

Suppliment 2025 Numru 4
MERĦBA
Sinjuri,
Merħba għar-raba’ sena tal-pubblikazzjoni tal-Ministeru għall-Politika
Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, FAMILJA AĦJAR. Dan is-suppliment annwali
għandu l-għan li jwassal għarfien dwar il-miżuri mħabbra fl-aħħar budget li kien indirizzat fi tmiem is-sena preċedenti iżda b’mod simplifikat.
F’din ir-raba’ edizzjoni qed nippreżentaw 45 miżura li jolqtu direttament jew indirettament lil familji u/jew individwi Maltin u Għawdxin fis-saffi kollha tas-soċjetà.
Infakkar li mas-Suppliment Annwali FAMILJA AĦJAR, dan il-Ministeru jippubblika wkoll is-Suppliment Speċjali Annwali b’għan li jiffoka dwar qasam partikolari tal-Ministeru, li din is-sena se jkun jitratta s-Saħħa Mentali.
Ma’ dawn ikunu ppubblikati wkoll is-Suppliment ĠEMMA li jwassal għarfien dwar maniġġjar tal-flus u nfieq b’għaqal, kif ukoll RIVISTA FAMILJA li b’effett minn Jannar tas-sena l-oħra bdiet toħroġ sitt darbiet fis-sena.
Min jixtieq aktar tagħrif jew għandu xi mistoqsijiet dwar il-ħidma talMinisteru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, tistgħu tiktbulna flindirizz elettroniku: familja.media@gov.mt
Tonio Bonello
Editur Media MSPC
Alexia Vella, Direttur Ġenerali
Diviżjoni Strateġija u Implimentazzjoni
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal
Għaddiet sena oħra u reġa’ wasal iż-żmien, fejn bħal fi snin preċedenti l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d -Drittijiet tat-Tfal ikun impenjat bis-sħiħ sabiex, flimkien mal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti u mal-Kapijiet rispettivi tas-sezzjonijiet u diviżjonijiet
diversi fi ħdan il-Ministeru, il-miżuri jidħlu fis-seħħ f’qasir żmien sabiex iċ-ċittadin ikun jista’ jibbenifika minnhom mill-aktar fis possibbli.
Il-Baġit għas-sena 2025, fil-fatt iħabbar ħamsa u
erbgħin (45) miżura, li filwaqt li numru minn dawn ilmiżuri diġà daħlu fis-seħħ, fix-xhur li ġejjin se jissokta
x-xogħol biex il-miżuri jiġu implimentati fl-intier tagħhom. Bħal dejjem il-prijorità tingħata dejjem lil
dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna b’mod partikolari tfal u familji, pensjonanti u persuni b’diżabilità.
Fil-fatt fost il-miżuri li tħabbru din is-sena hemm numru minnhom li jwieżnu l-pensjonanti, fosthom: iż-żieda ta’ €416 fis-sena li tinkludi ż-żieda għall-għoli tal-ħajja flimkien mal-aġġustament tal-bonus tal -għoli tal-ħajja, titjib għall-pensjonanti li twieldu qabel l-1962, u żieda addizjonali fil-pensjonijiet tarromol.
Barra minn hekk tħabbar aktar titjib għall-pensjonanti tas-servizzi fejn minbarra li bħal ma sar flaħħar snin, jiġifieri fejn l-ammont tal-pensjoni tas-servizz li ma jiġix ikkunsidrat għall-fini tal-pensjoni tas-siġurtà soċjali qed jiżdied b’€200 oħra, minn din is-sena, pensjonanti tas-servizz li jilħqu l-età ta’ 72 sena, l-ammont kollu mill-pensjoni tas-servizz mhux se jiġi kkunsidrat. Ma nistgħux ma nsemmux ukoll it-titjib fil-bonus għal dawk li ma jikkwalifikawx għal pensjoni fejn minn din is-sena r-rati talbonus ser jinħadmu skont l-għadd attwali ta’ bolol li tħallsu.
