Familja Ahjar Numru 3

Page 1

familja aħjar

2024 Numru
Suppliment
3

familja aħjar

Sinjuri,

Merħba għat-tielet fuljett tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal FAMILJA AĦJAR. Dan is-suppliment annwali għandu l-għan li joħloq għarfien dwar il-miżuri mħabbra fl-aħħar budget li jkun ġie mħabbar fi tmiem is-sena preċedenti u jippreżenta tali b’mod simplifikat.

F’din it-tielet edizzjoni qed nippreżentaw 35 miżura li jolqtu direttament jew indirettament lill-familji u/jew individwi Maltin u Għawdxin fis-saffi kollha tas-soċjetà.

Ġentilment infakkru li mas-Suppliment annwali Familja Aħjar, dan ilMinisteru jippubblika wkoll is-Suppliment Speċjali annwali b’għan li jiffoka dwar qasam partikolari tal-Ministeru, kull sena dejjem tema differenti, kif ukoll is-Suppliment ĠEMMA li jwassal tagħrif dwar infieq b’għaqal u rRivista FAMILJA li minn din is-sena qed toħroġ sitt darbiet fis-sena b’effett minn Frar 2024.

Min jixtieq aktar tagħrif jew għandu xi mistoqsijiet dwar il-ħidma talMinisteru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, tistgħu tiktbulna flindirizz elettroniku familja.media@gov.mt

GRAZZI

Tonio Bonello Editur

Mark Musù Segretarju Permanenti MSPC Grazio Barbara Qari tal-Provi Peter Miceli Saydon Grafika Archibald Attard Distribuzzjoni Helena Holland Ġemma Claudia Mifsud Uffiċċju tasSegretarju Permanenti Ħajr
u l-kontributori kollha
familja.media@gov.mt

Baġit 2024

Alexia Vella, Direttur Ġenerali

Diviżjoni Strateġija u Implimentazzjoni Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal

Qed nikteb dawn il-kelmtejn, hekk kif is-sena li għaddiet ġejt inkarigata bit-tmexxija tad-Diviżjoni għall-Istrateġija u l-Implimentazzjoni. Bħala Diviżjoni, flimkien mal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti u mal-Kapijiet rispettivi tas-sezzjonijiet diversi fi ħdan il-Ministeru, għandna rwol ċentrali fl-ippjannar u t-twettiq tal-Baġit.

Bħal fis-snin preċedenti il-Baġit imħabbar għall2024 huwa msejjes fuq il-prinċipju li jgħin liċċittadin, speċjalment dawk fil-faxxa ta’ riskju ta’ faqar, kif ukoll li jinċentiva lil dawk f’impjieg u jirratifika l-inġustizzji. Huwa għalhekk li permezz ta’ ħamsa u tletin (35) miżura mħabbra f’dan ilbaġit li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma diġà implementati, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, b’impenn sħiħ se jkun qed ikompli jibni u jtejjeb il-prospetti tas-soċjetà tagħna għall-benessere u futur aħjar.

Fost dawn il-miżuri insibu l-għajnuna kontra l-għoli tal-ħajja li se tingħata lil kull pensjonant tal-irtirar u pensjonant tal-età, lil dawk li jiddependu fuq l-għajnuna soċjali, lir-romol kif ukoll dawk talinvalidità; it-tisħieħ fil-mekkaniżmu tal-eliġibilità tal-COLA Addizzjonali; żidiet fl-Allowance tat-Tfal, fil -benefiċċju tal-qagħad, fl-għotja lill-anzjani, fl-Allowance għall-Carers u fl-Għotja għal Carer, kif ukoll lil dawk li huma eliġibbli għall-Assistenza għal Diżabilità u Diżabilità Severa.

familja aħjar familja.media@gov.mt
familja 1 familja.media@gov.mt

Dan minbarra żidiet addizzjonali lill-pensjonanti li twieldu qabel l-1962, aġġustament fil-pensjoni tasservizz u żieda fil-bonus għal min ma jikkwalifikax għall-pensjoni fejn se jkun qed jiżdied b’ ħamsin Euro għal kull kategorija.

