzjon għaliex isostni li fih sar probabbli l-akbar avvanz soċjali ta’ kull żmien, biż-żidiet qawwija fil-pensjonijiet u titjib ieħor b’mijiet ta’ miżuri soċjali mmirati lejn l-anzjani, il-familji bit-tfal, il-ħaddiema, il-persuni b’diżabiltà u l-persuni vulnerabbli.
Saħaq li l-inizjattiva innovattiva tal-Making Work Pay hija ferm importanti... “Nemmen li hemmhekk għamilna kisba importanti u notevoli ħafna. Naqqasna ħafna nies minn fuq iddipendenza soċjali. B’hekk naqqasna l-faqar fost ħafna familji. Nemmen ukoll li dik kienet kisba kbira fil qasam tas-sigurtà soċjali”, sostna s-Segretarju Permanenti.
Miżuri li jixtieq jara
Bħala viżjoni għal futur is-Sur Musù jindika miżuri li jixtieq jara jseħħu. “Waħda minnhom, għalkemm mhix strettament sigurtà soċjali, tikkonċerna aktar il-bilanċ bejn il-familja u xxogħol. Nafu li fil-pajjiż għaddejja diskussjoni dwar ir-rata tal-fertilità li mhijiex fenomenu ta’ Malta biss. Forsi issa ħafna ntebħu li r-rata tal-fertilità tbaxxiet imma fir-realtà din ilha
niżla għal aktar minn 25 jew 30 sena.
Waħda mir-raġunijiet hi li l-mara u r-raġel it-tnejn qegħdin fid-dinja tax xogħol u jkun ta’ sagrifiċċju għal ġenituri li xi wieħed minnhom ikollu jieqaf temporanjament mix-xogħol biex irabbi l-ulied.
Huwa jemmen li jkun kruċjali f’dan kollu li jkomplu jittieħdu miżuri li jsaħħu l-bilanċ bejn ilfamilja u x-xogħol.
“Huwa ta’ sodisfazzjon nara li anke wara li għamilna l-Pjan Soċjali għall-Familja f’Mejju li għadda, il-gvern fil-budget għamel emfasi li sa jkun qed jibda diskussjonijiet mas-sħab soċjali sabiex jitwalu l-leave tal-maternità, tal-paternità u jitjieb il-parental leave, waqt li ħabbar roħs qawwi fit-taxxa għal min ikollu t-tfal. Nemmen li meta dan kollu jitwettaq, nagħtu mbuttatura soda lejn iċ-ċaqlieq ‘il fuq tar-rata tal-fertilità f’pajjiżna.”
“Kien pass għaqli t-tnaqqis fit-taxxi u benefiċċji oħrajn li ddaħħlu fil-budget. Imma nemmen li l-bilanċ bejn il-familja u x-xogħol huwa fundamentali.”
Miżura oħra li Mark Musù jixtieq jara hija dik li biha jkompli jitrażżan ir-riskju tal-faqar u lesklużjoni soċjali. “Fl-aħħar 12-il sena għamilna avvanzi sostanzjali, iżda jien qatt ma ngħid li wasalna. Għad baqa’ x ’nagħmlu. Nifirħu bil-kisbiet li għamilna. Naf li forsi nkun qed noħlom... imma nixtieq li ma jkollniex persuna waħda fil-faqar – dik tibqa’ dejjem il-mira tagħna li kemm jista’ jkun faqar ma jkunx hawn.”
Xenarju tal-Pensjonijiet
Dwar il-pensjonijiet qal li meta kien sar ir-rapport strateġiku fl-2015 dwar il-pensjonijiet, ġew stabbiliti ħames prinċipji li fuqhom għandha tkun ibbażata s-sistema tal-pensjoni
Ritratt: Cottonbro Studio
dħul solidu u adekwat lill pensjonanti, din m għandhiex tkun l uniku sors ta’ dħul għal pensjonant irtirat.
“U għalhekk, ibbażat fuq dan il-prinċipju u għax nemmen ħafna fih, ngħid li s-sistema talpensjoni tal-istat għandha tibqa’ hemm u tkompli tissaħħaħ. Iżda biex il-pensjonant flirtirar tiegħu jagħmel dik il-qabża li jkun hemm bżonn sabiex kemm jista’ jkun iżomm illivell tal-għajxien tiegħu ta’ meta kien jaħdem, il-pensjoni tiegħu trid tiġi sostnuta bi dħul addizzjonali.
Nafu li s-sistema tal-pensjoni hija bbażata fuq il-kunċett taż-żewġ terzi u b’hekk pensjonant jonqoslu d-dħul li kellu meta kien jaħdem. Għalhekk huwa imperattiv li jkun hemm skemi ta’ pensjonijiet privati, sakemm pensjonant ma jkollux xi investiment li jkun għamel hu privatament, sabiex jikkumplimentaw id-dħul li jkollu mill-pensjoni tal-istat... jien qed nara dan ix-xenarju quddiemi li sa 15 jew 20 sena oħra jkollna żieda sostanzjali fin-numru ta’ pensjonanti li jibda jkollhom il-pensjoni tal-istat u dik privata.
Fl-istess ħin, għax il-mara llum qed tkompli taħdem, se jibda jkollna aktar koppji anzjani li jkollhom pensjoni t-tnejn. Dan żgur se jkun fattur importanti li jnaqqas il-faqar fost lanzjani”.
Inħarsu ’l Quddiem
Is-Sur Musù jsostni li fil-qasam tas-servizzi soċjali, Malta hija waħda mill-pajjiżi li jinsabu minn ta’ quddiem, kemm fit-tisħiħ u kemm f’dak li tipprovdi.
“Meta ġieli nkun qed nattendi laqgħat barra nitkellem ma’ delegati ta’ pajjiżi oħra u nibda nispjegalhom x’nagħtu, dawn jibqgħu jħarsu lejja. Jekk pereżempju nsemmi ċ-childcare
b’xejn u t-tapering tal-benefiċċji, fost oħrajn, dawn jibqgħu meraviljati. Ta’ min isemmi li anke ġejna ppreżentati b’awards internazzjonali fuq l-effettività u r-riżultati ta’ dak li ksibna.
Ovvjament, dejjem jibqa’ xi jsir. Dejjem trid tkompli tevalwa l-iżviluppi soċjali li jsiru filpajjiż. Ħafna Maltin kultant jaħsbu li Malta hija d-dinja. Imma fir-realtà Malta hija tikka żgħira f’dinja mimlija pajjiżi u baħar, dinja li fiha kontinwament jiżviluppaw problemi fosthom gwerer, tnaqqis ekonomiku, deċiżjonijiet ta’ mexxejja ewlenin dinjin li jistgħu jaffettwaw lil kulħadd, mhux l-anqas lilna.
Nemmen li pajjiżna għandu futur sabiħ quddiemu, dejjem jekk jibqa’ magħqud u bieżel għax il-bżulija tal-poplu Malti hija l-akbar riżors li għandu.”
Apprezzament
Fl-aħħar u mhux l-anqas, is-Sur Musù rringrazzja u sellem lil dawk kollha li ħadem magħhom, ħajjin u mejtin, matul dawn l-aħħar 40 sena li sa jagħlaq fil-qasam tas-sigurtà soċjali... “Nixtieq nirringrazzja lil dawk li għallmuni, lil dawk li ħadmu miegħi, u dawk li llum huma taħti, għax mingħajrhom ma kont nikseb l-ebda suċċess fil-ħidma tiegħi.
“Ippermettili għalhekk nirringrazzja lill-ħaddiema kollha, kemm dawk li jaħdmu fil-qasam tas-sigurtà soċjali, kif ukoll fil-qasam tal-politika soċjali, aktar wiesa’, bis-servizzi u l-policies li nagħmlu bħala Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, tal-ħidma tagħhom ta’ kuljum. Huwa ta’ sodisfazzjon meta niltaqa’ ma’ ħafna u ħafna nies li jirringrazzjawna u japprezzaw il-ħidma li nagħmlu b’risq il-poplu Malti u Għawdxi.
Nirringrazzja wkoll lill-familja tiegħi, speċjalment lill-marti Antoinette tas-sapport enormi li ttini, minkejja li anke hi għandha l-karriera tagħha, u lill-uliedi Kim u Luke, li jien tant kburi bihom.”
Karriera
Is-Sur Mark Musù beda fis-servizz pubbliku bħala skrivan mal-Gvern fl-1986. Dak iż-żmien kien ħareġ eżami għall-iskrivana mal-Gvern li kien eżami impenjattiv ħafna. Fil-fatt kellhom joqgħodu għal tmien eżamijiet b’suġġetti differenti. Kien għadda u daħal skrivan malGvern.
