TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No.87
Matul is‑sena skolastika 2020/2021 dan il‑magażin ser jitqassam b’xejn.
Mejju 2021
90
sena ħidma għall‑missjoni
Amaya Lia
Matteo Azzopardi
Gabriel Scerri ‑ Skola St
Sta Monika - Gżira Amy Micallef ‑ Skola
Francis
Glanville
Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.
(V0/1178)
2 Editorjal | 2 Messaġġ Mill‑Koordinaturi | 4 Ġabra Mill‑Iskejjel 2020‑2021 | 6 Tfal Li Għamlu Differenza | 8 Paġna Logħob
RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU
Għeżież Tfal, Kif intom? Ninsabu fix‑xahar ta' Mejju, xahar iddedikat lill‑Madonna u lill‑ommijiet kollha. Tkun xi ħaġa sabiħa jekk niftakru f'dawn iż‑żewġ ommijiet li jħobbuna b'imħabba bla qies. Il‑Madonna żgur li tieħu gost bit‑talba sabiħa tar‑Rużarju u tieħu gost ukoll jekk lill‑mamà tagħna f'din id‑dinja nkunu nħobbuha u nġibulha rispett. Dan billi nobduha, ngħinuha u ngħidulha kemm tassew inħobbuha għal ħafna u ħafna drabi. Kif qed taraw fuq il‑faċċata tar‑rivista rġajna ġibna xi tpinġijiet minn tagħkom it‑tfal li bgħattulna relatati mal‑kompetizzjoni li kellna. Kollha kienu sbieħ u kien diffiċli ħafna li nagħżlu l‑isbaħ. Però lkoll ser jirċievu rigal żgħir ta’ tifkira mingħand MissioTfal. Kif stajna nobsru, it‑tema ewlenija magħżula mit‑tfal kienet il‑pandemija. Forsi xi kultant aħna l‑kbar ma nirrealizzawx li din is‑sitwazzjoni qed taffettwa wkoll lilkom it‑tfal. Fiż‑żewġ paġni tan‑nofs, għandkom issibu lista bl‑ammont li kull skola ġabret permezz tal‑inviloppi li tqassmulkom. Dawn il‑flus ser jintużaw biex nagħmlu proġetti li bihom igawdu ħafna tfal fil‑missjoni. Fosthom bini ta’ skejjel, orfanatrofji, kliniċi u sptarijiet, u tħaffir ta’ spieri biex jittella’ ilma nadif.
MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATRIĊI TA’ MISSIO TFAL Nancy Camilleri
U qabel inħallikom infakkarkom sabiex ma tinsew qatt titolbu għat‑tfal fil‑missjoni, għaliex dawn la għandhom min iħobbhom, la x’jieklu, la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la mediċini, la skola fejn jitgħallmu, u ħafna minnhom lanqas ġenituri! U kontu tafu li ħafna minnhom lanqas biss qatt semgħu dwar Ġesù?! Insellmilkom u nawgura l‑isbaħ xewqat lill‑istudenti l‑kbar li waslu biex jagħmlu l‑eżamijiet. Agħmlu ħilitkom kollha ħalli tmorru tajjeb u tkunu ferħanin intom, l‑għalliema u l‑ġenituri tagħkom.
Claudia
Stampa tal‑faċċata: Uħud mit‑tpinġijiet mibgħuta minnkom it‑tfal. Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Missio Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Tel: 21236962 | Imejl: nancy@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 1:00pm Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, Rabat Għawdex. Tel: 21550267 | Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (V0/1178)
Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi: John Caruana Pubblikazzjoni: Missio [Uffiċċju Missjunarju] © Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.
2
Prezz 50ċ l‑ħarġa. Għal din is‑sena biss ser inkunu qed inqassmu dan il‑magażin b’xejn lit‑tfal kollha ta’ Malta u Għawdex li jattendu fl‑iskejjel primarji u dawk medji.
