Skip to main content

Tfal Missjunarji Ottubru 2020

Page 1

TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No.80

Ottubru 2020

Matul is‑sena skolastika 2020/2021 dan il‑magażin ser jitqassam b’xejn.

Jum Dinji Missjunarju – 18 ta’ Ottubru 2020

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (V0/1178)

Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħob u attivitajiet ta' interess.

(V0/1178)

2 Editorjal | 2 Messaġġ Mill‑Koordinaturi | 4 Inħobbha Għax Salvatni | 6 Tfal Li Għamlu Differenza | 8 Paġna Logħob


RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU

Għeżież tfal,

Nittama li tinsabu tajbin. Erġajna wasalna biex nerġgħu nibdew niltaqgħu darba fix‑xahar permezz ta’ din ir‑rivista li twasslilkom aħbarijiet mill‑missjoni u x’qed isir min‑naħa tagħna sabiex ngħinu lil tant u tant tfal fil‑bżonn.

Kif stajtu taraw fuq il‑faċċata tar‑rivista hemm soru b’żewġt itfal f’ħoġorha li xtaqt inlaqqagħkom magħhom. Swor Stan Therese Mumuni, li tmexxi d‑Dar ta’ Nazaret għat‑Tfal ta’ Alla fid‑djoċesi ta’ Yendi fil‑Ghana, qiegħda żżomm lis‑subien tewmin John u Paul li salvathom hi stess u offritilhom dar fejn jgħixu b’ħafna mħabba u bla periklu. Ħafna tfal fil‑Ghana, li jew jitwieldu b’diżabilità jew li ommhom tmut fit‑twelid, jisfaw imsawta u mweġġgħa, u saħansitra ġieli maqtula mill‑familjari tagħhom stess. Dan għaliex skont drawwiet antiki, dawn huma tfal ta’ ‘spirtu ħażin’! Il‑vers ta’ Isaija 41:10, “La tibżax, għax miegħek jien...” ifakkarna li aħna lkoll nibbenefikaw mill‑preżenza tal‑imħabba t’Alla f’ħajjitna u jirrifletti kif aħna, permezz tal‑għajnuna tagħna nistgħu nkunu preżenti fil‑ħajjiet ta’ dawn it‑tfal u żgħażagħ li jiġu minn postijiet ta’ bżonn kbir. Dan billi bil‑fondi li Missio Tfal ser jibgħat lil Swor Stan, din ser tkun tista’ tilqa’ fid‑dar tagħha aktar u aktar tfal li huma abbandunati mill‑familjari tagħhom. Minbarra saqaf fuq rashom, dawn it‑tfal ser jirċievu ħafna mħabba, ikel, ħwejjeġ u edukazzjoni kif inhu xieraq li jkollhom it‑tfal kollha madwar id‑dinja. Għalhekk bħala Tfal Missjunarji, tinsew qatt tiftakru f’ħutkom tfal fil‑missjoni billi l‑ewwel u qabel kollox titolbu għalihom, għaliex dawn la għandhom min iħobbhom, la x’jieklu, la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la mediċini, la skola fejn jitgħallmu, u ħafna minnhom lanqas ġenituri! U kontu tafu li ħafna minnhom lanqas biss qatt semgħu dwar Ġesù?! Insellmilkom u niltaqgħu x‑xahar id‑dieħel, Claudia Stampa tal‑faċċata: Powster uffiċjali għall‑Ġurnata Missjunarja 2020. Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Missio Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Tel: 21236962 | Imejl: nancy@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 1:00pm Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, Rabat Għawdex. Tel: 21550267 | Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (V0/1178)

Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi: John Caruana Pubblikazzjoni: Missio [Uffiċċju Missjunarju] © Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.

2

Prezz 50ċ l‑ħarġa. Għal din is‑sena biss ser inkunu qed inqassmu dan il‑magażin b’xejn lit‑tfal kollha ta’ Malta u Għawdex li jattendu fl‑iskejjel primarji u dawk medji.

MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATURI TA’ MISSIO TFAL Nancy Camilleri

Ħ

elow Tfal, nispera li tinsabu tajbin! Rafiki u jiena ilna ħafna nistennew biex inkellmukom fuq dan il‑magażin. Immissjajniekom! Nittamaw li kellkom sajf mill‑aqwa u striħajtu xi ftit. Din is‑sena aħna ta’ Missio ser inkunu qed ngħinu pajjiż fl‑Afrika jismu Ghana li jinsab fil‑Lvant tal‑Afrika. L‑Ingliż huwa l‑lingwa uffiċjali, imma hemm mal‑250 djalett, jiġifieri lingwi tal‑post. Il‑Ghana hija magħrufa għad‑deheb, il‑kafè u l‑kakaw. B’xorti ħażina l‑faqar jiddomina f’dan il‑pajjiż. L‑edukazzjoni hija b’xejn u obbligatorja, imma minħabba l‑faqar u peress li t‑tfal jgħinu lill‑familja kemm biex jieħdu ħsieb ħuthom kif ukoll biex jgħinu fl‑għelieqi, ħafna drabi ma jmorrux skola. Għalhekk din is‑sena ser inkunu qed ngħinu skola jisimha Id‑Dar ta’ Nazaret li tgħin tfal b’diżabilità. Swor Stan Therese Mumuni fetħet din l‑iskola


bl‑għajnuna tal‑kongregazzjoni tagħha. Aħna ser ngħinuhom ikollhom iktar mediċini u aċċess għal għajnuna medika, biex ikollhom edukazzjoni xierqa billi jinxtrawlhom il‑kotba u dak kollu li hu bżonnjuż sabiex jattendu l‑iskola, u jkollhom għalliema mħarrġa sew biex jgħallmuhom.

Il‑Ghana nemmnu li intom it‑tfal ser tgħinu kemm tistgħu għal dan il‑għan hekk nobbli, bħalma wkoll għamiltu fis‑snin li għaddew. Bil‑ftit li tkunu tistgħu tagħtu, tkunu qed tibdlu l‑ħajja ta’ xi ħadd, u għalhekk tkunu qed tibdlu għall‑aħjar id‑dinja.

Jiena u Rafiki ser inkunu qed inżurukom fl‑iskola tagħkom u nkomplu nkellmukom fuq il‑Ghana u l‑famuż Festival tat‑Tnabar li jsir kull sena ħdejn xmara. Bħala krafts, nagħmlu flimkien dawn it‑tnabar. Aħna

Nixtiqukom li tfittxu fuq l‑internet jew f’xi kotba fuq tfal magħrufin, sew li għexu fl‑imgħoddi jew riċenti, li għamlu xi ħaġa li verament biddlet xi ftit id‑dinja. Fosthom Craig Kielburger (ara paġna 6) li ried jaħdem għad‑drittijiet tat‑tfal madwar id‑dinja kollha. Ibagħtuli imejl fuq dan l‑indirizz:

Kieku twelidt il‑Ghana x’kien ikun jismek? Fittex u staqsi x’kienet il‑ġurnata li fiha twelidt u ara x’kien ikun jismek minn din il‑lista.

ATA ĠURN jn It‑Tne ta It‑Tlie għa L‑Erb

is Il‑Ħam għa Il‑Ġim Is‑Sibt

d Il‑Ħad

nancy@missio.org.mt xi ismijiet ta’ wħud minn dawn it‑tfal u xi informazzjoni dwarhom, u aħna nippubblikawhom fl‑edizzjonijiet ta’ Tfal Missjunarji li jmiss. Saħħiet u nistennew mingħandkom.

TIFEL

Kwesi Kojo

na Kwabe Kwaku Yaw

Kofi K

wame

TIFLA a Alkosn

Adjoa Abena

Akna Yaa

Afna

Ama

3


INĦOBBHA GĦAX SALVATNI Storja vera addattata minn Claudia Cini. Illustrazzjoni ta’ Janet Vella. Sarah hija tifla ferriħija ta’ tnax‑il sena, li għandha futur sabiħ quddiemha. Hija waħda mit‑tfal li jgħixu f’Dar Nazaret għat‑Tfal ta’ Alla u li waqqfet Swor Stan. Hija tħobb tilgħab ma’ sħabha, tgawdi u tistudja l‑Matematika, ix‑Xjenza, l‑Ingliż u r‑Reliġjon, u qiegħda minn tal‑ewwel fil‑klassi tagħha ta’ 35 student. Ftit iktar minn seba’ snin ilu, bħala tifla żgħira, il‑ħajja ta’ Sarah kienet miexja f’direzzjoni inċerta.

Kelli madwar erba’ jew ħames snin meta wasalt f’Dar Nazaret. Kont akkużata li jien saħħara u ġejt ikkundannata mill‑familja u mill‑komunità tiegħi stess. Fl‑età ta’ erba’ snin, Sarah kellha impediment biex titkellem u xi wħud fil‑komunità kienu jemmnu li hija ‘wild spirtu ħażin’. Skont twemmin tradizzjonali fil‑Ghana, in‑nies jassoċċjaw imġiba jew diżabilità anormali mal‑ispirti ħżiena. Uħud minn dawn il‑membri tal‑komunità, inkluża l‑familja stess ta’ Sarah, irrabjaw għaliha minħabba li ma kinitx titkellem, warrbuha u heddew li joqtluha.

Ġejt akkużata b’mod inġust bil‑mewt ta’ ħmistax‑il persuna mill‑komunità tiegħi meta kont għadni daqsxejn ta’ tifla żgħira.

4


B’xorti tajba Swor Stan Mumuni u l‑Knisja lokali tal‑Ghana saru jafu bil‑periklu imminenti li Sarah kienet fih. Għalhekk avviċinaw lill‑komunità li fiha kienet tgħix it‑tifla u Swor Stan iġġieldet, kważi fiżikament, biex issalva lil Sarah mill‑iktar destin terribbli, u biex tagħtiha ċans għal ħajja ġdida. Minn dakinhar stess, Sarah ġiet milqugħa b’ħafna mħabba f’Dar Nazaret.

Ninsab kuntenta ħafna f’Dar Nazaret. Ma jonqosni xejn. Għandi ħafna ħbieb u s‑sorijiet iħobbuna ħafna.

Swor Stan tmexxi Dar Nazaret għat‑Tfal ta’ Alla fid‑Djoċesi ta’ Yendi fil‑Ghana; hija ssalva tfal li l‑istess bħal Sarah setgħu ġew imwarrba jew jinsabu fil‑periklu mill‑familja jew mill‑komunità tagħhom stess. Bħalissa Swor Stan tieħu ħsieb iktar minn 60 tifel u tifla, li jvarjaw fl‑età minn ftit ġimgħat sa 18‑il sena. B’xorti ħażina hemm ħafna tfal b'diżabilità li qed ikunu diskriminati u kkundannati.

Jekk l‑edukazzjoni dwar id‑diżabilità tilħaq aktar komunitajiet fil‑Ghana, b'xorti tajba huwa inqas probabbli li jerġgħu jseħħu stejjer bħal ta’ Sarah.

Inħobbha għaliex salvatli ħajti! Jekk mhux għall‑ħidma ta' Swor Stan, jiena stajt ma nkunx ħajja llum. 5


TFAL LI GĦAMLU DIFFERENZA Vikki

CRAIG KIELBURGER

6

Craig u sħabu tal‑klassi bil‑petizzjoni f'idejhom.

inizjattiva tagħhom, it‑tfal ġabru iktar minn 3,000 firma. Dawn il‑firem kienu ppreżentati lill‑Prim Ministru tal‑Indja sabiex jinħeles mill‑ħabs l‑attivist Kailash Satyarthi. F’Diċembru tal‑1995, meta kien għad għandu biss tnax‑il sena, Craig ivvjaġġa lejn l‑Asja flimkien ma’ ħabib tal‑familja sabiex ikompli jaħdem kontra l‑isfruttar tat‑tfal fuq il‑postijiet tax‑xogħol. Craig jirrakkonta l‑esperjenzi li għadda minnhom matul dan il‑vjaġġ fil‑ktieb tiegħu ‘Free the Children’ u fid‑dokumentarju ta’ Judy Jackson ‘It Takes a Child’.

Huwa rnexxielu wkoll jiltaqa’ mal‑Prim Ministru Kanadiż fejn waqt laqgħa ta’ ħmistax‑il minuta biss talab u rnexxielu jikkonvinċi lill‑Prim Ministru sabiex ipoġġi fuq quddiem nett tal‑aġenda tal‑pajjiż il‑ġlieda kontra l‑isfruttar tat‑tfal fuq il‑postijiet tax‑xogħol. Fl‑2004, flimkien ma ħuh Marc Kielburger, Craig ippubblika l‑ktieb ‘Finding Meaning in a Material World’. Fil‑ktieb Marc u Craig ifissru l‑prinċipji tal‑filosofija ‘ME to WE’ u l‑importanza li wieħed jagħti servizz lill‑komunità sabiex iwitti t‑triq għall‑kuntentizza. Wara li mexxew b’suċċess il‑programm ‘Leaders Today’, programm ta’ taħriġ immirat għaż‑żgħażagħ u l‑voluntiera li jduru d‑dinja jagħmlu l‑karità, fl‑2008 is‑subien stabbilixxew l‑intrapriża ‘ME to WE’. Din l‑intrapriża toffri prodotti li joħolqu kuxjenza soċjali, tmexxi diversi programmi ta’taħriġ u torganizza vjaġġi lejn numru ta’ pajjiżi li qed

Craig ma' Madre Tereża.

Ritratti:www.craigkielburger.com / Free The Children

F

l‑1995, meta kellu biss tnax‑il sena, Craig Kielburger fetaħ l‑għaqda ‘Free the Children’ (FTC). Illum il‑ġurnata din l‑għaqda hija magħrufa aħjar bħala il‑‘WE Charity’. Kollox beda wara li Craig qara titlu ta’ artiklu fuq gazzetta Kanadiża. L‑aħbar kienet dwar tifel tamparu li kien inqatel. It‑tifel, Iqbal Masih, Pakistani ta’ tnax‑il sena, kien ilu jaħdem f’fabbrika tat‑twapet minn meta kellu bejn ħames u sitt snin. Kien jaħdem minn filgħodu kmieni sa tard filgħaxija f’kundizzjonijiet tassew ħżiena. Iqbal kien jiġbor tfal, li bħalu kienu jaħdmu f’kundizzjonijiet ħżiena, u jħeġġiġhom sabiex isibu l‑kuraġġ biex jitilqu minn fuq il‑postijiet tax‑xogħol tagħhom meta jkunu qegħdin jiġu ttrattati ħażin. Kien minħabba f’hekk li Iqbal Masih safa maqtul Iqbal Masih. fl‑1995.

Minkejja li kien għad għandu biss tnax‑il sena, Craig għamel riċerka dwar l‑isfruttar tat‑tfal fuq il‑postijiet tax‑xogħol u wera x‑xewqa lill‑għalliema tiegħu sabiex titkellem fuq dan is‑suġġett fil‑klassi. Kienu ħafna l‑istudenti li wrew interess u offrew l‑għajnuna tagħhom lil Craig. Flimkien ma’ xi wħud minn sħabu tal‑klassi, Craig waqqaf il‑kampanja ‘Kids Can Free the Children’. Fl‑ewwel


sabiex joħorgu mill‑problema tal‑faqar. Filwaqt li permezz tal‑avveniment ‘WE Day’, huma pprovdew programmi ta’ tagħlim lill‑aktar minn għaxart elef skola.

Malala Yousafzai u Craig Kielburger jibnu skola.

jiżviluppaw madwar id‑dinja, bħall‑Ekwador, l‑Indja u l‑Kenja. Parti mill‑profitti tal‑intrapriża ‘ME to WE’ jingħataw lill‑organizzazzjoni ‘WE Charity’, biex tkun tista’ tkompli tmexxi programmi soċjali f’diversi pajjiżi. Bħalissa l‑organizzazzjoni ‘WE Charity’ għandha programmi f’disa’ pajjiżi. Dawn il‑programmi jiffukaw fuq l‑edukazzjoni, l‑ilma, is‑saħħa, l‑ikel u l‑opportunitajiet ekonomiċi. L‑organizzazzjoni tmexxi wkoll programmi għaż‑żgħażagħ fil‑Kanada, fl‑Istati Uniti u fir‑Renju Unit. ‘WE Villages’ u ‘WE Day’ huma tnejn mill‑ħafna avvenimenti li torganizza din l‑organizzazzjoni. Permezz tal‑‘WE Villages’, l‑aħwa Kielburger għenu ’l fuq minn miljun persuna fl‑Afrika, fl‑Asja u fl‑Amerika Latina

Permezz tal‑ħidma tiegħu, Craig bena ’l fuq minn ħames mitt skola għal aktar minn ħamsin elf student f’wieħed u għoxrin pajjiż differenti. L‑għan ewlieni ta’ Craig huwa li jgħallem liż‑żgħażagħ u lit‑tfal

kif għandhom jgħinu lil żgħażagħ u tfal oħra bħalhom, filwaqt li jxerred messaġġi pożittivi favur id‑drittijiet tat‑tfal. Craig irċieva l‑unur ‘The World’s Children’s Prize’ fl‑2006 għall‑ħidma tiegħu bla waqfien sabiex jeħles lit‑tfal mill‑faqar, mill‑abbuż fuq il‑postijiet tax‑xogħol u minn kull tip ta’ abbuż ieħor u vjolenza. Informazzjoni meħuda minn http://worldschildrensprize.org

KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL TAL-GHANA: €7 - tiġieġa għal familja fil-bżonn €20 - platt ross u fażola lil tfal bil-ġuħ €39 - librerija fi skola primarja €58 - 6 xhur terapija kontra t-tuberkolożi għal tifel jew tifla morda

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il-Mosta MST 4128 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI!

Craig fl‑Afrika.

EZEMPJI SBIEH

Grazzi mill‑qalb tal‑bolol li tajtu lil Missio Tfal. Dawn jinbiegħu lill‑kollezzjonisti u l‑qligħ minnhom imur b’risq proġetti fil‑missjoni. 7


PAĠNA LOGĦOB OTTUBRU 2020

Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk: Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128

2. SIB ID‑DIFFERENZA

1. QABBEL ID‑DELL Sib id‑dell ta’ kull ħlejqa tal‑baħar u qabbilha mal‑istampa tal‑kulur billi tagħmel linja minn boċċa għall‑oħra. Waħda mit‑tweġibiet tajbin tirbaħ basket tal‑iskola.

Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Marzu 2020 – Ħarġa nru. 78. 1. ĦADDEM MOĦĦOK

+

+

=

18

+ +

=

26

=

30

=

44

+

+

+ + +

+

+

=

Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.

2. SUDOKU

Ħares sew lejn dawn iż‑żewġ stampi u ara jirnexxilekx issib 10 differenzi bejn stampa u oħra. Immarka dawn id‑differenzi b’ċirku jew salib. Waħda mit‑tweġibiet tajbin tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut Faith, Hope & Charity tal‑Belt Valletta.

Isem u Kunjom: ________________________________ _______________________________________________

3

4

2

1

Età:______________________________________________

1

2

4

3

Indirizz:__________________________________________________

4

3

1

2

__________________________________________________

2

1

3

4

_____________________________________________________

68

Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Jake Cassar minn Birkirkara u Ella Mizzi Valenti minn Marsaskala.

Kodiċi Postali:_______________________________________ Skola: __________________________________________

Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom. 8


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Tfal Missjunarji Ottubru 2020 by Missio Malta - Issuu