Is-Sur Musù jirrakkonta episodju partikolari fil-bidu tal-karriera tiegħu li kien weġġgħu ħafna meta, wara sensiela ta’ trasferimenti interni fid-dipartiment, kien għamel eżami għal grad ta’ Uffiċjal Eżekuttiv, li kien skaluna għola min dik ta’ skrivan. Fl-1991 iżda kienu bagħtulu rriżultat li m’għaddiex minn dan l-eżami.
Jgħid li kien ċert mija fil-mija li għadda u kien ikkontesta quddiem il-Kummissjoni dwar lInvestigazzjonijiet tal-Inġustizzji ta’ dak iż-żmien fejn din kienet tatu raġun. Iżda minkejja dan, xorta ma ngħatax rimedju mill-Gvern u baqa’ mċaħħad mill-pożizzjoni. Xi sentejn wara kien ħareġ eżami ieħor tal-istess grad u fil-fatt kien għadda minnu u kien ġie fis-sitt post minn madwar 130 uffiċjal li għaddew.
Wara li s-Sur Musù kien sar Uffiċjal Eżekuttiv b’dan it-tieni eżami fl-1993 u baqa’ hekk sal1999, jgħid li mbagħad kellu progressjoni pjuttost mgħaġġla li pattiet għad-diżappunt ta’ qabel, fis-sens li fl-1999 sar Assistent Prinċipal bis-seniority, fl-2000 sar Uffiċjal Prinċipali b’eżami, fl-2001 sar Uffiċjal Prinċipal Anzjan b’eżami ieħor u fl-2003 sar Assistent Direttur responsabbli mill-Affarijiet Internazzjonali fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Dan fiż-żmien meta Malta kienet waslet biex tidħol fl-Unjoni Ewropea.
Kif wieħed jista’ jara, bejn bis-seniority jew b’eżamijiet interni, u minkejja xi ostakoli li xi wħud kienu għamlulu, tela’ l-iskaluni kollha sakemm f’Diċembru tal-2005 kien inħatar
Direttur. Dak iż-żmien kien responsabbli mill-affarijiet tal-Unjoni Ewropea fil-Ministeru għallPolitika Soċjali.
Fl-2009 rritorna fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali bħala Direttur responsabbli mill-Affarijiet Internazzjonali u l-Iżvilupp Strateġiku. F’Ottubru 2012 kien inħatar Direttur għall-Istrateġija tal-Pensjonijiet u ftit wara, f’Marzu tal-2013 kien maħtur Segretarju Permanenti fil-Ministeru.
Mark Musù twieled f’Melbourne, l-Awstralja fis-27 ta’ April, tal-1965 iżda l-familja tiegħu ġiet Malta fl-1970. Beda l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Primarja tal-Imsida u wara studja f’Mount Carmel College. Kulleġġ tal-Karmelitani li llum magħruf bħala Saint Elias.
Minħabba li missieru miet żgħir, is-Sur Musù kellu jitlaq l-iskola kmieni u jibda jaħdem biex jgħin lil ommu. Wara xi żmien jaħdem fis-settur privat, qabel eventwalment daħal fis-servizz pubbliku, is-Sur Musù fil-fatt daħal l-Università meta kellu 29 sena u eventwalment iggradwa fl-Amministrazzjoni Pubblika.
Kemm ilu jokkupa diversi pożizzjonijiet fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u/jew fil-Ministeru responsabbli mill-Politika Soċjali, is-Sur Musù rrappreżenta lil Malta f'diversi kumitati tal-UE, kif ukoll f'kumitati, konferenzi u seminars internazzjonali dwar is-sigurtà soċjali.
Hu jkun regolarment mistieden ukoll mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Sigurtà Soċjali (ISSA) sabiex jitkellem f’laqgħat barra l-pajjiż dwar temi diversi tas-sigurtà soċjali.
Minbarra li ilu jokkupa l-pożizzjoni ta’ Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal minn Marzu 2013, fl-istess waqt bejn April 2022 u Settembru 2023, huwa serva addizzjonalment ta' Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għallAkkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u bejn Lulju u Diċembru 2023 serva addizzjonalment ta' Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni u s-Settur tal-Volontarjat.
Is-Sur Musù attwalment iservi wkoll bħala Chairperson tal-Grupp ta' Ħidma għall-Istrateġija tal-Pensjonijiet, waqt li serva wkoll bħala Deputat Chairperson tal-Kunsill Malti għallIżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) u Deputat Chairperson tal-Kummissjoni dwar il-Pagi Baxxi.
Huwa wkoll Deputat Chairperson tal-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità Maltija dwar il-Logħob (MGA) u kif ukoll membru fil-Kumitat Kontra t-Traffikar ta' Bnedmin.
Il-passatemp ewlieni tiegħu huwa l-logħba tal-futbol, fejn minbarra li għamel diversi snin jilgħab din il-logħba inkluż saħansitra anke riċentement, għamel ukoll snin viċi-chairman ta’ nursery tal-futbol ewlenija f’Malta.
Is-Sur Musù huwa miżżewweġ lil Antoinette u għandhom żewġt itfal, Kim u Luke.
L-Awtorità Regolatorja dwar Standards Komunitarji għad-Djar Residenzjali
George Fenech
Kap Eżekuttiv
Older Persons Standards Authority
Tony Micallef
Koordinatur f’din is-serje
Health Liaison Practice Nurse
L-OPSA (Older Persons Standards Authority) hija awtorità li tirregola d-drittijiet, is-sigurtà u lkwalità tal-ħajja ta’ persuni anzjani billi tistabbilixxi, tissorvelja u tinforza standards professjonali u regolatorji f’settur li jindirizza residenzi u djar ta’ kura u servizzi komunitarji, għall-anzjani. L-iskop ewlieni tal-OPSA hi li tiżgura li persuni anzjani jirċievu trattament xieraq, rispett u aċċess ugwali għal servizzi b’suġġerimenti ċari dwar livell ta’ kwalità u sigurtà.
Linji gwida u sostenn
Dinjità u rispett - Is-servizzi għandhom jippromwovu l-aġir awtonomu u r-rispett għall-valuri personali tal-persuna anzjana.
Aċċessibilità u inklużjoni - Servizzi miftuħa għal kulħadd, mingħajr diskriminazzjoni fuq bażi ta’ età, sess, razza jew kundizzjoni ta’ saħħa.
Sigurtà u protezzjoni - Protokolli għall-prevenzjoni ta’ abbuż, negliġenza u riskju fiżiku jew psikoloġiku.
Kwalità professjonali - Linji gwida għal provedituri tas-servizz mediku u appoġġ għal taħriġ u kompetenza aġġornata fi twettiq ta’ xogħolhom.
Parteċipazzjoni u l-ħarsien tal-ħajja soċjali - Opportunitajiet għal involviment komunitarju u attivitajiet li jtejbu l-benesseri.
Żvilupp u implimentazzjoni
L-OPSA tipprovdi linji gwida bbażati fuq evidenza, inkluż riċerki kliniċi, konsulenza man-nies anzjani, familjari u professjonisti. It-tfassil tal-istandards spiss jinvolvi konsultazzjonijiet pubbliċi u testijiet pilota fuq livell lokali qabel ma jsiru obbligatorji. Standards huma deskritti b’mod li jinkludu punti ta’ referenza qosra eż., valutazzjonijiet ta’ bżonnijiet.
Sorveljanza u twettiq
L-OPSA tagħmel monitoraġġ permezz ta’ spezzjonijiet fi djar residenzjali li huma liċenzjati u tieħu azzjoni fuq rakkomandazzjonijiet li l-Awtorità toħrog. L-Awtorità twettaq ukoll spezzjonijiet regolari u investigazzjonijiet dwar denunzji li jaslu għandha. Meta ssib nuqqasijiet, tista’ tipproponi pjan korrettiv, tissanzjona, jew tieħu passi regolatorji, inklużi li tinqata’ l-liċenzja ta’ fornituri persistenti li jiksru l-istandards.
Benefiċċji għall-persuni anzjani u s-settur
Standards ċari jtejbu l-kunfidenza fis-servizzi, inaqqsu riskji ta’ ħsara, u jassiguraw kontinwità fil-kura. Għal dawk l-anzjani li jibbenefikaw minn dan s-servizz, l-istandards jagħtu struttura operattiva, jiffaċilitaw taħriġ tal-carers u jtejbu l-effiċjenza. Fis-sistema ta’ saħħa, l-istandards għandhom impatt fuq iż-żamma ta’ spejjeż billi jipprevjenu inkompetenza u l-effetti negativi tagħha.
Sfidi u kunsiderazzjonijiet
L-implementazzjoni tista’ ssib ostakli bħal riżorsi limitati, u differenzi kulturali, li dawn jitolbu l-bżonn ta’ taħriġ kontinwu. Għalhekk huwa importanti li l-istandards jibqgħu jkunu aġġornati skont riċerka u reazzjonijiet kontinwi. Dan waqt li l-OPSA taħdem f’kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet tal-komunità, fornituri tas-servizz u awtoritajiet governattivi biex tħares l-interessi tal-anzjani b’mod sostenibbli.
Edukazzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal b’Approċċ Kreattiv u Interattiv
F’Novembru u Diċembru tal-2025, ġiet imnedija inizjattiva edukattiva li rat lil Barbra iżżur diversi skejjel madwar Malta u Għawdex bil-għan li tippromwovi għarfien aktar profond dwar id-drittijiet tat-tfal. Din l-inizjattiva li saret f’kollaborazzjoni mal-iskejjel primarji, kienet milqugħa b’entużjażmu kbir, kemm mit-tfal kif ukoll mill-għalliema.
Barbra żaret numru ta’ skejjel f’diversi reġjuni ta’ Malta u Għawdex, b’taħlita ta’ skejjel talIstat u tal-Knisja, skont l-iskeda t’hawn taħt bejn Novembru 2025 u Marzu 2026 -
Fl-14 ta’ Novembru, Barbra fl-iskola Primarja tar-Rabat Għawdex; Fis-17 ta’ Novembru, Barbra fl-iskola Primarja ta’ St Francis Birkirkara; Fit-18 ta’ Novembru, Barbra fl-Iskola Primarja ta’ Pembroke; Fid-19 ta’ Novembru, Barbra fl-Iskola Primarja ta’ Ħ’Attard; Fl-20 ta’ Novembru, Barbra fl-Iskola Primarja ta’ Ħal-Luqa;
Fil-21 ta’ Novembru, Barbra fl-Iskola Primarja tal-Għargħur;
Fil-25 ta’ Novembru, Barbra fl-Iskola Primarja tan-Naxxar;
Fid-9 ta’ Diċembru, Barbra fl-Iskola Primarja tal-Imqabba; Fl-10 ta’ Diċembru, Barbra fl-Iskola Primarja tal-Belt Valletta; Fil-11 ta’ Diċembru, Barbra fl-Iskola Primarja ta’ Ħal Qormi San Bastjan; Fis-16 ta’ Diċembru, Barbra ġewwa l-Kullegg ta’ De La Salle, il-Birgu;
Fis-17 ta’ Diċembru, Barbra fl-Iskola Primarja tal-Mġarr;
Fit-23 ta’ Frar, Barbra fl-Iskjola Primarja taż-Żejtun B;
Fl-24 ta’ Frar, Barbra fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar; Fil-25 ta’ Frar, Barbra fl-Iskola Primarja ta’ St Joseph Blata l-Bajda; Fis-26 ta’ Frar, Barbra fl-Iskola Primarja ta’ Ħaż-Żabbar B;
Fit-2 ta’ Marzu, Barbra fl-Iskola Primarja ta’ San Ġiljan;
Fit-3 ta’ Marzu, Barbra fl-Iskola Primarja ta’ San Ġiljan; Fit-3 ta’ Marzu, Barbra tiltaqa’ mal-istudenti tal-Iskola Primarja ta’ Tas-Sliema; Fl-4 ta’ Marzu, Barbra fl-Iskola Primarja tax-Xagħra, Għawdex; Kirkop;
Matul iż-żjarat tagħha f’dawn l-iskejjel, Barbra introduċiet format innovattiv ta’ tagħlim permezz tal-użu tal-pupazzi. Barbra nnifisha, f’forma ta’ pupazz, flimkien ma’ pupazzi oħra, wasslet messaġġi edukattivi dwar id-drittijiet tattfal. Permezz ta’ storja qasira u sitwazzjonijiet interattivi, it-tfal ġew
imħeġġa jifhmu l-importanza li jkollhom aċċess għal ambjent sigur, rispettat u li jħares iddinjità tagħhom.
attivitajiet ma kinux iffukati drittijiet, iżda enfasizzaw ukoll irresponsabbiltajiet li jiġu tfal ġew mfakkra li, filwaqt li għandhom id-dritt li jiġu mismugħa, protetti u mod sigur, għandhom ukoll ir-responsabbiltà li jirrispettaw id-drittijiet ta’ sħabhom u jikkontribwixxu għal ambjent skolastiku u soċjali pożittiv u inklussiv. Din il-perspettiva bilanċjata kienet kruċjali biex it-tfal jifhmu li d-drittijiet u r-responsabbiltajiet huma marbuta b’mod intrinsiku.
Ir-reazzjonijiet kienu pożittivi ħafna. L-għalliema rrimarkaw li t-tfal kienu involuti b’mod attiv, urew kurżità sinifikanti u staqsew mistoqsijiet li wrew fehim dejjem jikber tas-suġġett.
L-inizjattiva ta’ Barbra wriet b’mod ċar li l-edukazzjoni dwar id-drittijiet tat-tfal tista’ tkun effettiva ħafna meta tingħata b’approċċ adattat għall-età, interattiv u li jħalli impatt. Din lesperjenza mhux biss għenet lit-tfal jifhmu aħjar id-drittijiet tagħhom, iżda wkoll ħeġġithom jiżviluppaw sens ta’ rispett, empatija u responsabbiltà lejn xulxin - valuri essenzjali għallformazzjoni tagħhom bħala ċittadini attivi u rispettati fil-futur.
Matul l-2026, l-inizjattiva ta’ Barbra kompliet titwessax’ u ser tkompli tilħaq aktar studenti madwar Malta u Għawdex. L-għan huwa li Barbra tkompli żżur skejjel differenti, tinteraġixxi mat-tfal u tkompli twassal messaġġi ċari u adattati għall-età dwar l-importanza tad-drittijiet tat-tfal, filwaqt li tfakkarhom li r-rispett lejn id-drittijiet ta’ ħaddieħor huwa daqstant essenzjali.
Kien ta’ sodisfazzjon kbir li naraw lit-tfal jinvolvu ruħhom b’entużjażmu, jagħmlu mistoqsijiet u jieħdu sehem b’mod attiv fl-attivitajiet. Barra minn hekk, kien ta’ pjaċir li ninnutaw kif diversi skejjel ippreżentaw ukoll l-iniziattivi tagħhom stess dwar id-drittijiet tat-tfal matul iż-żjarat tagħna, u dan kompla juri kemm l-edukazzjoni dwar dan is-suġġett qed tissaħħaħ b’mod pożittiv fil-komunità edukattiva tagħna.
Persuna
Ħarsa Ġenerali
Dan il-proċess ta’ notifika japplika għal individwi li jaħdmu għal rashom f’Malta u qed jippjanaw li jtemmu l-attività kummerċjali tagħhom minħabba rilokazzjoni barra minn Malta. Filwaqt li n-numru tas-Sigurtà Soċjali Malti jibqa’ validu b’mod indefinit, l-obbligu li tikkontribwixxi għas-sistema tas-Sigurtà Soċjali Maltija tintemm.
Għalhekk huwa importanti li l-individwi jinnotifikaw lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ta’ Malta dwar il-bidla fiċ-ċirkostanzi tagħhom, mhux biss għal skopijiet ta’ informazzjoni imma wkoll biex id-dipartiment jevalwa l-eliġibilitajiet ta’ ċerti benefiċċji, waqt li jiġi żgurat żamma xierqa tar-rekords mingħajr ma jattivaw obbligi ta’ kontribuzzjonijiet.
Meta persuna li taħdem għal rasha tiddeċiedi li tagħlaq in-negozju, numru ta’ entitajiet li magħhom tkun irreġistrat bħala persuna li taħdem għal rasha jkollhom jiġu nnotifikati u ċerti tneħħija ta’ reġistrazzjonijiet iridu jsiru. Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni.
X’se tingħata
Assigurazzjoni li l-obbligi tiegħek ta’ kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali jieqfu mid-data tat-tneħħija ta’ reġistrazzjoni tan-negozju.
Rekords aġġornati mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jirriflettu l-għeluq tan-negozju tiegħek u r-rilokazzjoni lejn pajjiż ieħor.
Ikun hemm serħan tal-moħħ li ladarba ssottometejt din in-notifikazzjoni, inti ma tibqax tirċievi benefiċċji jew pensjonijiet mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ta’ Malta li int tista’ ma tkunx aktar eliġibbli għalihom. Din tgħin biex tipprevjeni ħlas żejda li jkun hemm bżonn li jitħallsu lura jekk ma tinnotifikax b’din il-bidla fil-ħin.
Eliġibilità
Int obbligat li tissottometti din in-notifika jekk:
Inti taħdem f’xogħol għal rasek f’Malta u temmejt l-attività kummerċjali tiegħek u qed tirriloka barra minn Malta, kemm jekk b’mod temporanju, kif ukoll permanenti.
Dokumentazzjoni meħtieġa:
Għalkemm m’hemmx bżonn ta’ dokumentazzjoni speċifiċi, inti xorta trid tipprovdi:
Id-data sa meta ħallast l-aħħar kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali.