Ħelow Tfal, F’dan ix‑xahar ta’ Mejju niċċelebraw Jum l‑Omm u lili jfakkarni ħafna fl‑ommijiet u kemm jagħmlu kollox għal uliedhom. Huwa wkoll ix‑xahar tal‑Madonna u għalhekk tajjeb li nduru lejha speċjalment f’dawn il‑ġranet, nitolbuha tipproteġi lill‑mamajiet tagħna u nitolbu għal dawk l‑ommijiet li għaddejjin minn xi mard u nkwiet. Illum irrid ngħidilkom dwar xi ommijiet li ltqajt magħhom meta
mort iż‑Żambja. Dawn ikollhom jimxu ħafna bit‑trabi tagħhom marbutin ma’ daharhom filwaqt li jġorru xi barmil ilma fuq rashom. Kienet xena li ma ninsieha qatt. Kont tarahom anki jirkbu r‑rota biex jivvjaġġaw minn post għal ieħor. Ix‑xogħol ta’ dawn l‑ommijiet f’pajjiżi foqra huwa li jġibu l‑ilma flimkien mat‑tfal tagħhom. Dawn ikollhom jimxu ħafna biex isibu xi għadira ilma jew xi bir u jimlew il‑bramel tagħhom ħalli jkollhom l‑ilma għall‑familja kollha għal dakinhar biss. Ħafna drabi l‑ilma ma jkunx nadif, sakemm ma jkunx ġej minn xi bir. L‑ilma tal‑għadajjar u x‑xmajjar ikun ilma espost għall‑mikrobi li jagħmlu ħażin lis‑saħħa tal‑bniedem u jġibu il‑mard.
nuruhom li napprezzaw dak kollu li jagħmlu magħna. Dan huwa eżerċizzju żgħir li tistgħu tagħmlu biex tferrħu ftit lill‑ommijiet jew lin-nanniet tagħkom. Ibdew billi tistampaw xi ritratti tagħkom li
huma riċenti jew għal qalbkom biex bihom toħolqu ktejjeb. Waħħlu dawn ir‑ritratti fuq il‑paġni u żejnuhom kif tridu intom. Kif tillestuh, iksuh u żejnu l‑qoxra wkoll.
F’isem MissioTfal nixtieq nawgura lill‑mamajiet kollha tagħkom l‑isbaħ xewqat fil‑festa ddedikata lilhom. Nixtiqilhom ħafna barkiet, saħħa, paċi u kuntentizza. Saħħa tfal.
Għalhekk illum ħsibt li nagħmlu xi ħaġa speċjali għall‑ommijiet jew għan‑nanniet tagħna biex 3
Ġabra Mill‑Iskejjel 2021/2021 Jum Dinji Missjunarju – 18 ta’ Ottubru 2020
KULLEĠĠ SANTA MARGERITA
Skejjel Primarji: il‑Birgu, Bormla, l‑Isla, il‑Kalkara, ix‑Xgħajra u Ħaż‑Żabbar A u B. Skejjel Sekondarji: Bormla u l‑Verdala.
€1,103.05
KULLEĠĠ MARIJA REĠINA Skejjel Primarji: Ħal Għargħur, il‑Mellieħa, il‑Mosta A u B, in‑Naxxar, in‑Naxxar (HUB), il‑Qawra u San Pawl il‑Baħar. Skejjel Sekondarji: in‑Naxxar, in‑Naxxar (HUB), in‑Naxxar (LSC), il‑Mosta (Wied il‑Għasel), il‑Mosta (Żokrija) u l‑Wardija.
€1,568.67
KULLEĠĠ SAN BENEDITTU (V0/1178)
Jekk jogħġbok agħti mill‑qalb biex tgħinna nissapportjaw lin‑nies tal‑Ghana. Grazzi
Skejjel Primarji: Birżebbuġa, Ħal‑Għaxaq, il‑Gudja, Ħal Kirkop, l‑Imqabba, il‑Qrendi, Ħal Safi u ż‑Żurrieq. Skejjel Sekondarji: Ħal Kirkop (MS), Ħal Kirkop (SS) u l‑Qrendi.
€2,468.78
MISSIO (UFFIĊĊJU MISSJUNARJU) Tel: 2123 6962 www.missio.org.mt
KULLEĠĠ SAN ĠORĠ PRECA
SKEJJEL TAL‑ISTAT KULLEĠĠ SANTA KLARA
Skejjel Primarji: il‑Gżira, Pembroke, San Ġiljan, San Ġwann u Tas‑Sliema. Skejjel Sekondarji: Pembroke, Pembroke (ERC) u Sant’Andrù.
€871.17
KULLEĠĠ SAN TUMAS MORE
Skejjel Primarji: il‑Fgura A u B, Wied il‑Għajn, Wied il‑Għajn(Ġdida), Marsaxlokk, Ħal Tarxien u ż‑Żejtun A u B. Skejjel Sekondarji: il‑Ħamrun, il‑Ħamrun MVPA, il‑Ħamrun (LSC), Santa Luċija, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien u ż‑Żejtun.