Numru ta’ miżuri oħra jiffukaw dwar għajnuna u inċentivi għall-familji u tfal, fosthom fl-allowance tattfal, fejn apparti ż-żieda, se naraw ukoll titjib fir-rata. Dan għaliex, apparti li se jiġi injorat l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jkunu tħallsu mid-dħul tal-ġenituri, ser jibda jiġi injorat ukoll lammont ta’ taxxa fuq id-dħul li jkun tħallas. Fost miżuri oħra nsibu bonus miżjud għat-twelid u adozzjoni tat-tfal, għotja miżjuda taż-żwieġ, żieda fl-allowance għall-fostering, benefiċċju ġdid għallġenituri prospettivi li jaħdmu għal rashom u li jkunu għaddejjin minn trattament tal-IVF, kif ukoll iddritt għall-benefiċċju ta’ paternità lil min jaħdem għal rasu.
Miżuri oħra tal-baġit 2025 huma ddedikati għal persuni li minħabba mard jew kundizzjoni jkollhom bżonn għajnuna sabiex jgħixu ħajja aktar dinjituża u diċenti. Fost dawn il-miżuri nsibu l-ħolqien ta’ benefiċċju ġdid magħruf bħala Għajnuna Soċjali Medika għal persuni li jsofru minn kundizzjonijiet ta’ mard li minħabba fihom ma jkunux jistgħu jaħdmu, flimkien ma’ titjib fuq miżuri oħra fosthom ittwessigħ tal-limiti tad-dħul għall-Assistenza għal Mard, u għajnuna medika bla ħlas lill-persuni li laħqu l-età ta' 75 sena u li tkun tibbenefika mill-Għajnuna Supplimentari. Miżuri oħra mħabbra jinkludu żidiet fl-assistenza miżjuda għal diżabilità severa, żieda fl-assistenza għal carers u fil-carers grant, kif ukoll żieda fl-allowance għal tfal b’diżabilità.
Ma nistgħux ma nsemmux il-ħidma kontinwa għall-eks membri tal-korpi li fl-2025 se tkompli għaddejja sabiex jiġu indirizzati l-inġustizzji tal-imgħoddi, is-sostenn kontinwu fis-settur tal-volontarjat fil-qasam soċjali, il-krediti għal min jegħleb il-vizzju tad-droga u jidħol fid-dinja tax-xogħol, kif ukoll it-titjib fl-Inwork Benefit fejn ser ikun injorat l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jkunu tħallsu middħul tal-ġenituri, kif ukoll l-ammont ta’ taxxa fuq id-dħul li jkun tħallas.
Il-ħidma biex nissapportjaw aktar familji tmur lil hinn milli nindirizzaw il-bżonnijiet tal-lum.
B'kollaborazzjoni sħiħa, aħna ppreparati għal sena oħra ta’ ħidma sabiex dawn l-isfidi li dejjem jevolvu fis-soċjetà tagħna nkunu nistgħu negħlbuhom u nkunu verament qed nagħmlu differenza fil-ħajja ta’ min hu l-aktar fil-bżonn. Permezz ta’ dedikazzjoni kontinwa fir-riċerka u l-iżvilupp, aħna nibqgħu ffukati fuq il-ħolqien ta’ Strateġiji Nazzjonali li jservu bħala pjanijiet komprensivi għas-snin li ġejjin.
Nagħlaq billi nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja mill-qalb lil kull min hu involut fl-iżvilupp u limplimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri soċjali. Dawn jinkludu l-Kapijiet tad-Diviżjonijiet u Dipartimenti kollha flimkien mat-timijiet dedikati tagħhom rispettivament.
Saħħiet.
1
Il-pensjonanti kollha jirċievu żiedata’ €8 fil-ġimgħa jew €416 fis-sena, li tinkludi ż-żieda għall-għoli tal-ħajja.
2
Dawk li twieldu qabel l-1962 u li kieku għadhom jaħdmu s-salarju tagħhom jaqbeż id-
Dħul Pensjonabbli Massimu ta’ €23,500, ser ikollhom aġġustament ieħor fil-pensjoni tagħhom.
3
Iż-żieda addizzjonali fil-pensjonijiet tar-romol ser tlaħħaq medja ta’ madwar €3 filġimgħa, addizzjonali maż-żieda ġenerali ta’ €8 fil-ġimgħa.