Id-data ta’ twaqqif ta’ reġistrazzjoni tal-VAT (Valur tat-Taxxa Miżjud), sakemm ma kontx eżentat li tħallas VAT relatat ma’ dan in-negozju.
Kif tinnotifika
Imla u ssottometti n-notifika online
Ritratt: Cottonbro Studio
Self-Employed Person
Notification of Business Closure and Relocation Abroad
Overview
This notification process applies to individuals who are self-employed in Malta and are planning to terminate their business activity due to relocation abroad. While the Maltese Social Security Number remains valid indefinitely, the obligation to contribute to the Maltese social security system ends.
Hence it is important for individuals to notify the Department of Social Security of Malta of their change in circumstances not only for informational purposes but also to enable the department to assess eligibility for certain benefits, while ensuring proper record-keeping without triggering contribution obligations.
When a self-employed decides to close down the business, a number of entities that one registered with as a self-employed, will need to be notified and certain de-registrations need to be affected. Click here for more information.
What You’ll Get
Assurance that your social security contribution obligations have ceased from the date of de-registration of the business.
Updated records with the Department of Social Security reflecting your business closure and relocation to another country.
You can rest assured that once this notification is submitted, you will no longer receive benefits or pensions from the Department of Social Security of Malta for which you may no longer be eligible for. This helps prevent overpayments that would otherwise need to be repaid if the change is not reported in a timely manner.
Eligibility
You are obliged to submit this notification if:
You are self-employed in Malta and have terminated your business activity and you are relocating abroad, either temporarily or permanently.
Documentation required:
Though no specific documents are required, you are still to provide: The date up till when you paid your social security contributions. The VAT (Value Added Tax) deregistration date, unless you were exempted from paying VAT related to this business.
How to Notify
Fill in and submit the notification online
Mental Health Tips
Gertrude Buttigieg Senior Allied Health Practitioner Office of the Commissioner for Mental Health
Protect your mental health and prevent problems
Protecting our mental health is easier than you might think. We can all do it every day, and with simple activities that help us feel good, we’re better able to cope with life. Trying new things can sometimes feel uncomfortable, but they usually get easier the more we practise them. Not all the tips are applicable to everyone, so choose those which suit you best and one thing to remember: none of us is perfect. We all have our limits. What’s good enough for you is great.
1. Get closer to nature
Nature can have a really calming effect on us. To get the best out of nature’s healing effects, try tuning your senses to what’s around you – the trees, plants, birds and animals, for instance, and water, such as the seashore.
2. Get more from your sleep
Sleep often suffers when mental health declines. If you’re having trouble sleeping, try these tips:
Create a calming bedtime routine.
Skip TV, screens, alcohol, caffeine, and intense exercise before bed.
Keep a consistent sleep schedule, even on weekends.
3. Get moving
Physical and mental health are closely linked. Exercise releases hormones that lower stress and anger, improves body image, and benefits mental well-being. Any enjoyable movement from walking and dancing to home/gym workouts or walking for daily errands counts.
4. Get healthy food
Food and drink impact our bodies, minds, and mood. Sugary items provide short-term comfort but lead to fatigue or restlessness, as does caffeine. A diet rich in vegetables and fruit supports overall health. Sharing meals with others helps build relationships as well as improve our moods and feelings.
Ritratt: Marcus Aurelius
5. Get in a kind mood and help create a better world
Feeling lonely can be eased by small interactions like a smile or a friendly word, which boost both your mood and theirs. Positive connections support mental health, and volunteering or joining group activities can strengthen your sense of belonging and purpose.
6. Get curious and open-minded to new experiences
Life can feel more interesting, lively and rewarding when we are open to trying new experiences and experimenting with how we do things. They don’t have to be big things, but we might find a new place that it turns out we love, discover a talent we didn’t know we had or meet someone new and important.
7. Get a plan for things to look forward to
Looking forward to enjoyable activities helps us handle tough times by boosting hope, which supports mental health. Plans can be as simple as a cup of tea or as big as a trip with friends the key is to schedule them, decide the details, and follow through. Repeat regularly for ongoing benefit.
8. Get to know and manage your feelings
Paying attention to our feelings without self-judgment can be helpful, even if it feels uncomfortable at first. With practice and patience, this gets easier. Ways to manage feelings include:
Naming and acknowledging emotions
Speaking kindly to ourselves
Writing down thoughts
Repeating positive affirmations or practicing mindfulness daily
9. Get to talk to someone you trust for support
It can take a lot of courage to tell someone else how we’re feeling or what we’re finding hard, especially if we don’t usually do that kind of thing. Just talking things through with a person we trust can help and feel like a relief. Talking may also change how you see and feel about the situation in ways you find helpful.
10. Get away from using drugs and/or alcohol
Many of us sometimes use drugs to block out “difficult” feelings such as sadness, fear or shame. Unfortunately, they don’t stop the feelings from returning and may make things worse or create other problems, including damage to mental and physical health, relationships, work, or study.
If you consider that you have a problem with substance abuse, seek professional help.
Worrying about bills, debts, and essentials can be overwhelming and affect mental health. While financial problems may not always be fixable, talking to a trusted person outside the situation can make you feel less alone and help you find possible solutions and prevent or help your mental health problems.
This article has been adapted from the work by Mental Health Foundation. https://www.mentalhealth.org.uk/explore-mental-health/publications/our-best-mentalhealth-tips
The goal of Sudoku is to fill a 9×9 grid with numbers so that each row, column and 3×3 section Sudoku
Can you spot 3 Differences?
TIM IMU
Ħarsa Ġenerali
Dan il-benefiċċju jipprovdi leave speċjali mħallas għal impjegati jew persuni li jaħdmu għal rashom f’Malta, li jesperjenzaw korriment fi tqala fl-ewwel tnejn u għoxrin (22) ġimgħa tattqala. Min iħaddem jista’ jitlob rimbors għall-pagi mħallsa matul dan il-leave. Persuni li jaħdmu għal rashom jirċievu ħlas dirett lilhom.
X’se tingħata?
Impjegati: Sa sebat (7) ijiem leave imħallas għal korriment.
Persuni li jaħdmu għal rashom: Ħlas ta’ ġimgħa (1) skont il-paga medja nazzjonali.
Min iħaddem: Rimbors ta’ sebat (7) ijiem tal-paga bażika tal-impjegat.
Iż-żewġ konjuġi/sieħeb/sieħba: Jekk it-tnejn huma eliġibbli, it-tnejn jistgħu japplikaw.
Kif jaħdem il-proċess tal-applikazzjoni?
Tabib Mediku (Tabib tal-Familja, Obstetriku jew Konsulent) jibda l-applikazzjoni online.
Min iħaddem / Persuna li taħdem għal rasha (u min iħaddem lil Konjuġi/Sieħeb/Sieħba, jekk applikabbli) jirċievu email ta’ konferma biex tkun tista’ titkompla t-talba.
Min iħaddem / Persuni li jaħdmu għal rashom għandhom jissottomettu l-parti tagħhom talapplikazzjoni fi żmien tliet (3) xhur mill-korriment tat-tqala.
Eliġibilità
L-applikant irid ikun ġenitur prospettiv u l-korriment irid ikun seħħ fi żmien l-ewwel tnejn u għoxrin (22) ġimgħa tat-tqala.
Impjegati kif ukoll persuni li jaħdmu għal rashom jistgħu japplikaw.
Iż-żewġ konjuġi/partners jistgħu japplikaw jekk huma eliġibbli.
L-applikanti jridu jkunu ċittadini Maltin/ UE jew żwieġhom li jgħixu Malta. Jekk il-korriment waqt it-tqala jseħħ barra minn Malta, ikun meħtieġ ċertifikat tat-tabib barrani.
Impjegati fis-settur pubbliku ma japplikawx online iżda għandhom jikkoordinaw maddipartiment tal-HR tagħhom.
Il-benefiċċju jista’ jintalab aktar minn darba, anke fl-istess sena.
Min mhux eliġibbli?
Impjegati fuq leave mhux imħallas.
Ħaddiema każwali li ma jħallsux Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali.
Ħaddiema li huma eżentati mill-ħlas tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali
Persuni self-employed li ma ħallsux almenu għoxrin (20) kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali fl-
Ritratt: Garon Picelli
aħħar sentejn qabel il-korriment waqt it-tqala.
Persuni ta’ nazzjonalità barranija li ma jħallsux Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali f’Malta.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Ċertifikat tat-tabib barrani huwa meħtieġ jekk il-korriment fit-tqala jseħħ barra minn Malta.
Indirizzi tal-email validi ta’ min iħaddem (jew email personali għal persuni li jaħdmu għal rashom).
