Skip to main content

Tfal Missjunarji - November 2018

Page 1

TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No. 66

Matul is‑sena skolastika 2018/2019 dan il‑magażin ser jitqassam b’xejn.

Novembru 2018

IN COLLABORATION WITH THE

MOSTA SCOUT GROUP

ABSEILING & ZIPLINE WEEKEND

All proceeds will go towards renovating an orphanage in India by il‑Proġett Team

8th December 09:00 till 9th December 17:00 at Mosta Bridge, Mosta Donation: €20 Abseiling + zipline €12 Abseiling or zipline • €6 Late night abseil zip line 100m • abseiling 43m Book your adventure on: bookings.mostascouts.org Or call 79707924 https://www.facebook.com/abseilingmarathon/

| www.missio.org.mt | 2123 6962 | 7 Triq il‑Merkanti, Valletta | 7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex

tfal@missio.org.mt 2 Editorjal

|

2 Messaġġ Mill‑Koordinatriċi

|

4 Il‑Kaxxa Tat‑Tallab

|

6 L‑Ikel | 8 Paġna Logħob


RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU

Għeżież tfal,

EDITORJAL

Kif itir iż‑żmien hux? Diġà għadda ftit aktar minn xahar mindu bdiet l‑iskola. Nistħajjel li issa ssetiljajtu u dħaltu fir‑rutina ta’ kuljum. Matul dan ix‑xahar niċċelebraw il‑festa ta’ San Martin Isqof ta’ Tours. Kulħadd jaf li dan is‑suldat twajjeb ta nofs il‑mantell tiegħu lil wieħed fqir, minkejja li l‑mantell kellu bżonnu biex jitgħatta minħabba l‑bard. Ilkoll għandna nimxu fuq l‑eżempju ta’ Martin u naqsmu mal‑oħrajn bla ma nistennew xejn lura.

Qed joqrob ukoll iż‑żmien ta’ tħejjija għat‑twelid ta’ Ġesù Bambin – il‑Milied. Iżda huwa imporanti li mhux biss nippreparaw l‑affarijiet materjali, imma wkoll qalbna, li tkun safja u lesta li tilqa’ u tħobb lil kulħadd.

Tinsewx tiftakru fit‑talb tagħkom fit‑tfal tal‑missjoni, warrbu xi ħaġa żgħira għalihom, għax dawn la għandhom min iħobbhom, la x’jieklu, la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la mediċini, la skola fejn jitgħallmu u ħafna minnhom lanqas ġenituri! U kontu tafu li ħafna minnhom lanqas biss qatt semgħu dwar Ġesù?! Insellmilkom u niltaqgħu x‑xahar id‑dieħel,

Claudia

Missio (Uffiċċju Missjunarju): Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171. Tel: 21236962 Imejl: tfal@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm, Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm Missio (Uffiċċju Missjunarju): Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, Rabat Għawdex. Tel: 21550267 Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi: John Caruana Pubblikazzjoni: Missio [Uffiċċju Missjunarju (V0/1178)]

© Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.

Prezz 50ċ l‑ħarġa. Għal din is‑sena biss ser inkunu qed inqassmu dan il‑magażin b’xejn lit‑tfal kollha ta’ Malta u Għawdex li jattendu fl‑iskejjel primarji u dawk medji.

DONAZZJONIJIET

50617374 – €2.33 | 50618820 – €6.99

2

(Tfal taħt is‑16‑il sena huma mitluba jiksbu permess mingħand il‑ġenituri/ legal guardians tagħhom).

MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATRIĊI TA’ MISSIO TFAL Nancy Camilleri

Ħbieb, Ix‑xahar li għadda, aħna ta’ Missio Tfal ipparteċipajna fin‑Notte Bianca. Jien minn hawn nixtieq nirringrazzja lit‑tfal tal‑klabb li fis‑sajf għamlu ħafna affarijiet ta’ krafts li stajna nagħtu ħafna minnhom b’donazzjoni matul in‑Notte Bianca. Rafiki tgħidx kemm kien eċċitat dakinhar, għax kien ser jippoża għar‑ritratti mat‑tfal! Fil‑fatt, ħafna tfal riedu jieħdu ritratt miegħu u fl‑istess ħin jgħinu lill‑missjoni. Min ried seta’ wkoll jixtri tifkira ta’ Rafiki, fosthom ‘keychains’, kalamiti u ‘lucky charms’ li fuqhom kien hemm ix‑xbieha ta’ Rafiki. Tnejn mit‑tfal tal‑klabb qagħdu mal‑kaxxa l‑kbira ta’ Rafiki – il‑‘Lucky Dip’. Din kienet mimlija b’ħafna ‘soft toys’ imgeżwrin u b’donazzjoni ta’ €2 it‑tfal, u anki l‑kbar, setgħu jieħdu ‘soft toy’. U t‑turisti tgħidx kemm ħadu ‘soft


Isem u

:

Kunjom

‘SOCK IT TO POVERTY’ :

Indirizz Skola:

Klassi: Mowbajl:

Imejl:

toys’! Saħansitra, turisti mill‑Belġju riedu jgħinu u jieħdu ‘soft toy’ u tant ħadu gost li spiċċaw ħadu aktar minn wieħed. Tlett itfal qagħdu jbigħu dak li ħadmu huma stess fis‑sajf. B’donazzjoni żgħira, it‑tfal setgħu jakkwistaw ħafna affarijiet sbieħ, bħal brazzuletti taż‑żibeg, ‘corner bookmarks’, ‘notebooks’, kartolini, xemgħat u

‘keychains’. Meta bdew jonqsu n‑nies, jien, Rafiki u t‑tfal tal‑klabb waqafna ftit mill‑bejgħ u kantajna ftit kanzunetti popolari biex in‑nies ikomplu magħna u jagħtuna xi donazzjoni. Jien verament ħadt gost fin‑Notte Bianca u t‑tfal ta’ Klabb Missio Tfal ħadu gost ukoll. Aħna lkoll lanqas xtaqnieha tgħaddi dik il‑lejla. Tfal, ftakru li meta tagħmlu xi ħaġa tajba flimkien ma’ tfal oħra tħossukom ferħanin ħafna. Flimkien nistgħu nibdlu ftit ftit id‑dinja. Jekk tridu tissieħbu magħna f’dan il‑klabb u tieħdu sehem f’okkażjonijiet bħal dawn, imlew il‑formola li sibtu fil‑magażin ‘Tfal

Missjunarji’ li tqassmilkom b’xejn l‑iskola x‑xahar li għadda, u għadduha lill‑għalliema tagħkom. Tinsewx ukoll l‑inviloppi tal‑kampanja ‘sock it for poverty’ sabiex ngħinu tfal mill‑Uganda. Dawn it‑tfal iridu jimxu ħafna jew jagħmlu sigħat twal rikbin fuq wara ta’ mutur biex imorru l‑isptar meta jkollhom bżonn. Għalhekk, din is‑sena qed ngħinu lil Sor Mary Goretti kemm biex tixtri xi ambulanzi, kif ukoll biex tkabbar l‑isptar ħalli jkun hemm sezzjoni apposta għat‑tfal biss. Biħsiebna ngħinuha wkoll tixtri iktar mediċini u ġġib iktar speċjalisti fl‑isptar tagħha biex tgħin ħafna iżjed tfal. Għalhekk tfal, inħeġġiġkom biex tpinġu dawk il‑kalzetti li għandkom fuq l‑inviloppi. L‑isbaħ tliet tpinġijiet li jaslulna tal‑istampa kollha ser ikunu ppubblikati fuq dan il‑maġażin fix‑xhur li ġejjin. U nfakkarkom li jekk timlew il‑kalzetti kollha tingħataw rigal sabiħ mingħand Missio Tfal. Narawkom tfal,

