Skip to main content

Tfal Missjunarji - October 2018

Page 1

TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No. 65

Matul is‑sena skolastika 2018/2019 dan il‑magażin ser jitqassam b’xejn.

Ottubru 2018

Il‑Ġurnata Missjunarja Il‑Ħadd 21 ta’ Ottubru 2018 Intom it‑tfal tistgħu tagħmlu differenza fil‑ħajja tan‑nies fl‑Uganda. Bid‑donazzjoni ċkejkna tagħkom tkunu qed tgħinu lil tfal bħalkom flimkien mal‑ġenituri tagħhom ikollhom kura u mediċini fl‑isptarijiet. Grazzi ħafna u narakom l‑iskola! Isem u

Kunjom

:

Indirizz: Skola: Imejl:

Klassi: Mowba jl:

Agħti l‑invilopp lill‑għalliem/a tiegħek tfal@missio.org.mt 2 Editorjal

|

| www.missio.org.mt | 2123 6962 | 7 Triq il‑Merkanti, Valletta | 7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex

2 Messaġġ Mill‑Koordinatriċi

|

4 It‑Tfal Tax‑Xmara

|

6 L‑Iskola | 8 Il‑Ġurnata Missjunarja


RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU

EDITORJAL Għeżież tfal,

Kif intom? Kif għaddejtuh is‑sajf? Min jaf kemm iddevertejtu! Erġajna bdejna sena skolastika ġdida u kull wieħed u waħda minnkom tlajtu fi klassi ġdida u xi wħud marru fi skola ġdida wkoll!

Kif qed tindunaw, din is‑sena l‑magażin tagħna ħa forma ġdida, xi ftit differenti minn dik ta’ qabel. Nittama li ssibuh ta’ interess u taqrawh għaliex ser titgħallmu xi ħaġa żgur. Ma nistax ma nfakkarkomx biex ma tinsew qatt lil ħutkom tfal fil‑missjoni. Ftakru fihom fit‑talb tagħkom u warrbu xi ħaġa żgħira għalihom, għax dawn la għandhom min iħobbhom, la x’jieklu, la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la mediċini, la skola fejn jitgħallmu u ħafna minnhom lanqas ġenituri! U kontu tafu li ħafna minnhom lanqas biss qatt semgħu dwar Ġesù?! Insellmilkom u niltaqgħu x‑xahar id‑dieħel,

Claudia

Missio (Uffiċċju Missjunarju): Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171. Tel: 21236962 Imejl: tfal@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm, Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm Missio (Uffiċċju Missjunarju): Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, Rabat Għawdex. Tel: 21550267 Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi: John Caruana Pubblikazzjoni: Missio [Uffiċċju Missjunarju (V0/1178)]

© Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.

Prezz 50ċ l‑ħarġa. Għal din is‑sena biss ser inkunu qed inqassmu dan il‑magażin b’xejn lit‑tfal kollha ta’ Malta u Għawdex li jattendu fl‑iskejjel primarji u dawk medji.

DONAZZJONIJIET

50617374 – €2.33 | 50618820 – €6.99

2

(Tfal taħt is‑16‑il sena huma mitluba jiksbu permess mingħand il‑ġenituri/ legal guardians tagħhom).

MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATRIĊI TA’ MISSIO TFAL Nancy Camilleri

Il‑Festa tat‑Tfal fil‑Parroċċa tal‑Qrendi

B

ħal kull sena il‑Konfraternità ta’ Lourdes tal‑Qrendi, flimkien mal‑kappillan, jistiednu lilna ta’ Missio Tfal biex nipparteċipaw u nieħdu sehem f’parti miċ‑ċelebrazzjonijiet tal‑Festa tal‑Madonna ta’ Lourdes. Aħna nipparteċipaw fil‑festa tat‑tfal li ssir it‑Tnejn ta’ qabel il‑festa. Din is‑sena ħabat it‑Tnejn 25 ta’ Ġunju. Din kienet ċelebrazzjoni tassew sabiħa, fejn qabel il‑quddiesa ppreparajna Rużarju Missjunarju. Din id‑darba kien ‘walkthrough’ u t‑tfal, minflok jgħidu r‑rużarju fuq iż‑żibeġ tal‑kuruna, ma’ kull Sliema u Qaddisa mxew fuq forom tondi tal‑kartun, li kienu jiffurmaw kuruna bil‑kuluri tal‑kuruna missjunarja. It‑tfal, kemm membri ta’ Missio Klabb kif ukoll tfal mill‑Qrendi, qraw ftit informazzjoni fuq kull kontinent tad‑dinja, filwaqt li kull min kien preżenti fil‑knisja seta’ jara l‑kontinent


D

in is‑sena, bħas‑snin ta’ qabel, Rafiki u jiena ser nerġgħu niltaqgħu magħkom fl‑iskejjel, kemm primarji kif ukoll f’xi skejjel sekondarji. Ser ikollna Missio Klabb anki fl‑iskejjel u ser nagħmlu xi laqgħat ta’ formazzjoni u attivitajiet. Dan sabiex intom tkunu tistgħu tingħaqdu magħna.

muri fuq mappa tad‑dinja kbira fuq l‑iskrin. F’kull posta tlabna għall‑bżonnijiet tat‑tfal u għall‑missjunarji ta’ kull kontinent. F’kull posta ftakarna f’kontinent, u ma’ kull posta t‑tfal xegħlu xemgħa li tqiegħdet quddiem il‑Madonna. Intwera wkoll ‘feature’ dwar il‑missjoni u kien hemm messaġġ ta’ ringrazzjament minn Mons. Valent Borg, id‑direttur il‑ġdid ta’ Missio Malta. Nixtieq nirringrazzja lilkom tfal membri ta’ Missio Klabb li pparteċipajtu għal din iċ‑ċelebrazzjoni. Din is‑sena kienet l‑aktar darba li attendew tfal. Nixtieq nirringrazzja lil min qara,

tella’ l‑offerti ta’ Missio u għen b’xi mod jew ieħor. Grazzi kbira wkoll tmur għall‑ġenituri tagħkom li ġew magħkom għal din il‑festa kbira. Nixtieq nirringrazzja wkoll lill‑kappillan Dun Glen Buhagiar, lill‑Konfraternità tal‑Madonna ta’ Lourdes u lis‑soċji tal‑Mużew u l‑katekisti li għenu ħafna. Grazzi wkoll tal‑ġabra li kienet ta’ €195. Din dejjem tkun okkażjoni li lilna timliena b’ħafna entużjażmu u ħeġġa li jibqgħu magħna s‑sena kollha. Nirringrazzjaw ukoll lil Ommna Marija biex tibqa’ dejjem tħarisna u timxi magħna ħalli flimkien inwasslu lil Ġesù lil tant nies oħra fid‑dinja li għadhom ma jafuhx.

Dan is‑sajf bqajna niltaqgħu fl‑uffiċċju tal‑Mosta, fejn flimkien ħejjejna ħafna affarijiet ta’ krafts. Iffurmajna wkoll kor żgħir tat‑tfal, u ser inkunu qed inkantaw f’okkażjonijiet speċjali ta’ Missio, fosthom ‘Notte Bianca’, ‘Star Singing’ u waqt l‑animazzjonijiet fil‑parroċċi. Jien nixtieq nirringrazzja lil dawn it‑tfal li baqgħu jattendu fil‑klabb mhux biss biex stajna nagħmlu dawn il‑krafts, iżda wkoll għax stajna ngħaqqdu kor. Għandna sena mimlija ħafna affarijiet sbieħ għalikom it‑tfal. Jien u Rafiki nixtiequ ħafna li tibda l‑iskola biex inkunu nistgħu niltaqgħu magħkom u nagħmlu ħafna attivitajiet flimkien. Narawkom ħbieb,

Nancy u Rafiki

3


IT‑TFAL TAX‑XMARA Storja bbażata fuq ir‑realtà addattata minn Claudia Cini. Illustrazzjoni ta’ Janet Vella. Thi, Chi u Mai huma tlett itfal Vjetnamiżi li jgħixu fuq xmara f’Hanoi flimkien ma’ ħafna tfal oħra u l‑ġenituri tagħhom. Dawn it‑tfal qatt ma marru skola u lanqas qatt ħarġilhom ċertifikat tat‑twelid. Id‑dar tagħhom hija sempliċi kamra tal‑injam tgħum f’wiċċ l‑ilma jew inkella mgħaddsa fit‑tajn. Il‑familji huma foqra ħafna u ħajjithom ma tantx hi mżewqa b’affarijiet sbieħ u differenti.

Jiena Thi.

Jiena Chi.

U jiena Mai.

Ħafna mill‑ġenituri jaqilgħu l‑għajxien tagħhom billi jaqbdu l‑ħut mix‑xmara u ibigħuh, filwaqt li xi wħud ibigħu l‑mustarda li tikber max‑xatt tax‑xmara. Iżda mhumiex biss il‑kbar li jaħdmu, imma t‑tfal ukoll iridu jgħinu biex jaqilgħu l‑għajxien tagħhom. Xi tfal jgħinu fil‑qbid tal‑ħut u l‑ġbir tal‑mustarda, filwaqt li oħrajn ibigħu l‑biljetti tal‑lotterija lil dawk li jiġu jixtru l‑ħut qrib ix‑xmara.

Jiena mmur m’ommi naqbdu l‑ħut mit‑tajn tax‑xmara.

4

U jiena nqum kmieni biex niġbor il‑mustarda biex la jaslu l‑barranin nbigħuhielhom.

Jiena mmur inbigħ il‑biljetti tal‑lotterija lil dawk li jiġu qrib ix‑xmara.


Ix‑xmara sservi għal kollox għal dawn in‑nies. Fiha huma jinħaslu, jaħslu l‑ħwejjeġ, il‑platti u l‑borom, jgħumu, jilagħbu u saħansitra jieklu u jixorbu minnha wkoll. B’xorti ħażina x‑xmara ma tantx hija nadifa u b’hekk tikkawża ħafna mard, speċjalment fost it‑tfal. Tista’ tgħid li t‑tfal kollha għandhom xewqat differenti għall‑futur, iżda xewqa komuni fosthom hi dik li jkunu jgħixu fuq l‑art.

Nixtieq li jkollna dar fuq l‑art, li jkollha fuq u isfel, tkun soda u nkun nista’ nrabbi xi kelb jew qattus.

Jekk inkunu ngħixu fuq l‑art inkun nista’ mmur l‑iskola.

Nixtieq ngħixu fuq l‑art għaliex hemm ikel tajjeb, supermarkits u ħwienet kbar.

Meta jidlam, fid‑dawl ta’ xi fanal jew xemgħa tnemnem, l‑ommijiet jgħallmu lil uliedhom jiktbu u jaqraw mill‑ftit li jafu huma. Dan sabiex forsi jkunu jistgħu jsibu mpjieg tajjeb u jgħixu ħajja aħjar minn dik tal‑ġenituri tagħhom. Iżda minkejja kollox it‑tfal tax‑xmara dejjem issibhom ferħanin u bi tbissima sabiħa fuq fommhom.

La nikber nixtieq insir kantanta u bil‑flus li naqla’ nħallas id‑dejn tal‑ġenituri tiegħi.

La nikber nixtieq insir tabib biex inkun nista’ nfejjaq lin‑nies morda li jgħixu fuq ix‑xmara.

La nikber nixtieq niżżewweġ u jkolli dar fuq l‑art u familja.

5


L‑ISTEJJER TA’ JIMMY Vikki

L‑ISKOLA

K

ienet waslet l ‑ aħħar ġimgħa ta’ Settembru u Jimmy xejn ma kien ħerqan li kienet ser terġa’ tibda l‑iskola. Kien wasal fis‑sitt sena u s‑sajf kien iħobbu wisq. Jimmy kien qiegħed fil‑kċina jieħu l‑kolazzjon, filwaqt li l‑mamà kienet qiegħda tipprepara l‑ħobż għall‑iskola. “Uf f, i l l um e rġ a j na l u ra għall‑iskola. Nerġgħu nibdew bil‑‘homework’ u bl‑istudju, aħjar ma tiġi xejn ix‑xitwa,” gerger Jimmy. Il‑mamà waqfet minn 6

dak li kienet qiegħda tagħmel u poġġiet bilqiegħda ħdejn binha. “Għalfejn tiddejjaq tmur l‑iskola?” staqsietu. “Uuu ... għax l‑iskola ġġib magħha ħafna xogħol u trid toqgħod tħabbel moħħok biex taħdem is‑somom u tik teb il ‑ komponimenti tal‑Ingliż u tal‑Malti. U bilħaqq insejt kemm kelli nitgħallem dati bl‑amment minħabba l‑Istudji Soċjali?” wieġeb Jimmy. “Għandek għalfejn tħossok ixxurtjat li tista’ tmur l‑iskola. It‑tfal li jgħixu f’pajjiżi foqra lanqas biss jafu x’inhi skola,” qaltlu l‑mamà. “Mela aħjar kont fqir tafx,” kien pront irrisponda Jimmy. Xħin semgħet hekk il‑mamà inħasdet. “Min ma jmurx skola jrid jaħdem, ħadd ma jista’ joqgħod id‑dar b’idejh fuq żaqqu ma jagħmel xejn. Inti ċert minn dak li qiegħed tgħid?” staqsietu l‑mamà. “Dażgur li ċert,” kien pront weġibha Jimmy. “Tajjeb wisq,” qaltu l‑mamà. “Din is‑sena tmurx skola u minflok midd idek għax‑xogħol. Ibda qum kmieni u xammar il‑kmiem. Ibda l‑ġurnata billi tiżbarazza ftit, farfar u wara aħsel l‑art. Imbagħad la tkun lest ibda aħseb x’ser issajjar, mur ixtri l‑ingredjenti u la tasal lura d‑dar poġġi l‑borma fuq in‑nar. Tinsiex li trid toqgħod attent li ma jmurx jinħaraqlek l‑ikel waqt li tkun qiegħed tkompli tnaddaf.

U bilħaqq, trid taħsel, tonxor u tgħaddi l‑ħwejjeġ. Wara kollox it‑tfal li jgħixu fil‑faqar hekk jagħmlu. Skola ma jmorrux, iżda jaħdmu bla nifs minn filgħodu sa filgħaxija. Tkun għadha lanqas telgħet ix‑xemx u jkunu diġà bdew ifittxu b’reqqa fit‑tankijiet taż‑żibel għal xi biċċa ħobż niexfa jew għal xi biċċa ċarruta mqattgħa biex juzawha bħala lbies. Ma jiqfux iħufu mat‑toroq ifittxu x‑xogħol biex jaqilgħu xi ħaġa żgħira tal‑flus. Trid tara tfal ċkejknin lanqas għadhom għalqu l‑għaxar snin, min jillostra ż‑żarbun ta’ xi sinjur, min iġorr bramel tqal bl‑ilma u kannestri mimlija frott għal xi bidwi u oħrajn iseftru lis‑sinjuri. Jagħmlu dan ix‑xogħol kollu għal ammont żgħir ta’ flus jew


għal xi żewġ frottiet imħassra. Sakemm ikun wasal il‑ħin biex tinżel ix‑xemx ikunu għadhom jissieltu ma’ xi biċċa xogħol iebsa jew jiġru wara s‑sinjuri jitallbu l‑flus. Dawk minnhom iffortunati li għandhom saqaf fuq rashom imorru lura għand il‑familja tagħhom tard bil‑lejl, filwaqt li dawk li m’għandhomx familja u dar fejn jgħixu jibdew ifittxu xi biċċa kartuna biex jistrieħu fuqha matul il‑lejl; min jagħżel li jorqod fuq xi bankina u min taħt xi ħajt,” temmet tgħid il‑mamà. Jimmy ma kienx jaf x’ser jaqbad jgħid. “Allura l‑ġenituri tagħhom ma jaħdmux?” staqsa t‑tifel.

“Dażgur li jaħdmu. Jaħdmu ħafna, iżda flus ftit li xejn jaqilgħu u allura t‑tfal ikollhom jaħdmu wkoll. F’pajjiżi foqra flus għall‑mediċini m’hemmx, allura ħafna nies jimirdu u jispiċċaw bla saħħa u l‑familja ssir dipendenti minn dak li jaqilgħu t‑tfal. Huwa għalhekk li jiena u l‑papa’ nibagħtu €150 lil Missio Malta kull sena. Bil‑flus inkunu qegħdin ngħinu lil xi ċkejken fqir sabiex tingħatalu edukazzjoni għal sena, jinxtrawlu l‑kotba, il‑pitazzi, xi lapsijiet u materjal ieħor għat‑tagħlim,” spjegatlu l‑mamà. Issa Jimmy kien qed iħossu aktar imħawwad. Ma kienx jaf x’ser jaqbad jgħid.

Mhux soltu kien jispiċċa bla kliem. “U bilħaqq,” kienet ser tkompli l‑mamà. Jimmy qam jiġri minn fuq is‑siġġu u ġera lejn kamartu. “Arani tlaqt nilbes l‑uniformi; jien l‑iskola nħobbha ħafna,” għajjat b’leħen għoli Jimmy. Il‑mamà qamet minn mal‑mejda u xenglet tnejn rasha. Waqt li kien qiegħed jilbes l‑uniformi Jimmy ma setax jieqaf jaħseb f’dawk il‑povri tfal. “Kemm kont żbaljat! Jien mhux biss iffortunat li nista’ mmur l‑iskola, iżda wisq aktar iffortunat li għandi dar fejn ngħix, ikel u xorb kemm irrid, ħwejjeġ x’nilbes u mediċini għal meta nħossni ma niflaħx,” gedwed Jimmy.

KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL FIL‑MISSJONI: €7 – tiġieġa għal familja bit‑tfal fil‑bżonn

€20 – platt ross u fażola lil 60 tifel u

Issieħeb fil‑Klabb billi timla l‑formola li ssib imdaħħla fil‑paġni tal‑magażin.

tifla bil‑ġuħ

€30 – operazzjoni lil tifel jew tifla

biex ma jitilfux id‑dawl t’għajnejhom

€50 – xiri ta’ kotba inkluż materjal reliġjuż lil tfal tal‑iskola

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt/children

EZEMPJI SBIEH GRAZZI MILL‑QALB LIL: • Skejjel Primarji A & B tal‑Mosta

Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

• Mużew tal‑Bniet

GRAZZI!

Li taw bolol u/jew ‘telecards’ użati.

f’Marsaskala

7


Hawn taħt issib modi ta’ kif tista’ tgħin fl‑Uganda u f’pajjiżi oħra tal‑missjoni matul dan ix‑xahar missjunarju.

‘SOCK IT TO POVERTY’ ĊENTRU TAS‑SAĦĦA SAN LUQA, UGANDA

Iċ‑Ċentru tas‑Saħħa San Luqa jinsab f ’Bujuni, fil‑Punent tal‑Uganda. Immexxi minn Sor Mary Goretti tal‑Kongregazzjoni Ulied Marija, flimkien mal‑istaff professjonali mediku tagħha, iċ‑ċentru joffri kura tas‑saħħa u servizzi mediċi lin‑nies tal‑lokal fil‑parroċċa ta’ Holma. Peress li huwa l‑uniku ċentru tas‑saħħa affordabbli, iċ‑Ċentru San Luqa huwa popolari mal‑familji meta dawn ikunu ma jifilħux. Madanakollu hemm ħafna familji li jgħixu ’l bogħod wisq mir‑raħal ta’ Bujuni, u jkollhom jivvjaġġaw għal sigħat twal fuq il‑mutur jew saħansitra bil‑mixi saċ‑ċentru meta jinqalgħalhom il‑mard. Fil‑preżent iċ‑ċentru għandu bżonn manutenzjoni u rinovazzjonijiet kbar għaliex qed jaħdem b’soqfa jqattru u m’hemmx spazju biżżejjed biex jakkomoda l‑ħafna pazjenti tiegħu. Hemm ukoll bżonn ta’ servizz ta’ ambulanza ġdida biex tilħaq lill‑familji fi djarhom fi żmien ta’ bżonn. Bħalissa s‑sala tat‑tfal qed tiffunzjona bi ftit sodod u hija ffullata wisq. Sor Mary u t‑tim kollu ta’ San Luqa qed jippjanaw li jestendu din is‑sala billi jibnu żona separata biex ilaħħqu mad‑domanda ta’ ħafna tfal. Sabiex it‑tim ta’ San Luqa jkompli bix‑xogħol fil‑komunità ta’ Bujuni, kif ukoll sabiex isiru r‑rinovazzjonijiet meħtieġa liċ‑ċentru, Sor Mary għandha bżonn l‑għajnuna tiegħek.

8

Ara fuq il‑vidjow tagħna u ‘Life to the Full‑School Video’ eb ħbi għaddih lill‑familjari u lill‑ a: tiegħek billi tuża din il‑ħolq en www.missio.org.mt/childr

Oħloq fuq l‑internet attività ta’ ġbir ta’ fondi ‘Socktober’, flimkien ma’ sħabek l‑istudenti u għalliema, u itlobhom jistaqsu lill‑familjari u lill‑ħbieb biex jisponsorjawhom. Din l‑attività tista’ issir kemm individwalment kif ukoll bħala klassi. Biex tibda mur fuq il‑ħolqa: www.missio.org.mt/children Organizza attività jew avveniment fl‑iskola ta’ ġbir ta’ fondi ‘Socktober’ u itlob lill‑familjari u lill‑ħbieb jisponsorjawk (dejjem tkellem mal‑għalliema tiegħek).

Iġbor donazzjonijiet ta’ flus mingħand il‑familjari u l‑ħbieb, u għaddihom lill‑għalliema tiegħek. Ħajjar lill‑familjari u lill‑ħbieb ja jagħtu donazzjoni lill‑kampan i bill a arj tal‑Ġurnata Missjun jużaw il‑ħolqa: www.missio.org.mt/children

Jekk jogħġbok ikkuntattja lir‑rappreżentant/a ta’ Missio Tfal fl‑iskola tiegħek dwar l‑ideat tiegħek ta’ ‘Socktober’ relatati ma’ attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi. Grazzi.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Tfal Missjunarji - October 2018 by Missio Malta - Issuu