Impjegatur: FS3 tas-sena li tkun għaddiet (jekk ikun l-istess impjegatur li qed japplika għal rifond) u l-aħħar tliet (3) payslips.
Persuni li jaħdmu għal rashom: Riċevuti ta’ Klassi 2 li juru mill-inqas għoxrin (20)
kontribuzzjoni fl-aħħar sentejn (2).
Kif tapplika
It-tabib għandu jissottometti l-applikazzjoni online fi żmien jumejn ta’ xogħol mid-data li lapplikant jerġa’ lura għax-xogħol.
It-Tabib Mediku jrid jimla u jissottometti l-applikazzjoni online
Miscarriage Special Leave Benefit
Overview
This benefit provides paid special leave for employees or self-employed individuals in Malta who experience a miscarriage within the first twenty-two (22) weeks of pregnancy.
Employers can claim reimbursement for wages paid during this leave. Self-employed individuals receive a direct payment.
What You’ll Get
Employers: Up to seven (7) days of paid leave for miscarriage.
Self-employed: One week’s pay at the national average wage.
Employers: Reimbursement for seven (7) days or one (1) week of the employee’s basic wage.
Both partners: If both are eligible, both can apply.
How does the application process work?
A medical doctor (Family Doctor, Obstetrician or Consultant) initiates the application online.
The Employer/Self-employed person (and the spouse/partner’s employer, if applicable) receives an email notification to complete the claim.
Employers/Self-employed person must submit their part of the application within three (3) months of the miscarriage.
Eligibility
The applicant must be a prospective parent and the miscarriage must occur within the first twenty-two (22) weeks of pregnancy.
Both employers and self-employed individuals can apply.
Both spouse/partners can apply if eligible.
Applicants must be Maltese/EU citizens or their spouses residing in Malta. If the miscarriage happens abroad, a foreign doctor’s certificate is required.
Public sector employees do not apply online but must coordinate with their HR department.
The benefit can be claimed more than once, even in the same year.
Who is not eligible?
Employees on unpaid leave.
Employees working on a casual basis who are exempted from paying Social Security Contributions.
Self-employed persons who are exempted from paying Social Security Contributions or who have not paid at least twenty (20) Social Security Contributions in the last two (2) years preceding the miscarriage.
Expatriates not paying Social Security Contributions in Malta.
Documentation Required
A foreign doctor’s certificate is required, if the miscarriage happens abroad.
Valid email addresses for employers (or personal email for self-employed individuals).
Employers: FS3 of the past year (if it is the same employer requesting refund) and last three (3) payslips.
Self-employed: Class 2 receipts showing at least twenty (20) contributions in the last two (2) years.
How to Apply
The doctor submits the application online within two (2) working days of the applicant’ s return to work.
The Medical Doctor is to fill in and submit the application online
Ritratt: Pavel Danilyuk
Aktar
Doris Zammit
qormija@gmail.com
Xandara u Kittieba
It-Tieni Parti
Sliem u nittama li tinsabu lkoll tajbin. Jekk segwejtu l-ewwel parti f’din is-serje, bdejt biex ittrattajt temi bħal: Bini ta’ Rampi tal-Kantunieri (Curb Ramps), tpoġġija ta’ rampi fuq ittrasport pubbliku, u dwar il-bżonn ta’ toilets b’għajnuna aktar disponibbli rispettivament. Illum, f’din it-tieni parti ta’ din is-serje, sejra nagħti ħarsa lejn dwar kif jistgħu jinħolqu aġġustamenti sempliċi għall-oġġetti ta’ kuljum, stediniet għall-anzjani u dawk b’diżabilità, kif ukoll dwar aċċessibilità fit-triq.
Jinħolqu Aġġustamenti Sempliċi għall-Oġġetti ta’ Kuljum
Mod ieħor biex il-bliet u l-irħula tagħna jsiru aktar aċċessibbli hu li nifhmu kif naħsbu dwar ilħajja ta’ kuljum. Għalhekk, tajjeb taħseb fil-bank tal-ħanut tal-kafè li forsi żżur qabel ixxogħol.
Ikkunsidra kemm hu għoli l-manku tal-bieb prinċipali tal-uffiċċju tiegħek filwaqt li pprova kkalkula kemm tieħu ħin biex toħroġ minn lift mimli nies. Għal persuna f’siġġu tar-roti huwa diffiċli li tara minn fuq bank għoli.
Mhux faċli lanqas tiftaħ bibien li huma għoljin wisq jew li tista’ tidħol malajr fihom. Anke ħaġa ordinarja bħad-dħul u l-ħruġ minn lift tista’ tieħu aktar ħin għall-anzjani u persuni b’diżabilità, u għalhekk li l-bibien jibqgħu miftuħin ftit itwal jista’ jkun ta’ għajnuna kbira għalihom.
Stediniet għall-anzjani u dawk b’diżabilità
Id-dekasteru tiegħi bħala kunsilliera lokali, huwa l-Anzjanità Attiva. Għaldaqstant diversi drabi fis-sena nkun mistiedna nattendi laqgħat u seminars biex nitkellmu aktar dwar dan issuġġett. Oħroġ il-għaġeb li minkejja li kemm-il darba ġbidt l-attenzjoni tal-organizzaturi, dawn dejjem jibqgħu bl-istess atteġġjament.
Ħafna drabi l-post fejn isiru dawn il-laqgħat ikun jinvolvi ħafna mixi, jekk mhux turġien ukoll biex tasal għas-sala. Imbagħad meta jasal ħin l-ikel, is-siġġijiet ma jeżistux. Banketti u mwejjed għoljin (għax issa hekk moda) biex induru magħhom. Jidhrilkom li l-anzjani u dawk bi bżonnijiet speċjali, jistgħu jibqgħu għal tant ħin bilwieqfa bil-platt u t-tazza f’idejhom? Qiskom qed tgħidulna “postkom mhux hawn..., tiġux”. Allura għalfejn nitkellmu dwar Anzjanità Attiva? Jew l-Anzjanità Attiva teżisti biss fiċ-ċentri ta’ Matul il-Jum?
Ritratt: SHVETS production
U xi ngħidu dwar meta nkun mistiedna għal xi attivitajiet li jkunu mmirati għall-anzjani u dawk bi bżonnijiet speċjali? Il-venue jkun post ta’ b’sulari taraġ u ma jkunx hemm lift. Anke biex tidħol fl-istabbiliment hemm tnejn jew tliet tarġiet. Possibbli ma tistax issir xi rampa biex min ikun bis-siġġu tar-roti jista’ jidħol, u l-istess fir-rigward tal-anzjani?
Meta tagħżlu postijiet bħal dawn, ġenwinament inħoss li min ikun, bħal donnu jkunu irid jgħaddili l-messaġġ postok mhux hawn, tiġix, ibqa’ d-dar.
Aċċessibilità fit-triq
Dwar id-diffikultajiet fuq barra fit-triq, ktibt kemm-il darba, iżda donnu waqa’ fuq widnejn li ma jridux jisimgħu. Dawk l-imbierka bankini. Tiela’, nieżel, tiela’, nieżel, u fl-aħħar tgħid, “hawn irridek.” Taqa’ u tirringrazzja lill-Mulej li ma tibqax tal-kolp!
Skont il-liġi, il-bankini huma biex jimxu fuqhom il-pedestrians, jiġifieri l-pubbliku, minflok jimxi fit-triq. X’ġara minn ftit tas-snin ‘l hawn? Dawn l-imberkin bankini, bidlulhom l-istruttura u issa l-bankini qed iservu biex jakkomodaw lil dawk li għandhom il-garaxxijiet biex joħorġu l-karozza jew id-dgħajsa. Allura qed issir rampa quddiem kull garaxx.
Għiduli intom kif persuna bis-siġġu tar-roti tista’ timxi fuq bankina żurżieqa? Barra minn dan, anke persuna li qed timbotta pushchair qed issib diffikultà kbira. Skont il-liġi dawn il-bankini huma kollha illegali.
Meta tqis il-liġi, wieħed jinnota li l-bankini huma suppost imħarsa, tant li wieħed ma jistax jostakola bankina b’xi vettura. Għal min irid ikun jaf aktar x’tgħid il-liġi, inħeġġiġkom issegwu: Leġislazzjoni Sussidjarja 65.11 artiklu 79 (d).
Ritratt: ELEVATE
Anke l-High Way Code, għalkemm mhux strument legali, imma dan jipprovdi dwar l-iskop tal-bankina fejn jgħid li normalment it-triq tkun magħmula minn karreġġata u bankina, jew waħda fuq kull naħa tat-triq. U jkompli li l-karreġġata hija maħsuba għall-vetturi filwaqt li lbankina hija maħsuba għan-nies (pedestrians bl-Ingliż) (High Way Code – L-Ewwel Parti - ItTriq 1.).
