TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No.74
Matul is‑sena skolastika 2019/2020 dan il‑magażin ser jitqassam b’xejn.
Novembru 2019
ABSEILING & ZIPLINE WEEKEND
IN AID OF THE MISSIONS
23rd November 09:00 till 24th November 17:00 at Mosta Bridge, Mosta
IN COLLABORATION WITH THE
MOSTA SCOUT GROUP
Donation: €20 Abseiling + zipline €12 Abseiling or zipline zip line 100m • abseiling 43m
Book your adventure on: bookings.mostascouts.org Or call 79707924 https://www.facebook.com/abseilingmarathon/
(V0/1178)
tfal@missio.org.mt
Kunsill Lokali Mosta
| www.missio.org.mt | 2123 6962 | 7 Triq il‑Merkanti, Valletta | 7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex
2 Editorjal | 2 Messaġġ Mill‑Koordinaturi | 4 L‑Għaqda Fid‑Diversità | 6 Mill‑Vjaġġi Ta’ Rafiki | 8 Paġna Logħob
RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU
Għeżież tfal,
Kif intom? Għadda ftit aktar minn xahar minn mindu reġgħet bdiet l‑iskola u diġa’ kellkom xi jiem ta’ vaganzi wkoll. S’issa kulħadd issetilja u daħal f’rutina. Naħseb li din is‑sena qed tħossuha xi ftit itqal minn ta’ qabilha, imma jekk tagħmlu moħħkom hemm timxu ’l quddiem żgur. Erġajtu bdejtu tattendu l‑lezzjonijiet tal‑katekiżmu, privat u xi sports favorit tagħkom. Kollox irid ikun u jekk nqassmu x‑xogħol bil‑għaqal bla ma noqogħdu nitnikkru ma’ kollox inlaħħqu!
Qegħdin fix‑xahar hekk magħruf tal‑mejtin, minħabba li fit‑tieni jum tax‑xahar niftakru fil‑mejtin għeżiez tagħna. Imma f’dan ix‑xahar niċċelebraw ukoll festa sabiħa u popolari magħna l‑Maltin ‑ il‑festa ta’ San Martin li kien iħobb ħafna jgħin lill‑foqra u lill‑batuti bla ma jagħmel distinzjoni dwar in‑nazzjon tagħhom jew x’reliġjon iħaddnu.
Għalhekk bħala Tfal Missjunarji, inħeġġiġkom biex timxu fuq l‑eżempju ta’ Martin u tgħinu kif tistgħu lil sħabkom fil‑bżonn. Tajjeb ukoll li ma tinsewx lil ħutkom tfal fil‑missjoni billi titolbu għalihom u warrbu xi ħaġa żgħira għalihom, għax dawn la għandhom min iħobbhom, la x’jieklu, la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la mediċini, la skola fejn jitgħallmu, u ħafna minnhom lanqas ġenituri! U kontu tafu li ħafna minnhom lanqas biss qatt semgħu dwar Ġesù?! Insellmilkom u niltaqgħu x‑xahar id‑dieħel,
Claudia
Stampa tal‑faċċata: Abseiling & Zipline Weekend. Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Missio Nru. 7, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Tel: 21236962 | Imejl: nancy@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 1:00pm Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, Rabat Għawdex. Tel: 21550267 | Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (V0/1178)
Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi: John Caruana Pubblikazzjoni: Missio [Uffiċċju Missjunarju] © Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.
2
Prezz 50ċ l‑ħarġa. Għal din is‑sena biss ser inkunu qed inqassmu dan il‑magażin b’xejn lit‑tfal kollha ta’ Malta u Għawdex li jattendu fl‑iskejjel primarji u dawk medji.
MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATRIĊI TA’ MISSIO TFAL Nancy Camilleri
Tfal, Din is‑sena l‑Kappillan Dun Dennis Schembri stedinna biex norganizzaw Festa tat‑Tfal bħala parti miċ‑ċelebrazzjonijiet tal‑Festa ta’ San Ġużepp fil‑Manikata. Din il‑festa tat‑tfal saret fil‑21 ta’ Awwissu 2019 u organizzajnieha fuq iz‑zuntier tal‑knisja wara li smajna l‑quddiesa. It‑tfal kellhom imħejjija xi spazji ta’ talb (prayer spaces). Fosthom: • ‘Id‑Dinja Pajjiżna’ fejn it‑tfal preżenti riedu jixegħlu xemgħa u jitolbu għat‑tfal fil‑pajjiżi li jagħżlu u jpoġġu x‑xemgħa fuq il‑pajjiż fuq mappa kbira tad‑dinja. • ‘It‑Tribu tal‑Masaai’ fejn f’vidjow li raw dwar tifla mit‑tribù tal‑Masaai, it‑tfal setgħu jinnutaw l‑ambjent li jgħixu fih dawn in‑nies u l‑kultura tagħhom. Tajna informazzjoni mhux biss dwar dan it‑tribù, imma wkoll dwar l‑artijiet tal‑missjoni. Spjegajna l‑kuluri xi jfissru għal dawn in‑nies u għamilna wkoll
bħala kraft, il‑‘Ġiżirana tal‑Masaai’. • ‘Brazzuletti tal‑Ħbiberija’ fejn it‑tfal bdew jagħmlu l‑brazzuletti lil xulxin biż‑żibeġ u l‑istros. • ‘Differenti u Sbieħ’ fejn kull tifel u tifla riedu jħarsu fil‑mera u jpinġu wiċċhom fuq karta. Dawn it‑tpinġijiet tpoġġew fejn xulxin mal‑art u t‑tfal ġew imħeġġa josservaw it‑tpinġijiet u jaraw x’kien hemm li jolqothom. Ħafna kkummentaw li aħna kollha differenti, u għalhekk id‑dinja tagħna hija sabiħa, għax fil‑verità aħna lkoll differenti
minn xulxin, b’talenti varji u kapaċitajiet diversi. • ‘Il‑Ġnien tal‑Paċi’ fejn it‑tfal ingħataw xi fjuri u fuq il‑petali tagħhom riedu jiktbu xi jġib il‑paċi, fejn isibu l‑iżjed il‑paċi u kif jaħsbu li tinkiseb il‑paċi fid‑dinja. Wara li kitbuhom waħħluhom mal‑istros u ħaduhom magħhom id‑dar. Waqt il‑festa kellna l‑istend ta’ Rafiki fejn qassam ‘soft toy’ lil kulħadd u t‑tfal kollha ħadu ritratt miegħu. Kemm ħa gost Rafiki! Huwa qassam lil kull tifel u tifla preżenti il‑ktieb ‘L‑Internet fil‑Ġungla.
Fl‑aħħar spiċċajna bil‑logħba ‘Pass the Parcel’ fejn it‑tfal qagħdu bilqiegħda ċirku, bdew jgħaddu rigal imgeżwer lil xulxin u meta jien ngħid ‘stop’, jiftħu l‑ewwel karta u jirbaħ min jiftaħ l‑aħħar karta. Kien hemm atmosfera tassew sabiħa u t‑tfal qalu li ħadu gost ħafna. Kemm il‑kappillan u anke l‑katekisti, ilkoll qalu kemm it‑tfal tal‑Manikata ħadu gost u kemm dawn l‑ispazji ta’ talb kienu effettivi. Ħadd ma ried jiċċaqlaq minn hemm! Nirringrazzja lill‑voluntiera kollha li ġew jgħinuna u li għalihom ukoll din kienet esperjenza sabiħa. 3
L‑GĦAQDA FID‑DIVERSITÀ Storja addattata minn Claudia Cini. Illustrazzjoni ta’ Janet Vella. Miss Volpi, l‑għalliema tal‑klassi, kienet tinsab iddiżappuntata ħafna bl‑istudenti tagħha. Kollha kienu sbieħ, kollha kienu bravi u kollha kienu kapaċi, imma kull wieħed u waħda minnhom kienu mkabbrin bil‑kapaċitajiet tagħhom infushom tant li lanqas kien jimpurtahom minn sħabhom. Ta’ kuljum, l‑istudenti kienu jaslu fl‑Iskola Ġungladam, l‑aqwa skola tal‑annimali fid‑dinja, u jqajmu ħafna ġlied u storbju.
Ħadd minnkom m’għandu dwiefer jaqtgħu daqs tiegħi.
Il‑velenu tan‑nejbiet tiegħi ma ssibx aqwa minnu għand ħadd! Leħni huwa l‑isbaħ fost ta’ kulħadd!
Lili ħadd ma jgħaddini fil‑ġiri!
L‑istudenti kollha fil‑klassi ta’ Miss Volpi ma kinux jieqfu jiftaħru bihom infushom u bil‑kapaċitajiet tagħhom. L‑għalliema kienet għajjiet b’din l‑attitudni xejn sabiħa tagħhom. Ħassitha mdejqa ħafna u nkwetata bil‑bosta. Kien kollu ta’ xejn li ppruvat kemm‑il darba tgħallimhom li kull ħlejqa kellha post u skop fil‑ħajja. Qaltilhom ukoll li ħadd ma kien perfett u lkoll għandna xi nuqqas.
Li kieku taħdmu lkoll flimkien id‑dinja tkun post tassew sabiħ!
4
Mela jum wieħed, l‑annimali ħarġu mill‑klassi jillatikaw bejniethom dwar min minnhom kien l‑aqwa. Baqgħu mexjin ’il ġewwa ħafna fil‑qalba tal‑ġungla, fejn ma kienx permess li jmorru u aljenati kif kienu ma ntebħux li mxerrdin ’l hawn u ’l hinn kien hemm ħafna nases li poġġew il‑kaċċaturi biex jaqbdu l‑annimali. Ħin bla waqt, l‑annimali kollha nqabdu ġo waħda min-nases; kollha minbarra l‑fenek!
Tinketawx ħbieb, arani sejjer inġib l‑għajnuna tal‑adulti.
Il-fenek, li kien jiġri ħafna, mar javża b’li kien ġara lill-ġenituri tal-annimali l-oħra. Dawn ġrew kemm felħu lejn il-qalba tal-ġungla, iżda ma setgħux isibu fejn kienu maqbudin l-annimali. L-għasfura, imnikkta b’li kien ġralha bdiet tkanta u kienet il-vuċi sabiħa tagħha li wasslet lill-ġenituri ħdejn l-annimali. It-tigra, bid-dwiefer jaqtgħu tagħha kienet diġà bdiet tqatta’ x-xibka u s-serp, bin-nejbiet velenużi tiegħu ħa ħsieb igerrex lill-kaċċaturi meta dawn ġew għall-priża tagħhom.
Bil‑kapaċita ta’ kull wieħed u waħda minnkom irnexxielkom issalvaw minn mewta ċerta. Għaliex fejn hemm l‑għaqda hemm is‑saħħa!
5
MILL‑VJAĠĠI TA’ RAFIKI
IT-TIFLA LI ĠĠIELDET BIS-SILENZJU ‘The Problem We All Live With’ pittura ta’ Norman Rockwell.
