Skip to main content

Tfal Missjunarji Mejju 2019

Page 1

TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No. 72

Matul is‑sena skolastika 2018/2019 dan il‑magażin ser jitqassam b’xejn.

Mejju 2019

Mixja

organizzata minn Missio Tfal flimkien mal‑familjari u l‑ħbieb. Nhar il‑Ħadd 19 ta’ Mejju 2019 mill‑10am ’il quddiem. Niltaqgħu fuq il‑pont tal‑Mosta. Programm: Quddiesa, ħajk u logħob. Ġibu magħkom żarbun tal‑mixi, beritta, ilma u x’tieklu. Narawkom!

a in

Aktar dettalji fuq nancy@missio.org.mt jew 2033 0015.

(V0/1178)

md t m Mgħaibgħu um

www.missio.org.mt tfal@missio.org.mt

| www.missio.org.mt | 2123 6962 | 7 Triq il‑Merkanti, Valletta | 7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex

2 Editorjal | 2 Messaġġ Mill‑Koordinaturi | 4 Għarus Għall‑Prinċipessa | 6 Il‑Volontarjat | 8 Paġna Logħob


RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU

Għeżież tfal,

Kif intom? Ftit ftit qed noqorbu lejn is‑sajf u lejn tmiem din is‑sena skolastika. Kif itir iż‑żmien! Din hija l‑aħħar ħarġa ta’ ‘Tfal Missjunarji’ għal din is‑sena skolastika. Kien ta’ gost u pjaċir għalija li kelli l‑opportunità li niktbilkom u nippreżentalkom dan il‑magażin li nispera li sibtuh ta’ interess. Kienu ħafna dawk li bagħtulna l‑kompetizzjonijiet, u ta’ dan ngħidulkom grazzi u proset. Xtaqna li kien possibbli li nrebbħu lil kulħadd. F’dan ix‑xahar ta’ Mejju, li huwa ddedikat lill‑Madonna, ommna u omm Ġesù, niċċelebraw il‑festa sabiħa ta’ Jum l‑Omm. Kulħadd għandu lil xi ħadd jieħu ħsiebu, għalhekk tajjeb li f’dan il‑jum speċjali nuruhom imħabba u apprezzament aktar mis‑soltu. Xi kartolina magħmula minnkom stess, xi bukkett fjuri u xi rigal ċkejken żgur li jkunu apprezzati. Imma x’hawn isbaħ minn tgħanniqa kbira u bewsa sinċiera? B’xorti ħażina ħafna tfal fil‑missjoni lanqas għandhom min jieħu ħsiebhom; għalhekk ftakru fihom fit‑talb tagħkom u warrbu xi ħaġa żgħira għalihom. Dawn la għandhom min iħobbhom, la x’jieklu, la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la mediċini, la skola fejn jitgħallmu u ħafna minnhom lanqas ġenituri! U kontu tafu li huma ħafna dawk li qatt ma semgħu b’Ġesù?! Insellmilkom u niltaqgħu f’Ottubru,

Claudia

Stampa tal‑faċċata: Powster tal‑ħajk organizzat minn Missio Tfal. Missio (Uffiċċju Missjunarju): Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171. Tel: 21236962 Imejl: tfal@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm, Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm Missio (Uffiċċju Missjunarju): Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, Rabat Għawdex. Tel: 21550267 Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi: John Caruana Pubblikazzjoni: Missio [Uffiċċju Missjunarju (V0/1178)]

© Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.

Prezz 50ċ l‑ħarġa. Għal din is‑sena biss ser inkunu qed inqassmu dan il‑magażin b’xejn lit‑tfal kollha ta’ Malta u Għawdex li jattendu fl‑iskejjel primarji u dawk medji.

DONAZZJONIJIET

50617374 – €2.33 | 50618820 – €6.99

2

(Tfal taħt is‑16‑il sena huma mitluba jiksbu permess mingħand il‑ġenituri/ legal guardians tagħhom).

MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATRIĊI TA’ MISSIO TFAL Nancy Camilleri

fal, waqt waħda T miż‑żjarat li kelli fl‑iskejjel dan l‑aħħar iltqajt ma’

tfajla simpatika mis‑Sirja li tattendi l‑iskola medja tal‑Ħamrun fi ħdan il‑Kulleġġ San Ġorġ Preca. Dun Victor talabha tikteb dwar l‑esperjenza tagħha fis‑Sirja u l‑vjaġġ twil li wassalha hawn Malta ħames snin ilu. Din hija l‑ittra li kitbet it‑tfajla.