Insibu wkoll li anke l-Awtorità tal-Ippjanar tikkunsidra li l-bankina hija appożitament għan-nies u tesiġi li jitħalla spazju biżżejjed biex persuna tgħaddi liberalment minn fuq bankina mingħajr xkiel u periklu. Tant hu hekk li timponi kundizzjonijiet meta jingħataw permessi għal żvilupp bħal għal Klassi 6 u Klassi 10, fejn tgħid li fi żvilupp fuq bankina għandu jitħalla passaġġ liberu ta’ mhux anqas minn metru.
Imma minkejja din il-liġi, dawn it-tip ta’ bankini qed isiru madwar Malta u Għawdex kollha. Allura dak li jkun jistaqsi: Jiġifieri l-periti kollha u l-pjanifikaturi tal-bliet u rħula tagħna ma jafux biha din il-liġi?
Għaddsu rashom fir-ramel u ġew jaqgħu u jqumu mill-anzjani u dawk b’diżabilità? Possibbli dawn m’għandhom lil ħadd min hu anzjan jew b’diżabilità fil-familja jew inkella ħbieb, li jgergrulhom dwar dan il-materji?
Inkella bankina għolja kważi pied li biex titla’ jew tinżel żgur qed tkun iebsa għall-anzjani u dawk b’diżabilità fejn iridu jagħmlu sforz kbir, sakemm kif ktibt fil-bidu ma jkunx hemm rampi f’kull kantuniera tal-bankina.
Niġu issa għal dawk l-anzjani u b’dawk bi bżonnijiet speċjali inviżibbli. Żomm f’moħħok li xi diżabilitajiet ma jidhrux. Mhux biżżejjed li belt jew raħal ikun aċċessibbli għal dawk b’diżabilità li tidher. Trid tinkludi wkoll lil dawk b’nuqqas ta’ smigħ u lil dawk neqsin mid-dawl fil-pjanijiet ta’ aċċessibbiltà.
Dawn l-akkomodazzjonijiet huma kemmxejn aktar kumplessi. Trid taħseb dwar il-postijiet, ilħoss fl-isfond u tkun sensittiv ħafna għall-bżonnijiet speċifiċi ta’ dawn l-individwi. Ikun tajjeb li l-professjonisti jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar dan. Fil-fatt, għandu jkun hemm xi ħadd li ħadem fuq proġetti kbar ta’ aċċessibbiltà biex jirrevedi l-bidliet kollha li wieħed ikun qed jippjana.
Kemm-il darba nirċievu invit għal xi seminar fejn jistaqsuna jekk aħniex allerġiċi għal xi ikel (meta l-ikel se jkun servut waqt dan is-seminar.) Minkejja dan, li huwa tajjeb, imma ħadd qatt ma jistaqsi jekk għandekx xi bżonnijiet speċjali biex jadattaw għall-anzjani u dawk b’diżabilità li jkunu mistiedna!
Ritratt: Jakub Pabis
Disinji skont il-Bżonnijiet tal-Awtiżmu
Bħalma trid taħseb dwar dawk b’diżabilitajiet fis-smigħ u l-vista, trid ukoll tqis lil persuni blawtiżmu. Dan jista’ jidher fokus speċifiku wisq, iżda n-normi soċjali attwali ma jinkludux biżżejjed lil dawk li jinsabu fuq l-ispettru.
Persuni bl-awtiżmu huma sensittivi ħafna għal bidliet fl-ambjent relatati mad-dawl u/jew ilħoss. Ħafna drabi jkollhom rutina dettaljata ta’ kuljum, u meta din tinkiser, jista’ jkun diffiċli għalihom jadattaw.
Mhux qed jingħad li trid tiżgura li qatt ma jmur xejn ħażin, iżda almenu, wieħed għandu jagħmel l-almu tiegħu biex juri li l-belt jew raħal qed jipprova jgħin.
Rakkomandazzjoni tal-Inklużjoni Soċjali
Meta nitkellmu dwar li ngħinu lil min għandu bżonn, irridu nikkunsidraw wkoll li nibdew programm ta’ inklużjoni soċjali. Ħafna bliet madwar id-dinja diġà għamlu dan għall-persuni b’diżabilità u għall-anzjani, speċjalment dawk li jgħixu weħidhom. Qed jagħmlu l-sforzi kollha, sabiex jgħinu lil dawn in-nies biex ikollhom vuċi u appoġġ.
Dawn il-programmi jistgħu jiffukaw fuq tip wieħed ta’ diżabilità bħad-dimenzja/Alzheimer, problemi fis-smigħ, jew l-awtiżmu jew jistgħu jindirizzaw diversi kwistjonijiet fl-istess ħin.
Il-Ġlieda għal Aċċessibbiltà Aħjar fil-bliet u rħula tagħna għal persuni b’diżabilità u l-anzjani X’jiġri jekk m’intix uffiċjal tal-belt, iżda xorta tixtieq tikkontribwixxi biex ittejjeb l-aċċessibbiltà fil-komunità tiegħek?
Jista’ jidher diffiċli għaċ-ċittadin ordinarju biex isib leħnu fil-gvern lokali, iżda fil-fatt huwa aktar faċli milli taħseb. L-ewwel ħaġa li tista’ tagħmel hija li tiltaqa’ mal-kunsillieri eletti taddistrett tiegħek u tipprova tikseb laqgħa mal-pjanifikaturi tal-belt. Imbagħad, mur għandhom b’ideat konkreti dwar kif il-komunità tista’ ssir aħjar għal kulħadd.
Hemm ħafna aktar temi li nistgħu nsemmu, bħal meta l-appuntamenti fl-isptar għall-anzjani u dawk bi bżonnijiet speċjali jsiru, jew kmieni filgħodu, eżempju - appuntament fil-ħamsa ta’ filgħodu jew fid-disgħa ta’ filgħaxija. Taħsbu li dawn huma ħinijiet denji għall-anzjani li jkollhom appuntamenti f’dawk il-ħinijiet?
Għaldaqstant nitlobkom biex tiktbuli fuq l-email tiegħi: qormija@gmail.com. Inwegħedkom li nwieġeb lil kulħadd. Ejjew flimkien nieħdu ħsieb l-anzjani tagħna u lil dawk b’diżabilità ħalli jkollhom ħajja aħjar fil-komunitajiet tagħna fejn noqgħodu.
Charles Meilak
Allowance Supplimentari Jiżdied it-threshold, €500 għal
Koordinatur fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
Tajjeb tkun taf
Fil-baġit ta’ din is-sena tħabbru miżuri importanti dwar l-allowance supplimentari. Ta’ min jgħid li l-allowance supplimentari tista’ tingħata lil persuna li għandha dħul baxx u li ma tkunx qed tirċievi Allowance tat-Tfal. Din l-allowance hija maħsuba sabiex tgħin lill-persuna eliġibbli tlaħħaq mar-rekwiżiti tad-dħul tagħha.
L-ewwel bidla importanti hi li sa jkun qed jogħla t-threshold, jiġifieri l-limitu tad-dħul, fejn jekk wieħed jaqla’ inqas minn dak il-limitu jkun intitolat għall-għajnuna supplimentari. Fil-fatt din is-sena dan il-limitu jkun qed jitla’ għal €14,000 fis-sena fil-każ ta’ persuna waħedha u għal €20,000 fil-każ ta’ koppji jew persuni miżżewġin.
Sa tkun qed togħla wkoll ir-rata tal-għajnuna supplimentari fejn ir-rata massima li sa titħallas fil-każ ta’ persuna waħedha sa tkun qed titla’ għal €14.40 fil-ġimgħa waqt li għal koppji jew persuni waħidhom, ir-rata massima sa tkun qed togħla għal €27.30 fil-ġimgħa. Se jkun hemm żidiet anke għal dawk li ma jirċevux ir-rata massima, iżda r-rati massimi ħa jkunu qegħdin jitilgħu għal dawk kif diġà msemmija.
B’seħħ minn Jannar ta’ din is-sena wkoll, dawk il-benefiċjarji li għandhom aktar minn 65 sena u li qed jirċievu l-Allowance Supplementari bħala koppja, fil-pagament issa se jibdew jirċievu kull wieħed, il-parti tiegħu tar-rata tal-benefiċċju.
Sas-sena l-oħra, dan is-suppliment kien ta’ €150. Minn din is-sena, dan qed jitla’ għal €250. Dan is-suppliment jitħallas mal-għajnuna supplimentari, jiġifieri jkun addizzjonali fuq ir-rata li jkunu intitolati għaliha.
Ritratt: Jakub Zerdzicki
Bidla oħra importanti tikkonċerna lill-koppji. Sas-sena l-oħra, koppji kienu jirċievu għotja waħda ta’ dan is-suppliment, jiġifieri min minnhom jagħlaq l-ewwel 65 sena jibda jirċievi dawn il-€150 imma meta t-tieni membru ta’ din il-koppja jagħlaq 65 sena, dan ma kienx ikun eliġibbli.