4
€565.30
KULLEĠĠ SANTA TEREŻA €3,343.04
Skejjel Primarji: Birkirkara, Ħal Lija, l‑Imsida u Santa Venera. Skejjel Sekondarji: Birkirkara, l‑Imrieħel u Santa Venera.
€141.08
KULLEĠĠ SAN INJAZJU
KULLEĠĠ SAN NIKOLA
Skejjel Primarji: Ħ’Attard, il‑Baħrija, Ħad‑Dingli, l‑Imġarr, l‑Imtarfa u r‑Rabat. Skejjel Sekondarji: Ħad‑Dingli u r‑Rabat.
Skejjel Primarji: il‑Furjana, il‑Ħamrun (GP), il‑Ħamrun (SS), il‑Marsa, Tal‑Pietà, Raħal Ġdid A u B, u l‑Belt Valletta. Skejjel Sekondarji: il-Blata l‑Bajda, il‑Ħamrun, il‑Ħamrun (GARC) u l‑Imsida.
€1,506.58
Skejjel Primarji: Ħal Luqa, Ħal Qormi (SG), Ħal Qormi (SS), is‑Siġġiewi, Ħaż‑Żebbuġ u Ħaż‑Żebbuġ (LSC). Skejjel Sekondarji: Tal‑Ħandaq (MS) u Tal‑Ħandaq (SS).
€1,756.61
KULLEĠĠ T’GĦAWDEX, U SKEJJEL TAL‑KNISJA U PRIVATI
€5,860.00
De La Salle Juniors Mater Boni Consilii – Primarja u
Sekondarja
St. Paul’s MC Juniors
u Sekondarja
Sacred Heart Junior St. Albert Primarja l‑Belt Valletta
€30.00
€676.85 €1,593.05 €231.00 €50.34
St. Francis – L‑Imsida
€493.50
St. Francis ‑ Primarja Bormla
€300.00
St. Joseph Junior Tas‑Sliema
€567.00
Santa Monika – Primarja u
Sekondarja Birkirkara Tereża Nuzzo
Our Lady Immaculate – Primarja
1,435.76
St. Francis ‑ Primarja Birkirkara
SKEJJEL TAL‑KNISJA Seminarju tal‑Arċisqof ‑ Primarja
St. Dorothy’s – Primarja Tas‑Sliema
€942.14 €2,005.39 €229.00
San Alwiġi – Primarja
399.69
St. Augustine – Primarja l‑Marsa
680.32
€596.05 €563.18
SKEJJEL PRIVATI St. Angela Nursery
€200.00
San Andrea School
€263.12
Thi Lakin Ħ’Attard
€790.41
TOTAL
€31,231.08
Grazzi ħafna lill‑istudenti kollha li taw donazzjoni b’risq proġetti tat‑tfal fil‑missjoni permezz tal‑inviloppi li tqassmu fl‑iskejjel kollha f’Malta u f’Għawdex. Fost l‑isbaħ tpinġijiet kien hemm ta’:
Matthius Azzopardi Gilson minn De La Salle.
Jake Micallef mis‑Seminarju tal‑Arċisqof ir‑Rabat.
Guzeppe Azzopardi mill‑Iskola Primarja tal‑Gudja.