Għażiż Dun Victor, Inti tlabtni nikteb dwar l‑esperjenza tiegħi u tal‑familja kemm fil‑gwerra kif ukoll f’Malta. Kif taf, is‑Sirja għaddiet minn gwerra li damet ftit mhux ħażin. Din bdiet fl‑2011, meta oħti Salsabel, twieldet. Peress li oħti twieldet fil‑gwerra, missieri ma kienx magħna għax kien imsiefer il‑Libja u pajjiżi oħrajn fuq xogħol. Il‑paga li kien jaqla’, kien jibgħatha lill‑mamà għalina u għall‑ikel. F’dak iż‑żmien konna qegħdin ngħixu fid‑dar tan‑nannu u n‑nanna, fejn domna ftit mhux ħażin. Lil missierna konna narawh spiss għax kien jitla’ u jinżel mil‑Libja għas‑Sirja u mis‑Sirja għal‑Libja. F’dawk il‑ġranet li missieri ma kienx fostna, esperjenzajna affarijiet xejn sbieħ. Ġew nies li kienu jidhru qishom tal‑ISIS jew Talibani, li biex ibeżżgħuna, qabdu l‑pistoli u bdew jisparaw fl‑ajru bl‑addoċċ. Meta missieri sema’ b’din il‑ħaġa u b’affarijiet oħra, iddeċieda li nsiefru. Għalhekk, tlaqna lejn il‑Libja mingħajr oħti Salsabel li kienet marida. Ivvjaġġajna

bil‑mixi, bil‑karozza u anke bl‑ajruplan, imma ħafna flus ma kellniex, ħlief xi deheb tal‑mamà. Mis‑Sirja morna l‑Eġittu, imbagħad għal‑Libja fejn domna kważi sena. L‑iskola, jien u ħija konna niġu bbuljati minn tfal u nies li kienu jgħidulna biex nitilqu, fost kliem ieħor. Meta fil‑Libja beda jinqala’ l‑inkwiet bżajna, imma ma kellniex biżżejjed flus biex immorru pajjiż ieħor. Xi nies kienu jitolbuna l‑flus u biex jieħdu lili għal għaxart ijiem, imma aħna ma konniex nemmnuhom. Fl‑aħħar sirna nafu li Malta huwa l‑eqreb pajjiż mil‑Libja u li stajna mmorru fih. Fis‑6 ta’ Mejju 2014, wasalna Malta u ħaduna f’post jismu Ħal Far, fejn kienu joqogħdu emigranti bħalna. F’qalbi kont għedt li dan kien il‑bidu ta’ ħajti, u veru hekk kien. Tgħallimt il‑Malti mingħand is‑‘securities’ li kienu jkunu għassa magħna. Konna naħslu l‑karozzi flimkien u nilagħbu l‑futbol mal‑familja, imma skola ma stajniex immorru għax skejjel m’hemmx fil‑qrib u t‑trasport kien diffiċli. Għalhekk, bdilna l‑post u morna ngħixu

f’post tal‑gvern f’Ħal Balzan fejn kienu jgħixu nies ta’ nazzjonijiet differenti. Bdejna nitħalltu man‑nies u attendejna l‑iskola primarja ta’ Ħal Lija; jiena suppost dħalt fir‑4 sena u ħija fit‑3 sena, imma peress li l‑iskola tqila niżżluna sena. Ġabulna l‑uniformi u ltqajna mat‑tfal tal‑klassijiet tagħna. L‑ewwel ħabiba li għamilt kienet Julienne, li hija l‑akbar ħabiba tiegħi. L‑għalliema kienet Ms. Lara; kont inħobbha ħafna u fil‑lezzjoni tar‑reliġjon kienet teħodni fi klassi oħra biex tgħallimni l‑Malti. Kien ikolli ħafna xogħol iktar mill‑oħrajn, imma kont naf li kien għall‑ġid tiegħi. Wara li spiċċajt l‑iskola primarja, bdejt l‑ewwel sena fl‑iskola medja tal‑Ħamrun. Ninsab ferħana ħafna u nħares lejn futur aħjar. Oħti Salsabel qiegħda magħna wkoll għax morna għaliha. Grazzi ħafna,

Sara Eskif

Aktar ġbir mill-iskejjel.

GRAZZI!  

Kulleġġ San Nikola Primarja Rabat - €240.17

Skola tal-Knisja St. Albert Primarja Valletta - €55.17

Skola tal-Knisja Sacred Heart Juniors - €173.30 3


GĦARUS GĦALL‑PRINĊIPESSA Leġġenda mill‑Birmanja addattata minn Claudia Cini. Illustrazzjoni ta’ Janet Vella. Snin ilu, fil‑Birmanja kienet toqgħod l‑isbaħ prinċipessa tad‑dinja. Ir‑re, missierha, beda jaħseb biex isib għarus gustuż, b’saħħtu u qalbieni għal bintu. Fost is‑suldati li kellu r‑re kien hemm tlieta li kienu tajbin biex jiżżewġu lill‑prinċipessa. Dawn inzertaw ħbieb tal‑qalb u dejjem kont issibhom flimkien. Ir‑re ma setax jiddeċiedi liema wieħed minnhom kien ser jagħżel bħala għarus għal bintu. Min minnkom iġib l‑isbaħ rigal lill‑prinċipessa, dan jeħodha b’martu.

Ir‑re ħaseb li hekk kien solva l‑problema, iżda meta l‑prinċipessa saret taf bil‑ħsieb ta’ missierha ddispjaċieha ħafna. Hi ma riedet tiżżewweġ lil ħadd minn dawk it‑tliet suldati għaliex kienet saret tħobb lill‑prinċep ta’ Assam, ġuvni gustuż u intelliġenti. Sadanittant, it‑tliet suldati kienu xterdu mad‑dinja jfittxu l‑isbaħ rigal għall‑prinċipessa. Dawn, wara xi xhur iltaqgħu fl‑istess pajjiż li kien Assam.

Itfgħu l‑ħabs lil dawn it‑tliet spjuni.

4

Aħna ġejna nfittxu l‑isbaħ rigal għall‑prinċipessa ta’ Birmanja.


Ir‑re ta’ Assam xtaq li l‑prinċipessa ta’ Birmanja tiżżewweġ lil ibnu, għalhekk talab l‑għajnuna tas‑saħħar tiegħu li offra tliet rigali tal‑għaġeb lis‑suldati biex jeħduhom lir‑re tagħhom. Dawn kienu tromba li biha tara sa tarf id‑dinja, tapit itir li jwasslek f’tebqa t’għajn fejn trid u flixkun duwa mirakoluża li tfejjaq kull tip ta’ mard. Is‑suldat li ħa t‑tromba ra li l‑prinċipessa kienet marida ħafna.

Irkbu fuq it‑tapit ħa mmorru malajr fejn il‑prinċipessa qabel ikun tard wisq.

Nisquha din id‑duwa u tfiq fil‑pront.

Fi ftit ħin it‑tliet suldati kienu ħdejn il‑prinċipessa, li malli xorbot id‑duwa fieqet. Ir‑re tħawwad; ma kienx jaf lil min se jaqbad iżewweġ lil bintu! It‑tlieta li huma kienu bżonnjużi fil‑fejqan ta’ bintu; tal‑ewwel ra li kienet marida, tat‑tieni wassalhom malajr il‑palazz u t‑tielet fejjaqha bid‑duwa. Imma s‑suldati kienu jafu li l‑prinċipessa mhux lilhom kienet tħobb, imma lill‑prinċep ta’ Assam u ftiehmu li jgħidu lir‑re.

Ir‑re fehem li l‑importanti li bintu tkun kuntenta, u għalhekk ftit ġimgħat wara sar it‑tieġ u kulħadd kien kuntent.

5


L‑ISTEJJER TA’ JIMMY Vikki

IL‑VOLONTARJAT l‑aħħar kien wasal FJimmy tmiem il‑ġimgħa u kien qiegħed

għand in‑nanna Karm mixħut fuq is‑sufan jara t‑televixin. “Saru nofsinhar, dawwar l‑istazzjon għax ser jibdew l‑aħbarijiet,” għajtet in‑nanna minn ġol‑kċina. Jimmy kemmex xofftejh; xtaq jibqa’ jara d‑dokumentarju fuq l‑annimali, imma lin‑nanna Karm ma setax jgħidilha le. Kienet tħallih jara li jrid, imma l‑aħbarijiet ta’ nofsinhar ma kien itellifhomlha ħadd. “Iġri jispiċċaw ħalli nkompli nara d‑dokumentarju,” gerger it‑tifel. “Issa ngħaddu għall‑aħħar servizz. Grupp ta’ żgħażagħ illum telqu minn Malta sabiex iwettqu xogħol volontarju fil‑missjoni fil‑Brażil,” qal ix‑xandar. “Illaħwa Nann, kemm huma ffortunati dawk iż‑żgħażagħ, sejrin il‑Brażil! Min jaf kemm ser jieħdu gost! Kulħadd jgħid li hemm ħafna x’tara il‑Brażil, il‑karnival, il‑futbol, il‑foresti u l‑annimali. Mank sejjer magħhom. Jien veru nixtieq immur il‑Brażil,” qal eċċitat Jimmy. In‑nanna ħarset lejn in‑neputi u filwaqt li baxxiet il‑volum tat‑televixin qaltlu: “Inti taħseb li dawk il‑voluntiera żgħażagħ telqu 6

minn Malta biex imorru jgawdu s‑sbuħija tal‑Brażil?” “Heqq mela,” kien pront wieġeb Jimmy. “Ma tarax!” wiġbitu n‑nanna, filwaqt li poġġiet maġenbu fuq is‑sufan. “Kull min tiġih ix‑xewqa li jwettaq xogħol volontarju barra minn Malta, isiefer sabiex jgħin u mhux biex igawdi. Imorru f’postijiet fejn hemm ħafna faqar u jgħinu lill‑missjunarji jkomplu jtejbu l‑ħajja tal‑familji fil‑missjoni,” kompliet tispjega n‑nanna. “Allura xi jmorru jagħmlu eżatt?” staqsa it‑tifel. In‑nanna, li ma kienet titlef l‑ebda ċans biex tfisser u tirrakkonta, ħadet nifs ’il ġewwa u bdiet tispjega. “Ix‑xogħol ma jkunx dejjem l‑istess. Jiddependi minn dak li jkollhom bżonn il‑missjunarji. Ikun hemm żgħażagħ li jgħinu fit‑tisjir, oħrajn jgħinu biex iservu l‑ikel u jitimgħu lill‑morda u lit‑tfal żgħar, u oħrajn idewwu lill‑morda. F’ċerti pajjiżi, il‑missjunarji jieħdu ħsieb tfal b’diżabilità li jkunu sfaw abbandunati, u allura dawn il‑missjunarji jkollhom bżonn l‑għajnuna sabiex jgħinu lil dawn it‑tfal. Voluntiera oħra jsiefru apposta biex jaħdmu fuq

proġetti kbar li l‑Maltin ikunu ġabru l‑flus għalihom, bħal bini ta’ skejjel, sptarijiet u djar li jilqgħu fihom lit‑tfal u lill‑morda. F’pajjiżi fejn ikun hemm diġà skejjel miftuħin, xi wħud miż‑żgħażagħ iqattgħu l‑ħin tagħhom jgħallmu lit‑tfal,” temmet tgħid in‑nanna. “Illaħwa kemm jagħmlu xogħol. Qatt m’għaddieli minn rasi li l‑voluntiera jsiefru biex imorru jaħdmu u jgħinu lil nies oħra,” qal Jimmy. “Mhux talli jaħdmu, talli jagħmlu xogħol wisq aktar diffiċli minn dak li soltu jagħmlu Malta. Permezz tal‑voluntiera Maltin, il‑missjunarji jkunu jistgħu jkomplu jgħinu lill‑foqra bit‑tama li jtejbulhom xi ftit il‑kundizzjonijiet li jgħixu fihom,” kompliet tgħid in‑nanna Karm. Jimmy baqa’ jħares ċass lejn nanntu. Għalkemm kien


fehem sewwa dak li kienet qed tgħid in‑nanna, xorta waħda deher imħasseb. “X’qiegħed taħseb Jim?” staqsietu n‑nanna. “Allura Nann, kif jista’ jkun li l‑Brażil hemm il‑faqar?! Mela qatt ma rajthom l‑istampi sbieħ fuq il‑televixin u fuq il‑‘facebook’?” kien pront staqsa Jimmy. “Dażgur li hemm positijiet sbieħ fil‑Brażil, imma l‑Brażil pajjiż kbir ħafna mhux bħal Malta. Hemm postijiet li huma sinjuri u oħrajn li huma fqar ħafna. Issib nies li jgħixu fi djar kbar u lussużi u oħrajn li lanqas biss għandhom saqaf fuq rashom,” qaltlu n‑nanna, filwaqt li qamet minn fuq is‑sufan biex tmur tkompli ssajjar. Jimmy qam u mexa sal‑kċina wara n‑nanna Karm. “Nann, iddeċidejt li mhux ser nibqa’ nfaddal il‑flus biex immur nara logħba futbol barra minn Malta,” qal Jimmy. “Biħsiebek tonfoq kollox?” staqsietu n‑nanna Karm. “Le mhux ser nonfoq dak li faddalt, imma ser inkompli nfaddal iktar biex ikolli biżżejjed flus għal vjaġġ lejn il‑Brażil. Mhux sejjer biex nara l‑futbol u l‑annimali fil‑foresti tafx! Sejjer biex

Għandna bżonn

żibeġ f’kundizzjoni tajba. F’każ ta’ ammont kbir niġu għalihom aħna. Ċempel lil Natasha fuq 20330015.

jien ukoll inkun nista’ nagħti daqqa t’id lill‑missjunarji,” qal b’leħen sod it‑tifel. In‑nanna tbissmet, filwaqt li qabdet wiċċ it‑tifel bejn

idejha t‑tnejn u tatu bewsa fuq ħaddejh. “Int m’hawnx bħalek għażiż neputi,” qaltlu ferħana n‑nanna Karm.

EZEMPJI SBIEH Missio Gozo jixtiequ jirringrazzjaw lill‑'Head', lill‑għalliema u lill‑istudenti kollha tal‑Middle School Gozo College li għamlu ġabra ta' bolli wżati mal‑iskola kollha. Napprezzaw ħafna din l‑inizjattiva tagħhom għaliex turi li huma jaħsbu fil‑missjoni u għalhekk għandhom għal qalbhom il‑valur tas‑solidarjetà. Aħna nieħdu ħsieb ngħaddu dawn il‑bolli lis‑Sur Tarċisju Gauci biex inaddafhom, jagħmilhom f'inviloppi u jbiegħhom. Għalhekk GRAZZI lil kulħadd u jalla l‑eżempju tagħhom ikun ta' ispirazzjoni għal oħrajn biex b'xi mod jagħtu l‑għajnuna tagħhom lill‑missjoni.

KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL FIL‑MISSJONI: €25 – Saqqu għal tifel/tifla torox u muti f’dar f’pajjiż Afrikan

€30 – uniformi u materjal tal‑iskola għal 6 itfal foqra

€42 – Xirja qamħ biex jinħema

l‑ħobż għal tfal orfni fil‑Pakistan

€50 – Għajnuna lis‑sorijiet ta’ Madre Tereża biex iżommu trabi u tfal abbandunati

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt/children Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI!

7


PAĠNA LOGĦOB MEJJU 2019

Waħda mit‑tweġibiet tajbin ta’ kull kompetizzjoni tirbaħ kupun ta’ €5 mill‑ħanut ta’ Missio Faith, Tfal, Hope & Charity. Ibgħat il‑kelma u/jew is‑soluzzjoni ħudu nota t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u tal‑indirizz l‑indirizz u ibgħathom hekk: il‑ġdid!

Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.

Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.114, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta, MST 4128, Malta.

1. ‘JIGSAW PUZZLE’ Daħħal dawn il‑biċċiet tal‑‘jigsaw puzzle’ fil‑kaxxa t’hawn biex tifforma sitt ġranet tal‑ġimgħa. Xi ittri huma lesti f’posthom biex jgħinuk. M GĦ

A M

B GĦ A

E

R

S

I

T

I

T

A

I

B

A

Ġ

T

J

N

L

IE

S

Ħ

T

IE N

E

Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Frar 2019 – Ħarġa nru. 69.

2. SIB IT‑TRIQ

Għin lill‑iljun jasal fejn ħuh billi ssib it‑triq it‑tajba fl‑istampa t’hawn:

Ħ

1. JIGSAW PUZZLE F

E

L

L

U

S

S

E

R

D

U

K

T

I

Ġ IE Ġ A

Q A

T

T

U

S

Q A

S

Q

U

Ž

Ž

R M U

Ġ

A

2. SIB IT‑TRIQ

Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Daniel Cauchi Borg u Ayana Galea, it‑tnejn mir‑Rabat, Malta. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom. Isem u Kunjom: _______________________________________________________________________________________________ Età: _______________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________ Kodiċi Postali:___________________________________Skola:________________________________________________________________________________________________________________ 8


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Tfal Missjunarji Mejju 2019 by Missio Malta - Issuu