4
Aġġustament tal-bonus tal-għoli tal-ħajja għall-pensjonanti.
5
Pensjonanti tas-servizz, mill-ġdid, ser jaraw l-ammont tal-pensjoni tas-servizz tagħhom li ma jiġix ikkunsidrat għall-fini tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali, jiżdied b’€200 oħra u jilħaq is-somma ta’ €3,666.
6
Pensjonanti tas-servizz ser jibbenefikaw minn ċaqliq, grazzi wkoll għal miżura li maletà ta’ 72 sena, l-ammont kollu kkalkulat mill-pensjoni tas-servizz ma jibqax jiġi kkunsidrat.
7
Ir-rati tal-bonus issa ser jinħadmu skont l-għadd attwali ta’ bolol li tħallsu. Dawn ser ivarjaw minn €550 għal min ħallas minn sena sa sentejn bolol għal €1,000 għal min ħallas sa 9 snin bolol.
8
Għal persuni li twieldu fl-1976 jew wara, il-perjodu stipulat ta’ kontribuzzjonijiet tassigurtà soċjali, imħallsa jew akkreditati, sabiex jirċievu pensjoni sħiħa ser jiżdied b’sena sabiex tissaħħaħ is-sostenibbiltà tal-pensjoni – ebda tibdil la fl-età tal-irtirar u lanqas fir-rata tal-kontribuzzjoni.
9
L-għotja li nagħtu lill-anzjani fl-età ta’ bejn il-75 sena u d-79 sena li jgħixu f’darhom jew f’xi dar residenzjali li għaliha jħallsu minn buthom, ser tiżdied b’€50 għal €350.
10
L-għotja lill-persuni fl-età ta’ 80 sena u aktar li jgħixu f’darhom jew f’xi dar residenzjali li għaliha jħallsu minn buthom, issa ser terġa' tkun ta’ €450.
11
Children’s Allowance tiżdied b’€250 oħra għal kull wild, irrispettivament mid-dħul tal-familja.
12
Titjib fir-rata tal-allowance tat-tfal, barra li ninjoraw l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jkunu tħallsu mid-dħul talġenituri, ser nibdew ninjoraw ukoll l-ammont ta’ taxxa fuq id-dħul li jkun tħallas.
13
Fil-komputazzjoni tar-rata tal-In-Work Benefit ser ikun injorat lammont ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jkunu tħallsu middħul tal-ġenituri kif wkoll ammont ta’ taxxa fuq id-dħul li jkun tħallas.
14
Allowance speċjali ta’ €500 lil ġenituri li wliedhom jkomplu ledukazzjoni post sekondarja tagħhom.
15
Bonus ġdid għat-twelid u adozzjoni tat-tielet wild jew aktar fil-familja ta’ €1,500.
16
Iż-żewġ konjuġi meta jingħaqdu fiż-żwieġ jew unjoni ċivili, jirċievu €500 kull wieħed, li jfisser €1,000 bejn iż-żewġ konjuġi.
17
Ġenituri prospettivi, li jaħdmu għal rashom u li jagħmlu trattament tal-IVF ser ikunu intitolati għal ħlas ta’ benefiċċju ekwivalenti għal massimu ta’ 60 siegħa ta' leave, bir-rata tal-paga minima nazzjonali għal mara u 40 siegħa ta' leave bl-istess rata għal konjuġi.
18
Id-dritt tal-leave tal-paternità ser jiġi estiż lill-missirijiet li jaħdmu għal rashom ukoll bil-ħlas ta’ 10 ijiem (jew 80 siegħa) bl-istess rata talleave tal-maternità.
19
Allowance għall-fostering ser tiżdied b’€10 oħra fil-ġimgħa u titla’ għal €120 fil-ġimgħa jew €6,240 fis-sena għal kull tifel jew tifla filkura.
20
Ħlas addizzjonali għall-familji bi dħul baxx jew medju bħala għajnuna biex ikunu f’qagħda li jlaħħqu aktar mal-għoli fil-prezzijiet. Kull familja titħallas bejn €100 u €1,500 fis-sena.
21
Allowance supplimentari li jingħata lill-koppji ser jiżdied b’€190 għal €1,289 fis-sena, filwaqt li r-rata għal persuni singoli ser tiżdied b’€69 għal €667. Barra minn hekk, il-limitu tad-dħul għal koppji issa se jitwessa’ sa €18,000 fis-sena.
22
Issir reviżjoni tal-ammont tal-assi kapitali għall-assistenzi nonkontributorji billi l-limitu preżenti ta’ €23,300 għall-miżżewġin jew koppji se jitla’ għal €26,000 waqt li l-limitu ta’ persuna singola, issa se jitla’ minn €14,000 għal €16,000.
23
Ħolqien ta’ benefiċċju ġdid magħruf bħala Għajnuna Soċjali Medika, speċifikament għal persuni li jsofru minn kundizzjonijiet ta’ mard li minħabba fihom ma jkunux jistgħu jaħdmu.
24
Il-limiti ser jitwessgħu b’€416 fis-sena minbarra ż-żidiet statutorji li jingħataw kull sena permezz tal-budget.
25
Mis-sena d-dieħla, żidiet fil-pensjoni kontributorja se jiġu injorati għal
fini tal-evalwazzjoni tat-test tal-mezzi tal-Għajnuna Medika bla Ħlas, li biha tali persuni jieħdu l-mediċini bla ħlas.
26
Kull persuna li tkun laħqet l-età ta’ 75 sena u li tkun tibbenefika millGħajnuna Supplimentari, se tibda tkun eliġibbli awtomatikament għall-mediċini b’xejn permezz tal-Kartuna r-Roża mingħajr il-ħtieġa li tissodisfa t-test tal-mezzi.
Ritratt - Matheus Bertelli GĦAJNUNA
27
Il-persuni b'diżabilità li jirtiraw u jieħdu l-pensjoni kontributorja ser jingħataw żieda fil-pensjoni biex tagħmel tajjeb għat-telfien talassistenza għal diżabilità. L-aġġustament ikun tali li l-pensjoni tilħaq
mill-anqas il-Paga Minima Nazzjonali, iżda ż-żieda ma tkunx anqas minn 10% tal-assistenza li kienu intitolati għaliha qabel irtiraw.
28
L-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa se tiżdied b’€7.42 fil-
ġimgħa għal €199.61 fil-ġimgħa.
29
L-Assistenza għal Diżabilità Severa se tiżdied bi €3.49 fil-ġimgħa għal
€128.15 fil-ġimgħa
30
L-Assistenza għal Diżabilità wkoll se tiżdied bi €3.49 fil-ġimgħa għal
€102.62 fil-ġimgħa.
31
L-Assistenza Miżjuda għal Carers se tiżdied b’€5.24 fil-ġimgħa u se
titla' għal €179.02 fil-ġimgħa
32
Assistenza għal Carers se tiżdied b’€5.24 fil-ġimgħa wkoll u se titla'
għal €125.92
33
F’każi fejn persuni jkunu qed jieħdu ħsieb waħidhom 2 membri tal-
familja b’dipendenza għolja jew medja, sal-lum dawn huma intitolati
biss għal ħlas ta’ rata waħda tal-Allowance Miżjuda għal Carer jew talAllowance għal Carer. Mis-sena d-dieħla, dawn il-persuni se jibdew
jieħdu darba u nofs ir-rata tal-benefiċċju li għaliha jkunu intitolati.
34
L-allowance li tingħata lill-familji bi tfal li jbatu minn diżabilità fiżika
jew mentali se tiżdied b’€5 oħra fil-ġimgħa għal €35 fil-ġimgħa.
35
Il-Carers Grant li hija ekwivalenti għal nofs il-Paga Minima
Nazzjonali netta se tiżdied. Din l-għotja ser togħla b’€193 oħra biex issa ser tilħaq €5,190 fis-sena.
36
Il-Carers Grant se tibda titħallas ukoll lil ġenituri li ma jaħdmux, li għandhom tfal b’diżabilità taħt is-16-il sena u li l-kundizzjoni
tagħhom tkun meqjusa li hija severa ħafna u li tirrikjedi l-kura kontinwa u kostanti tal-ġenitur.
37
Ġenituri li jibbenifikaw mill-Carers Grant se jkunu koperti bilkontribuzzjonijiet akkreditati skont l-istess prinċipji li jintużaw fil-
krediti mogħtija lil min ikun qed jieħu l-Assistenzi għal Carers. B’hekk il-ġenituri milquta nissalvagwardjawlhom id-drittijiet li jista’ jkollhom għal pensjoni fil-futur.
38
Tiġi estiża l-iskema għall-eks membri tal-korpi li wara sabu impjieg fis-settur pubbliku.
39
Tibqa' fis-seħħ l-iskema għal dawk li kienu daħlu fis-servizz pubbliku wara l-15 ta’ Jannar tal1979 sabiex jitħallsu għadd żgħir ta’ eks apprendisti u studenti-ħaddiema li kienu bdew ilkorsijiet tagħhom qabel dik id-data.
40
Jibdew jingħataw il-pagamenti bħala kumpens lill-eks ħaddiema tal-Korporazzjoni Telemalta ingaġġati bejn Jannar tal-1978 u l-15 ta’ Jannar tal-1979 li minħabba tibdil fil-politika talKorporazzjoni naqsu milli jikkwalifikaw għal skema ta’ pensjoni simili għal dik li kienet fisseħħ sal-bidu tal-1979 għall-impjegati fis-servizz pubbliku.
41
Jibdew jingħataw il-pagamenti bħala kumpens lill-eks ħaddiema tal-Malta Drydocks u talMalta Shipbuilding li b’mod arbitrarju fl-2003 kienu ġew trasferiti mal-Industrial Projects and Services Ltd, b’telf fid-dħul tagħhom.
42
Jibdew jingħataw il-pagamenti bħala kumpens lill-eks ħaddiema tal-Gas Board li kienu ġew assimilati mal-Korporazzjoni Enemalta.
43
Tingħata għotja ta' darba lill-eks ħaddiema tal-International Aeradio Ltd jew l-eredi tagħhom skont l-istess termini tal-iskema għal persuni li kienu fil-korpi u wara daħlu jaħdmu f’dipartimenti tal-Gvern.
44
Sostenn lis-settur tal-volontarjat b'allokazzjoni ta' kważi €25 miljun għall-Public Social
Partnerships li l-Gvern għandu ma’ diversi għaqdiet volontarji li jaħdmu fil-qasam soċjali.
45
Persuni li jtemmu b’suċċess programm ta’ rijabilitazzjoni u jsibu xogħol fiss, ser ikunu jistgħu jikkwalifikaw għal sentejn ta’ kontribuzzjonijiet akkreditati tas-sigurtà soċjali.
ĦAJR
Daħla
Alexia Vella
Direttur Ġenerali
Diviżjoni Strateġija u Implimentazzjoni
Qari tal-provi
Grazio Barbara
Direttur Ġenerali
Sors ta’ Informazzjoni
Gertrude Farrugia
Senior Principal fl-uffiċċju
tad-DĠ Alexia Vella
Grafika tal-produzzjoni
Peter Miceli Saydon
Prinċipal
Distribuzzjoni tal-materjal
Archibald Attard
Uffiċjal fi Grad 10
Editur Media MSPC
Tonio Bonello
FAMILJA AĦJAR hi pubblikazzjoni maħruġa mit-Taqsima tal-Komunikazzjoni tal-Ministeru għallPolitika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal. Valletta, Malta.
FAMILJA hi l-marka uffiċjali tal-pubblikazzjonijiet kollha tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u dDrittijiet tat-Tfal.
FAMILJA AĦJAR hi produzzjoni ta’ darba f’sena dwar il-Miżuri tal-Budget. Xogħolijiet testwali oħra tal-Ministeru jinkludu s-SUPPLIMENT SPEĊJALI FAMILJA li joħroġ darba f’ sena, RIVISTA FAMILJA li toħroġ kull xahrejn, kif ukoll il-fuljett ta’ kull tliet xhur ĠEMMA
Jekk tixtieq aktar tagħrif jew trid tagħmel kuntatt magħna tista’ tiktbilna fl-indirizz elettroniku: