Skip to main content

Tfal Missjunarji Ottubru 2019

Page 1

TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No.73

Matul is‑sena skolastika 2019/2020 dan il‑magażin ser jitqassam b’xejn.

Ottubru 2019

a in

Jum Dinji Missjunarju – 20 ta’ Ottubru 2019 md t m Mgħaibgħu um

9 ta’ Ottubru 201 sjunarju – 20 Jum Dinji Mis om a qed infakkark Ħelow Tfal, i. Bħas-snin l-oħr ser ngħinu pajjiż tagħkom Rafik na Jien il-ħabib rja. Din is-se Ser ngħinu rnata Missjuna bħala Burma. ħruf b li wasslet il-Ġu mag tinsa kien li li qabel San Ġwann fl-Asja, Myanmar, huwa Primarja ta’ at ta’ Chin li nt lill-Iskola la tinsab fl-ist partikolarme f’Myanmar. Hakha. Din l-isko u żvantaġġati ti fid-Djoċesi ta’ iżola oni ar azzj rċevew eduk postijiet l-akt wieħed millla l-istat qatt ma . Għalhekk, l-Isko azzjoni ta’ dan 26% tal-popol ar. m biex jintlaħaq dent tal-madw fikultà li hem joni għall-istu minħabba d-dif abbir toffri l-edukazz qed tgħin fit-tk San Ġwann qed ek ta’ din is-sena ser tkun minn al sal lit-tf tiegħ oħra sabiex twas Id-donazzjoni vu tinxtara karozza nu wkoll lill-għalliema jirċie tal-iskola u biex ngħi ser Ser inkunu qed a mill-iskola fejn u lejn l-iskola. razzett ’il barr tnu l-iskola. u u fil-bini ta’ ikunu jistgħu jman t-taħriġ neċessarj biex eqeż egħu l-qżi jitrabbew u jinbi bil‑quddiem. Nirringrazzjakom

(V0/1178)

rg.mt www.missio.o Isem

u Kunjom:

Indirizz:

Klassi:

Skola: Imejl:

Mowbajl:

l Guardians: fuq, enituri / Lega i d-dettalji t’hawn

Kunsens tal-Ġ

2020. tiegħi jagħti/tagħt is-snin 2019 u biex it-tifel/tifla ma’ Missio matul l-kunsens tiegħi zjoni marbuta Jiena nagħti għall-promoz biex jintużaw .

Data:

.

....................

....................

.................... Gafà, .................... Triq Lorenzo . Firma: | Missio: Nru. 114, .................... .................... rg.mt ta VLT 1171, Malta t info@missio.o anti, il-Belt Vallet 6962 | Imejl: gozo@missio.org.m Nru. 7, Triq il-Merk 4128. | Tel: 2123 0267 | Imejl: il‑Mosta MST ex | Tel: 2155 9066, Għawd ir-Rabat VCT allem, Nru. 7, Triq l-Imgħ

Isem:

(V0/1178)

tfal@missio.org.mt

| www.missio.org.mt | 2123 6962 | 7 Triq il‑Merkanti, Valletta | 7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex

2 Editorjal | 2 Messaġġ Mill‑Koordinaturi | 4 Minmin – Tfajla Ambizzjuża | 6 Mill‑Vjaġġi Ta’ Rafiki | 8 Paġna Logħob


RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU

Għeżież tfal, Kif intom? Erġajna ltqajna għal sena skolastika oħra ġdida. Kif qattajtuh is‑sajf? Min jaf kemm iddevertejtu! Kull wieħed u waħda minnkom tlajtu fi klassi ġdida u xi wħud minnkom marru fi skola ġdida wkoll! Ninsab ċerta li tinsabu eċċitati ħafna. Għat‑tieni sena l‑magażin tagħna qed jitqassam lit‑tfal kollha li jattendu l‑iskejjel f’Malta u f’Għawdex sabiex il‑messaġġ missjunarju jasal għand aktar tfal u jidħol f’aktar familji. Nittama li ssibu l‑magażin ‘Tfal Missjunarji’ ta’ interess u taqrawh għaliex ser titgħallmu xi ħaġa żgur. Bħal dejjem ma nistax ma nfakkarkomx biex ma tinsew qatt lil ħutkom tfal fil‑missjoni. Ftakru fihom fit‑talb tagħkom u warrbu xi ħaġa żgħira għalihom, għax dawn la għandhom min iħobbhom, la x’jieklu, la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la mediċini, la skola fejn jitgħallmu u ħafna minnhom lanqas ġenituri! U kontu tafu li ħafna minnhom lanqas biss qatt semgħu dwar Ġesù?! Insellmilkom u niltaqgħu x‑xahar id‑dieħel,

Claudia Stampa tal‑faċċata: Powster uffiċjali tat‑tfal għall‑Ġurnata Missjunarja 2019. Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Missio Nru. 7, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Tel: 21236962 | Imejl: nancy@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 1:00pm Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, Rabat Għawdex. Tel: 21550267 | Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (V0/1178)

Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi: John Caruana Pubblikazzjoni: Missio [Uffiċċju Missjunarju] © Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.

Prezz 50ċ l‑ħarġa. Għal din is‑sena biss ser inkunu qed inqassmu dan il‑magażin b’xejn lit‑tfal kollha ta’ Malta u Għawdex li jattendu fl‑iskejjel primarji u dawk medji.

DONAZZJONIJIET

50617374 – €2.33 | 50618820 – €6.99

2

(Tfal taħt is‑16‑il sena huma mitluba jiksbu permess mingħand il‑ġenituri/ legal guardians tagħhom).

MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATRIĊI TA’ MISSIO TFAL Nancy Camilleri

Tfal, Din is‑sena hija tassew importanti għalina ta’ Missio għaliex Papa Franġisku jixtieqna nagħtu informazzjoni lil kulħadd biex noħolqu kuxjenza missjunarja, filwaqt li nfakkru ċ‑ċentinarju mill‑Ittra Pastorali ‘Maximum Illud’ ta’ Papa Benedittu XV. Il‑messaġġ huwa ‘Mgħammdin u Mibgħuta’ li tfisser li kulħadd huwa missjunarju. Hija sejħa lil kull mgħammed. Jiena wkoll missjoni ‑ dejjem; inti wkoll missjoni – dejjem; kull mgħammed huwa missjoni. Nies li jħobbu lil xulxin qatt ma jieqfu jħobbu; din l‑imħabba li huma jagħtu tittieħed. Jiena qed nistieden lilkom tfal biex dejjem tagħmlu xi ħaga tajba lill‑oħrajn. Intom tfal, tagħmlu dan tant mill‑qalb, li permezz tal‑azzjonijiet tajba li tagħmlu, intom biss tistgħu tmissu l‑qlub tagħna l‑kbar! Din is‑sena ser ngħinu pajjiż ieħor, din id‑darba fl‑Asja, Myanmar, jew kif kien magħruf qabel Burma. Ser


tkabbir tal‑iskola u karozza oħra biex twassal lit‑tfal minn u lejn l‑iskola. Ser inkunu qed ngħinu wkoll lill‑għalliema biex jirċievu t‑taħriġ u fil‑bini ta’ razzett ’il barra mill‑iskola fejn ser jitrabbew u jinbiegħu

lill‑istudenti tal‑iskejjel kollha. Dan sabiex il‑messaġġ missjunarju jintlaħaq minn iżjed tfal u familji. Nixtieq li din is‑sena noħolqu ambjent fejn nistgħu nkunu flimkien għal skop wieħed ‑ li nifirħu flimkien għax id‑dinja sabiħa proprju għax aħna lkoll differenti u għalhekk sbieħ. Flimkien nistgħu tabilħaqq nagħmlu dinja aħjar.

Il-Kumpanija Teatrali Dun Mikiel Xerri tippreżenta

DRAMM TA’ NINU BORG

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

a in

ngħinu l‑iskola primarja ta’ San Ġwann, fid‑djoċesi ta’ Hakha. L‑iskola San Ġwann hija waħda mill‑postijiet iżolati u remoti fil‑pajjiż. 26% mill‑popolazzjoni ta’ dan l‑istat ta’ Chin qatt ma rċevew edukazzjoni minħabba d‑diffikultà biex jintlaħaq il‑post. Għalhekk din l‑iskola qed toffri edukazzjoni għall‑istudenti ta’ dawn l‑inħawi. Il‑proġett jinkludi

l‑qżieqeż biex ikunu jistgħu jmantnu l‑iskola. Aħna, bħal dejjem, inħallu f’idejkom biex tgħinuna permezz tal‑kampanja: ‘L‑Edukazzjoni: Il‑Fejqan Ta’ Nazzjon’. Bħas‑snin ta’ qabel ser jitqassam l‑invilopp lit‑tfal fl‑iskejjel kollha u nħeġġuhom biex ipinġu filwaqt li jiġbru l‑flus. Għat‑tieni sena l‑magażin ‘Tfal Missjunarji’ ser jitqassam b’xejn

d mmut a ħ g ħ M ibg um

RAPPREŻENTAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL IL-ĠIMGĦA 25 T’OTTUBRU FL-10.00am

Sibna fuq

Biljetti għall-istudenti: Donazzjoni ta’ €2

RAPPREŻENTAZZJONI GĦALL-PUBLIKU ĠENERALI - IS-SIBT 26 T’OTTUBRU FIS-7.00pm Biljetti: Kbar Donazzjoni ta’ €8 / Tfal: Donazzjoni ta’ €5  Ċemplu fuq: 2033 0015/ 2123 6962 Post: Fis‑Sala tal‑Iskola Giovanni Curmi Higher Secondary Triq Ġdida fi Triq il‑Kbira, in‑Naxxar NXR 1971 3


MINMIN – TFAJLA AMBIZZJUŻA Storja vera addattata minn Claudia Cini. Illustrazzjoni ta’ Janet Vella. Minmin tilfet lil missierha meta kien għad kellha biss sentejn, u lil ommha għaxar snin wara. Minmin, flimkien ma’ ħames ħutha oħra, tħallew fil‑kura tal‑kappillan tal‑parroċċa tagħhom. Minħabba l‑inkwiet ċivili li kien komuni lejn nofs is‑snin disgħin f’Myanmar, Minmin u ħutha spiss kienu jiċċaqalqu minn raħal għal raħal għas‑sigurtà tagħhom stess. Minħabba f’hekk it‑tfal qatt ma marru skola.

Nixtieq ħafna li jiena u ħuti nibdew immorru l-iskola.

Wara li Minmin u ħutha ssetiljaw f’raħal u setgħu jibdew imorru l‑iskola, dawn ma tħallewx. Kien bis‑saħħa tal‑kappillan li ġew aċċettati. Minmin kellha x‑xorti li tmur Yangon, l‑akbar belt f’Myanmar, biex tkun tista’ tkompli l‑edukazzjoni tagħha. Wara li spiċċat l‑iskola, Minmin marret lura fejn ħutha li kienu jgħixu f’komunità f’raħal remot. Hawn hija bdiet tagħmel xogħol volontarju fl‑iskola lokali tal‑Knisja.

Tassew qed nieħu gost ngħallem lit‑tfal.

Minmin, għaliex ma tkomplix tistudja biex issir għalliema? 4


Din l‑idea għoġbot ħafna lil Minmin, u għalhekk marret tistudja biex tilħaq għalliema fl‑Istitut tal‑Edukazzjoni ta’ Pyinya Sanyae f’Yangon. Hija tinsab eċċitata ħafna biċ‑ċans li għad issir għalliema, billi qiegħda titgħallem ħiliet ġodda kuljum sabiex tmur tajjeb mat‑tfal u sabiex tħeġġiġhom jitgħallmu. Minmin qiegħda tistenna b’ħafna ħerqa li tiggradwa fil‑futur qrib.

La niggradwa nkun nista’ ngħin fl‑edukazzjoni lit‑tfal ta’ Myanmar li m’għandhomx iċ‑ċans li jitgħallmu.

Bħala żagħżugħa, Minmin issa għandha ħolma, dik li tixtieq tagħti lit‑tfal ċans aħjar fl‑iskola. Hija tħossha ffortunata li kellha l‑opportunità li tmur l‑iskola. Dan id‑don ta’ għalliema li rċeviet tixtieq tħaddmu u biħsiebha tiżgura ruħha li ġenerazzjonijiet iżgħar ikollhom kull opportunità ta' ħajja aħjar, speċjalment fejn tidħol l‑edukazzjoni.

Jiena rrid inkun għalliema ta’ ħila, biex nagħti edukazzjoni xierqa lil dawn it-tfal. Nixtieq nagħti dak li tgħallimt sabiex inkun nista' ngħinhom jimxu ’l quddiem.

5


MILL-VJAĠĠI TA’ RAFIKI

L-EDUKAZZJONI F’MYANMAR ġdid ta’ tama billi qed tibni l‑iskejjel u tħarreġ nies bħala għalliema, speċjalment f’żoni remoti u żvantaġġjati. Ritratti: www.unicef.org

Meta kont hemm żort ħafna skejjel li jinsabu fi stat ħażin. Iltqajt ma’ Saung Nadi Khaing, tifla simpatika ta’ tliet snin li stednitni nidħol fil‑klassi magħha. Innutajt li kellha ż‑żarbun mimli tajn, għaliex sa ma waslet mal‑mamà tagħha kellhom jgħaddu minn toroq

is‑sajf li għadda, jiena Fvaganza Rafiki, iddeċidejt li mmur f’pajjiż tal‑missjoni.

Tgħidx kemm domt intir sa ma wasalt Myanmar li jinsab fil‑Kontinent tal‑Asja. Sirt naf li dan il‑pajjiż li qabel kien jismu Burma, imiss mal‑Indja, mal‑Bangladexx, mat‑Tajlandja, ma’ Laos u maċ‑Ċina. F’Myanmar hemm popolazzjoni ta’ 54 miljun ruħ, il‑belt kapitali hija Naypyidaw u l‑akbar belt hija Yangon. Il‑lingwa uffiċjali hija l‑Burmiż u l‑maġġoranza tan‑nies iħaddnu r‑reliġjon Buddista. Il‑bandiera ta’ Myanmar tikkonsisti fi tliet strixxi mimdudin, isfar, aħdar u aħmar bi stilla kbira bajda fin‑nofs. Sirt naf ukoll li sfortunatament sas‑sena 6

2012, l‑Armata ta’ Myanmar kellha magħha tfal suldati. Dawn it‑tfal kienu jinxtraw biex jitrawmu bħala suldati għall‑prezz ta’ $40, li huwa l‑prezz ta’ xkora ross jew landa petrol. Ħafna tfal oħra kienu jkunu mġiegħla jaħdmu u oħrajn kienu jiġu mibjugħa. Kontu tafu li minħabba nuqqas ta’ paċi f’Myanmar, l‑iżvilupp u l‑edukazzjoni sofrew ħafna? Mingħajr edukazzjoni lit‑tfal, dan il‑pajjiż m’għandux futur. Għalhekk, il‑Knisja f’Myanmar qed toffri lin‑nies messaġġ

mimlijin trab u peress li kienet ix‑xita t‑trab sar tajn. Iżda Saung Nadi u t‑tfal l‑oħrajn ma ħabblux rashom u neħħew iż‑żarbun qabel daħlu fil‑klassi. Ngħidilkom il‑verità nħsadt ftit x’ħin intbaħt li fil‑klassi ma kienx hemm imwejjed u siġġijiet! It‑tfal, flimkien mal‑għalliema tagħhom joqogħdu bilqiegħda fl‑art. Indunajt ukoll li f’ċerti postijiet is‑saqaf kien iqattar u xi twieqi kellhom il‑ħġieġ imkisser. Imma minkejja dan, stajt nara kemm it‑tfal ċkejknin kienu


50ċ

50ċ

l lil dawn it-tfa Int tista’ tgħin xierqa billi: edukazzjoni ba u l-ħbieb. biex ikollhom mingħand il-qra

zjoni ċkejkna ri sbieħ 1) Tiġbor donaz u pinġi b’kulu ktieb wieħed agħti l-kulur lil tal-istampa. 2) Għal kull 50ċ, il-kumplament l-iskola. f’invilopp u ħudu pa itfa’ l-flus l-istam tpinġi nibagħtulek rigal. 3) Meta l-invilopp biex alji tiegħek fuq d-dett timla k. 4) Tinsiex /a tiegħe opp lill-għalliem 5) Agħti l-invil ħ 3 stampi jiġu ha kollha: L-isba narji. Għal min ipinġi Tfal Missju ppubblikati fi

50ċ

50ċ 50ċ

50ċ

50ċ 50ċ

50ċ

50ċ

50ċ 50ċ 50ċ 50ċ

50ċ

50ċ 50ċ 50ċ 50ċ

alb Grazzi mill-q tiegħek u tad-donazzjoni fi Klabb na tinsiex tabbo

(V0/1178)

www.missio.or

ferħanin u entużjasti biex jaraw u jqallbu fil‑kotba. L‑għalliema qaltli li kważi t‑tfal kollha m’għandhomx kotba d‑dar, u l‑iskola biss huwa l‑uniku post fejn jistgħu jaraw u jmissu b’idejhom il‑kotba. Saung Nadi hija tifla ffortunata għaliex ommha temmen kemm huwa importanti t‑tagħlim u allura tieħu ħsieb twassalha l‑iskola kuljum. Sfortunatament, ħafna ġenituri ma jagħrfux l‑importanza tal‑edukazzjoni u jippreferu jżommu t‑tfal id‑dar biex jgħinuhom fix‑xogħol tad‑dar jew fl‑għelieqi. Hemm ħafna tfal li jixtiequ jitgħallmu, imma la hemm skejjel biżżejjed u lanqas hemm biżżejjed għalliema biex jgħallmuhom! Ħafna skejjel jilqgħu fihom tfal mill‑età ta’ tliet snin sa sitt snin biss. Iltqajt ma’ ħafna tfal li qaluli li jixtiequ jkomplu jistudjaw. Għalhekk meta ġejt lura Malta tlabt lil Missio Tfal biex niġbru l‑flus għal dawn it‑tfal ħalli jinbnewlhom l‑iskejjel, jinxtrawlhom il‑kotba u materjal ieħor tal‑iskola, u biex aktar nies jitħarrġu bħala għalliema professjonali.

50ċ

g.mt

Intom tistgħu tgħinu billi tpoġġu d-donazzjoni tagħkom fl-invilopp li qassmulkom l-iskola u tinsewx tpinġu l-invilopp. L-aħjar tliet tpinġijiet ser jidhru fi ‘Tfal Missjunarji’ u ser jingħataw rigal sabiħ.

EZEMPJI SBIEH • Joachin Bros Debono Sultana • Is-Seminarju tal-Arċisqof tal-Virtù r-Rabat Grazzi mill-qalb tal-bolol li tajtu lil Missio Tfal. Dawn jinbiegħu lill-kollezzjonisti u l-qligħ minnhom imur b’risq proġetti fil-missjoni.

KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL TA’ MYANMAR: €15 – ħemper mimli ikel għal familja fil-bżonn

€30 – uniformi u materjal tal-iskola għal tfal foqra

€40 – librerija fi skola primarja €50 – programm ta’ ġimgħa

edukazzjoni sportiva għat-tfal

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt/children Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI! 7


PAĠNA LOGĦOB OTTUBRU 2019

Ibgħat is-soluzzjoni t-tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l-età u l-indirizz, hekk:

Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.114, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il-Mosta MST 4128

1. ĦADDEM MOĦĦOK

Sib il‑valur ta’ kull stampa t’hawn taħt biex timla l‑valur tal‑kaxxa l‑vojta. Waħda mit‑tweġibiet tajbin tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio: Faith, Hope & Charity tal‑Belt Valletta.

30 = 20 = 30 = 40 =

+ + =

+ +

+

+

+ +

+ +

Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.

2. SUDOKU

Daħħal in-numri neqsin fil-kaxxi l-vojta b’tali mod li kull kolonna u kull ringiela jinkludu n-numri 1,2,3 u 4. Importanti li l-ebda numru ma jkun repetut. Waħda mit-tweġibiet tajbin tirbaħ ‘soft toy’ tal-Hamleys.

2

3

1

4

2

3 1

4

Isem u Kunjom: ________________________________ _______________________________________________ Età:______________________________________________ Indirizz:__________________________________________________

Soluzzjonijiet tal-Kompetizzjonijiet ta’ Marzu 2019 – Ħarġa nru. 70. 1. JIGSAW PUZZLE

8

Ċ

I

N

I

Ż

A

I

N

D

J

A

N

P

I

R

A

T

A

R

E

Ġ

I

N

A

S

A Ħ Ħ

A

R

S

U

T

T

L

D

2. SIB IT‑TRIQ

__________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali:_______________________________________ Skola: __________________________________________

Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Marvic Ann Azzopardi mill‑Qrendi u Gianluca Bonavia minn Ħ’Attard. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Tfal Missjunarji Ottubru 2019 by Missio Malta - Issuu