Iżda minn din is-sena, apparti milli dan is-suppliment sa jogħla, minn €100 għal €250, fil-każ li jkun hemm koppja li tnejn ikollhom 65 sena jew aktar, il-koppja, jiġifieri t-tnejn li huma, se jibdew jirċievu dan is-suppliment. Fi ftit kliem, il-koppja issa se tkun qed tirċevih doppju –€500 bejniethom.
Għal aktar informazzjoni, żur: https://socialsecurity.gov.mt
Charles Meilak Koordinatur fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
Tajjeb tkun taf...
Fost il-miżuri soċjali fil-baġit għal din is-sena nsibu dik li tikkonċerna lill-ġenituri li mhumiex miżżewġin li jirċievu l-assistenza soċjali.
Fil-fatt ġie emendat il-ħlas tal-Assistenza Soċjali sħiħa lil ġenituri mhux miżżewġin li jgħixu mal-ġenituri billi l-benefiċċju ma jibqax jitnaqqas b’25% kif kien jiġri sas-sena l-oħra.
Tajjeb li wieħed jgħid li n-numru ta’ persuni li jirċievu l-assistenza soċjali naqas sostanzjalment iżda xorta jkun hemm individwi li jkollhom bżonn l-assistenza soċjali u flaħħar snin ġie introdott tibdil għal dan il-għan.
Bidla oħra din is-sena hi mmirata għal ġenituri li mhumiex miżżewġin li jkunu jgħixu malġenituri tagħhom, jiġifieri dawn il-ġenituri mhux miżżewġa, li jista’ jkun li jkunu għadhom żgħar fl-età li jkollhom it-tfal żgħar u jkunu jgħixu mal-ġenituri tagħhom, il-ġenituri nfushom.
F’din iċ-ċirkostanza, dawn il-ġenituri ma kienux jirċievu assistenza soċjali sħiħa iżda 75 fil-mija tagħha. Minn din is-sena, dawn il-ġenituri jkunu qed jirċievu r-rata sħiħa li jkollhom dritt għaliha.
Dan ifisser li, minbarra li l-assistenza soċjali tiżdied biż-żieda sħiħa tal-għoli tal-ħajja għal dawk kollha li jirċievu l-assistenza soċjali, dawn il-ġenituri li huma nfushom jgħixu malġenituri tagħhom flimkien mat-tfal tagħhom qed jaraw żieda ta’ 25 fil-mija tar-rata li jirċievu tal-assistenza soċjali.
Ritratt: Elina Fairytale
A gift that restores sight
Caroline Cassar Senior Staff Nurse PR and Marketing Officer NBTS National Blood Transfusion Centre
Cornea Donation
Cornea donation represents a profoundly altruistic endeavour and constitutes one of the most significant forms of tissue donation within the field of medical science. It is the only transplant that can restore sight, giving people who are blind or severely visually impaired the chance to see again. Around the world, millions are waiting for a corneal transplant, many of whom could regain their vision through this single act of generosity.
The cornea is the clear front layer of the eye that helps focus light. When it becomes damaged due to illness, injury, or inherited conditions, vision can be lost or severely reduced. A corneal transplant replaces the damaged tissue with healthy donor tissue, often leading to life-changing improvements in sight. Importantly, one donor can help two people see again.
Most people can become cornea donors. Age, wearing glasses, and many medical conditions do not automatically prevent donation. Vision does not need to be “perfect,” and donation does not disfigure the body. The procedure is carried out by highly trained professionals who always maintain dignity and respect to the donor. Cornea donations are recovered within 24 hours of the donor’s passing, with no delay to funeral arrangements.
After donation, corneas are carefully evaluated and tested by the National Blood Transfusion Service, which is also the only licensed Tissue Bank on the islands. These evaluations and tests confirm that corneas meet safety and quality requirements prior to transplantation by specialist ophthalmic surgeons. Every step of the process is strictly regulated to protect both donors and recipients.
Cornea donation also takes place at a deeply emotional time for families. For this reason, privacy and confidentiality are essential. Laws such as GDPR protect the anonymity of both donor families and recipients. While families may wish to know who their loved one has helped, personal details of the recipients cannot be shared. In rare cases, contact may occur only if both sides independently request it, and even then, it is carefully managed.
Behind every transplant is a powerful story of generosity. Recipients often describe the joy of seeing loved ones again, returning to work and their hobbies, or even regaining independence. For many donor families, knowing that their loved one helped restore sight brings comfort and meaning during a difficult time.
By registering as an organ and tissue donor and sharing your wishes with your family, you can offer someone the priceless gift of sight. One decision today can change a life tomorrow.
To register as a donor, please visit: https://organdonation.gov.mt. You may also call 2595 3324, or email organdonation.health@gov.mt
Santiago De Compostela
George Zammit
Gwida u lajk
Ir-Reġjun ta’ Galiċja ġewwa Spanja ta’ fuq huwa magħruf għall-kosta tiegħu fuq l-Oċean
Atlantiku, imdawwar bi sbuħija naturali ta’ xmajjar u muntanji. Jispikkaw dawk li jissejħu, “Rias” - dawn jiffurmaw daħliet popolari għas-sajd u bajjiet żgħar imżejna b’irħula medjavali.
Il-kapitali hija Santiago De Compostela, li hi wkoll famuża mad-dinja kollha bħala ddestinazzjoni finali tar-rotta tal-pellegrini magħrufa bħala: “Camino De Santiago”. F’din il-belt jispikka Katidral monumentali fejn insibu qabar bil-fdalijiet ta’ San Ġakbu li kien wieħed millAppostli ta’ Sidna Ġesù Kristu.
Meta wieħed jidħol f’dan il-katidral maestuż, xieraq li jixgħel xemgħa bħala ġest ta’ devozzjoni u spiritwalità, kif ukoll biex jaħseb dwar l-intenzjonijiet tiegħu. Jitlob u jonora lillmaħbubin tiegħu b’solidarjetà ta’ wegħda lejn dan il-qaddis kbir, San Ġakbu.
Maż-żmien il-katidral ta’ Santiago sar Santwarju Universali. Destinazzjoni kbira ta’ pellegrinaġġi li jitħeġġu u jżommu ħajja l-ispiritwalità nisranija. Ma jistax jonqos li min iżur dan il-Katidral jammira l-portiku magħruf bħala “Tal-Glorja”.
Dan, kapulavur b’arti Spanjola li jdawwal il-faċċata b’sensiela ta’ simboli li jirrapreżentaw ilġudizzju universali bi xbieha ta’ Alla l-Missier, l-erba’ Evanġelisti, grupp ta’ Qaddisin, simboli tal-Passjoni u mhux b’anqas, ix-xbieha ta’ San Ġakbu l-Kbir bil-qiegħda bejn numru ta’ kolonni.
Fis-Santwarju nsibu l-Botafumero li huwa “Ċensier tal-inċens”. Bla dubju, waqt il-quddiesa tal -pellegrini, dan il-Botafumero jsir wieħed mis-simboli popolari tal-katidral. Il-Botafumero huwa kbir ħafna. Jissimbolizza l-attitudni vera tal-wasla tal-pellegrini minn madwar id-dinja kollha. L-aroma tal-inċens tfawwar il-Bażilika kollha u li l-istess pellegrini tesprimi xhieda ħajja tal-virtujiet tagħhom u ta’ ħajjithom.
Ritratt: Jo Kassis
F’ċerti okkażjonijiet, il-botafumero jiddendel b’sistema ta’ ħbula mill-koppla ewlenija talkatidral u jitbandal għal fuq in-navata ċentrali lejn in-navi tal-ġnub b’veloċità kbira minn tmien irġiel.
Però niġu għal qofol ta’ din il-belt Spanjola li hija l-Camino de Santiago - It-Triq ta’ San Ġakbu. L-akbar rotta frekwentata fejn tispikka dik l-attrazzjoni ta’ itenerarji differenti, żviluppat matul is -sekli bil-maġġoranza tagħhom jibdew minn destinazzjonijiet fl-Ewropa, iżda b’mod speċjali minn Franza u l-Portugall.
Pellegrinaġġ meqjus bħala sfida personali u fiżiku qalb in-natura, fejn tiltaqa’ ma’ nies oħra b’moħħ miftuħ, b’lingwaġġ pożittiv li jħarsu ’l bogħod mill-ideat kultant żbaljati tad-dinja ta’ llum. Din ir-rotta teħodna minn qalb mogħdijiet dellija, siġar twal li jduru maġenb djar tradizzjonali fejn il-bdiewa ta’ Galiċja jipproduċu kaxxi sħaħ ta’ frott frisk offruti lill-pellegrini waqt il-mixja tagħhom.
