Skip to main content

Lejn 60 sena ta' Storja - Mqabba FC, Est 1957

Page 1

Lejn 60 Sena

ta’ Storja

Mqabba F.C. EST.1957


Editorjal

It-tim tal-futbol tal-Mqabba Raħal żgħir b’qalb kbira fl-istorja tal-ballun Is-Sur Jeremy Mercieca Kważi għadda l-Istaġun 2017/18 għaliex iż-żmien ma jistenna lil ħadd. L-istess għaddew bħal leqqa ta’ berqa s-60 sena l-oħra mill-ewwel ġurnata li twaqqaf il-klabb tal-Imqabba. Għalkemm ir-raħal pittoresk talImqabba huwa famuż għaż-żewġ festi tiegħu, wieħed ma jistax jinsa l-isforzi kbar li qegħdin isiru sabiex ittim tal-futbol tal-Imqabba jgħolli isem l-Imqabba flIsport. Jekk immorru lura dawn is-snin kollha, nindunaw kemm il-logħba tal-futbol u t-tim tal-Imqabba nbidlu drastikament. Illum il-ġurnata, żewġ aspetti kruċjali biex klabb bħal tagħna jibqa’ għaddej huma l-ħidma volontarja ta’ grupp żgħir ta’ nies, kif ukoll li jkollok finanzi biżżejjed li żżomm klabb hekk kbir għaddej. Madankollu, kull kumitat li mexxa l-klabb tal-Imqabba, kellhom u għad għandhom il-potenzjal, għandhom l-għodda u għandhom il-kapaċità biex ikomplu jġibu aktar suċċess għat-tim tal-Imqabba. Matul is-snin, bl-għajnuna finanzjarja u materjali ta’ numru ta’ nies, irnexxielna niksbu numru ta’ suċċessi, li għad-daqs tar-raħal żgħir tagħna huma meqjusa hekk kbar. Inħeġġeġ lill-Imqabbin kollha biex ikunu dejjem hemm wara t-tim tagħna, għaliex ‘Fejn hemm l-Għaqda, hemm is-saħħa’. Għalkemm kulħadd ikun jixtieq li t-tim tant għal qalbna dejjem joħroġ rebbieħ, fir-realtà, kulħadd jaf li dan ma jistax iseħħ. Għalhekk, kull meta t-tim tagħna ma jkunx għaddej minn mumenti daqstant pożittivi, għandna nibqgħu nissapportjaw lillbenjamini tagħna, kemm fit-tajjeb u kemm fil-ħażin. F’din l-edizzjoni speċjali ta’ dan il-ktejjeb, proprju fis-60 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Klabb tal-futbol tal-Imqabba, wieħed ser jiltaqa’ mal-ħidma li saret u li qed issir sabiex il-klabb tal-Imqabba jibqa’ għaddej u jikseb suċċessi kbar. Minn hawn nirringrazzjaw lil dawk kollha li għoġobhom jirreklamaw is-servizzi tagħhom f’dan il-ktejjeb speċjali.

Werrej Editorjal ..........................................1 Kumitat Eżekuttiv Mqabba F.C. Staġun 2017/2018 ...........................3 Naħdmu biex ngħollu isem raħalna fl-Isports ..........................................5 Raħal żgħir b’qalb kbira Storja rikka ta’ klabb determinat għas-suċċess ....................................9 Il-Messaġġ tal-Kowċ .....................19 Messaġġ mill-Captain ..................21 Il-Fundatur Ewlieni u l ewwel Head-Coach tal-Imqabba F.C. Youth Nursery ...............................23 It-tim tal-minors jikseb ilpromozzjoni wara 42 sena ............25 L-Unuri tal-klabb ..........................26 Il-Presidenti li mexxew lill-klabb matul dawn is-sittin sena...............28 Il-Kowċis li mexxew lit-tim talMqabba Ħajduks u l-Mqabba F.C. ...............................29 L-Istorja tal-Klabb mit-twaqqif tiegħu.........................33 It-tim tal-Mqabba F.C. mis-snin elfejn sal-preżent ...........................41 L-Imqabba F.C. Youth Nursery .....55 Kurżitajiet .....................................71 Tislima ..........................................75 Kull dritt riservat - Mqabba F.C. © Mqabba F.C. Ritratti: Joe Borg, Antoine Sciberras, Steve Debono, Raymond Vella, Chris Schembri Baldacchino u Pauline Agius Farrugia.

LEJN 60 SENA TA’ STORJA

1


BOV CONTACTLESS CARDS

why pay cash when you can just tap and go? Simple | Swift | Secure

A BOV Visa Classic contactless card gives you all the convenience of a regular credit card, but also enables fast payments up to €20. So whether you want to pay for a coffee or a weekly magazine, simply tap your contactless card and the transaction will be processed in seconds. That’s really all there is to it. Terms and conditions apply.

2131 2020 I bov.com Issued by Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130


Kumitat Eżekuttiv Mqabba F.C. Staġun 2017/2018

President: Segretarju: Kaxxier: Viċi-Presidenti: Viċi-Segretarju: Viċi-Kaxxier: MFA Council Member: Kit Managers: Team Manager: Ground Manager: Link between Committee and team: Link between Committee and nursery: Membru:

Carmel Ellul Jeremy Mercieca Ellen Farrugia Clemence Dujardin John Sciberras Luke Vella John Cutajar Mario Borg Charles Camilleri Rene Briffa Steve Debono Frans Farrugia Martin Gauci Antoine Sciberras George Attard

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Imqabba jixtieq jirringrazzja lill-ex-membri tal-kumitat, kowċis u plejers li servew għall-klabb tal-Imqabba FC matul dawn l-aħħar sittin sena.

LEJN 60 SENA TA’ STORJA

3


Philip Taxi Service 24 Hours Service Mob: 7926 9692 Tel: 2168 5117

Furniture Transport | High Up Service | Crane Service Customs Clearance & Forwarding Tel: 2146 1190 • Mob: 9949 9574 / 9949 9576 Email: fborgmovers@gmail.com Frankate, Triq ir-Rebbieħa, Siġġiewi SGW 1822, Malta 4

MQABBA F.C. 1957


Messaġġ mill-President

Naħdmu biex ngħollu isem raħalna fl-Isports Is-Sur Carmel Ellul Għeżież Imqabbin, Nixtieq naqsam magħkom dawn il-ħsibijiet tiegħi ta’ kif bdiet l-imħabba tiegħi lejn il-logħba tal-futbol u lejn il-klabb tal-futbol talImqabba. Huwa fiż-żmien meta kont għadni naqra ta’ tifel, flimkien ma’ ħuti Victor u Pawlu u l-kuġini tiegħi Charlie u Mario Farrugia, konna nilagħbu l-ballun fil-bitħa tal-ġenituri tiegħi fi Triq San Bażilju. Meta tfarfarna u bdejna nilagħbu l-ballun fit-triq, kienu joqogħdu qrib tagħna l-familja Bugeja tad-Demsi, speċjalment ħuhom il-kbir Joe Bugeja li bdew iħajruna biex nilagħbu l-futbol. Tista’ tgħid li dak iż-żmien fl-Imqabba, kull triq kellha tim tal-futbol tat-tfal, u Joe kien joħodna fl-għalqa magħrufa bħala tal-Isqof biex nilagħbu kontra xi tim ieħor mill-Imqabba. Ġieli wkoll ħaduna biex nilagħbu kontra xi tim minn barra mir-raħal. Aktar ’il quddiem jien kont nifforma parti mit-tim ta’ taħt is-16-il sena u konna nilagħbu fil-grawnd ta’ Marsaxlokk kontra rħula oħra. Wara wkoll kont nagħmel parti mit-tim tal-minors li kien ġab l-ewwel unur prinċipali tal-futbol fl-Imqabba. Dak iż-żmien kellna l-kowċ Pawlu Farrugia miż-Żurrieq. Dan l-istess grupp ta’ plejers, tista’ tgħid magħmul kważi kollu millImqabba, kiseb il-promozzjoni għat-tieni diviżjoni. Għal dawn il-partiti li konna nilagħbu kienet tattendi folla numeruża ta’ sostenituri Mqabbin. Għalkemm is-sena ta’ wara t-tim ġie relegat, il-kumitat qatt ma qata’ qalbu u reġa’ beda jaħdem biex it-tim tal-Imqabba jerġa’ jikseb suċċess fejn fi ftit taż-żmien erġajna tlajna fit-tieni diviżjoni u wara fl-ewwel diviżjoni, l-ogħla diviżjoni għal dak iż-żmien. Aktar tard it-tim tagħna kien ġie promoss għal diversi drabi filPremier Division. Hekk nista’ ngħid li l-Klabb tal-futbol beda minn ġo żewġt’ikmamar fi Triq San Bażilju, wara mar fi Triq Santa Katerina u llum jinsab fi Triq il-Madonna tal-Ġilju fejn illum għandna kumpless sportiv komplut b’kollox. Hawnhekk ġiet imwaqqfa n-Nursery, fejn fiha jiġu mħarrġa diversi tfal kemm mir-raħal u anke minn barra mir-raħal fil-logħba tal-ballun. Din ukoll qed tkun ta’ għajnuna kbira għall-Klabb. Dan kien kollu dovut għall-Kumitati preċedenti li ħadmu bis-sħiħ u emmnu fil-bżonn li ninvestu fit-tfal tagħna. Illum hu fl-interess tagħna li nieħdu ħsiebu u nkomplu nattrezzawh għaż-żminijiet tal-lum. Iż-żmien għadda u minn tifel żgħir nilgħab fil-bitħa tal-ġenituri tiegħi, illum flimkien ma’ sħabi ninsabu mmexxu dan il-klabb. Hawn nixtieq nirringrazzja lill-Presidenti li ġew qabli, il-membri li kienu jiffurmaw ilkumitati preċedenti, lis-soċi u sostenituri tal-Imqabba FC, lill-isponsors u lill-benefatturi. Nixtieq inħeġġeġ lin-nies tal-Imqabba biex jingħaqdu magħna u jattendu biex jagħtu s-sapport tagħhom lill-benjamini tagħna meta jkun qed jilgħab it-tim tal-Imqabba FC, it-tim tar-raħal kollu.

LEJN 60 SENA TA’ STORJA

5


Jerry’Silencer Repairs CO2 Welding

Jerry’s Garage Si©©iewi Road, Mqabba Tel: 21640750 Fax: 21642535 Mob: 9944 9237 6

MQABBA F.C. 1957


OPENING HOURS DŽŶĚĂLJƐ ůŽƐĞĚ dƵĞƐĚĂLJƐ Ͳ &ƌŝĚĂLJƐ͗ 9:00am - 1.30pm ϱ͗ϬϬƉŵ Ɵůů ůĂƚĞ ^ĂƚƵƌĚĂLJƐ͗ 9:00am - 1.30pm ϰ͗ϬϬƉŵ Ɵůů ůĂƚĞ ^ƵŶĚĂLJƐ͗ ϰ͗ϬϬƉŵ Ɵůů ůĂƚĞ

^ƉĞĐŝĂů KīĞƌƌ

ϭ͘ϱ >ŝƚƌĞĞ Coca Colaa ǁŝƚŚ ĞǀĞƌLJLJ €25 spentt

Tel: 21680200

• Mob: 79680200

17, Triq Dun Guzepp Zammit, Zurrieq

FREE delivery Terms and conditions apply

www.dees-pizzeria.com

LEJN 60 SENA TA’ STORJA

7


DoS Avós, Triq San Bażilju, Mqabba Book your table on 21681131 / 99680942 or Message us on facebook: Dos Avós

Tal-Bazzi

Joseph & Julian Farrugia Ìarr ta’ ©ebel, ramel u torba, Ωrar u xog˙ol bil-gafef u tractor, ˙sad u ˙art 12, Warda tal-Ìilju, Triq in-Nazzarenu, Mqabba mob: 9988 7021 • 9987 7175 tel: 2168 3409 8

MQABBA F.C. 1957


Messaġġ mis-Segretarju

Raħal żgħir b’qalb kbira Storja rikka ta’ klabb determinat għas-suċċess Is-Sur Jeremy Mercieca Huwa ta’ unur għalija li mess lili bħala s-Segretarju tal-Klabb tal-Futbol tal-Imqabba li nwassal dan il-messaġġ tiegħi f’din ilpubblikazzjoni speċjali, propju fl-okkażjoni tas-sittin sena anniversarju mit-twaqqif tal-Klabb tal-futbol ta’ raħalna. Għalkemm kariga bħal din iġġorr piż kbir, aċċettajt li nservi lil raħal twelidi u b’ruħi u b’ġismi dħalt biex nikkopa din il-kariga. Minn żmien għal żmien, l-antenati tagħna dejjem ħadmu sabiex ikabbru fergħa oħra għalina l-Imqabbin; l-Isport, u bla dubju ta’ xejn il-logħba tal-ballun. Sittin sena ilu twaqqaf il-klabb tal-futbol sabiex mingħajr ebda daqq ta’ trombi jibda jikkompeti ma’ numru ta’ timijiet oħra f’dan l-istess sports. Għaddew bħal-leħħa ta’ berqa dawn is-snin kollha mit-twaqqif ta’ dan il-klabb, u llum qegħdin naqtgħu l-frott ta’ ħidma kontinwa. Għalkemm personalment ma niftakarx it-twaqqif ta’ dan il-klabb, ma nimmaġinax li kien faċli dejjem iż-żmien li għaddew minnu l-Imqabbin dilettanti tal-futbol. Min jaf kemm il-partitarji kellhom jagħtu l-ħidma tagħhom biex għandna dawn il-pedamenti sodi li għandna llum. Li kieku l-ħidma tagħhom ma kinitx persistenti, persważ li llum la għandna żewġ grawnds sintetiċi ta’ livell għoli, la għandna ‘Clubhouse’ uffiċjali tagħna b’sala kbira u spazjuża, u fuq kollox, la għandna isem tajjeb u nadif fil-Futbol Malti. B’wiċċi minn quddiem ngħid li aħna l-għira ta’ timijiet oħra, speċjalment tal-madwar. F’dawn l-aħħar sittin sena li t-tim tal-Mqabba ilu mwaqqaf rajna tibdiliet u taqlib, uċuħ ġodda u oħrajn li ħallewna fi ħdan it-tmexxija ta’ dan il-klabb. Li baqgħet l-istess kienet illealtà li kull membru kellu u għad għandu lejn l-arma tar-raħal tagħna. Minkejja li l-ħajja tal-lum hija waħda mgħaġġla u kulħadd ikun impenjat, il-ħidma matul dawn l-aħħar snin ma waqfitx anzi baqgħet għaddejja matul is-snin kollha. Minn hawn inħeġġeġ aktar żgħażagħ u Imqabbin biex jingħaqdu magħna sabiex inkomplu nkabbru t-tim li aħna nappartjenu u isem raħalna, l-Imqabba. Matul dawn l-aħħar tmien snin, kelli x-xorti ngħix u nesperjenza l-ħidma fl-eżekuttiv ta’ klabb tal-futbol – biddlilti diversi karigi li tawni sodisfazzjon kbir. F’dawn is-snin esperjenzajt kemm affarijiet negattivi li fl-aħħar mill-aħħar jgħallmuk, iżda wkoll suċċessi – suċċessi mistħoqqa li jippremjaw is-sagrifiċċji kollha li tkun għamilt. Valur ewlieni li jiena dejjem tajt kas mill-ewwel ġurnata tiegħi f’dan il-kumitat huwa dak tas-sagrifiċċju li wieħed joffri b’mod volontarju sabiex it-tim tal-Imqabba jimxi ’l quddiem. Huwa ta’ sodisfazzjon kbir meta fi tmiem il-ġimgħa tiftaħ il-gazzetti, jew tara l-media soċjali u tara riżultat pożittiv għall-Imqabba. Ikun hemm ċertu logħob li fil-fond ta’ qalbek tkun trid tirbaħ bil-fors, u tkun tixtieq qiegħed tilgħab fil-ground, però fir-realtà dan ma jistax ikun. Meta r-riżultat jiġi ħażin, jew ikun kif mixtieq, partitarju leali bla dubju jħoss għat-tim tiegħu, aħseb u ara persuna li tkun ilha taħdem biex dan ir-riżultat jinkiseb. LEJN 60 SENA TA’ STORJA

9


Home Star Sofas Upholstery Enoch Farrugia

Home Star Sofas, Industrial Estate Ħal-Farrug – Luqa Mob: +356 7970 9749 • E-mail: homestarsofas@hotmail.com Find us on Facebook: Home Star Sofas 10

MQABBA F.C. 1957


LEJN 60 SENA TA’ STORJA

11

T: M: E: :

+356 2164 7694 +356 7921 1175 insurance@moiramagro.com www.facebook.com/moiramagrotii

Triq Manwel Sciberras, Qrendi QRD1681

Tied Insurance Intermediary

MOIRA MAGRO

you deserve to enjoy life

Moira Magro is an enrolled Tied Insurance Intermediary under the Insurance Intermediaries Act, 2006 for Mapfre Middlesea plc (MMS) and MAPFRE MSV Life plc. MMS is authorised by the Malta Financial Services Authority (MFSA) to carry on both Long Term and General Business under the Insurance Business Act, 1998. MAPFRE MSV Life plc is authorised by the MFSA to carry on Long Term Business under the Insurance Business Act, 1998. All entities are regulated by the MFSA.


BALDACCHINO BROS.

Għal kull tip ta’ bini rrikorru għand

Ġilju u Dennis Baldacchino jew ċemplu fuq 99865128 L-aħwa Baldacchino jixtiequ jawguraw kull suċċess lill-Imqabba F.C. 12

MQABBA F.C. 1957


Din is-sena f’għeluq is-Sittin sena anniversarju ħsibna li bħala kumitat nembarkaw fuq numru ta’ proġetti. Ovvjament, prijorità kienu ż-żewġ timijiet tagħna, kemm dak tal-Kbar kif ukoll dak tal-Minors. It-tim tal-kbar taħt it-tmexxija tal-Coach Clive Mizzi u l-Asst. Coach Karl Sciortino huwa mibni sabiex jikkompeti bi sħiħ fl-ewwel diviżjoni, li nsaħħu l-pożizzjoni tagħna f’din id-diviżjoni u jekk jiġi ċ-ċans, nissieltu għall-promozzjoni storika f’din is-sena hekk speċjali. It-Tim tal-Minors taħt id-direzzjoni tal-kowċ George Vella kiseb promozzjoni storika minn Sezzjoni D għal Sezzjoni Ċ wara nuqqas ta' 42 sena. Sabiex nikkommemoraw dan l-anniversarju, ħsibna sabiex nagħmlu numru ta’ affarijiet ewlenin fosthom ‘gear’ ġdid mill-isbaħ li ser jintuża matul din is-sena ġentilment sponsorjat mis-Sur Mario Borg u kif ukoll il-ħarġa ta’ din il-pubblikazzjoni speċjali b’enfasi fuq l-Istorja tal-Klabb tagħna. Apparti minn dan kollu, ridna li nħallu xi ħaġa għall-ġenerazzjoni tal-futur u għalhekk, bl-għajnuna finanzjarja tal-Kumpanija ‘MyAffiliates’ ħdimna fuq il-manutenzjoni u rinnovazzjoni tas-sala tal-Każin tagħna, u b’hekk din ġiet mogħtjia dehra aktar moderna. Minn dawn il-kelmtejn nieħu l-opportunità biex nirringrazzja minn qiegħ qalbi lillbenefatturi kollha tagħna għall-għajnuna finanzjarja li għoġobhom jagħtuna, kemm fis-snin passati kif ukoll matul din is-sena. Nirringrazzja wkoll lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor kienu involuti f’xi ħaġa jew oħra sabiex dawn l-attivitajiet ikunu suċċess. Mill-ġdid Grazzi! B’din l-istorja rikka li l-klabb tal-Imqabba għandu, kulħadd jista’ jara li t-tim tagħna dejjem kiber u evolva pass wara pass għaliex dejjem kien immexxi minn kumitati passati serji, dejjem tgħallimna mill-pożittiv, u fuq kollox ħarisna ’l quddiem, u b’determinazzjoni kbira għelibna kull ostaklu li sibna, u ħafna drabi wasalna fejn ridna naslu.

LEJN 60 SENA TA’ STORJA

13


14

MQABBA F.C. 1957


LEJN 60 SENA TA’ STORJA

15


7DU 5REED O R .LUNRS ..3 0DOWD 7HO 7 O )D[ ) -RKQ *KLJR -XUWLQ *KLJR ( PDLO MRKQJKLJ#PDOWDQHW QHW :HE ZZZ WDUUREEDUHF\FOLQJ FRP

For all types of original, second hand and imitation autoparts with the best prices found locally!!!

† ¼DUU WDO .RQNRV † %ORNNL WDO )UDQND † %ORNNL WDV 6HMMLHÇ

† 7RUED † %ULFNV


Messaġġ mill-Kaxxier

Inħarsu lura b’sodisfazzjon… Inħarsu ’l quddiem b’ottimiżmu… Is-Sur Ellen Farrugia 60 sena! Mhux faċli li raħal żgħir bħall-Imqabba, li l-futbol mhux l-prijorità ewlenija fil-kultura tiegħu, jagħmel 60 sena li bit-tlajja u l-inżul kollha li kien hemm matulhom dejjem ġab unuri lejn ir-raħal tagħna. Meta ġejna biex inħejju dan il-ktejjeb, iltqajna ma’ diversi nies li fl-imgħoddi kienu parti mill-amministrazzjonijiet li mexxew lil dan il-klabb. Emozzjonati, kollha jirrakkuntawlek rakkonti minn żminijiet differenti u episodji li mhux dejjem issibhom miktuba fil-kotba talistorja iżda li juru ż-żmien sabiħ il-klabb tagħna, avolja żgħir, dejjem għadda minnu f’kull ġenerazzjoni. Għaddew 60 sena u llum hawn aħna! Illum il-ġurnata li tmexxi klabb tal-futbol mhux faċli u l-isfidi nħabbtu wiċċna magħhom kuljum. Matul dawn is-snin irnexxielna nibnu amministrazzjoni li kapaċi tmexxi b’mod mill-iktar professjonali. Taħlita ta’ nies kemm b’esperjenza twila fil-futbol Malti u kemm persuni li għalkemm mhumiex daqsekk intiżi fillogħba, għandhom abiltajiet amministrattivi tajbin ħafna. Dan kollu flimkien mal-enerġija tażżgħażagħ ħloqna kombinazzjoni li qed tħalli l-frott. Matul dawn l-aħħar snin, varajna proġetti diversi li wħud minnhom waslu biex ikunu konklużi. Qed ninvestu ħafna fl-infrastruttura tal-klabb. Iktar tard din is-sena ser ninawguraw il-proġett tal-gym fl-ewwel sular. Proġett li ilu ħafna f’moħħ il-kumitat u fl-aħħar sentejn allokajna ammont konsiderevoli ta’ flus għalih sabiex narawh imwettaq. Il-ħsieb ewlieni tiegħu hu li jgħin lill-plejers tagħna jitħarġu aħjar fiżikament u kif ukoll ikun ta’ għajnuna kbira lil dawk li jkunu għaddejjin minn xi forma ta’ injury. Is-sular jinkludi wkoll klinika ta’ fiżjoterapija u klinika oħra li ser tintuża mit-tabib tal-klabb. B’hekk komplejna ngħollu l-livell ta’ faċilitajiet li investejna fihom matul dawn l-aħħar snin. Fi ftit tal-ġranet oħra ser nerġgħu nagħtu l-ħajja lill-websajt www.mqabbafc.com. Ser tkun paġna mill-iktar informattiva u interessanti b’dehra mill-iktar moderna. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lis-sur Maurice Aquilina ta’ M7Alpha Creative Studios li bl-iktar mod professjonali qed imexxi din il-websajt. Proġetti oħra li ser jiġu mibdija din is-sena ser jiġu komunikati fi żmien li ġej. Żgur li l-ikbar investiment tal-kumitat ser jibqa’ fit-tfal tagħna - in-Nursery. Ammonti kbar ta’ flus qed jiġu allokati kull sena sabiex it-tfal li jiffrekwentaw in-nursery tagħna jiġu mgħallma u jipprattikaw il-logħba tal-futbol b’faċilitajiet tajbin, b’kowċis kwalifikati u fuq kollox fl-iktar ambjent sikur. Ix-xewqa tagħna dejjem tibqa’ dik li naraw iktar żgħażagħ tagħna mat-tim tal-kbar. Preżentament għandna 5 plejers mit-tim ta’ taħt id-dsatax-il sena li jagħmlu parti mill-iskwadra tal-Ewwel Diviżjoni. Però dan mhux biżżejjed. Irridu naħdmu iktar sabiex ngħinu liż-żgħażagħ tagħna jaslu iktar ’l quddiem. Din ser tibqa’ tkun il-prijorità ewlenija fuq l-aġenda tagħna. LEJN 60 SENA TA’ STORJA

17


Ninsabu f’nofs ta’ staġun ieħor. Staġun li bħall-oħrajn ta’ qablu kollha fih diversi sfidi. Minn hawn ma nistax ma nirringrazzjax lil dawk l-isponsors kollha li jgħinuna matul l-istaġun. L-ikbar sfida hija dejjem dik finanzjarja u sabiex l-ambizzjonijiet u t-tragwardi li jkollna jintlaħqu jirrikjedu eluf kbar ta’ flus kull sena. Permezz tas-sostenn ta’ dawn il-kumpaniji u individwi dan jista’ jkun possibbli. Grazzi mill-qalb. L-aħħar kelma tiegħi tmur lejn l-Imqabbin. M’aħniex xi raħal kbir però l-qalb hija kbira. Nibqgħu niġbdu ħabel wieħed sabiex nibqgħu ngħollu isem ir-raħal tagħna ’l fuq anke filkamp sportiv. Bħalma b’sodisfazzjon ħarisna lura lejn l-istorja ta’ dawn is-60 sena, inħarsu ’l quddiem biex inġibu aktar suċċessi lejn l-Imqabba fiż-żmien li ġej.

Is-Sur Ellen Farrugia jagħti r-Rendikonti finanzjarji waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali li saret f’April, 2018.

PS Football Footage For any footage of full football Matches 77 45 67 73 spitp134@gmail.com 18

MQABBA F.C. 1957


Il-Messaġġ tal-Kowċ Is-Sur Clive Mizzi Meta persuna ssemmi r-raħal tal-Imqabba, normalment titkellem fuq iż-żewġ festi kbar, dik ta’ Santa Marija u tal-Ġilju, nar tal-ajru u tal-art, briju u armar. Però meta ssir taf aktar jew tgħix ma’ dawn in-nies minn dan ir-raħal żgħir, tinduna li hemm passjoni wkoll għal-logħba jew aħjar għat-tim tal-iMqabba F.C. Din is-sena taħbat għeluq is-sittin sena minn meta fforma l-club taliMqabba. Sintendi, matul dawn l-aħħar snin kollha li għaddew, kien hemm diversi mumenti sbieħ u mumenti mhux daqshekk sbieħ, però l-identità talIl-Kowċ, Clive Mizzi flimkien mal-President klabb tal-iMqabba hija waħda bi storja interessanti Carmel Ellul. ferm u anke b’potenzjal sabiħ għall-futur. Inħossni xxurtjat li ħdimt u qed nerġa’ naħdem ma’ dan il-club, li fuq livelli personali u anke bħala tim, tani ħafna sodisfazzjonijiet. L-aħħar 60 sena Tim li forsi għal min ma jafx rebaħ u lagħab ħames darbiet fl-ogħla livell tal-football Malti, ħaġa li ħafna klabbs madwar Malta hija x-xewqa tagħhom. Kien ukoll tim li f’dawn l-aħħar snin, kien stabbilit fl-ewwel diviżjoni Maltija u għalkemm forsi kien ġieli relegat. Kien dejjem tim kompetittiv fl-ewwel diviżjoni Maltija bi kwalità ta’ timijiet tajba, kif ukoll organizzazzjoni ta’ tmexxija min-nies li ħaqqhom kull rispett u tifħir fosthom Mario Borg, Ġilju Farrugia u ħafna membri oħra u volontiera li għenu lill-klabb matul dawn is-snin kollha. L-istorja sabiħa ta’ 60 sena kienet komposta minn dawn li semmejt, flimkien ma’ kull plejer u kowċ li kienu parti minn dan il-klabb. Il-Preżent Il-preżent hu kompost għal darba oħra min-nies ħabrieka bħall-President is-Sur Karmnu Ellul, viċi-president Clemence Dujardin, membri tal-kumitat żgħażagħ, dejjem ħabrieka u dejjem lesti li jgħinu fosthom l-aktar persuna li għamlet ġid lill-iMqabba F.C., is-Sur Mario Borg. Għandna tim kompost minn plejers u staff tekniku lest li jaħdem biex iżomm l-isem tal-klabb għoli. Sintendi min-naħa tagħna flimkien miegħi bħala l-kowċ preżenti ta’ dan it-tim, dejjem nixtiequ li jkollna l-aqwa suċċessi għall-klabb però fil-ħajja xejn mhu faċli. Min-naħa tagħna nwegħdukom l-aqwa ħaġa, li dejjem naħdmu u nippruvaw nieħdu l-aħjar deċiżjonijiet għall-futur ta’ dan il-klabb, fi żmien li l-futbol modern qed jagħmilha diffiċli mmens għal timijiet żgħar bħall-Imqabba li jkunu ma’ dawk imsejħa ‘top clubs’. Però l-għan għandu jibqa’ ċar, xogħol u dedikazzjoni bl-ewwel u qabel kollox ikun il-ġid tal-klabb u mhux l-individwu jew l-individwi. LEJN 60 SENA TA’ STORJA

19


Il-Futur Il-futur huwa dak li wieħed irid jaħdem għalih. Għalhekk qed isir xogħol siewi kemm mit-tim u l-Kumitat Eżekuttiv u kif ukoll fin-nursery. Hawn wieħed ta’ min jirringrazzja lil Antoine Sciberras, l-amministratur tan-nursery. Fi żmien totalment differenti meta qabel il-plejers kienu jkunu l-maġġor parti minnhom minn tar-raħal, bl-għajnuna tannursery tagħna, li għalkemm hija nitfa’ ħdejn nurseries oħrajn, dawn l-aħħar snin kibret f’ħafna affarijiet. Mhux faċli li jirnexxielek iżżomm jew tkabbar plejer minn età żgħira sal-ewwel tim, Però n-nursery qed tagħmel xogħol tajjeb ferm fl-iżvilupp tat-tfal, kif ukoll fuq livell ta’ nies/edukaturi li jkomplu jibnu l-players jew irġiel tal-futur. Minn hawnhekk, nixtieq ngħid Grazzi wkoll lilhom. Konklużjoni Avolja qatt ma ntrebaħ xi unur maġġur fl-ogħla kampjonat Malti, kull Imqabbi jew dawk li b’xi mod kellhom x’jaqsmu ma’ dan il-klabb, għandhom ikunu kburin li l-proċess ta’ 60 sena kien proċess li dejjem baqa’ miexi ’l quddiem. Jalla bl-għajnuna ta’ nies bħal Mario Borg, Clemence Dujardin u anke nies li huma jew ikunu interessati li jkomplu jagħmlu din l-istorja isbaħ milli diġà kienet għandhom jersqu lejn il-klabb tagħna u nkomplu ngħallmu dan ir-raħal popolari mhux biss f’dawk li huma festi, però anke fl-aktar logħba li kulħadd iħobb il-logħba tal-ballun. Mhux faċli għax qed ngħixu żminijiet li kulħadd irid kollox lest mill-ewwel u anke mal-iċken intopp ikisser. Għalhekk għandna nieħdu eżempju ta’ dawn l-aħħar 60 sena ta’ storja biex ikun il-mudell tagħna għall-futur!

20

MQABBA F.C. 1957


Messaġġ mill-Captain attwali tat-tim Il-Goalkeeper Jonathan Debono Għeżież Imqabbin, Bħala l-Captain ta’ din is-sena tal-Imqabba FC, huwa bi pjaċir kbir li qed nikteb dan il-messaġġ f’għeluq is-60 Anniversarju tal-klabb. Dan se jkun il-ħames staġun tiegħi ma’ Mqabba FC, bl-ewwel wieħed ikun meta kien għad kelli biss 18-il sena, fl-istaġun 2003/2004. Nista’ ngħid li ż-żmien tiegħi ma’ Mqabba FC dejjem kien pożittiv fejn is-sens ta' “familja magħquda” mill-qrib dejjem kien jirrenja fi ħdan il-klabb. Kif ħafna minnkom tafu, matul is-Sajf 2017 saru diversi tibdiliet fl-iskwadra, u bl-għajnuna tal-kumitat u l-istaff tekniku, issawwret skwadra ferm kompetittiva għal dan l-istaġun. Biż-żieda ta’ xi rekluti ġodda, plejers li kienu diġà mal-klabb u żgħażagħ, li għamlu progress fit-tim tal-kbar min-nursery ħabrieka tal-iMqabba, għandna l-potenzjal biex dan l-istaġun nkunu mat-timijiet ta’ fuq tal-klassifika. Matul l-istaġun se naffaċċjaw ħafna ostakoli u sfidi iżda nemmen li kull wieħed minna se jagħti dak kollu li jista’ u iktar biex jara li l-klabb jirnexxi. Nemmen ukoll li bl-għarfien u l-kompetenza tal-istaff tekniku, se nkomplu ntejbu l-prestazzjonijiet tagħna kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi ta’ tim. Nixtieq li l-plejers, il-kowċis, il-maniġers u l-voluntiera kollha mil-livell ta’ nursery sal-ogħla livelli, ilkoll jagħtu l-aħjar li jistgħu għal dan l-istaġun. Jiena fiduċjuż li permezz tax-xogħol siewi li qed isir dan se jsarraf f’diversi suċċessi għall-klabb u n-nursery fis-snin li ġejjin. Sinċerament nixtieq nirringrazzja lill-partitarji kollha tagħna, l-appoġġ tagħkom huwa apprezzat b’mod massiv, u għall-grupp ta’ partitarji li dejjem kien mal-klabb kemm fit-tajjeb u kemm fil-ħażin. Nista’ ngħid li aħna napprezzaw l-appoġġ tagħkom immens. Inħeġġiġkom biex tibqgħu titilgħu bi ħġarkom il-grawnd u tagħtu s-sapport tagħkom, ħalli flimkien inkomplu naħdmu biex il-klabb maħbub tagħna jkompli jissaħħaħ u jikber. LEJN 60 SENA TA’ STORJA

21


Love of beauty is taste. The creation of beauty is art.

Mob: 9982 0269

... ta’ Skutu

IVAN’S GARAGE Si©©iewi Road, Qrendi Tel: 2168 0006 Mob: 79704143 Email: ivans@maltanet.net

Panel Beater & Sprayer • Repairs Insurance Claims Available Underseal & Rustproofing 22

MQABBA F.C. 1957


Il-Fundatur Ewlieni u l-ewwel Head-Coach tal-Imqabba F.C. Youth Nursery Is-Sur Mark Bondin Kien Diċembru tas-sena 2000, meta jiena bl-għajnuna tas-sur Joe Farrugia, flimkien waqqafna Mqabba F.C. Youth Nursery, kif inhi magħrufa llum. Meta bdejna, niftakar li kellna biss 12-il tifel fil-kategorija tal-U12. Ma kinux żminijiet faċli. Dan għaliex ilfutbol fl-Imqabba ma kienx daqshekk popolari mat-tfal. Biss b’sodisfazzjon ngħid li wara 14-il sena, ħallejt nursery ta’ madwar 180 tifel u tifla, u numru ta’ players fit-team tal-kbar, li ħarġu mit-taħriġ tan-nursery. Jien dejjem ngħid li dawn il-players li jagħmlu d-debutt mat-tim tal-Kbar huma r-rebħiet, l-unuri u t-tazzi tan-nursery. Matul iż-żmien tiegħi, l-ewwel bħala wieħed mill-fundaturi u wara bħala Head kowċ, inNursery bdiet tikber bil-mod. Kif għidt qabel, bdejna biss b’tim wieħed. Matul is-snin, innumru ta’ tfal kif ukoll in-numru ta’ kowċis beda jikber. Niftakar kowċis bħas-Sur Paul Calleja u missieru Joe, is-Sur Alan Friggieri, is-Sur Omar Caruana u s-Sur Antoine Camilleri, kienu kollha taw kontribut kbir fis snin tal-bidu, fejn għamlu hafna xogħol fuq bażi volontarja. Dawn kienu l-ewwel ftit snin tan-nursery. Maż-żmien, in-numru ta’ kowċis kompla jikber u n-nursery bdiet ukoll timpjega kowċis oħrajn li ġabu ħafna esperjenza lejn in-nursery. Niftakar kowċis bħal, Darren Micallef, Jonathan Calleja, Kurt Pace, Rene Zampa, Julian Briffa, Anton Agius, Clifford Vassallo, Neville Galea, Roderick Agius, Kevin Azzopardi, Patrick Tanti, Nicholas Baldacchino, Billy Hendy, Joe Carbone, Branislav Timotic, Trevor Sollars, Neville Galea u Ivan Casha. Dawn kienu kollha kowċis li waqt l-14-il sena tiegħi taw kontribut kbir. Niftakar wara 9 snin fit-tmexxija tan-Nursery kont kellimt lill-kowċ ta’ esperjenza Jimmy Briffa biex jiġi jgħin ukoll fit-tmexxija bħala Technical Director. Jimmy ukoll ta kontribut siewi. Minbarra l-kowċis, kien hemm għajnuna kbira, li ġiet min-nies li offrew il-ħin tagħhom bħala membri fl-amministrazzjoni. Fis-snin tal-bidu, żgur li wieħed ma jistax ma jsemmix lil Julio Farrugia u l-aħwa Joe Farrugia u ħuh Charlie li kienu ta’ għajnuna kbira fl-ewwel snin. Kien hemm ukoll Reno Farrugia, li kien jagħti kontribut kbir meta kien iwassalna għal-logħob b’mod volontarju. L-eks Sindku Noel Galea serva għal xi żmien bħala Chairman u kien jgħin ħafna lin-nursery fl-organizzazzjoni ta’ ħafna attivitajiet. Wara kienu ġew nies bħal Luigi Aquilina u Stephen Belli. Niftakar li meta Stephen kien ħa t-tmexxija finanzjarja, in-nursery kienet għamlet pass kbir ’il quddiem. Wara ġew nies bħal Gilbert u Antoinette Camilleri, Richard Falzon u Antoine Sciberras li taħt it-tmexxija tagħhom, in-nursery kompliet tikber u saret dik li hi llum. Dawn u oħrajn kienu ta’ importanza kbira biex in-nursery issir waħda LEJN 60 SENA TA’ STORJA

23


mill-iktar nurseries organizzati fin-nofsinhar ta’ Malta. Antoine illum ħa t-tmexxija f’idejh u kompla jmexxi b’mod għaqli għal dawn l-aħħar 3 snin. Nixtieq pubblikament nirringrazzja lil dawn in-nies kollha li żgur mingħajr l-għajnuna tagħhom, in-Nursery ma kinitx tkompli għaddejja. Fl-14-il sena bħala Head kowċ fin-nursery tal-Imqabba kelli x-xorti li niltaqa’ ma’ ħafna plejers, ġenituri, kowċis u diversi membri filkumitat li żgur tgħallimt ħafna mingħandhom. Ħafna kienu sorpriżi meta jien iddeċidejt li mmur bħala Director of Youth Coaching ma’ Birkirkara F.C. Ma kinitx deċiżjoni faċli Mark Bondin flimkien mal-Ex-President tal-Klabb, imma jien dejjem emmint li wara li wellidt Charles Farrugia in-nursery kif inhi llum, biex in-nursery tkun tista’ timxi ’l quddiem, kellu jkun hemm bidla fit-tmexxija teknika. Illum il-Head Kowċ huwa Michael Degiorgio, persuna ta’ esperjenza kbira fil-futbol Malti, li żgur qed ikun ta’ gwida serja lill-plejers tan-nursery. Fl-aħħar nett nixtieq nawgura kull suċċess lill-Klabb tal-Imqabba fl-għeluq is-60 sena tiegħu. Nixtieq ukoll nawgura suċċess lin-nursery. Naħseb li wara 17-il sena mwaqqfa, innursery illum hija waħda mill-iktar imfittxa fl-inħawi ta’ wara l-mina, u dan jawgura tajjeb għat-tim tal-Mqabba FC.

info@theprofessionalsmalta.com WOOD/Engineering and laminatie Parquet flooring Stairs / Decking / Natural Stones & Pebbles / Decking & Parquet oils

24

MQABBA F.C. 1957


Il-Kowċ tat-tim tal-Minors.

It-tim tal-minors jikseb il-promozzjoni wara 42 sena Is-Sur George Vella It-tim tal-minors kellu staġun ferm tajjeb meta rebaħ il-kampjonat żewġ partiti qabel it-tmiem tal-kampjonat. B’ħidma mill-istaff tekniku flimkien mal-kumitat, it-tim irnexxielu jiżviluppa filosofija ta’ fubtol, li għalkemm fil-bidu dehret diffiċli li tiġi atwata, aktar ma’ daħal iż-żmien aktar saret evidenti b’ballun kemm jista’ jkun milgħub fil-baxx u b’għan li jinżamm il-maġġoranza tal-pussess. Matul il-kampjonat ġew utilizzati tnejn u għoxrin plejer li b’impenn kbir kienu jkunu preżenti għat-taħriġ anke jekk ħafna mid-drabi kien isir tard filgħaxija. Dan is-suċċess kien primarjament mertu tal- plejers li kkolaboraw flimkien u saru maqgħudin bħala familja, lin-nursery tal-klabb minn fejn ħarġu l-maġġoranza ta’ dawn il-plejers, lill-plejers li ngħaqdu magħna fil-bidu tal-istaġun u li kellhom sehem kbir, kif ukoll lil kowċ tal-ewwel tim tal-Mqabba li dejjem kkollabora mal-kowċ tal-minors sabiex ikunu jistgħu jintużaw is-servizzi ta’ dawk il-plejers tal-minors li kienu jiffurmaw parti mill-iswkadra tal-ewwel tim ukoll.

LEJN 60 SENA TA’ STORJA

25


L-Unuri tal-klabb 1957 1961 1975/76 1975/76 1977/78 1979/80 1981/82 1983/84 1984/85 1985/86 1990 1990/91 1991/92 1992/93 1993/94 2000/01 2000/01 2000 2003/04 2003/06 2004/05 2006/07 2007/08 2009 2010/11 2010/11

26

Twaqqaf l-Imqabba FC Amalgamazzjoni bejn l-Imqabba Hajducks FC u l-Imqabba Ramblers FC L-ewwel unur maġġuri, Minors Sezzjoni B Rebbieħa (kowċ: Pawlu Farrugia) Runners Up Tielet Diviżjoni L-Ewwel promozzjoni, Sezzjoni A Rebbieħa mit-3 għat-2 Diviżjoni, (kowċ: Alfred Lapira) Runners Up fin-Knock out tat-Tielet Diviżjoni vs. St. Patrick’s (kowċ: Jimmy Briffa) Rebbieħa ta’ Sezzjoni A tat-Tielet Diviżjoni (kowċ: Jimmy Briffa) Rebbieħa tat-Tieni Diviżjoni b’26 logħba mhux megħluba (Kowċ: Jimmy Briffa) Runners Up tal-Ewwel Diviżjoni u promozzjoni għall-Premier. Żieda ta’ 14-il logħba mhux megħluba biex b’kollox jitla’ għal rekord assolut b’total ta’ 40 logħba mhux megħluba. (kowċ: Marcell Scicluna) L-ewwel darba fil-Premier (kowċ: Marcell Scicluna) Tibdil tal-isem minn Mqabba Hajducks FC għall-Mqabba FC Rebbieħa tal-Ewwel Diviżjoni (kowċ: Sascha Burisof) It-Tieni esperjenza fil-Premier (kowċ: George Busuttil) Runners Up tal-Ewwel diviżjoni (kowċ: Tarcisio Azzopardi) It-Tielet darba fil-kampjonat Premier Rebbieħa tat-Tieni diviżjoni (kowċ: Anthony Grech) L-aqwa difiża fejn qlajna biss 12-il gowl, u kellna 17-il logħba mingħajr telfa Twaqqfet l-Imqabba FC Youth Nursery mill-Head Coach Mark Bondin Ikechukwu Chibueze ġie ddikkjarat bħala t-top scorer fil-kampjonat tal-ewwel diviżjoni tal-istaġun 2003/04 bi 18-il goal. Ikkonfermajna wkoll l-aqwa difiża fejn qlajna biss 21 gowl. Ġejna t-tielet fl-ewwel diviżjoni, viċin il-promozzjoni għall-Premier Mqabba FC ġew iddikjarati li kellhom l-aqwa difiża tal-Istaġun fejn qlajna biss 19-il goal Runners Up tal-Ewwel diviżjoni (kowċ: Joey Falzon) Ir-Raba’ esperjenza fil-Kampjonat Premier Il-Head Coach u l-fundatur tan-Nursery Mark Bondin ġie mogħti l-unur ta’ Ġieħ l-Imqabba mill-Kunsill Lokali tal-Imqabba. Runners Up tal-Ewwel Diviżjoni (kowċ: Clive Mizzi) L-aqwa difiża tal-Istaġun fejn qlajna biss 16-il gowl. Jean Paul Muscat jiġi klassifikat it-tieni fil-lista tal-aqwa skorers tal-kampjonat b’14-il gowl MQABBA F.C. 1957


2011/12 2013/14 2013/14 2013/14 2014/15 2014/15 2014/15 2015/16 2016/17 2017/18 2017/18

Il-Ħames sena fil-Kampjonat Premier (Kowċ: Clive Mizzi) Mqabba FC kisbu promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni (Kowċ: Leslie Burke) Mqabba FC Champions BOV Tieni Diviżjoni Staġun 2013/2014 wara li spiċċaw l-istaġun b’52 punt (Kowċ: Leslie Burke) Il-Captain tat-tim Mauro Bonnici nominat għall-aqwa player tal-istaġun tatTieni Diviżjoni 2013/2014 mogħtija mill-MFA Il-Captain tat-tim Mauro Bonnici lagħab il-200 logħba mal-klabb tagħna (7 ta’ Marzu 2015) Ivano Ramiro Cordoba, ex-Inter FC u Plejer Internazzjoni Columbian flimkien ma’ Natalino Felice, ex-Inter FC għamlu żjara uffiċjali lill-Mqabba FC u lillMqabba Youth Nursery nhar is-Sibt, 14 ta’ Marzu, 2015 L-Mqabba FC Youth Nursery kellha l-ewwel esperjenza tagħha barra minn Malta meta ħadet sehem b’suċċess fin-Nottingham Cup 2015 bejn it-3 ta’ Lulju u t-28 ta’ Awwissu 2015 It-Tieni esperjenza barra minn Malta għall-Mqabba FC Youth Nursery fejn ipparteċipat f’turnament triangulari ġewwa Catania fi Sqallija nhar is-Sibt 24 ta’ Frar 2016 Mauro Bonnici kiser ir-record ta’ kull żmien fejn lagħab 239 għall-klabb ta’ Mqabba FC Il-President ta’ Mqabba FC President Carmel Ellul ġie nominat għall-Ġieħ l-Imqabba mogħti mill-Kunsill Lokali tal-Mqabba L-Ex-President ta’ Mqabba FC u Membru fil-Kunsill tal-MFA Mario Borg ġie mogħti l-Premju ‘Mertu tal-Unur’ mill-Kunsill Lokali tal-Mqabba

Triq il-Madonna tal-Ġilju, Mqabba For groceries, daily milk and bread. Open Daily from Monday to Sunday LEJN 60 SENA TA’ STORJA

27


Il-Presidenti li mexxew lill-klabb matul dawn is-sittin sena Presidenti Onorarji Dr Joe Cassar LLD Perit Karmenu Vella Dr Louis Galea LLD Perit Ninu Zammit Is-Sur Charles Farrugia Ġilju Barbara flimkien ma' sħabu

Gulio Farrugia (fin-Nofs)

mat-tazza tar-rebħ tal-Kumitat Presidenti tal-Kampjonat tal-Ewwel 1957 Giulio Farrugia (Tal-Beqquna) / Karmenu Farrugia Diviżjoni 1990-91 1972 Carmel Briffa (Ta’ Saffarielu) 1983 Gilju Barbara (Tal-Karawett jew kif inhu magħruf bħala ‘id-dudu’) 1986 Charles Sciberras (Ta’ Ġambona) 1987 Charles Farrugia (Tal-Beqquna jew kif inhu magħruf aktar bħala ‘Il-Kukus’) 1991 Gulio Farrugia (Tal-Għawdxi jew kif inhu magħruf aktar bħala ‘Iċ-Ċiċċio’) 1995 Michael Saliba (Ta’ Susella) bl-għajnuna ta’ Emmanuel Camilleri (Tal-Bully) 1996 Gulio Camilleri (Tas-Siġill) 1997 Gulio Farrugia (Tal-Għawdxi jew kif inhu magħruf aktar bħala ‘Iċ-Ċiċċio’) 1999 Mario Borg (Tat-389) 2013 Charles Farrugia (Tal-Beqquna jew kif inhu magħruf aktar bħala ‘Il-Kukus’) 2015 Carmel Ellul (Ta’ Benda jew kif inhu magħruf aktar bħala ‘Il-Leħja’)

Is-Sur Mario Borg jiġi preżentat b'tifkira ta' apprezzament mis-Sur Paul Spiteri

Is-Sur Charles Farrugia jipreżenta tifkira ta' Apprezzament lis-Sur Mario Borg

Prezentazzjoni lill-kappillan Fr. John P. Curmi millPresident Carmel Ellul, f' Ottubru 2017

Il-Kumitat Eżekuttiv attwali jixtieq jirringrazzja lill-Presidenti kollha li mexxew il-klabb tal-Imqabba FC mit-twaqqif tal-klabb sal-lum il-ġurnata, speċjalment dawk li kienu u għadhom ikunu ta’ sosten finanzjarju għall-klabb tagħna.

28

MQABBA F.C. 1957


Il-Kowċis li mexxew lit-tim talMqabba Ħajduks u l-Mqabba F.C. 1962-1963 Richard SPITERI 2000-2001 Twanny GRECH 1963-1964 Richard SPITERI 2001-2002 Twanny GRECH 1964-1965 Richard SPITERI 2002-2003 Twanny GRECH 1965-1966 Richard SPITERI 2003-2004 Anthony GARZIA 1966-1967 Richard SPITERI 2004-2005 Mario CALLEJA 1967-1968 Richard SPITERI 2005-2006 Vincent CARBONARO 1969-1970 Richard SPITERI 2006-2007 Joe FALZON 1970-1971 Paul FARRUGIA 2007-2008 Joe FALZON/Borislav GYOREV 1971-1972 Paul FARRUGIA 2008-2009 Borislav GYOREV 1972-1973 Paul FARRUGIA 2009-2010 Borislav GYOREV/Clive MIZZI 1973-1974 Paul FARRUGIA 2010-2011 Clive MIZZI 1974-1975 Paul FARRUGIA 2011-2012 Clive MIZZI 1975-1976 Paul FARRUGIA 2012-2013 Albert BUSUTTIL/Guillermo GANET 1976-1977 Alfred LAPIRA 2013-2014 Mark BONDIN/Leslie BURKE 1977-1978 Alfred LAPIRA 2014-2015 Leslie BURKE 1978-1979 Marcel SCICLUNA 2015-2016 Leslie BURKE 1979-1980 Alfred MIZZI 2016-2017 Clive MIZZI 1980-1981 Jimmy BRIFFA 2017-2018 Clive MIZZI 1981-1982 Jimmy BRIFFA 1982-1983 Jimmy BRIFFA 1983-1984 Jimmy BRIFFA 1984-1985 Marcel SCICLUNA 1985-1986 Marcel SCICLUNA 1986-1987 Edward DARMANIN 1987-1988 Marcel SCICLUNA 1988-1989 Marcel SCICLUNA Clive Mizzi Leslie Noel Burke 1989-1990 Marcel SCICLUNA 1990-1991 Marcel SCICLUNA/Atanas MANOUCHEV 1991-1992 George BUSUTTIL 1992-1993 Tarcisio AZZOPARDI/Jimmy BRIFFA 1993-1994 Jimmy BRIFFA 1994-1995 Alfred CUTAJAR/Anthony BONNICI 1995-1996 John SCIBERRAS/Anthony BONNICI 1996-1997 Tarcisio AZZOPARDI 1997-1998 Tarcisio AZZOPARDI 1998-1999 Edmundo ROMAGNOLI 1999-2000 Twanny GRECH Jimmy Briffa Joe Falzon LEJN 60 SENA TA’ STORJA

29


30

MQABBA F.C. 1957


Ninu tal-Crane

(Tal-Beqqa)

LEJN 60 SENA TA’ STORJA

31


32

MQABBA F.C. 1957 Pr i n ce A l b e r t S t re e t , A l b e r t Tow n , M a r s a M R S 1 0 4 5 Te l : 2 1 2 2 7 3 4 2 , 2 1 2 2 7 3 4 4 t Fa x : 2 1 2 2 7 3 4 5 t M o b : 7 9 4 7 8 2 2 2 F N B J M J O GP ! E J SP DDP U S B E J O H DP N t X X X E J SP DDP U S B E J O H DP N

DICK Professional Knives

Hygienic and Protective Wear

Disposable Articles for Food Service

Packaging Materials and Machines


L-Istorja tal-Klabb mit-twaqqif tiegħu Tagħrif meħud mill-ktieb ‘Il-Klabbs Maltin tal-Futbol’ It-Tieni Volum ta’ Carmel Baldacchino. Għall-ħabta tal-1915-16, propju fil-bidu talEwwel Gwerra Dinjija, xi suldati Maltin sabu ruħhom stazzjonati qrib ir-raħal tal-Imqabba. Dawn is-suldati xi wħud minnhom mill-Imqabba stess kienu jgħaddu ż-żmien jilagħbu l-futbol f’post magħruf bħala ‘Fuq il-Mentna’. Iżda hekk kif spiċċat il-gwerra, is-suldati ħallew lill-Imqabba u magħhom ħadu wkoll il-ħjiel tallogħba. Wara dan, l-Imqabbin kellhom jistennew 1970 sal-1944 biex reġa’ rama tim ieħor fir-raħal. Dan ittim li sal-lum il-ġurnata lanqas nafu x’jismu, beda l-attivitajiet tiegħu eżatt wara li spiċċat il-gwerrra. Milli jidher dan it-tim beda jilgħab logħbiet ta’ ħbiberija kontra timijiet tas-Servizzi u timijiet oħra mill-irħula fil-viċin. Dan it-tim kien jilgħab f’għalqa li llum m’għadhiex teżisti, għaliex ittieħdet biex issir waħda mir-runways tal-ajruport. Dan it-tim ma damx jeżisti għaliex hekk kif fetħet l-emigrazzjoni, ħafna mill-plejers telqu lejn l-Awstralja. Il-futbol fl-Imqabba ma setax jieħu r-ruħ sakemm ramaw l-Imqabba Ramblers fl-1953. 1971 – 72 Mqabba Ramblers Dan it-tim lagħab l-ewwel logħba tiegħu fl-1 ta’ Frar, 1953 kontra r-Rabat Empire. Ir-Ramblers kienu rebħu din il-logħba bl-iskor ta’ 3-2. Mill-ftit informazzjoni li għandna dwar l-ewwel snin ta’ dan il-klabb nafu li kienu jiltaqgħu f’numru 24 fi Triq San Bażilju. Fl-istaġun 1955-56, daħlu fil-Malta Amateur Football Association u hawn insibu plejers ta’ ċertu fama bħal Suda ta’ Melita FC, Fitzgerald ta’ Sliema 1977 – 78 - Third Division Champion Wanderers, Billy Dalli u Eddie Bonnett ta’ Floriana FC, Joe Aquilina ta’ Sliema Wanderers, Armeni ta’ Ħamrun Spartans, Sultana ta’ Meli ta’ FC u P.Muscat tal-Hibernians. Ma jistax jonqos li bi plejers ta’ din il-klassi, Mqabba Ramblers ma jkunux fost dawk ta’ quddiem tal-Kampjonat tal-MAFA. Wara dan l-istaġun, Mqabba Ramblers ma LEJN 60 SENA TA’ STORJA

33


34

MQABBA F.C. 1957


ħadux sehem aktar fil-kampjonat tal-Mafa. Probabli li t-tim sfratta għax ma nstema’ xejn aktar dwarhom. Mqabba Rovers u Mqabba Ħajduks Matul is-snin ħamsin, l-MFA kienet torganizza kampjonat għat-timijiet dilettanti. Fost dawn kien hemm timijiet li kienu qegħdin jaspiraw li jieħdu sehem fil-Kampjonat nazzjonali. Fl-istaġun 195758, insibu żewġ timijiet mill-Imqabba fl-Amateur League. Dawn kienu Mqabba Rovers u Mqabba Ħajduks. Ma jistax jonqos li b’żewġ timijiet jikkompetu fl-istess kampjonat ma jkunx hemm pika kbira fir-raħal. Hawnhekk ġara li xi wħud bdew jaraw li din il-pika żejda kienet qed tagħmel ħsara lir-raħal tagħma u għalhekk bdew jaħdmu id f’id biex isir klabb wieħed u bis-saħħa tas-Sur Richard Spiteri twaqqaf tim wieħed bl-isem ta’ Mqabba Ħajduks, kif għadhom sal-lum.

1981 – 1982 Mqabba FC vs Melita 3d Div Sect. A champions cpt Joe Bugeja u Lolly Briffa

Mqabba Ħajduks Il-Ħajduks lagħab l-ewwel logħba tiegħu fit- 1981 – 82 - Third Division Champions 12 ta’ Ottubru 1958, kontra Atlanta SC fl-Amateur League u rebħu bl-iskor żgħir ta’ 1-0. Kien bidu tajjeb li ħajjar lill-Imqabbin biex japplikaw u jieħdu sehem fil-Kampjonat Nazzjonali. Iżda forsi għaliex l-Imqabba kien raħal żgħir b’popolazzjoni ta’ mhux aktar minn elfejn ruħ, l-MFA ħalliethom jistennew erba’ snin qabel ma aċċettathom fit-Tielet Diviżjoni. Staġun wara l-ieħor, l-Imqabba Ħajduks baqgħu japplikaw, mill-1958-59 sa 1962-63. Qrendi FC, Dingli 1983 – 84 Champions Swallows u Għaxaq FC kollha daħlu qabilhom. Sa flaħħar, fl-1962-63, kisbu l-frott tal-ħidma tagħhom meta ġew aċċettati fl-MFA. F’dak l-ewwel staġun tagħhom, Mqabba taw sorpriża kbira meta żammew draw finKnock Out lil Lija Athletics li kienu għadhom kemm rebħu l-Kampjonat tat-Tielet Diviżjoni. Fis-sena ta’ qabel, jiġifieri 1961-62, l-Imqabbin kienu daħlu filMinor League tal-MFA u kienu ser jirbħu s-sezzjoni li ma kienx għat-telf ta’ protest magħmul minn Vittoriosa Stars minħabba xi plejer ineliġibbli. 1984 – 85 Promoted to Premier Minkejja dan l-episodju li ssemma, l-ewwel snin tal-klabb tal-Imqabba fit-Tielet Diviżjoni ma tantx kienu sbieħ. Fil-fatt, bejn il-1962 u l-1972, dan it-tim ġie relegat ħames darbiet. B’xorti tajba, għalkemm kull darba kellhom jerġgħu japplikaw biex jibqgħu fit-Tielet Diviżjoni, l-applikazzjoni tagħhom dejjem ġiet milqugħa. L-aħħar darba li ġew relegati kien fl-istaġun 1971-72.

LEJN 60 SENA TA’ STORJA

35


36

MQABBA F.C. 1957


Wara dan l-istaġun, l-affarijiet bdew jitranġaw xi ftit sakemm fl-1977-78 rebħu l-Promozzjoni għatTieni Diviżjoni għall-ewwel darba fl-Istorja talklabb mit-twaqqif tiegħu. F’dan l-istaġun, Mqabba Ħajduks iddominaw b’mod konvinċenti tant li ġabru 21 punt minn 24 b’telfa waħda biss u draw minn 12-il partita. Għalkemm meritatament, Mqabba ħolqu sorpriża meta rnexxielhom kontra kull pronostiku, jirbħu sezzjoni ferm bilanċjata b’timijiet bħal Little Rainbows, Marsaxlokk u Siġġiewi. Fiċ-Championship decider 1990 – 91 First Division Champions Mqabba ġew draw ta’ mingħajr gowls kontra Lija Athletic, iżda mbagħad tilfu 2-0 fir-replay. Minkejja dan id-diżappunt, l-istaġun 1977-78 kien staġun mill-aqwa għat-tim tal-Imqabba; staġun li fetaħ aktar suċċess għat-tim fil-futur. Il-Mawra ta’ Mqabba Ħajduks fil-kampjonat tatTieni Diviżjoni kienet waħda qasira ħafna għaliex flistaġun 1978-79 ġabru biss ħames punti u għalhekk ġew relegati għat-Tielet Diviżjoni. Minħabba f’hekk, it-tim tħabat biex jerġa’ jqum fuq saqajh. Wara żewġ staġuni li t-tim spiċċa f’nofs il-Klassifika, fl-istaġun 1981-82, Mqabba reġgħu ħadu u rebħu l-promozzjoni għat-Tieni Diviżjoni. Mqabba ħadu sehem f’sezzjoni A fejn flimkien ma’ Pieta Hotspurs 1990 – 1991 - 1st Division Champions kienu l-protagonisti. Matul dan l-istaġun, kellhom imexxihom l-ex-plejer internazzjonali, Jimmy Briffa. Għalkemm matul l-istaġun u sat-tmiem, l-isfidanti bdew jaqsmu l-ewwel post, fil-Promotion Decider it-tim tal-Imqabba kien l-aħjar u għelbu lil Pieta 2-0 b’gowls ta’ Raymond Vella u Farrugia. Aktar tard, Tarxien Rainbows saru Champions tatTieni Diviżjoni meta għelbu lill-Mqabba bl-iskor ta’ 1-0 biss, f’partita akkanita u b’attendenza kbira anke minn partitarji Mqabbin. 1992 – 93 Promoted to Premier Division Hawnhekk wieħed jista’ jgħid li bdiet l-isbaħ era fl-istorja tal-klabb tal-Imqabba, fejn f’perjodu ta’ tnax-il sena, il-klabb kiseb il-promozzjoni għallogħla diviżjoni, il-Premier Division, tlett darbiet. Mis-Sena 1983 ’il quddiem Fl-istaġun 1983-84, it-tim tal-Mqabba ġie promoss għall-ewwel darba fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni wara 27 sena ta’ attività fil-Kampjonat Nazzjonali. Matul dan l-istaġun memorabbli għall-

1993 – 94 Premier Division

LEJN 60 SENA TA’ STORJA

37


38

MQABBA F.C. 1957


Mqabba Ħajduks, it-tim baqa’ mhux megħlub. Ir-rivali l-kbar ta’ Mqabba f’dan l-istaġun kienu Vittoriosa Stars li qasmu l-punt mal-Mqabba flewwel rawnd. Iżda Mqabba aċċertaw ruħhom millkampjonat meta għelbu lill-istess Vittoriosa 5-3 fittieni rawnd. L-istaġun 1984-85 kien ieħor memorabbli għall-klabb tal-Imqabba. Għal darb’oħra kienu mmexxija minn Jimmy Briffa, il-Ħajduks baqgħu 1998 – 1999 mhux megħluba. F’dan l-istaġun, it-tim kabbar l-imbattibilità tiegħu għal 40 partita. Dan ir-rekord kiser dak ta’ St.Patrick’s (34 partita) meta Mqabba kienu għadhom fil-kampjonat tat-Tieni Diviżjoni. Sfortunament, it-tim tal-Mqabba tilef punti prezzjużi bħala pass dixxiplinarju u għalhekk ma rnexxilhomx jilħqu lil Birkirkara fl-ewwel post tal-klassifika, u b’hekk Birkirkara spiċċaw fl-Ewwel post tal-Kampjonat. Ftit hemm xi tgħid dwar l-esperjenza tat-tim tal-Imqabba fl-ogħla diviżjoni għaliex l-Imqabba sabuha diffiċli jħabbtuha mal-kbar, u wara biss sena, fejn ġabru biss sitt punti, reggħu ġew relegati għall-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. Din id-darba damu ħames staġuni f’dak il-livell sakemm reġgħu kisbu l-promozzjoni għall-Kampjonat Premier fl-1990-91. Dan l-istaġun kien bla dubju wieħed mill-aqwa fl-istorja tal-klabb ta’ Mqabba FC. Mhux biss għaliex matulu t-tim rebaħ l-akbar unur fl-istorja tal-klabb iżda għaliex ukoll għall-mod kif rebaħ iċ-Championship tal-Ewwel Diviżjoni. Mqabba kisbu 12-il rebħa. Barra minn hekk, il-goalkeeper Eddie Bartolo, lejn tmiem il-Kampjonat waqqaf rekord personali ta’ 480 minuta mhux megħlub u fi tmien logħbiet tat-tieni rawnd sofra biss żewġ gowls. Mqabba ċċelebraw ir-rebħ tal-kampjonat nhar il-Ħadd 7 ta’ April 1991 fil-logħba kontra Gżira United. Il-partitarji Mqabbin niżlu bi ħġarhom għal din il-logħba bi bnadar u kull ħaġa oħra ta’ Briju sabiex jiċċelebraw dan is-suċċess miksub. Madankollu kulħadd ħareġ diżappuntat meta l-MFA naqset milli tagħmel il-preżentazzjoni tat-tazza wara tmiem il-logħba. Fl-istaġun 1991/92, Mqabba sabu ruħhom f’nofs ġlieda kontra r-relegazzjoni bejn sitt timijiet. Rabat, Hibernians u Birkirkara serrħu rashom u ħalla lil St.Andrew’s, Mqabba u Żurrieq biex jissieltu bejniethom. Minkejja li kellhom bidu promettenti, Mqabba kien l-ewwel tim li ġie relegat u magħhom waqgħu l-ġirien Żurrieq FC wara tnax-il sena fil-Premier. Iż-żewġ timijiet bl-esperjenza miksuba fil-Kampjonat Premier ma damux biex irritornaw flogħla diviżjoni tal-kampjonat Malti. Fl-istaġun 1992/93, Żurrieq rebħu l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, u Mqabba, wara li bidlu l-kowċ għal Jimmy Briffa, kisbu l-promozzjoni wara logħba decider kontra Marsa FC. Fl-istaġun 1993/94, Mqabba ma setgħux jaqbdu art fil-Premier u sa tmiem l-ewwel rawnd tista’ tgħid li diġà kienu relegati. B’hekk għal darb’oħra t-tim ġie relegat wara staġun wieħed biss mal-kbar. Iżda dan ma kienx kollox, għaliex iż-żelqa tal-Imqabbin kompliet għaddejja. L-istaġun 1994/95 reġa kien wieħed diżastruż u fl-aħħar spiċċaw biex tilfu posthom f’din iddiviżjoni wkoll. Wara numru ta’ staġuni, it-tim reġa’ sab postu fl-Ewwel Diviżjoni. Minn dakinhar ’l hawn Mqabba baqgħu jitħabtu biex iżommu posthom fl-Ewwel Diviżjoni Maltija.

LEJN 60 SENA TA’ STORJA

39


40

MQABBA F.C. 1957


It-tim tal-Mqabba F.C. mis-snin elfejn sal-preżent Tagħrif miġbur minn Antoine Sciberras Staġun 2000/2001 -Tieni Diviżjoni It-tim ta’ Mqabba FC kellu staġun tajjeb ħafna fejn irreġistra ħames rebħiet konsekuttivi kif ukoll irreġistra l-aħjar difiża tul il-kampjonat fejn sofra biss tnax-il gowl. Mqabba FC rreġistraw ukoll sbatax-il logħba konsekuttiva mingħajr telfa. Tul ilkampjonat Mqabba FC kellhom erbatax-il rebħa, sitt logħbiet intemmu fi draw u żewġ telfiet. In-numru ta’ punti fl-aħħar tal-kampjonat tela’ għal 48 u Mqabba FC ġew dikjarati bħala r-rebbieħa ta’ din idDiviżjoni. Dan ta dritt lil Mqabba FC biex l-istaġun ta’ wara jikkompetu fl-Ewwel Diviżjoni.

2000–2001 - Second Division Champions

Staġun 2001/2002 -L-Ewwel Diviżjoni Mqabba FC kellhom Staġun sodisfaċenti fejn spiċċaw l-impenji tagħhom fis-sitt post b’total ta’ 23 punt minn għaxar timijiet. B’kollox Mqabba FC irreġistraw ħames rebħiet, tminn draws u ħames telfiet. Total ta’ gowls kien ta’ 20 u sofrew 25 gowl. Il-plejer li l-aktar li skurja gowls għal Mqabba FC kien Jean Pierre Abdilla (6) segwit minn John 2001 – 2002 Paul Muscat u Chris Ciappara (4), Joe Falzon (2) u Kenneth Attard, Edric Borg, Michael Camilleri kollha b’gowl kull wieħed. Kowċ għal dan l-istaġun kien is-Sur Anthony Grech. Staġun 2002/2003 -L-Ewwel Diviżjoni Staġun sodisfaċenti ieħor li kkonferma lillMqabba FC sabiex ikompli jikkompeti fl-Ewwel Diviżjoni. Mqabba FC rreġistraw 4 rebħiet, 9 draws u 5 telfiet. Total ta’ punti miġbura 21 b’total ta’ gowls skurjati 25 u 29 kontra. L-aktar plejer li skurja gowls kien il-barrani Ikechukwu Chibueze (13) segwit minn John Paul Muscat (6), Darren Micallef u Matthew Cocks (2) kif ukoll Keith Mallia u Martin Gauci b’gowl kull wieħed. Edric Borg jiskorja 2002 – 2003 autogowl favur St. Patrick. LEJN 60 SENA TA’ STORJA

41


42

MQABBA F.C. 1957


Staġun 2003/2004 -L-Ewwel Diviżjoni Wara li Mqabba FC issudaw posthom fl-Ewwel Diviżjoni, issa kien wasal iż-żmien li Mqabba FC jibdew jaħsbu sabiex jiksbu promozzjoni flgħola Diviżjoni tal-futbol Malti. Tul il-kampjonat, Mqabba FC irreġistraw 8 rebħiet, 5 draws u 5 telfiet b’total ta’ gowls 29 favur u 21 kontra. Total ta’ punti miksuba 29 bit-tim jispiċċa fit-tielet post 4 punti biss wara r-rebbieħa tal-kampjonat St. Patrick u 3 wara Lija li spiċċaw runners up. Dan l-istaġun Ikechukwu 2003 – 2004 Chibueze rebaħ l-unur bħala Top scorer b’total ta’ 18-il gowl. Il-gowls l-oħra ġew skurjati minn John Paul Muscat (4), Marlon Briffa (3) u Keith Mallia u Andre Formosa b’gowl kull wieħed. Mqabba FC kellhom l-aħjar difiża tul il-kampjonat kollu meta sofrew biss 21 gowls. Staġun 2004/2005 - L-Ewwel Diviżjoni Mqabba FC komplew jiċċelinġjaw għallpromozzjoni u kien it-tieni Staġun konsekuttiv fejn it-tim spiċċa fit-tielet post għal darb’oħra b’total ta’ punti miksuba 31. Ir-rebbieħa tal-kampjonat Ħamrun spiċċaw b’total ta’ 35 punt u Mosta li spiċċaw runners up ġabru punt aktar minn Mqabba FC. Mqabba FC kellhom 9 rebħiet, 4 draws u 5 telfiet fejn skurjaw total ta’ 33 gowl u sofrew 19il gowl. Fil-fatt Mqabba FC kellhom l-aħjar difiża tul il-kampjonat kollu filwaqt li l-plejer Anyanwu Uchenna spiċċa t-tieni l-aktar plejer li skorja gowls b’total ta’ 16-il gowl. Il-gowls l-oħra saru minn Marlon Briffa (5), John Paul Muscat (4), Justin Felice u Keith Mallia (2) filwaqt li Chris Borg, Albert Busuttil, Mark Anthony Psaila u Justin Tellus irreġistraw gowl kull wieħed fuq isimhom.

2004 – 2005

Staġun 2005/2006 - L-Ewwel Diviżjoni Għat-tielet sena konsekuttiva, Mqabba FC spiċċaw l-impenji tagħhom fit-tielet post din iddarba bi 31 punt, erbgħa anqas minn St George’s li spiċċaw rebbieħa tal-kampjonat u 2 anqas minn 2005 – 2006 Promoted to Premier Marsa (runners up). Total ta’ logħob mirbuħ kien ta’ 9, 4 draws u 5 telfiet b’total ta’ gowls favur 28 u 18 kontra. Il-gowls ġew skurjati minn Uchenna Anyanwu (9), John Paul Muscat (7), Keith Mallia (3), Roderick Spiteri (2) filwaqt li Albert Busuttil, Edric Borg, Marlon Briffa, Martin Borg, Chris Borg, Marco Catania u Mauro Bonnici skorjaw gowl kull wieħed.

LEJN 60 SENA TA’ STORJA

43


44

MQABBA F.C. 1957

www.zahragroup.com.mt

E-Mail: l: info@zahragroup.com.mt mt

Tel: l: 2164 0957, 7, Fax: x: 2164 1601,, Mob: b: 9942 4689

Siġġiewi Road, ta’ Kandja, L/O Mqabba.

CONSTRUCTION WORKS, SUPPLIERS OF CONCRETE & CONCRETE BLOCKS, CRANE HIRE, PLANT HIRE & AGGREGATE

BUILDING YOUR VISION


Staġun 2006/2007 - L-Ewwel Diviżjoni Wara tlett Staġuni jiċċelinġjaw għall-promozzjoni fl-ogħla Diviżjoni, Mqabba FC irnexxielhom jilħqu dan it-tragward meta spiċċaw runners up b’total ta’ 34 punti, 5 anqas minn Ħamrun li spiċċaw b’39 punt. Mqabba FC rreġistraw 10 rebħiet, 4 draws u 4 telfiet b’total ta’ gowls favur 33 u 25 kontra. Il- 2006 – 2007 Premier Division gowls għal Mqabba FC ġew minn John Paul Muscat (11), Ikechukwu Chibueze (7), Nicolò Baldacchino (5), Gilbert Scerri u Alex Ribic (2) filwaqt li Albert Busuttil, Jesmar Abela, Clyde Camoin, Matthew Cocks u Martin Anastasi rreġistraw gowl kull wieħed. Kowċ għal dan l-istaġun kien Joey Falzon. Staġun 2007/2008 - Premier F’din ir-raba’ esperjenza tagħhom fl-ogħla Diviżjoni tal-futbol Malti, Mqabba FC kellhom staġun mhux daqshekk feliċi meta spiċċa l-impenji tiegħu bi 8 punti biss fl-aħħar tal-klassifika. Issaħħa ta’ timijiet kbar kienu wisq għat-tim tagħna madanakollu Mqabba FC xorta waħda rreġistraw 3 rebħiet kontra Sliema (3-2), Msida (2-1) u Pietà (2- 2007 – 2008 0) filwaqt li ġabar 2 punti minn żewġ draws kontra Hibs (1-1) u Msida (2-2). Il-kumplament tal-logħob (19) ġie kollu mitluf. Fuq nota aktar pożittiva Marcelo Pereira spiċċa t-tieni l-aktar plejer li skurja gowls b’total ta’ 14 segwit minn Fabio Silva u Marlon Briffa (2) filwaqt li Italo Donizete Nogueira, Clifford Gatt Baldacchino u Mauro Bonnici skurjaw gowl kull wieħed. B’dawn ir-riżultati Mqabba FC ġew relegati għallEwwel Diviżjoni. Staġun 2008/2009 - L-Ewwel Diviżjoni Wara l-esperjenza fil-Premier, Mqabba FC riedu jissudaw posthom fl-Ewwel Diviżjoni. Filfatt Mqabba FC spiċċaw l-impenji tagħhom f’nofs il-klassifika b’total ta’ 24 punt. Mqabba FC rreġistraw 5 rebħiet, 9 draws u 4 telfiet, b’total ta’ 28 gowl favur u 24 kontra. Il-gowls ġew minn Paul Chimezie (7), Michael Borg Olivier (5), Shawn Magro u Claudio Calleja (4), John Paul Muscat (3), Mauro Bonnici (2) filwaqt li Mead Mifsud u David Azzopardi skurjaw gowl kull wieħed. Staġun 2009/2010 - L-Ewwel Diviżjoni Għal darb’oħra t-tim ta’ Mqabba FC kkonsolida postu fl-Ewwel Diviżjoni meta spiċċa l-kampjonat b’total ta’ 21 punt wara 5 rebħiet, 6 draws u 7 telfiet. Total ta’ gowls skurjati kien ta’ 30 u 30 kontra. Il-gowls ġew minn John Paul Muscat (8), Vilson Caushi u Claudio Calleja (5), Mauro Bonnici, Mark Gauci u Glenn Barry żewġ gowls kull wieħed filwaqt li Shawn Magro, Elliott Navarro, Omar Grech, Martin Anastasi u Patrick Borg skurjaw gowl kull wieħed.

LEJN 60 SENA TA’ STORJA

45


46

MQABBA F.C. 1957

hermann schiavone

9996 5800

jawgura l-Festa t-Tajba ůŝů ŬƵůŜĂĚĚ

DEJJEM QRIBEK... DEJJEM LEALI

SCHIAVONE

Dr Hermann


Staġun 2010/2011 - L-Ewwel Diviżjoni Mqabba FC appuntaw lil kowc Clive Mizzi bliskop li t-tim jerġa’ jiġġieled għall-promozzjoni għallgħola Diviżjoni. Filwaqt dan il-għan intlaħaq meta Mqabba FC spiċċaw runners up b’total ta’ 35 punt. Mqabba FC kellhom l-aħjar difiża meta sofrew biss 16-il gowl. Mqabba FC skurjaw total ta’ 38 gowl wara 10 rebħiet, 5 draws u 3 telfiet. Il-gowls ġew minn John Paul Muscat (14) li spiċċa t-tieni l-aħjar skorer, segwit Thiago Mazzielli (7), Claudio Calleja (6), Marlon Briffa (3), Vilson Caushi u Advan Cakiqi (2), filwaqt 2010 – 2011 li James Shead, Mauro Bonnici, Branislav Timotiv u Pierre Grima skurjaw gowl kull wieħed. Tul il-kampjonat, Mqabba FC kellhom 6 clean sheets. Staġun 2011/2012 - Premier Għall-ħames sena fl-istorja ta’ Mqabba FC ikkompetew fl-ogħla Diviżjoni mmexxija millkowċ Clive Mizzi. Kien staġun pożittiv ħafna b’total ta’ punti miksuba 24 punt punt, wieħed biss taħt Ħamrun li rnexxielhom isalvaw. Madanakollu, Mqabba FC ġew relegati lura għall-Ewwel Diviżjoni wara 9 rebħiet, 7 draws u 16-il telfa. It-total ta’ gowls skurjati kien ta’ 40 u 55 kontra filwaqt li Mqabba FC irreġistraw 8 clean sheets tul il-kampjonat. Il- 2011 – 2012 gowls kollha għal Mqabba FC ġew minn Bojan Mamic (15), Thiago dos Santos Mazzitelli (9), John Nwoba (5), John Paul Muscat u Marko Potezica (2), filwaqt li Mauro Bonnici, David Azzopardi, Marlon Briffa, Claudio Calleja, David Fenech, Branislav Timotic u Ryan Sammut skurjaw gowl kull wieħed. Kien staġun memorabbli u missielet sal-aħħar logħba b’numru kbir ta’ sostenituri jissapportjaw it-tim tagħna. Tul dan ilkampjonat twaqqaf ukoll il-grupp Ultras bl-iskop aħħari li jorganizza s-sapport għat-tim tagħna. Staġun 2012/2013 - L-Ewwel Diviżjoni Lura fl-Ewwel Diviżjoni taħt it-tmexxija tal-kowċ u eks plejer ta’ Mqabba FC, Albert Busuttil, it-tim ta’ Mqabba FC ma tantx kellu prestazzjonijiet tajba. Jidher li r-relegazzjoni millogħla Diviżjoni ħalliet l-effett negattiv tagħha u t-tim tagħna spiċċa relegat għat-tieni sena konsekuttiva għal Diviżjoni inferjuri oħra. Total ta’ punti miksuba ammonta għal 8 bit-tim jispiċċa 2012 – 2013 fl-aħħar pożizzjoni. Fil-fatt Mqabba FC rreġistraw rebħa waħda biss, 5 draws u 16-il telfa. Numru ta’ gowls favur kien ta’ 24 u 51 kontra. Il-gowls kollha għal Mqabba FC ġew minn Joseph Okonkwo (6), David Azzopardi, Claudio Calleja u Emiliano Lates (3), Abeeb Abiodan Williams (2) filwaqt li John Anegbe, Andrew Scicluna, John Paul Muscat, Kassim Suleman u Clayton Micallef irreġistraw gowl kull wieħed.

LEJN 60 SENA TA’ STORJA

47


Staġun 2013/2014 - It-Tieni Diviżjoni Wara l-esperjenza mhux daqstant feliċi flistaġun ta’ qabel, Mqabba FC appuntaw lil Mark Bondin bħala kowċ tat-tim li sa din issena kien jokkupa l-pożizzjoni ta’ Head Coach man-nursery tagħna. Wara bidu mhux daqstant kif mixtieq, il-kowċ Leslie Burke ħa postu bħala kowċ tat-tim. Dan it-tibdil daħħal enerġija 2013 – 2014 pożittiva fil-plejers tagħna tant li t-tim irreġistra 15-il rebħa, 7 draws u 4 telfiet. It-total ta’ gowls favur kien wieħed impressjonanti b’total ta’ 48 gowl u 26 kontra filwaqt li t-tim kellu 15-il clean sheet tul il-kampjonat. B’dawn ir-riżultati, Mqabba FC spiċċaw l-impenji tagħhom b’52 punt u ġew dikjarati bħala r-rebbieħa tat-Tieni Diviżjoni. Kienet esperjenza pożittiva fejn wara biss sena, it-tim reġa’ sab postu fl-Ewwel Diviżjoni. Il-gowls kollha għal Mqabba FC ġew minn Didier Tayou (15), Alistair Camilleri (11), Andrew Caligari (4), Clayton Micallef (3), Keith Muscat, Mauro Bonnici, George Frendo, Ryan Schembri u Mark Gauci (2) filwaqt li Ryan Vella, Andrè Cassar u Michael Abdilla skurjaw gowl kull wieħed. Kien hemm 2 gowls oħra favur Mqabba FC bħala own gowls. Il-captain tat-tim Mauro Bonnici ġie nominat għall-premju tal-aħjar plejer għat-Tieni Diviżjoni għall-istaġun 2013/2014 fil-MFA Annual Awards. Staġun 2014/2015 - L-Ewwel Diviżjoni Wara r-rebħ tal-kampjonat tat-Tieni Diviżjoni, Leslie Burke ġie kkonfermat bħala kowċ tat-tim bliskop aħħari li Mqabba FC jerġgħu jikkonsolidaw posthom f’din id-Diviżjoni. Fil-fatt it-tim spiċċa b’36 punt wara 10 rebħiet, 6 draws u 10 telfiet. Ittim sab ix-xibka 40 darba u sofra 36 gowl. Il-gowls kollha ġew minn Guilherme Guedes Soares de 2014 – 2015 Freitas (14), Douglas da Silva Silveira (6), Stephane Tape (5), Karl Cutajar u Brandon Grech (3) filwaqt li Ryan Schembri, Rafael da Silva Gomez, Clayton Micallef, Peter Oladotund, Luke Scorfna, Alessio Cassar u Claudio Calleja skurjaw gowl kull wieħed. Għall-korrettezza l-gowl ta’ Claudio Calleja ġie rreġistrat mill-uffiċjal fuq Claudio Calleja imma fil-fatt ġie skurjat minn Brandon Grech. Kien hemm ukoll auto gowl favur it-tim tagħna. Staġun 2015/2016 - L-Ewwel Diviżjoni Tul dan l-istaġun it-tim ta’ Mqabba FC kompla fejn ħalla fl-istaġun ta’ qabel u spiċċa f’nofs ilklassifika wara 10 rebħiet, 5 draws u 11-il telfa. Mqabba FC skurjaw 44 gowl u 33 gowl kontra filwaqt li spiċċa b’total ta’ 35 punt. Il-gowls kollha għal Mqabba FC gew skurjati minn Arilson Mello da Silva (14), Paul Chimezie (12), Claudio Calleja (8), Staphane Manasse Sylla u Goran Adamovic (2), filwaqt li Issac Galea, Vagner Pereira Costa, Rodney

2015 – 2016

LEJN 60 SENA TA’ STORJA

49


50

MQABBA F.C. 1957

Prop. George Attard

Fresh fruit every day


Caruana, Brandon Grech u David Azzopardi skurjaw gowl kull wieħed u kien hemm awto gowl favur Mqabba FC. Il-Kowċ kien Leslie Burke. Staġun 2016/2017 - L-Ewwel Diviżjoni Dan l-istaġun kien wieħed partikulari meta kellhom ikunu erba’ t-timijiet li kellhom jiġu promossi fl-ogħla Diviżjoni bl-ewwel tlieta jiġu promossi awtomatikament u r-raba’ wieħed jilgħab decider kontra t-tim li jispiċċa t-tielet mill-aħħar fil-kampjonat Premier. Mqabba FC urew biċ-ċar x’kienu l-intenzjonijiet tagħhom sabiex jisfidaw għall-promozzjoni u kellhom staġun pożittiv ħafna tant li t-timijiet promossi ġew determinati fl-aħħar logħob tal-kampjonat. 2016 – 2017 Għalkemm it-tim ġabar 44 punt, żewġ punti biss anqas minn Qormi, it-tim ma rnexxilux jilħaq it-tragward tiegħu wara 13-il rebħa, 5 draws u 8 telfiet. It-tim immexxi għal darb’oħra mill-kowċ Clive Mizzi skurja 39 darba u sofra 32 gowl. Il-gowls kollha ġew minn Paul Chimezie (13), Arilson Mello da Silva (12), Luke Casha (4), Gaetano Gesualdi u Lyden Micallef (2), filwaqt li Claudio Calleja, Karl Cutjar u Michael Borg irreġistraw gowl kull wieħed. Staġun 2017/2018 - L-Ewwel Diviżjoni

LEJN 60 SENA TA’ STORJA

51


Opening Hrs Mon-Fri 4.00 Pm—7.00 Pm

Blue Grotto Avenue Zurrieq

Sat

Major Notebook Brands for Sale

9.00 Am—12.00 Pm

For appointments Call on

T: 21642744 M: 79478259

Computer Upgrades starƟng from € 200.00 Computer systems starƟng from € 325.00 All in One Printer StarƟng from € 69.00 Internet Problem @ home.

Notebooks StarƟng from € 325.00

We have a soluƟon Computer Repairs & Formats Notebook Repairs & Formats Printer Repairs Tablet & Mobile repairs Data Back-up

54

Summer heat Is Coming. Watch TV over internet

MQABBA F.C. 1957

Prevent your Notebook damage from OverheaƟng.


L-Imqabba F.C. Youth Nursery Mill-Amministratur tan-Nursery, Antoine Sciberras L-ewwel tentattivi biex tiġi mwaqqfa l-iMqabba FC Youth Nursery imorru lura għas-sena 1993, meta Joe Bugeja (magħruf bħala d-Demsi) ġabar xi tfal mill-Imqabba u tagħhom l-opportunità ta’ taħriġ bażiku fil-futbol. Għal xi raġuni jew oħra, in-Nursery waqfet topera ħesrem. Fis-sena 2000, Joe Farrugia qasam il-ħsibijiet tiegħu ma’ Mark Bondin dwar it-twaqqif mill-ġdid tan-Nursery tal-futbol. Grupp ta’ 20 tifel, kollha taħt it-12-il sena bdew jattendu għat-taħriġ ma’ Mark Bondin. Eventwalment, Bondin sar l-ewwel Head coach ta’ Mqabba FC Youth Nursery. Dan 2000 – Mark Bondin mal-ewwel skwadri l-istaġun ħabat eżatt mal-promozzjoni ta’ Mqabba FC fl-Ewwel Diviżjoni. L-istaġun ta’ wara (2001/2002), in-numru ta’ tfal irdoppja fejn ġiet introdotta kategorija oħra fi ħdan l-istess Nursery, jiġifieri dik ta’ taħt l-10 snin, bit-taħriġ jinżamm darbtejn filġimgħa. Il-kategorija ta’ taħt it-12-il sena kellha sena impressjonanti, b’riżultati sodisfaċenti f’diversi turnaments organizzati mill-YFA kif ukoll spiċċat runner-up f’żewġ turnaments oħra organizzati ġewwa Ħaż-Żebbuġ u ż-Żurrieq. L-istaġun 2002/2003 ra lin-Nursery tagħna tikber konsiderevolment. Għaldaqstant inħass il-bżonn li jsir investiment fil-kowċis biex inkunu nistgħu nlaħħqu maż-żieda ta’ tfal u b’hekk jingħata servizz aktar professjonali. L-ewwel kowċis kienu Omar Caruana u Joe Borg (U8), Alan Friggieri (U10), Paul Calleja (U12) u Mark Bondin (U14), kollha fuq bażi volontarja. Flistess staġun ġew introdotti wkoll it-tracksuits u l-kit uffiċjali ta’ Mqabba FC Youth Nursery għas-sessjonijiet ta’ taħriġ u l-logħob. Matul is-sena ta’ wara (2003/2004) is-sitwazzjoni baqgħet prattikament l-istess, b’żieda żgħira fin-numru ta’ tfal. Matul dan l-istaġun in-Nursery bdiet tinvesti bis-serjetà fil-coaching, bil-kowċis jibdew jattendu għall-korsijiet organizzati mill-MFA, sabiex it-taħriġ jilħaq dejjem livelli aħjar. Issa li l-grawnd tal-5-a-side sarlu wiċċ ġdid bit-terf sintetiku minflok dak tar-ramel li kien hemm qabel, ippermetta li n-Nursery ittejjeb il-kwalità tat-taħriġ. Barra minn hekk, inbnew kmamar ġodda biswit il-grawnd stess sabiex iservu ta’ dressing rooms u uffiċini għan-Nursery tagħna. Matul dan l-istaġun, l-iskwadri ġew maqsuma f’diversi kategoriji: U6, U8, U10, U12, U14, U16 u U19. Dan jikkonferma kemm in-Nursery tagħna kienet kibret matul l-ewwel ftit snin mit-twaqqif tagħha. Fil-fatt in-numru ta’ alljievi li jattendu t-taħriġ żdied għal 160 taħt ilgwida ta’ 15-il kowċ, li bejniethom tellgħu mhux inqas minn 16-il sessjoni ta’ taħriġ fil-ġimgħa. Is-sessjonijiet ta’ taħriġ kienu koordinati minn żewġ kowċis kwalifikati bil-liċenzja tal-UEFA B, Mark Bondin u l-Maġġur Darren Micallef. LEJN 60 SENA TA’ STORJA

55


56

MQABBA F.C. 1957


Ftuħ Uffiċjali tal-Grawnd – Novembru 2008

Grawnd Sintetiku – 2008

L-istaġun 2008-2009 ra l-istallazzjoni ta’ terf sintetiku tal-grawnd il-kbir flimkien malbini ta’ kmamar oħra biswit dawk eżistenti sabiex iservu bħala kamra tat-tagħmir u uffiċċju amministrattiv. Dawn il-faċilitajiet taw aktar opportunitajiet lin-Nursery biex ikun hemm iżjed titjib fl-aspetti tekniċi u personali tat-tfal tagħna. Fl-istaġun 2009/2010, issa li l-faċilitajiet kienu stabbiliti, in-Nursery investiet f’tim ta’ kowċis b’esperjenza u kwalifiċi bil-għan li ttejjeb l-iżvilupp personali kontinwu tal-plejers. Fis-sena 2010, Mqabba FC Youth Nursery iċċelebrat l-għaxar anniversarju mit-twaqqif tagħha. Il-logo magħżul għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet kien “For the Good of the Young”. Ġew organizzati bosta attivitajiet, bl-avveniment prinċipali jkun riċeviment organizzat fil-bini tanNursery fil-preżenza tal-Onor. Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u l-Isport. Dakinhar tħawlet palma fi Ġnien il-Missjoni ż-Żgħira u nkixfet lapida kommemorattiva. Filbidu tal-istaġun 2011/2012, Jimmy Briffa, eks-plejer internazzjonali Malti u eks-plejer mat-tim ta’ Mqabba FC inħatar Direttur Tekniku. F’dan l-istaġun Mqabba FC Youth Nursery iffirmat kuntratt ta’ sponsorship ġdid ma’ Eurosport u biddlet il-marka tal-kits tagħha minn Legea għal Adidas. Sa mit-twaqqif tan-Nursery fis-sena 2000, issa kien wasal iż-żmien li n-Nursery tibda taħsad il-frott. Fil-fatt kellna diversi plejers prodotti min-Nursery tagħna li ddebuttaw mat-tim tal-kbar ta’ Mqabba FC. L-ewwel plejer li rajna d-debutt tiegħu kien Joseph Fenech (illum misluf lil Qrendi FC) nhar il-25 ta’ Novembru 2007 fil-logħba kontra Msida SJ FC mill-kampjonat talogħla diviżjoni. Il-logħba intemmet 3-2 favur Msida. Kien imiss lil Brandon Debono (gowler) u Omar Farrugia li jagħmlu d-debutt tagħhom. Brandon Debono, mit-tim ta’ taħt is-17-il sena, kellu d-debutt tiegħu ma’ Mqabba FC fit-3 ta’ Mejju 2010 f’logħba kontra Balzan Youths li rat lit-tim ta’ Mqabba FC joħroġ rebbieħ bl-iskor ta’ 1-0. Brandon għamel id-debutt tiegħu

2010 – For the Good of the Young

LEJN 60 SENA TA’ STORJA

57


58

MQABBA F.C. 1957


fl-età ta’ 15-il sena. Omar Farrugia, plejer ieħor fil-kategorija ta’ taħt is-17-il sena, għamel iddebutt tiegħu mat-tim tal-kbar ta’ Mqabba FC fl-1 ta’ Mejju 2011 kontra Dingli. F’din il-logħba Omar kien strumentali fl-azzjoni li wasslet għat-tielet gowl ta’ John Paul Muscat skurjat minn penalty bl-iskor finali jaqra 3-1 favur Mqabba. Sadattant Omar intgħażel ukoll biex jingħaqad mat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena u għamel id-debutt tiegħu nhar l-24 ta’ Ottubru 2011 f’logħba mill-kampjonat tal-UEFA U17 kontra t-tim ta’ Montenegro. Matul l-istaġun 2012/2013 rajna d-debutt ta’ aktar plejers ġejjin min-Nursery tagħna. Sadanittant żewġ plejers oħra, prodotti min-Nursery tagħna, Franklin Cassar u Christian Mifsud lagħbu għat-tim ta’ Qrendi FC iżda qatt għat-tim ta’ Mqabba FC. Franklin Cassar lagħab ukoll għat-tim ta’ Luqa SA FC. Nhar l-14 ta’ April 2013 wasal iż-żmien għall-plejer mill-kategorija U19, Kurt Falzon. Kurt għamel id-debutt tiegħu ma’ Mqabba FC fl-età ta’ 17-il sena fil-logħba kontra Naxxar bilpartita dakinhar tintemm 3-0 għal Naxxar. Imbagħad nhar l-20 ta’ April 2013, Ryan Vella, fl-età ta’ 17-il sena, mill-iskwadra ta’ taħt is-17-il sena kif ukoll Adrian Abdilla, fl-età ta’ 18-il sena, mill-kategorija tal-U19, għamlu d-debutt tagħhom ma’ Mqabba FC kontra Gudja Utd f’logħba mill-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni li ntlagħbet ġewwa Luxol Grawnd. Dakinhar il-logħba spiċċat 4-1 għall-Gudja. Ta’ min jinnota wkoll li matul din l-istess logħba, Mqabba FC kellhom ħames plejers kollha prodotti tan-Nursery fil-grawnd flimkien, minbarra Curtis Callus, millkategorija ta’ taħt is-17-il sena li kien fuq il-bank bħala l-gowler riserva. Matul l-aħħar logħba mill-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni li ntlagħbet nhar is-27 ta’ April 2013 fil-Grawnd Ċentinarju kontra Birżebbuġa, Curtis Callus għamel id-debutt tiegħu fit-82 minuta fl-età ta’ 15-il sena. Il-logħba spiċċat bir-riżultat jaqra 5-1 għal Birżebbuġa. Barra minn hekk, kemm Ryan Vella kif ukoll Curtis Callus intgħażlu regolarment għall-provi mat-tim nazzjonali tal-U17. Nhar l-20 ta’ Diċembru kien imiss lill-plejer tal-U17 tagħna, Jake Callus li jagħmel id-debutt tiegħu kontra Vittoriosa fejn lagħab l-aħħar 17-il minuta mil-logħba mirbuħa minn Vittoriosa. Jake għamel id-debutt tiegħu fl-età ta’ 16-il sena u 11-il ġurnata. Nhar il-5 ta’ Jannar 2015, Luke Vella u Gianluca Galea, it-tnejn mill-iskwadra U19, għamlu d-debutt tagħhom fil-logħba tal-Ewwel Diviżjoni kontra Gżira Utd. Il-logħba nżammet fis-Grawnd Ċentinarju u ntemmet 5-0 għall-Gżira. Nhar it-12 ta’ April 2015, il-captain tat-tim tal-U17 Mark Baldacchino għamel id-debutt tiegħu mat-tim tal-kbar fejn lagħab l-aħħar 10 minuti f’logħba mill-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni kontra Birżebbuġa. Il-logħba spiċċat 3-0 għal Mqabba FC. Nhar is-17 ta’ Jannar 2016 kien imiss lil Karl Saliba li jagħmel id-debutt tiegħu mat-tim ta’ Mqabba FC kontra Gudja Utd. Il-logħba spiċċat b’rebħa minima għal Gudja. Karl għamel id-debutt tiegħu fl-età ta’ 17-il sena u 343 ġurnata. Il-plejer promettenti mill-iskwadra tal-U17, Christophe Cutajar għamel id-debutt tiegħu kontra Vittoriosa. Christophe kellu sehem fl-aħħar 25 minuta fejn issostitwixxa lil Isaac Galea, u għamel id-debutt tiegħu fl-età ta’ 16il sena u 84 ġurnata. Il-logħba ntlagħbet fil-Grawnd taċ-Ċentinarju u spiċċat b’rebħa ta’ 2-1 għal Birgu. Nhar l-24 ta’ April 2016 kien imiss lil plejer ieħor promettenti, Kyle Azzopardi li jagħmel id-debutt tiegħu mat-tim tal-kbar fl-aħħar logħba tal-istaġun kontra Gudja Utd. Kyle għamel id-debutt tiegħu fl-età ta’ 16-il sena u 247 ġurnata u lagħab l-aħħar 15-il minuta. Ta’ min jinnota wkoll li matul din il-logħba ġew utilizzati erba’ plejers oħra prodotti ta’ Mqabba FC Youth Nursery. Dawn huma Brandon Debono (li ddefenda l-lasta) u Mark Baldacchino li lagħbu għal 90 minuta sħaħ, kif ukoll Jake Callus u Christophe Cutajar li daħlu bħala sostituti fit-tieni nofs tal-partita. Il-logħba spiċċat 7-3 għan-naħa tagħna. L-istaġun 2013/2014 immarka l-ewwel promozzjoni miksuba minn Mqabba FC Youth Nursery permezz tal-iskwadra ta’ taħt il-15-il sena, taħt il-gwida tal-kowċ Clifford Vassallo.

LEJN 60 SENA TA’ STORJA

59


Perit

Toni Bezzina jawgura

Festa t-Tajba l-

lil

NXOĤDGG Minn fostkom, għalikom... 2, Triq is-Sajjieda, Żurrieq ZRQ 1710, Malta (quddiem iż-Żurrieq Wolves)

23, Pjazza tal-Knisja, Birżebbuġa (faċċata tal-Knisja Parrokkjali)

mob: [+356] 99430012 telephone: [+356] 21490826 website: www.tonibezzina.com e-mail: toni@tonibezzina.com


Mqabba FC spiċċaw runners-up fittaqsima Ċ1 fejn kisbu d-dritt li jilagħbu l-playoffs. Wara l-playoffs, Mqabba FC ġew dikjarati Champions ta’ Sezzjoni Ċ. Din kienet l-ewwel promozzjoni għall-Mqabba FC Youth Nursery wara li spiċċaw runners-up fl-istaġun 2010/2011 bit-tim ta’ taħt is-17-il sena u fl-istaġun 2012/2013 bl-U15. Dan l-istaġun immarka wkoll it-tmiem tal-era Ftuħ tal- Grawnd tal-5–a–side ta’ Mark Bondin bħala Headcoach tanNursery tagħna meta nħatar Headcoach ma’ Birkirkara FC Youth Nursery. Wara din il-ħatra, Nicholas Baldacchino, kwalifikat bil-liċenzja UEFA B inħatar bħala Headcoach ta’ Mqabba FC Youth Nursery fl-10 ta’ April 2014 b’effett mid-9 ta’ Ġunju 2014. Nicholas Baldacchino baqa’ jokkupa din il-pożizzjoni sal-24 ta’ Frar 2016 wara li ngħaqad ma’ Valletta FC Youth Nursery. Leonard (Nardu) Farrugia ġie maħtur bħala Konsulent Tekniku tan-Nursery tagħna mill-istaġun 2014/2015 sal-istaġun 2015/2016. Sadanittant, Fernando Costantino, kwalifikat bil-liċenzja UEFA B u gradwat fil-ġestjoni tal-Isports mill-Università ta’ Teramo, provinċja ta’ Abruzzo fl-Italja kif ukoll kwalifikat bħala Direttur tal-kowċing taż-Żgħażagħ, ġie nominat bħala Headcoach mill-istaġun 2016/2017. Mill-istaġun 2017/2018 Michael Degiorgio kien l-għażla awtomatika għal Mqabba FC Youth Nursery b’viżjoni u strateġija aktar fit-tul. Degiorgio lagħab kważi 200 partita għal Ħamrun Spartans FC u 85 partita għal Naxxar. Huwa kellu wkoll 74 dehra mat-tim nazzjonali Malti fejn skorja 4 darbiet. Degiorgio għandu esperjenza vasta kemm fis-settur tal-kbar kif ukoll f’taż-żgħażagħ u żgur li se jkun ta’ għajnuna kbira għan-Nursery tagħna. Fl-14 ta’ Marzu 2015, Ivano Ramiro Cordoba, eks plejer leġġendarju ta’ Inter FC u plejer internazzjonali tal-Kolombja flimkien ma’ Natalino Felice, eks plejer ta’ Inter FC ukoll, għamlu żjara ta’ kortesija ġewwa l-klabb tagħna waqt avveniment tal-futbol organizzat min-Nursery bħala parti mill-Maratona bir-Roti biex jinġabru donazzjonijiet għax-xiri ta’ diversi AEDs li ġew mogħtija lil diversi organizzazzjonijiet Marzu 2015 volontarji. Fl-istaġun 2015/2016 il-plejer Kyle Azzopardi ġie magħżul bħala l-U17 Weetabix Best Player of the Month għal Frar 2016, filwaqt li fl-istaġun 2016/2017 Benoit Azzopardi ntgħażel bħala l-U17 Weetabix Best Player of the Month għal Marzu. Fl-istess staġun, il-plejer millkategorija ta’ taħt il-15-il sena, Neville Borg spiċċa Top Scorer tas-Sezzjoni wara li skorja 34 gowl fil-kampjonat.