5
TFAL LI GĦAMLU DIFFERENZA
TFAL VITTMI WAQT PROTESTA PAĊIFIKA
Fl
‑1948, fl‑Afrika t’Isfel il‑gvern beda jinforza politika ta’ segregazzjoni razzjali taħt sistema ta’ leġiżlazzjoni li kienet imsejħa ‘apartheid’. B’din il‑politika, il‑gvern ħeġġeġ it‑trażżin tan‑nies b’kulur ta’ ġilda skura għall‑benefiċċju tal‑minoranza tal‑popolazzjoni li kellhom kulur tal‑ġilda ċara. Matul dawn iż‑żminijiet, ħafna tfal suwed fl‑Afrika t’Isfel ġew arrestati, ittorturati u maqtula għaliex ipprotestaw kontra l‑ideoloġija
6
li s‑suwed ikunu ttrattati ħażin għas‑sempliċi raġuni li għandhom ġilda skura. Hector Pieterson, Hector Pieterson qed jinġarr minn Mbuyisa Makhubo. imwieled nhar Ħdejhom oħt Hector, Antoinette. id‑19 ta’ Awwissu 1963, kien wieħed minn sena. Dakinhar, għaxart elef dawn it‑tfal li kienu joħorġu student kienu nġabru f’Soweto jipprotestaw kontra r‑reġim biex isemmgħu leħinhom ‘apartheid’. It‑tfajjel, Hector, f’dimostrazzjoni paċifika kontra ġie maqtul nhar is‑16 ta’ Ġunju din l‑ideoloġija diskriminatorja. tal‑1976 meta kellu biss tnax‑il Hector u ż‑żgħażagħ l‑oħra
huwa ddedikat liż‑żgħażagħ u l‑bżonnijiet tagħhom. Fis‑sena 2000, Hector Pieterson flimkien ma’ xi żgħażagħ oħra, li bħalu ġew maqtula intortament, irċevew il‑premju onorarju wara mewthom bl‑isem ta’ ‘The World’s Children’s Honorary Award’. Fis‑16 ta’ Ġunju 2002 inawguraw il‑Mafkar u Mużew Hector Pieterson f’Soweto, Orlando, f’sit qrib fejn safa
kienu għadhom kif waslu meta l‑pulizija bdew jużaw il‑gass tad‑dmugħ kontrihom. It‑tfal bdew iwaddbu l‑ġebel u kien hawnhekk li l‑puliżija bdew jisparaw direttament fuq it‑tfal. Hector u Hastings Ndlovu kienu l‑ewwel tfal li mietu dakinhar. It‑tfajjel Hector inġabar minn Mbuyisa Makhubo, li flimkien ma’ oħt Hector ġrew lejn il‑karozza ta’ Sam Nzima. Il‑ġurnalista Sophie Tema, saqitu lejn klinika fil‑qrib fejn ġie ċċertifikat mejjet. Kemm Mbuyisa kif ukoll Nzima kienu mhedda mill‑pulizija wara l‑inċident u t‑tnejn li huma marru fil‑ħabi. Hector u Hastings jinsabu midfuna fiċ‑ċimiterju Avalon f’Soweto.
maqtul it‑tfajjel. Dan sabiex jiġu onorati Hector u dawk kollha li nqatlu fil‑pajjiż fir‑rewwixta tal‑1976. Dan il‑mużew u mafkar sar attrazzjoni turistika, fejn mis‑sena 2010, oħt Hector, Antoinette, bdiet taħdem bħala gwida. Informazzjoni meħuda minn http://worldschildrensprize.org
KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL FIL‑MISSJONI: € 3 – Par żarbun għal tifel jew tifla fil‑missjoni
€ 17 – 2 porzjonijiet ross għal 130 tifel u tifla fit‑Tajlandja
€ 55 – Mogħża tal‑ħalib għal familja żvantaġġata
€ 66 – Kors intensiv ta’ tagħlim bażiku għal omm biex tgħin lil uliedha
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI! EZEMPJI SBIEH Illum il‑ġurnata, fl‑Afrika t’Isfel, is‑16 ta’ Ġunju huwa meqjus bħala l‑Jum Nazzjonali taż‑Żgħażagħ. Dan il‑jum
Kulleġġ San Tumas More – Skola Primarja, Marsaxlokk Isaac Abdilla miż‑Żurrieq Grazzi mill‑qalb tal‑bolol li tajtu lil Missio Tfal. Dawn jinbiegħu lill‑kollezzjonisti u l‑qligħ minnhom imur b’risq proġetti fil‑missjoni. 7
PAĠNA LOGĦOB MEJJU 2021
Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk: Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128
1. QABBEL ID‑DELL Sib id‑dell ta’ kull stampa u qabblu mal‑istampa tal‑kulur billi tagħmel linja minn stampa għall‑oħra. Waħda mit‑tweġibiet tajbin tirbaħ basket tal‑iskola.
Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.
2. SIB ID‑DIFFERENZA Ħares sew lejn dawn iż‑żewġ stampi u ara jirnexxilekx issib 10 differenzi bejn stampa u oħra. Immarka dawn id‑differenzi b’ċirku jew salib. Waħda mit‑tweġibiet tajbin tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut Faith, Hope & Charity fil‑Belt Valletta.
Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ MARZU 2021 – Ħarġa Nru. 85. 1. QABBEL ID‑DELL
2. SIB ID‑DIFFERENZA
Isem u Kunjom: ________________________________ _______________________________________________ Età:______________________________________________ Indirizz:__________________________________________________ __________________________________________________ _____________________________________________________
Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Luca Bruno mill‑Mosta, Maya Bugeja mill‑Fgura u Thomas Zammit minn Ħal Kirkop.
Kodiċi Postali:_______________________________________ Skola: __________________________________________
Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom. 8