Min jidħol għal din l-isfida jkun imqanqal mill-fidi tiegħu sabiex jiżgura s-salvazzjoni permezz ta’ San Ġakbu. Insibu wkoll min iwettaq din ir-rotta bħala forma oħra ta’ penitenza. Però din ilmixja ta’ San Ġakbu trid tfakkarna wkoll li aħna ninsabu f’mixja oħra, aktar importanti, u li tibda mir-raħal fejn twelidna, id-dar fejn għexna, il-familja fejn trabbejna, il-postijiet tax-xogħol fejn ħdimna u l-ambjenti tradizzjonali kollha Maltin u Għawdxin magħrufa fl-istorja u l-kultura Nisranija.
Dan il-pellegrinaġġ ta’ Santiago de Compostela huwa wkoll opportunità spiritwali sabiex ifakkarna li rridu nqattgħu f’ħajjitna aktar ħin ta’ mistrieħ qalb in-natura u bogħod kemm jista’ jkun mill-ambjent storbjuż.
Pellegrinaġġ f’Santiago De Compostela u r-rotta tal-Camino li jibqgħu bħala memorja ħajja ta’ tbissima ferrieħa li taf toffri opportunità tali biex naċċertaw li l-fidi nisranija tagħna b’diversi mumenti għat-talb u riflessjoni hi proprju dik fejn kull pellegrin iħossu bniedem differenti b’ċertu sens ta’ paċi u trankwillità.
Matul il-Camino De Compostela titgħallem taqsam mal-oħrajn is-sodisfazzjon tal-ħajja, kif ukoll it-tħassib jew il-problemi tal-oħrajn u bl-istess qies, anke fid-dawl tal-isfond tal-ħajja tiegħek stess.
Forsi min ma kellux din l-opportunità f’Santiago De Compostela, xorta waħda fil-ħajja jista’ jagħmel pellegrinaġġ f’pajjiżu stess. Dan billi jsib rokna ta’ waqfa biex jerġa’ jgħaqqad lilu nnifsu ma’ Ġesù bl-għan li jkompli jaħdem għalih.
Mela sib ftit ħin ta’ skiet u riflessjoni biex tagħmel din il-bidla radikali tant essenzjali u fundamentali f’ħajjitna. Sib il-kuraġġ u għamel il-mixja spiritwali tiegħek, anke jekk ma tmur bogħod xejn, imma mid-dar tiegħek, minn pajjiżek stess!
Il-Ħalib: Storja, Xjenza u Kultura
Il-Malta Food Agency bi pjaċir tħabbar li nediet il-ktieb “Il-Ħalib: Storja, Xjenza u Kultura” pubblikazzjoni maħruġa taħt il-patroċinju tal-Eċċellenza tagħha, Myriam Spiteri Debono, ilPresident ta’ Malta.
Il-ktieb huwa ġabra mill-isbaħ tal-istorja, ix-xjenza u l-wirt kulturali tal-industrija tal-ħalib f’Malta, u jippreserva parti importanti mill-istorja ta’ pajjiżna filwaqt li jiċċelebra ttradizzjonijiet li ffurmaw is-settur tal-ikel lokali.
Il-ktieb jista’ jinxtara direttament mill-uffiċċju tal-Customer Care tal-Malta Food Agency għallprezz ta’ €40 u jista' jitwassal direttament fil-Ministeru jew fl-uffiċċju tagħkom għallkonvenjenza tagħkom. Barra minn hekk, se jingħata skont fuq xiri ta’ aktar minn kopja waħda. Id-dħul kollu qed imur b'risq il-Malta Community Chest Fund.
Dan il-ktieb jista’ jservi bħala rigal għal għeluq snin xi ħadd jew għal xi okkażjoni oħra li jista’ jkollok, jew bħala tifkira sinifikanti għal kull min japprezza l-wirt Malti. Biex tordnaw kopja, jekk jogħġobkom ikkuntattjawna bl-email fuq info.maltafoodagency@gov.mt jew inkella, billi ċċemplu fuq 22926110 / 22926112. Inħeġġukom tappoġġjaw din l-inizjattiva siewja u tikkontribwixxu għal kawża li tibbenefika minnha direttament il-komunità tagħna.
The Malta Food Agency is pleased to share that it has launched “IlĦalib: Storja, Xjenza u Kultura,” a publication released under the patronage of Her Excellency Myriam Spiteri Debono, President of Malta.
The book beautifully captures the history, science, and cultural heritage of Malta’s milk industry, preserving an important part of our country’s story and celebrating the traditions that shaped our local food sector.
Copies are available for €40, with all proceeds going to the Malta Community Chest Fund. It also makes a wonderful birthday gift, or for any other occasion, or a meaningful keepsake for anyone who appreciates Maltese heritage. Additionally, a discount is available on purchases of more than one copy.
Books may be purchased directly from the Malta Food Agency’s Customer Care office, and delivery to your ministry or office can be arranged for your convenience. To order, please contact us by email on info.maltafoodagency@gov.mt or by phone calling 22926110 / 22926112. We encourage you to support this valuable initiative and contribute to a cause that directly benefits our community.
Rit
Train Your Brain
Dr. Elaine Cutajar Manager II (Public Health Psychology)
Co-ordinator, Resilience Programme & Services
Co-ordinator & Coach, Motivational Interviewing Training
Health Promotion and Disease Prevention
Department for Health Regulation
Regain your Attention
Have you ever read the same paragraph three times and still wondered what it said? Have you ever walked into a room and forgotten why you were there? Have you ever picked up your phone for ‘just a second’ and looked up to realise that an hour has vanished?
If any of this sounds familiar, you are not alone. Many of us feel like our attention just is not what it used to be, but this is not a personal failing. This is the result of our brains trying to adapt to the world we have created.
Why attention feels harder than ever
In simple terms, our attention is our ability to direct our awareness. It allows us to focus on one thing and tune out others. However, science shows us that attention is a limited resource: we can only hold so much in our awareness at one time. This means that what we often call ‘multi-tasking’ is, actually, very rapid switching between tasks, and every ‘switch’ comes with a small mental cost that, over time, can wear down our focus.
When our days are filled with alerts, scrolling, and multiple conversations at once, the brain can get used to constant stimulation. This can make stillness feel unfamiliar, and leave us feeling mentally crowded even in quiet moments.
In our free Resilience Programme, the topic of attention crops up during almost every session, simply because it supports the development of the skills that we discuss, including self-awareness, emotional regulation, habit-building and meaningful connection.
You cannot regulate emotions if you don’t first notice them, you cannot change habits if you don’t catch yourself in the moment. You cannot build meaningful connection if your mind is always elsewhere. To put it quite simply: where our attention goes, our well-being follows.
Photo: Mikael Blomkvist
Rebuilding attention, one moment at a time
Here is the good news: you do not need to add another big task to your day or completely change your routine. These small moments of intention, practised consistently, can slowly re-shape how your brain responds to the world around you:
Pause before you switch - Before opening an app, replying to a message, or moving on to the next thing you need to do, take three slow breaths and notice where your attention is. These simple pauses act like small resets for your brain, reducing mental exhaustion and helping you to choose, rather than react.
Do one thing with all your attention – The brain thrives on focus, yet we rarely give it the chance. Choose one ordinary activity (like making tea, going for a short walk, or listening to someone speak), and give it your full presence without multi-tasking.
Support your brain by supporting your body – Eating regularly and choosing nourishing foods helps to stabilise energy and concentration. Even light physical movement and exercise daily can sharpen focus and improve our ability to be mentally flexible.
Rebuild your tolerance for being still – Much of modern technology trains the brain to expect constant novelty. When there is even a brief pause (like waiting in a queue, or sitting at a red light), many of us quickly reach for stimulation. By practicing moments of ‘doing nothing’ we can retrain our brain to sustain attention. Try leaving your phone in your pocket during short waits, and notice your surroundings. Let your mind settle instead of immediately filling the space. Over time, this helps us become more able to focus.
Design your environment to protect your focus – Our attention is shaped by what surrounds us. Noise, clutter, open screens, constant alerts, or even too many visible unfinished tasks can quietly pull at our concentration. Small adjustments can make it easier for the brain to stay with one thing at a time. Try silencing non-essential notifications, tidying your surroundings, or setting aside short periods without interruptions.
These small shifts are forms of mindfulness, which is paying attention on purpose and without judgment. Research shows that regular mindfulness practice can improve concentration and help to manage our emotions, and even a few minutes a day can begin to retrain the brain toward steadier focus. If you would like practical guidance on building a mindfulness habit, you can find simple exercises and tips at mentalwellbeing.gov.mt.
Attention is not about doing more. It is about choosing where your mind rests. In a fastmoving world, reclaiming your focus is not a luxury, but an important life skill. Like any skill, it strengthens each time you gently bring your attention back to what truly matters.