LEJN 60 SENA TA’ STORJA

61


62

MQABBA F.C. 1957


Bejn it-28 ta’ Lulju u t-3 ta’ Awwissu 2015, Mqabba FC Youth Nursery ħadet sehem għall-ewwel darba f’turnament internazzjonali li sar barra l-pajjiż, preċiżament f’Nottingham, fir-Renju Unit. Mqabba FC Youth Nursery, rappreżentata mit-tim ta’ taħt it13-il sena, lagħbet għall-Plate Finali ta’ din it-Tazza imma sfortunatament tilfet 3-1 wara l-għoti tal-penalties. Sal-ħin regolamentari l-iskor kontra Abbey Hulton tar-Renju Unit baqa’ mingħajr gowls. Matul Għajnuna volontarja mill-Mqabba FC Youth Nursery dan it-turnament, in-Nursery tagħna lagħbet kontra US Revolution FC (1-1), US Flying Eagles (rebħa ta’ 1-0), Arsenal Soccer School ta’ Bahrain (telfa ta’ 4-0), Celtic Castlebar FC tal-Irlanda (telfa ta’ 1-0) u Abbey Hulton mir-Renju Unit (1-1). Il-grupp preżenti għal din il-mawra, kompost minn 18-il plejer, 11-il ġenitur u erba’ uffiċjali tal-klabb kellu l-opportunità li jżur il-Liverpool FC Museum u Anfield Stadium, Liverpool FC Academy f’Kirkby (fejn it-tim tagħna kellu sessjoni ta’ taħriġ), kif ukoll il-Manchester United Museum u Old Trafford Stadium. Kellna wkoll l-opportunità li naraw żewġ logħbiet ta’ ħbiberija: Derby vs Villareal FC (ta’ Spanja) ġewwa l-iPro Stadium f’Derby (1-1) u Nottingham Forest FC vs Aston Villa FC f’Nottingham City Stadium (3-3). Ma setax ikun li nkunu ġewwa r-Renju Unit u ma nżurux il-Wembley Stadium fejn attendejna għall-finali taċ-Charity Shield bejn Chelsea u Arsenal (0-1). Din kienet esperjenza kbira u rikka kemm għall-klabb tagħna b’mod ġenerali kif ukoll għall-plejers b’mod partikulari. Wara din l-esperjenza, Mqabba FC Youth Nursery ipparteċipat f’turnament trijangolari ta’ ħbiberija f’Katanja fi Sqallija nhar is-27 ta’ Frar 2016. Din kienet it-tieni darba li n-Nursery tagħna pparteċipat f’turnament barra pajjiżna. Mqabba FC Youth Nursery tilfet l-ewwel logħba 3-1 kontra PGS Don Bosco Alvaro Sales filwaqt li rebħet it-tieni logħba 3-2 kontra t-tim Clan dei Ragazzi ta’ Katanja. Wara t-turnament, il-grupp (kompost minn 15-il plejer, 22 ġenitur u żewġ uffiċjali) kellu l-ħin iżur l-Etna kif ukoll ħin għaxxiri minn Auchan, Porte di Catania. L-għan ewlieni tan-Nursery tagħna huwa li tikkontribwixxi għall-iżvilupp personali kontinwu tat-tfal li jkunu ġejjin mill-Imqabba u minn irħula oħra, billi tressaqhom lejn il-logħba sabiħa talfutbol għall-benefiċċju aħħari tal-komunità. It-twettiq ta’ dan l-objettiv jixhdu n-numru dejjem jikber ta’ tfal li jattendu s-sessjonijiet ta’ taħriġ matul il-ġimgħa kollha. Il-kontribut pożittiv tan-Nursery ġie rikonoxxut ukoll mill-Kunsill 2009 – Ġieħ l-Imqabba għal Mark Bondin

LEJN 60 SENA TA’ STORJA

63


64

MQABBA F.C. 1957


Lokali tal-Imqabba meta fl-2009, Mark Bondin, il-fundatur tan-Nursery u l-ewwel Headcoach, ingħata l-premju ‘Ġieħ l-Imqabba’ b’apprezzament għall-kontribuzzjoni kontinwa u siewja tiegħu fin-Nursery u l-komunità tar-raħal. Fis-sena 2003 is-Segretarju u Amministratur attwali tan-Nursery, Antoine Sciberras, ġie nominat ukoll għall-istess unur. Mqabba FC Nursery hija ħerqana li tkompli bil-kontribut pożittiv u innovattiv tagħha fil-komunità. Fil-fatt, mill-istaġun 2009/2010, il-kumitat ħa ħsieb li minbarra li jieħu ħsieb l-aspett tekniku u amministrattiv tan-Nursery, iwaqqaf sottokumitat kompost minn ġenituri tat-tfal biex iħeġġiġhom jipparteċipaw b’mod dirett fin-Nursery. Il-Nursery temmen li l-involviment tal-ġenituri huwa kruċjali biex in-Nursery tkompli ssegwi l-missjoni tagħha. Tirrikonoxxi wkoll l-obbligi li għandha lejn il-komunità li hi stess tifforma parti minnha. Dan is-sottokumitat huwa responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet li huma mmirati biex isaħħu l-preżenza tan-Nursery fil-komunità. Iwessa’ wkoll l-istruttura operattiva talmixtla fejn issa n-Nursery qiegħda tiffoka fuq tliet aspetti importanti, jiġifieri dawk tekniċi, amministrattivi u komunitarji. Mqabba FC Youth Nursery tieħu ħsieb li matul l-istaġun tieħu sehem u torganizza diversi attivitajiet filantropici u komunitarji sabiex inrawwmu fit-tfal u żgħażagħ tagħna sens ta’ volontarjat u altruwiżmu. Fost dawn l-attivitajiet insibu s-sehem attiv f’Jum l-Imqabba; ilMaratona annwali ta’ futbol b’risq Puttinu Cares; Solidarjetà bl-Isports b’risq il-Malta Community Chest Fund; Attivitajiet b’risq Hospice Movement; Għoti ta’ kits u tracksuits lil tfal refuġjati, Help the children of Ħal Far; sehem attiv f’attivitajiet organizzati mir-Reġjun Nofsinhar u oħrajn. Dan minbarra d-diversi attivitajiet kulturali u rikrejattivi li jiġu organizzati minn żmien għal żmien. Barra minn hekk, fl-istaġun tas-Sajf in-Nursery tagħna tiftaħ il-bibien tagħha għall-iskola tas-Sajf fejn minbarra t-taħriġ fil-futbol ikollna diversi taħriġ f’dixxiplini oħra bħal Rugby, Judo u Hip Hop Break dance. Ma jistax jonqos li jkollna wkoll diversi attivitajiet oħra fosthom Beach soccer, Human Table soccer, Fun games u anke Water games. Għal aktar dettalji dwar in-Nursery tagħna, inħeġġukom iżżuru l-websajt uffiċjali www. mqabbafcyn.org jew il-paġna ta’ Facebook www.facebook.com/mqabbafcyn. Barra minn hekk, pubblikazzjonijiet maħruġa minn żmien għal żmien min-Nursery ta’ Mqabba FC, fosthom ilkalendarju annwali, huma aċċessibbli fuq www.issuu.com/mqabbafcyn.

LEJN 60 SENA TA’ STORJA

65


Presidenti 2000 2004 2005 2013 2016

Joe Farrugia (Tal-Għawdxi) Gulio Farrugia (Tal-Għawdxi magħruf aktar bħala c-Ciccio) Emanuel k/a Noel Galea (Tas-Sindku jew minn tal-Beqqa) Gilbert Camilleri (Tas-Siġill) John Sciberras (Tal-Paċoċċ)

Ammininstraturi 2014 Gilbert Camilleri (Tas-Siġill) 2016 Antoine Sciberras (Ta’ Gambona) Unuri 2000 2009 2010/2011 2013 2012/2013 2013/2014 2013/2014 2014/2015 2014/2015 2015/2016 2015/2016

2016/2017

2016/2017

Twaqqif ta’ Mqabba FC Youth Nursery mill-Head Coach Mark Bondin Headcoach u Fundatur ta’ Mqabba FC Youth Nursery Mark Bondin rebbieħ talunur Gieħ l-Imqabba mill-Kunisll Lokali tal-Imqabba Runners-up APS Bank Under 17 Lig Sezzjoni C2 Staġun 2010/2011 -Kowċ Anton Agius Is-Segretarju u Amministratur attwali Antoine Sciberras nominat għall-unur Gieħ l-Imqabba Runners-up APS Bank ta’ taħt il-15-il sena Sezzjoni Ċ2 Staġun 2012/2013 -Kowċ William (Billy) Hendy Runners-up APS Bank ta’ taħt il-15-il sena Sezzjoni Ċ1 Staġun 2013/2014 -Kowċ Clifford Vassallo. Mqabba lagħbu għall-playoffs sabiex jiġi determinat ir-rebbieħ tas-sezzjoni u eventwalment min jiġi promoss għall-sezzjoni B Rebbieħa assoluti tal-APS Bank ta’ taħt il-15-il sena Sezzjoni Ċ Staġun 2013/2014 – Promossi għal Sezzjoni B (Kowċ Clifford Vassallo) Mqabba FC U17 iżommu posthom f’Sezzjoni B wara li għelbu lil Żebbug Rangers FC (1-2) fil-logħba mir-relegation Decider Mqabba FC Youth Nursery ikollhom l-ewwel esperjenza barra minn Malta wara li pparteċipaw b’suċċess fin-Nottingham Cup 2015 bejn it-3 ta’ Lulju u 28 ta’ Awwissu 2015 Il-plejer ta’ Mqabba FC U17 Kyle Azzopardi rebbieħ tal-unur Weetabix Player of the Month għax-xahar ta’ Frar 2016 It-tieni esperjenza għall-Mqabba FC Youth Nursery barra l-pajjiż meta ħadu sehem f’turnament triangulari ta’ ħbiberija ġewwa Catania fi Sqallija nhar is-sibt 24 ta’ Frar 2016 Il-plejer ta’ Mqabba FC U17 Benoit Azzopardi rebbieħ tal-unur Weetabix Player of the Month għax-xahar ta’ Novembru 2016 Il-plejer ta’ Mqabba FC U15 Neville Borg iddikjarat bħala top scorer Antoine Sciberras, Amministratur tan-Nursery tal-U15 Sezzjoni D YFA b’34 gowl flimkien mal-Head Coach Michael Degiorgio

LEJN 60 SENA TA’ STORJA

67


70

MQABBA F.C. 1957


Kurżitajiet Fuq il-klabb innifsu u l-bini tiegħu 1957 L-ewwel każin kien jinsab fi Triq San Bażilju It-tieni post li serva bħala każin kien dak fi Triq Santa Katarina (mikri mingħand is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju) 1961 (12/10/1961) Ingħaqdu ż-żewġ każini tal-futbol ġewwa l-Imqabba, dak ta’ Mqabba Ramblers FC u dak ta’ Mqabba Ħajducks FC wara ħidma kbira missegretarju ta’ Mqabba Ħajducks FC Richard Spiteri u dak ta’ Mqabba Ramblers FC Joseph Ellul 1962/1963 Aċċettata l-applikazzjoni sabiex il-klabb jingħaqad mal-MFA 1969 It-tim ta’ Mqabba Ħajducks FC jispiċċa barra mil-lig tal-MFA 1972/1973 L-MFA taċċetta mill-ġdid l-applikazzjoni ta’ Mqabba Ħajducks FC 1987 Jinbena l-Każin preżenti fi Triq il-Madonna tal-Ġilju biswit il-grawnds talfutbol. 1990 Beda jintuża uffiċjalment dan il-każin 1990 Jinbidel isem tal-Każin minn dak ta’ Mqabba Hajducks FC għal Mqabba FC Fuq il-plejers tal-klabb • Mauro Bonnici lagħab l-aħħar logħba tiegħu għat-tim tagħna fl-aħħar logħba tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-istaġun 2016/2017 wara 239 dehra ma’ Mqabba FC. Illum Mauro huwa misluf lil Żebbug R FC. Fil-fatt Mauro huwa l-aktar plejer li lagħab għal Mqabba FC segwit minn John Paul Muscat illum irtirat mill-loghba tal-futbol (238), Kristian Calleja illum irtira mix-xena tal-futbol (233) u Claudio Calleja b’total ta’ 214 dehra. • L-aktar plejer li qatt skurja għat-tim ta’ Mqabba FC huwa John Paul Muscat b’rekord ta’ 74 gowl tul il-karriera tiegħu. Hu rebaħ il-plejer tas-sena tal-MFA fl-istaġun 2002/2003. • Ikechukwu Chibueze spiċċa fil-quċċata tal-aqwa scorer tal-Ewwel Diviżjoni fis-sena 2003/2004.

Mauro Bonniċi jiġi mogħti flokk kommemorattiv f’għeluq il-200 logħba tiegħu

John Paul Muscat jiġi mogħti l-unur għallIkechukwu Chibueze preżentat Aqwa Player tal-Ewwel b'tifkira tal-aqwa scorer tal-Ewwel Diviżjoni fl-Istaġun Diviżjoni fis-sena 2003/2004 2002-2003

LEJN 60 SENA TA’ STORJA

71


Mill-gazzetti

Ritratti mill-passat

LEJN 60 SENA TA’ STORJA

73


Misraħ il-Fidwa, Mqabba (ħdejn il-bandli)

Tel: 2164 7381

All you need in one stop shop

Free delivery Great choices on delicatessen, beverages, wines, detergents, etc.

74

MQABBA F.C. 1957


Tislima Il-Klabb tal-Mqabba FC jixtieq isellem il-memorja ta’ dawk kollha li kienu parti mit-tim ta’ raħalna matul dawn is-sittin sena; kemm dawk il-fundaturi li waqqfu l-klabb, dawk li servew f’xi kumitati, plejers, kowċis kif ukoll sapporters li bis-saħħa tagħhom il-klabb wasal fejn qiegħed illum. Agħtihom O Mulej il-Mistrieħ ta’ Dejjem. Nhar l-14 ta’ Novembru, 2017, proprju f’din is-sena li qegħdin niċċelebraw għeluq is-sittin sena mit-twaqqif tal-klabb, ħalla din id-dinja wieħed mill-Fundaturi ewlenin u pilastru tal-klabb tagħna, is-Sur Willie Bugeja magħruf bħala ‘Id-Demsey’. Willie kien qiegħed jgħaddilna ammont kbir ta’ informazzjoni fuq l-ewwel snin tal-klabb. Nhar is-27 ta’ Jannar 2018, ħalla din id-dinja wkoll is-Sur Paul Sciberras, magħruf bħala ‘Iz-Zoj’. Pawlu ħadem mhux ftit fil-bini talkumpless sportiv eżistenti u baqa’ jitla’ il-ground sa ftit jiem qabel il-mewt tiegħu.

Grazzi tax-xogħol siewi tagħkom b’risq il-klabb Imqabbi.

LEJN 60 SENA TA’ STORJA

75


76

MQABBA F.C. 1957

Saturday: 7.00 a.m. - 1.00 p.m.

Monday to Friday: 7.00 a.m. - 7.00 p.m.

Opening Hours:

FREE DELIVERY

Prop. Daniel Farrugia

• Cement • Membrane • Geysers • LED Bulbs

• Drain Pipes and Fittings • Tile Adhesive and Grouting • Plastering materials • Plastic and Fibre Tanks

• Outdoor and indoor Paint

• Safety Wear and Safety Shoes

• Key Cutting including Security Keys

• Energy Saver Lamps (SPECIAL OFFER)

• Various types of Ladders

• Crystallite and Stainless Steel Sinks and Mixers

• Range of Power and Hand Tools

• Plumbing Fittings

• Electrical Fittings

E-mail: danielfarrugia08@gmail.com


LEJN 60 SENA TA’ STORJA

77

Valletta Road, Żurrieq Tel: 2164 0466 • Mob: 7949 8465 E-mail: mobiltechgarage@hotmail.com

Ġanni l-Electrician

Mobiltech VRT Station


80

MQABBA F.C. 1957

7942 5302

Concrete Flooring

Frankie Grech


Mqabba F.C. Sports and Training Complex Triq il-Madonna tal-Ä ilju Mqabba. MQB 1306.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Lejn 60 sena ta' Storja - Mqabba FC, Est 1957 by Mqabba FC & Mqabba FC Youth Nursery - Issuu