Ser tkun qed tiżdied ukoll: ir-rata taż-żieda addizzjonali lil dawk li jkunu laħqu l-età tal-irtirar iżda jagħżlu li jkomplu jaħdmu, l-assistenza soċjali għal persuni li jkunu qed jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni fuq ordni tal-qorti, u fil-Bonus għat-Twelid u Adozzjoni. Minbarra dan se tkun qed titwessa l-eliġibilità għal krediti tat-trobbija, kif ukoll se jkun hemm titjib fir-rati tal-In-Work Benefit għal kull wild taħt it-23 sena.

Permezz ta’ dan il-baġit il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal se jkun qed ikompli bilħidma tiegħu: biex jikkonsolida l-evalwazzjoni medika ta’ persuni b’diżabilità permezz ta’ mekkaniżmu ġdid sabiex il-proċess ikun wieħed dejjem trasparenti u ġust, ikompli jespandi l-benefiċċju tal-għajnuna għall-persuni b’kundizzjoni mentali severa, kif ukoll għat-tmien sena konsekuttiva jkompli jindirizza linġustizzji tal-imgħoddi permezz ta’ kumpens finanzjarju lil aktar min 500 persuna li kienu tneħħew minn għadd ta’ entitajiet qabel Marzu 2023.

Mill-2024, se tkun qed issir konċessjoni favur il-benefiċjarji tal-Assistenza għall-Mard, fejn se jogħla llimitu tal-kapital fit-test tal-mezzi, kemm għal persuni li jgħixu waħedhom, kif ukoll għal dawk miżżewġin li jkunu ilhom jirċievu l-pensjoni għal mill-anqas ħames snin. Miżura oħra ġdida li se tkun introdotta permezz ta’ dan il-baġit hija forma ta’ Allowance għall-familji fejn l-ulied ikunu għalqu ssittax-il sena u baqgħu jistudjaw.

Bla dubju, il-ħidma sabiex jintlaħqu ferm aktar familji ma tieqafx mal-benefiċċji u l-bżonnijiet tal-lum, iżda se tkun qed tiġi kkonsolidata b’ħidma kontinwa sabiex inkomplu nindirizzaw il-bżonnijiet diversi tas-soċjetà tagħna li qed jinbidlu kontinwament. Għalhekk se jissokta x-xogħol u r-riċerka meħtieġa sabiex tiġi mfassla Strateġija Nazzjonali ġdida kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali bħala pjan għas-snin li ġejjin.

Fl-aħħarnett, nixtieq nieħu l-okkażjoni sabiex inwassal il-ħajr tiegħi li kull minn ħadem fuq dawn ilmiżuri soċjali, fosthom lill-Kapijiet li mexxew dawn il-miżuri u l-ħaddiema kollha tagħhom, lillInformation Management Unit u lill-kollegi tagħna tal-MITA.

familja aħjar familja.media@gov.mt 2

1

Biż-żieda tal-għoli tal-ħajja inkluża, kull pensjonant tal-irtirar, ir-romol, dawk tal-invalidità u dawk li jieħdu l-pensjoni tal-età se jiżdiedu €15 fil-ġimgħa jew €780 fis-sena.

Dipartiment: Income Support & Compliance Division kif ukoll Sigurtà Soċjali

2

Mis-sena d-dieħla, l-istess mekkaniżmu li diġà japplika għal dawk li twieldu fl-1962 jew wara se jkun japplika wkoll għall-pensjonanti li twieldu qabel.

Dipartiment: Sigurtà Soċjali

3

Dawk il-pensjonanti li twieldu qabel l-1962 u li s-salarju kurrenti tagħhom li kieku għadhom jaħdmu jaqbeż id-Dħul Massimu Pensjonabbli tagħhom, se jkunu qed jirċievu żieda addizzjonali fil-pensjoni tagħhom.

Dipartiment: Sigurtà Soċjali

4

Bit-tkomplija tal-proċess li issa se jidħol fit-tielet sena tiegħu, dawk li bdew jieħdu l-pensjoni fl-2009 jew wara se jieħdu żieda addizzjonali fil-bonus tal-għoli tal-ħajja tagħhom sa massimu ta’ ftit aktar minn €1.00 oħra fil-ġimgħa.

Dipartiment: Sigurtà Soċjali

familja aħjar familja.media@gov.mt 3 IL-MIŻURI TAL-BAĠIT 2024

5

Jitkompla wkoll il-proċess li nbeda fl-2022 li bih il-pensjonanti romol gradwalment se jibdew jirċievu l-pensjoni sħiħa li kieku kienu jirċievu l-konjuġi tagħhom kieku għadhom ħajjin.

Dipartiment: Sigurtà Soċjali

6

Il-pensjonanti tas-servizz se jaraw l-ammont tal-pensjoni tas-servizz tagħhom li ma jiġix ikkunsidrat għall-fini tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali, jiżdied b’€200 oħra.

Dipartiment: Sigurtà Soċjali

7

Il-pensjonanti tas-servizz li jkunu ġew boarded-out u ħarġu bil-pensjoni tas-servizz kmieni minħabba mard, se jibdew jaraw l-aġġustament imsemmi tal-parti tal-pensjoni kkommutata jsir wara 12-il sena minn meta jkunu bdew jieħdu l-pensjoni tas-servizz u mhux meta jagħlqu 72 sena.

Dipartiment: Sigurtà Soċjali

8

Pensjonanti tas-servizz, li jkunu għadhom ma laħqux l-età tal-irtirar, u li la jaħdmu u lanqas jieħdu pensjoni tas-sigurtà soċjali, mis-sena d-dieħla ’l quddiem, dawn il-persuni se jibdew jirċievu Bonus Addizzjonali għall-Għoli tal-Ħajja ekwivalenti għaż-żieda sħiħa tal-għoli talħajja.

Dipartiment: Sigurtà Soċjali

familja aħjar familja.media@gov.mt 4

9

Mill-2024 ’il quddiem, kull min ikun jista’ jieħu l-pensjoni tal-irtirar iżda jagħżel li jkompli jaħdem sa sena, minflok, se jkun intitolat għal żieda ta’ 6.5% (1.5% aktar minn bħalissa).

- Min jipposponi b’sentejn ikun intitolat għal żieda ta’ 13.5% (3% aktar minn bħalissa).

- Min jipposponi bi tliet snin ikun intitolat għal żieda addizzjonali ta’ 21% (4.5% iżjed minn bħalissa).

- Min jipposponi l-pensjoni b’erba’ snin iż-żieda addizzjonali se tkun ta’ 29%, jiġifieri 6% aktar mir-rata preżenti.

Dipartiment: Sigurtà Soċjali

10

Bonus miżjud lil min ma jikkwalifikax għall-pensjoni. Il-bonus għal min ikun ħallas minn sena sa erba’ snin bolol se jitla’ minn €450 għal €500, waqt li ta’ dawk li ħallsu minn ħames sa disa’ snin bolol se jitla’ minn €550 għal €600 fis-sena.

Dipartiment: Sigurtà Soċjali

11

Tisħiħ tal-mekkaniżmu tal-eliġibilità tal-COLA Addizzjonali: Il-mekkaniżmu tal-eliġiblità tal-COLA Addizzjonali sejjer jiġi rivedut sabiex jilħaq aktar familji. Il-pagament ta’ din l-għajnuna se jibda jinqasam f’darbtejn, bl-ewwel pagament ssr f’Diċembru 2023 u bit-tieni pagament isir f’Mejju 2024.

Dipartiment: Income Support & Compliance Division

12

Mill-2024, l-Allowance tat-Tfal ser jiżdied b’€250 kull wild.

Dipartiment: Sigurtà Soċjali

familja aħjar familja.media@gov.mt 5

13

Allowance Speċjali għall-familji fejn l-ulied ikomplu bl-edukazzjoni full-time wara l-età ta’ 16-il sena. F'dawn il-każi sejjer jingħata allowance ta’ €500 fis-sena għal tliet snin, sakemm it-tfal jibqgħu jgħixu mal-ġenituri tagħhom u jkunu studenti full-time.

Dipartiment: Sigurtà Soċjali

14

Iżjed żieda fil-Bonus għat-Twelid u Adozzjoni: Minn din is-sena dan il-bonus, minn €400 għal kull wild se jitla’ għal €500 għall-ewwel wild u minn €400 għal €1,000 għat-tieni wild ġdid jew aktar fil-familja.

Dipartiment: Sigurtà Soċjali

15

Titwessa’ l-eliġibilità għal krediti tat-trobbija: Dan il-benefiċċju ser jitwessa’ sabiex ġenituri li lewwel bnew familja u mbagħad daħlu fid-dinja tax-xogħol, ikunu wkoll intitolati għal dawn ilkrediti tat-trobbija minħabba li sal-lum mhumiex.

Dipartiment: Sigurtà Soċjali

16

Għotja lill-Anzjani miżjuda: L-Għotja għal dawk li għalqu t-80 sena se togħla b’€50 għal €450 fis-sena.

Dipartiment: Sigurtà Soċjali

17

Tiżdied l-Allowances għal Carers: L-Allowance Miżjuda għal Carer se titla’ għal €173.78 filġimgħa

Dipartiment: Income Support & Compliance Division

familja aħjar familja.media@gov.mt 6

18

Tiżdied l-Allowances għal Carers: L-Allowance għal Carer se titla’ għal €120.68 fil-ġimgħa.

Dipartiment: Income Support & Compliance Division

19

Introduzzjoni tal-kunċett ta’ invalidità parzjali: Persuni li jkunu ilhom aktar minn sitt xhur fuq ilbenefiċċju tal-mard se jibdew jieħdu rati ugwali għal dik tal-pensjoni tal-invalidità.

Dipartiment: Sigurtà Soċjali

20

Rati ogħla fil-Benefiċċju tal-Qgħad: Ir-rata tal-benefiċċju fl-ewwel sitt ġimgħat bla xogħol se tibda tkun ta’ 60% tas-salarju jew il-qligħ tal-individwu fl-aħħar impjieg, fl-għaxar ġimgħat ta’ wara r-rata tkun ta’ 55% u fl-aħħar għaxar ġimgħat ir-rata tinżel għal 50%.

Dipartiment: Sigurtà Soċjali

21

Iż-żieda sħiħa tal-għoli tal-ħajja għal min qiegħed fuq l-Għajnuna Soċjali: Tingħata ż-żieda sħiħa tal-għoli tal-ħajja lil min jiddependi fuq l-għajnuna soċjali.

Dipartiment: Income Support & Compliance Division

22

Konċessjoni favur benefiċjarji tal-Assistenza għal Mard: F'każi fejn persuna tkun ilha tirċievi lpensjoni għal mill-inqas ħames snin, il-limitu tal-kapital fit-test tal-mezzi jitla’ sa €50,000 għall -miżżewġin u €30,000 għall-persuni waħidhom, jekk l-eċċess ikun ġej unikament minn wirt. Dan il-mekkaniżmu sejjer jibda japplika għal dawk il-persuni li jkunu qed jirċievu l-Assistenza għal Mard ukoll.

(Nota: Il-konċessjoni hija dwar dawk li jkunu wirtu wara li bdew jieħdu l-pensjoni tal-età mhux kontributorja, kif ukoll titjib li jirrigwarda donazzjonijiet lit-tfal).

Dipartiment: Income Support & Compliance Division

familja aħjar familja.media@gov.mt 7

23

Reġgħet żdiedet għal darb’oħra l-Carers Grant: Il-Carers Grant se tkun qed tiżdied b’€487 fis-sena oħra biex issa se tilħaq kważi €5,000 fis-sena.

Dipartiment: Income Support & Compliance Division

24

L-Assistenza Mizjuda għal Diżabiltà: Se tiżdied b' €17.39 fil-ġimgħa.

Dipartiment: Income Support & Compliance Division

25

Tiżdied l-Assistenza għal Diżabiltà Severa: Se tiżdied b' €12.81 fil-ġimgħa.

Dipartiment: Income Support & Compliance Division

26

Tiżdied l-Assistenza għal Diżabiltà: Se tiżdied b' €8.54 fil-ġimgħa.

Dipartiment: Income Support & Compliance Division

27

Nikkonsolidaw l-evalwazzjoni medika ta’ persuni b’diżabilità: Persuni b'diżabilità se jibdew jidhru quddiem bord interprofessjonali li ser jinħoloq għal dan il-għan. It-termini għall-evalwazzjoni ser ikunu msejsa fuq standards internazzjonali dwar saħħa u diżabiltà kif imħaddma mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

Dipartiment: Income Support & Compliance Division

28

Tiżdied l-assistenza soċjali għal persuni li jkunu fuq programm ta’ rijabilitazzjoni minn vizzji fuq ordni tal-qorti.

Dipartiment: Income Support & Compliance Division

familja aħjar familja.media@gov.mt 8

29

Inkomplu ngħinu persuni b’kundizzjoni mentali severa: Tingħata opportunità lil persuni li jbatu minn xi kundizzjoni mentali severa li jikkwalifikaw għal pensjoni tal-invalidità jekk lapplikant ikollu mill-anqas 50 kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali tul ħajtu.

Dipartiment: Sigurtà Soċjali

30

Inkomplu nindirizzaw l-inġustizzji tal-imgħoddi: Jintemmu l-pagamenti tal-eks-Membri talKorpi u wara l-1979 daħlu jaħdmu mal-Gvern ser jintemmu fil-ġimgħat li ġejjin. Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti

31

Inkomplu nindirizzaw l-inġustizzji tal-imgħoddi: Din l-iskema ser tkun qed tapplika għal eksapprentisti u studenti-ħaddiema li kienu daħlu mal-Gvern wara Jannar tal-1979 wara li temmew korsijiet ta’ taħriġ li bdew qabel. Minħabba l-età tagħhom, grupp żgħir minn dawn il-kategoriji għadhom jaħdmu u għalhekk l-iskema ser tibqa’ fis-seħħ biss għal dawn ilpersuni biex jitħallsu meta jilħqu l-età tal-irtirar.

Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti

32

Inkomplu nindirizzaw l-inġustizzji tal-imgħoddi: L-iskema ser tkun tapplika għal eks-membri tal-korpi li wara sabu impjieg fis-settur pubbliku; għal eks-ħaddiema tal-Gas Board u għal apprentisti tal-Malta Electricity Board li kienu ngħaqdu mal-Korporazzjoni Enemalta fl-1977. Minn din is-sena bdew jibbenefikaw ukoll grupp ta’ eks-ħaddiema li daħlu mal-Korporazzjoni Telemalta bejn Jannar tal-1978 u Jannar tal-1979.

Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti

33

Inkomplu nindirizzaw l-inġustizzji tal-imgħoddi - Sejjer jingħata kumpens finanzjarju lil aktar minn 500 persuna li kienu tneħħew minn għadd ta’ entitajiet qabel Marzu 2013, inkluż ittarznari, b’mod arbitrarju u li kien wassal għal telf sostanzjali fid-dħul tagħhom.

Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti

familja aħjar familja.media@gov.mt 9

34

Jibdew it-tħejijiet fuq l-iStrateġija Nazzjonali sabiex inkomplu niġġieldu l-faqar u l-esklużjoni soċjali (2025 - 2035).

Dipartiment: Strategy & Implementation Division

35

Titjib fir-rati tal-In-Work Benefit: Jiżdied il-benefiċċju b'€50 għal kull wild fil-familja taħt it-23 sena.

Dipartiment: Income Support & Compliance Division

FAMILJA AĦJAR hi pubblikazzjoni maħruġa mit-Taqsima tal-Komunikazzjoni tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal. Valletta, Malta.

FAMILJA hi l-marka uffiċjali tal-pubblikazzjonijiet kollha tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u dDrittijiet tat-Tfal.

FAMILJA AĦJAR hi produzzjoni ta’ darba f’sena dwar il-Miżuri tal-Budget. Xogħlijiet testwali oħra tal-Ministeru jinkludu s-SUPPLIMENT SPEĊJALI FAMILJA li joħroġ darba f’sena, RIVISTA FAMILJA li toħroġ kull xahrejn, kif ukoll il-fuljett ta’ kull tliet xhur ĠEMMA.

Jekk tixtieq aktar tagħrif jew trid tagħmel kuntatt magħna tista’ tiktbilna fl-indirizz elettroniku:

familja.media@gov.mt

familja aħjar familja.media@gov.mt 10

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.