Nancy u Rafiki

3


IL‑KAXXA TAT‑TALLAB Storja miċ‑Ċina addattata minn Claudia Cini. Illustrazzjoni ta’ Janet Vella. Ħafna snin ilu kien hemm tallab Ċiniż li kien ilu jittallab f’kantuniera ta’ triq għal aktar minn 30 sena. Dejjem kont issibu fl‑istess kantuniera, bilqiegħda fuq kaxxa tal‑ħadid magħluqa, jittallab għal ftit ċenteżmi kemm ikollu biex jiekol ikla waħda kuljum. It‑tallab kien jiftakar tajjeb meta fil‑bidu li kien beda jittallab kien ipoġġi bilqiegħda fuq ġebla, sakemm jum fost l‑oħrajn qassis Buddista kien tah dik il‑kaxxa tal‑ħadid.

Flus x’nagħtik m’għandix ħabib, imma għandi din il‑kaxxa għalik.

Grazzi. Grazzi ħafna mgħallem.

Għalkemm xorta waħda iebsa, il‑kaxxa tal‑ħadid kienet aktar komda minn ġebla biex ipoġġi bilqiegħda fuqha dak l‑imsejken tallab. U minn dakinhar beda jpoġġi fuqha. Mela darba reġa’ għadda mill‑inħawi l‑istess qassis Buddista u nħasad mhux ftit meta lemaħ lill‑istess raġel għadu jittallab bilqiegħda fuq il‑kaxxa tal‑ħadid li kien tah tant snin qabel. Dan mill‑ewwel fehem x’kien ġara.

Ħabib, flus x’nagħtik m’għandix, imma qatt għaddielek minn moħħok tiftaħ il‑kaxxa li kont tajtek, dik li int qed tuża bħala banketta?

4

Le qatt. Jien dejjem ħsibt li din il‑kaxxa tal‑ħadid hija vojta!


Hekk kif il‑qassis Buddista telaq, it‑tallab kien pront qam minn fuq il‑kaxxa u pprova jiftaħha. Il‑kaxxa, wara tant snin kienet kollha msadda, iżda jissara minn hawn u jissara minn hemm sa fl‑aħħar it‑tallab irnexxielu jiftaħ dik l‑imbierka kaxxa tal‑ħadid. B’sorpriża għalih, it‑tallab sab il‑kaxxa mimlija sa fuq bit‑tajjar. Fin‑nofs qalb it‑tajjar kien hemm ħaġra prezzjuża ħafna.

!!!???

L‑għada, it‑tallab mar ifittex lill‑qassis Buddista fil‑monasteru qalb il‑muntanji. U meta sabu ma setax ma jistaqsihx għalfejn qatt ma kien qallu li fil‑kaxxa kien hemm dik il‑ħaġra prezzjuża ħafna. Għax li kieku kien jaf kien ibigħha u jgħix ħajja komda minflok joqgħod jittallab u xi drabi bata wkoll il‑ġuħ, l‑għatx, il‑bard u l‑ksieħ.

Dik il‑ħaġra prezzjuza hija bħal Alla, li jista’ jimlielna ħajjitna bil‑ferħ u l‑kuntentizza, imma ħafna drabi aħna tant inkunu aljenati li ma nintebħux!

Din l‑istorja antika miċ‑Ċina bagħathielna s‑Sur Martin Azzopardi S.D.C.

5


L‑ISTEJJER TA’ JIMMY Vikki

I

l‑mamà kienet fil‑kċina tipprepara l‑ikla ta’ filgħaxija. “Jimmy l‑ikel lest,” għajtet il‑mamà. Il‑papà kien għadu kif jasal mix‑xogħol u kien diġà sab postu mal‑mejda tal‑ikel. “X’ser nieklu illum?” staqsa Jimmy, hekk kif daħal fil‑kċina u poġġa mal‑mejda. “Illum ippreparajt soppa tal‑ħaxix u ftit laħam bil‑patata l‑forn,” weġbitu l‑mamà. “Uff, jien ma rridx niekol soppa u laħam,” gerger it‑tifel. Il‑ħaxix u l‑laħam ma kinux il‑platti favoriti ta’ Jimmy, u mhux l‑ewwel darba li l‑mamà kellha tipprepara xi ħaġa tal‑ikel differenti għalih. “Il‑mamà dak sajret illum u dak irridu nieklu,” tenna l‑papà. “Irridu nieklu ikel tajjeb għas‑saħħa, ma nistgħux nieklu dejjem għaġin, pizza, ‘chicken nuggets’ u bergers”, żiedet tgħid il‑mamà. “Mela ma niekol xejn,” qal b’suppervja kbira it‑tifel. “Ħalli nippreparalek ftit għaġin biz‑zalza favorita tiegħek,” kienet pronta qaltlu l‑mamà. “Agħmilli ħafna tafx għax għandi ħafna ġuħ. Itfa’ ħafna iktar għaġin,” qal Jimmy. Il‑papà xejn ma ħa gost li l‑mamà għal darba oħra kienet waqgħet fin‑nasba ta’ Jimmy, u kienet ser tikkuntentah. “Jekk ser toqgħod tfissdu mhux ser jimmatura dan it‑tifel,” gerger il‑papà. 6

L‑IKEL

Fi ftit minuti l‑platt favorit ta’ Jimmy kien lest. Għaġin imħawwar biz‑zalza ħamra tat‑tadam. “Xi jfuħ, fl‑aħħar lest,”, feraħ Jimmy, filwaqt li ressaq is‑siġġu mal‑mejda u beda jiekol. Kien għadu lanqas kiel nofs il‑platt li ma bediex iħoss żaqqu ser tisplodi. “Infqajt, ma niflaħx niekol iżjed. Qed inħoss żaqqi ser tisplodi,” qal minn taħt l‑ilsien it‑tifel, filwaqt li warrab il‑platt minn quddiemu. “Għandek

għajnejk ikbar minn żaqqek! Il‑mamà ħadet paċenzja u ppreparatlek l‑ikel li tħobb inti u xorta ħallejt minnu fil‑platt. Kont int li għedtilha tagħmillek ħafna ikel lill‑mamà,” qallu b’leħen għoli l‑papà. Jimmy baxxa rasu u beda jiħmar. Il‑papà kellu raġun. Kien hu li qal lill‑mamà sabiex issajjarlu xi ħaġa differenti u biex tagħmillu ħafna għaġin. “U xi ngħidu għal dak li qaltilna l‑għalliema? Huwa minnu li


qiegħed tarmi l‑ħobż li tieħu miegħek mid‑dar u minflok tmur tixtri ikel ieħor mill‑ħanut tal‑iskola?” żied jgħid il‑papà. Jimmy xtaq l‑art tinfetaħ u tibilgħu. L‑għalliema kienet irrapurtatu lill‑mamà u lill‑papà. Issa żgur ma kinux ser jafdawh aktar! “Iva vera”, qal imbeżża’ Jimmy. “Nispera li taf li qiegħed tiżbalja,” ċanfritu l‑mamà b’leħen għoli. “Hija ħasra li naħlu l‑ikel meta nafu kemm hawn tfal madwar id‑dinja li lanqas għandhom biex jitrejqu. Huwa dnub li inti qiegħed taħli l‑ikel meta taf

li ħaddieħor qiegħed imut bil‑ġuħ,” qaltlu l‑mamà. “Lil dawn it‑tfal hemm bżonn li ngħinuhom,” kompla l‑papà. “B’donazzjoni żgħira ta’ €50 inkunu qed nagħtu ikla sħuna lil 30 tifel u tifla li jgħixu fit‑toroq u li m’għandhomx familja u dar fejn jgħixu. Li nagħtu donazzjoni biex dawn it‑tfal ikollhom x’jieklu huwa rigal ferm sabiħ li tassew għandhom bżonnu,” kompliet tirraġuna l‑mamà. Lanqas kienet għadha waqfet titkellem il‑mamà li Jimmy ma qabiżx u qal,

“Għandi pjan! Nhar is‑Sibt imissna nieklu xi ħaġa d‑dar minflok immorru nieklu barra bħalma nagħmlu s‑soltu, u l‑flus li niffrankaw nagħtuhom lil Missio Malta biex jixtru l‑ikel lit‑tfal foqra.” “U kull meta mmorru nieklu barra ma niħdux deżerta, kemm biex nieħdu ħsieb saħħitna u fl‑istess ħin biex il‑flus li n if f ranka w nag ħtuhom donazzjoni lil Missio Malta sabiex iħaffru bir tal‑ilma f’raħal fqir,” issuġġeriet il‑mamà. “Naqbel!” għajjat Jimmy ferħan, “lil dawn it‑tfal hemm bżonn li ngħinuhom.”

KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL FIL‑MISSJONI: €19 – medikazzjoni għal ġimagħtejn fi kliniċi tat‑tfal b’mard serju

€27 – qażquż lil familja kbira fil‑bżonn

€35 – rota lil tifel jew tifla biex

IS‑SOLTU X’TAGĦMEL BIHOM IL‑BOLOL UŻATI? FORSI TARMIHOM? Minflok tarmihom, ġibhom jew ibgħathom lil Missio Tfal u aħna nbigħuhom lill‑kollezzjonisti. Bil‑flus inkunu nistgħu ngħinu tfal li jinsabu fil‑bżonn.

imorru l‑iskola biha

€60 – saqqu għal tifel jew tifla torox u muti li jgħixu f’istitut

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt/children

EZEMPJI SBIEH

Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB LIL:

GRAZZI!

• Skola Primarja – in‑Naxxar • Skola Primarja – Ħal Għargħur Li taw bolol u/jew ‘telecards’ użati.

7


PAĠNA LOGĦOB NOVEMBRU 2018

Waħda mit‑tweġibiet tajbin ta’ kull kompetizzjoni tirbaħ kupun ta’ €5 mill‑ħanut ta’ Missio Faith, Hope & Charity. Ibgħat il‑kelma u/jew is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz u ibgħathom hekk:

Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.

Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171.

1. ‘JIGSAW PUZZLE’ Daħħal dawn il‑biċċiet tal‑‘jigsaw puzzle’ fil‑kaxxa ta’ fuq il-lemin biex tifforma sitt oġġetti tal‑iskola. Xi ittri huma lesti f’posthom biex jgħinuk. IE B E

I

S

A

S

A P

T

Q A O K

M M A

G O K

S

L

T

M

IE Q

Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Mejju 2018 – Ħarġa nru. 63.

1. SIB IL‑MESSAĠĠ SIGRIET APRIL JAGĦMEL IL‑FJURI U MEJJU JIEĦU L‑UNURI.

P R

I

G Nectar

2. SIB IT‑TRIQ

Għin lill‑iljunfanta tmur fejn iċ‑ċkejken tagħha billi tibda mill‑fetħa fuq ix‑xellug tal‑istampa u tispiċċa fil‑fetħa fuq il‑lemin. Start

2. SIB IT‑TRIQ Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Sophie Pollacco mill‑Imġarr u Quilin Goodrum mill‑Imqabba. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom. Isem u Kunjom: _______________________________________________________________________________________________ Età: _______________________________________________ Indirizz:______________________________________________________________________________________________________________________________________________________________ Kodiċi Postali:___________________________________Skola:________________________________________________________________________________________________________________ 8


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Tfal Missjunarji - November 2018 by Missio Malta - Issuu