ġimgħat ilu mort Fbiextitl‑Amerika. Domt ħafna wasalt għax hawn ħafna
bogħod, imma ninsab sodisfat ħafna għaliex iltqajt ma’ mara simpatika jisimha Ruby. Illum Ruby Bridges għandha 65 sena, imma meta kienet għadha żgħira għamlet xi ħaġa li biddlet l‑istorja Amerikana. Din hija l‑istorja tagħha. Fl‑età ta’ sitt snin, Ruby Bridges, tifla Amerikana minn Mississippi, kienet l‑ewwel tifla b’ġilda skura li rnexxielha ttemm is‑separazzjoni li kienet teżisti fis‑sena 1960 bejn l‑bojod u s‑suwed fl‑iskejjel. Ruby twieldet nhar it‑8 ta’ Settembru 1954. Il‑ġenituri tagħha tħajru b’mod volontarju jipparteċipaw f’eżerċizzju għall‑integrazzjoni fis‑sistema tal‑iskejjel fi New Orleans imnedija mill‑NAACP (‘National Association for the Advancement of Coloured People’). Ruby kienet waħda fost sitt itfal li kellhom jidħlu għal din il‑prova. Biss tnejn minnhom għażlu li jibqgħu fl‑iskola fejn kienu u t‑tlieta l‑oħra ġew trasferiti fi skola oħra. B’hekk it‑tifla marret l‑iskola waħedha. Għall‑bidu missierha ma xtaqx, iżda l‑omm irnexxielha tipperswadih għax ħasset li dan il‑pass mhux biss kien se jkun ta’ ġid għal binthom għal 6
edukazzjoni aħjar, imma wkoll pass ’il quddiem għat‑tfal Afro‑Amerikani. Hekk kif waslu quddiem l‑iskola, sabu folla nies li bdew jgħajtu u jwaddbu xi oġġetti. It‑tifla, b’kuraġġ kbir fuqha, bla ma bkiet jew ħarset lura, baqgħet dieħla dritt l‑iskola. Il‑ġenituri tat‑tfal bojod ħarġu lil uliedhom mill‑iskola u l‑għalliema ma ridux jgħallmu dment li jkun hemm Ruby fil‑klassi. Għalliema waħda biss aċċettat, u għal aktar minn sena Barbara Henry għallmet lit‑tifla fi klassi waħedha. Ftit ftit l‑istudenti bojod bdew jiżdiedu, imma Ruby kienet tkun mgħassa l‑ħin kollu minn erba’ marixxalli fuq ordni tal‑President minħabba theddid kontinwu mill‑ġenituri. It‑tifla kienet tiekol biss l‑ikel
li ġġib mid‑dar minħabba l‑biża’ li tiġi avvelenata. Il‑familja kollha batiet b’din id‑deċiżjoni; il‑missier tilef ix‑xogħol, l‑omm ma tħallitx tixtri mill‑ħanut tal‑merċa li soltu kienet tixtri mingħandu u n‑nanniet li kienu bdiewa, itteħditilhom l‑art li kienu jaħdmu. Iżda kien hemm familji bojod li għenu lill‑familja Bridges, billi sabu xogħol ġdid lill‑missier, kienu jipproteġulhom id‑dar u jimxu magħhom sal‑iskola flimkien mal‑marixxalli. Psikjatra tat‑tfal offra li jagħti s‑servizz tiegħu b’xejn lil Ruby, u għal sena sħiħa kien iżurha f’darha darba fil‑ġimgħa. Matul it‑tieni sena skolastika, aktar tfal bojod bdew jiġu lura f’dik l‑iskola u bdew jidħlu aktar tfal suwed. Il‑problemi kienu spiċċaw, u bis‑saħħa
50ċ
50ċ
l lil dawn it-tfa Int tista’ tgħin xierqa billi: edukazzjoni ba u l-ħbieb. biex ikollhom mingħand il-qra
50ċ
50ċ 50ċ
zjoni ċkejkna ri sbieħ 1) Tiġbor donaz u pinġi b’kulu ktieb wieħed agħti l-kulur lil tal-istampa. 2) Għal kull 50ċ, il-kumplament l-iskola. f’invilopp u ħudu pa itfa’ l-flus l-istam tpinġi nibagħtulek rigal. 3) Meta l-invilopp biex alji tiegħek fuq d-dett timla k. 4) Tinsiex /a tiegħe opp lill-għalliem 5) Agħti l-invil ħ 3 stampi jiġu ha kollha: L-isba narji. Għal min ipinġi Tfal Missju ppubblikati fi
50ċ
50ċ 50ċ
50ċ
50ċ
50ċ 50ċ 50ċ 50ċ
50ċ
50ċ 50ċ 50ċ 50ċ
alb Grazzi mill-q tiegħek u tad-donazzjoni fi Klabb na tinsiex tabbo
(V0/1178)
www.missio.or
tal‑kuraġġ li wriet Ruby l‑isforz li sar għall‑integrazzjoni kien suċċess. Sal‑lum il‑ġurnata għadha titkellem kontra r‑razziżmu. Ruby iżżewġet u għandha erba’ subien. Hija ħadmet bħala aġenta tal‑ivvjaġġar għal 15‑il sena sħaħ, iżda waqfet biex tieħu ħsieb lil uliedha. Fl‑1999 hija waqqfet il‑Fondazzjoni Ruby Bridges, li tippromovi l‑valuri tat‑tolleranza, rispett u apprezzament lejn id‑differenzi kollha. Fl‑1998 inħadem film għat‑televixin bl‑isem ‘Ruby Bridges’, u nkitbet kanzunetta bl‑isem ‘Ruby’s Shoes’. Fl‑2006 infetħet skola li ssemmiet għaliha, fl‑2007 saret esibizzjoni dwar ħajjitha u fl‑2014 fl‑iskola fejn kienet tattendi meta kienet żgħira, inkixfet statwa ta’ Ruby. Fl‑2001 il‑President Bill Clinton rregalalha l‑‘Presidential Citizens Medal’ u fl‑2014 irċeviet ‘Honorary Degree’ mill‑università ta’ Tulane. Il‑President Barack Obama, meta ltaqa’ magħha fil‑White House, qalilha: “Li kieku mhux bis‑saħħa tiegħek, probabbli li jien ma kontx inkun hawn nitkellem miegħek.”
50ċ
g.mt
Intom tistgħu tgħinu billi tpoġġu d‑donazzjoni tagħkom fl‑invilopp li qassmulkom l‑iskola u tinsewx tpinġu l‑invilopp. L‑aħjar tliet tpinġijiet ser jidhru fi ‘Tfal Missjunarji’ u ser jingħataw rigal sabiħ.
EZEMPJI SBIEH • Grazzi mill‑qalb tal‑bolol li tajtu lil Missio Tfal. Dawn jinbiegħu lill‑kollezzjonisti u l‑qligħ minnhom imur b’risq proġetti fil‑missjoni.
KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL TA’ MYANMAR: €7 – tiġieġa għal familja bit‑tfal fil‑bżonn
€20 – platt ross u fażola lil tfal bil‑ġuħ €30 – operazzjoni lil tifel jew tifla
biex ma jitiifux id‑dawl t’għajnejhom
€50 – xiri ta’ kotba inkluż materjal reliġjuż lil tfal tal‑iskola
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, Mosta MST 4128 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI! 7
PAĠNA LOGĦOB NOVEMBRU 2019
Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk:
Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.114, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128
1. ĦADDEM MOĦĦOK
Sib il‑valur ta’ kull stampa t’hawn taħt biex timla l‑valur tal‑kaxxa l‑vojta. Waħda mit‑tweġibiet tajbin tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio: Faith, Hope & Charity tal‑Belt Valletta.
15 = 25 = 30 = 50 =
+ + =
+ +
+
+
+ +
+ +
Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.
2. SUDOKU
Daħħal in‑numri neqsin fil‑kaxxi l‑vojta b’tali mod li kull kolonna u kull ringiela jinkludu n‑numri 1,2,3 u 4. Importanti li l‑ebda numru ma jkun repetut. Waħda mit‑tweġibiet tajbin tirbaħ ‘soft toy’ tal‑Hamleys.
3
4
2 4
1
3
2 1
Isem u Kunjom: ________________________________ _______________________________________________ Età:______________________________________________ Indirizz:__________________________________________________
Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ April 2019 – Ħarġa nru. 71. 1. JIGSAW PUZZLE
8
Ġ
A
K
B
U
Ġ
U
D
A
I
N
D
R
I
P
IE
T
R
U
T
U
M
A
S
X
M
U
N
2. SIB IT‑TRIQ
__________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali:_______________________________________ Skola: __________________________________________
Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Tim Atkinson mill‑Mellieħa u Maraya Theuma minn San Lawrenz, Għawdex. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom.