Skip to main content

Tfal Missjunarji - May 2018

Page 1

TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No. 63

Prezz 70ċ l‑ħarġa €5 8 ħarġiet ‑‑ €7 bil‑posta

Mejju 2018

Editorjal

2

S u ċ ċe s s ,

R i k kez z a

N i l ta q g ħ u

|

Ma’

Messaġġ …12

j ew |

M i l l ‑ Ko o r d i n a t r i ċ i Imħabba?

Lo g ħ o b

7

|

3

|

Klabb

A ħ b a r i j ie t

b i l ‑ Ko m p et iz z j o n i

14

Missio

mid ‑ Dinja |

Ħa d d e m

T fa l

4

Ko l l h a

10

Idejk

15


Editorjal Għeżież tfal,

RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN NOVEMBRU U ĠUNJU

M'hawn xejn fid‑dinja akbar mill‑imħabba tal‑omm!

Inħeġġiġkom biex tiktbulna xi ittra u tibagħtuhielna fl‑indirizz li jidher hawn taħt: postali jew elettroniku. L‑ittri għandhom ikollhom tema missjunarja, pereżempju x’tagħmlu intom bħala tfal biex tgħinu jew tiktbulna dwar xi attività li għamiltu mal‑membri tal‑Klabb Missio Tfal jew l‑iskola. Nistennewkom!!

EZEMPJI SBIEH GRAZZI MILL‑QALB LIL: • Quelin Abela • Lina Bonello • Ryan Cutajar • Christian Dalli • Karl Inguanez

IS‑SOLTU X’TAGĦMEL BIHOM IL‑BOLOL U T‑TELECARDS UŻATI?, FORSI TARMIHOM?

• Kelly Licari Haber • Myrah Manche • Martha Zelie Pace li mlew il‑karus ta' Missio u ġabuhulna. Missio (Uffiċċju Missjunarju): Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171. Tel: 21236962 Imejl: tfal@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm, Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm

Minflok tarmihom, ġibhom jew ibgħathom lil MissioTfal u aħna nbigħuhom lill‑kollezzjonisti. Bil‑flus inkunu nistgħu ngħinu tfal li jinsabu fil‑bżonn.

Missio (Uffiċċju Missjunarju): Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, Rabat Għawdex. Tel: 21550267 Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi: John Caruana Pubblikazzjoni: Missio [Uffiċċju Missjunarju (V0/1178)] © Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.

DONAZZJONIJIET

2

50617374 – €2.33 | 50618820 – €6.99

(Tfal taħt is‑16‑il sena huma mitluba jiksbu permess mingħand il‑ġenituri/ legal guardians tagħhom).

Kif intom? Ninsabu fix‑xahar ta’ Mejju – ix‑xahar iddedikat lil Ommna Marija u lill‑ommijiet kollha. F’dan ix‑xahar, b’mod partikolari, niftakru fil‑Madonna, Omm Ġesù u ommna lkoll, u għalhekk jeħtiġilna li flimkien mal‑familji tagħna nagħmlu l‑almu tagħna u ngħidu t‑talba sabiħa tar‑rużarju. Kemm tifraħ il‑Madonna meta nitolbu din it‑talba sabiħa! Kif kulħadd jaf, fit‑tieni Ħadd ta’ Mejju, li din is‑sena ser jaħbat it‑13 tax‑xahar, niċċelebraw Jum l‑Omm. X’ser tagħmlu f’dan il‑jum biex tferrħu lill‑mamà jew lil dik il‑persuna li qiegħda tieħu ħsiebkom bħala l‑mamà tagħkom? Forsi għamiltulha xi kartolina jew xtrajtulha xi bukkett fjuri? Forsi xtrajtulha xi kaxxa ċikkulatini jew xi qasrija? Jew inkella xtrajtulha xi flixkun fwieħa jew xi ktieb sabiħ? Hu x’inhu r‑rigal li ser tagħtuha żgur li mhux sabiħ daqs bewsa u tgħanniqa mingħandkom! Mela tinsewx tgħannqu u tbusu lill‑mamà tagħkom u tinsewx tgħidulha li tħobbuha ħafna; mhux biss f’Jum l‑Omm, imma kuljum! Barra dan tistgħu forsi tgħinuha fix‑xogħol tad‑dar billi tixxuttaw il‑platti, tifirxu s‑sodda, tiżbarazzaw il‑kamra u titwu l‑ħwejjeġ. Ma nistgħux ma nsemmux lit‑tfal ċkejknin Maltin u Għawdxin li ser jirċievu għall‑ewwel darba lil Ġesù Bambin fl‑okkażjoni tal‑Ewwel Tqarbina tagħhom. Minn qalbna nawgurawlhom l‑isbaħ xewqat u jalla din tkun waħda mill‑isbaħ ġranet ta’ ħajjithom! Qabel inħallikom, nixtieq bħalma nagħmel kull xahar, infakkarkom biex ma tinsew qatt lil ħutkom tfal fil‑missjoni. Ftakru fihom fit‑talb tagħkom u warrbu xi ħaġa żgħira għalihom, għax dawn la għandhom min iħobbhom, la x’jieklu, la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la skola fejn jitgħallmu u ħafna minnhom lanqas ġenituri! U kontu tafu li ħafna minnhom lanqas biss qatt semgħu dwar Ġesù?! Insellmilkom u niltaqgħu x‑xahar id‑dieħel,

Claudia


Messaġġ mill‑Koordinatriċi ta' Missio Tfal Nancy Camilleri

Din is‑sena, Papa Franġisku lill‑Jum Dinji tal‑Paċi tah l‑isem ta’: ‘Immigranti u Refuġjati: Irġiel u Nisa Li Jfittxu l‑Paċi’.

Ħ

bieb, tafu liema hu s‑simbolu tal‑paċi? Dan is‑simbolu fih ċirku li jirrappreżenta lid‑dinja; ċirku li hu maqtugħ bi tliet linji. Simboli li jirrappreżentaw l‑ittri ‘N’ u ‘D’ għal ‘Nuclear Disarmament’. Dan is‑simbolu ħolqu Gerald Holtom fil‑21 ta’ Frar ta’ sittin sena ilu, fl‑okkażjoni tal‑kampanja favur it‑tneħħija tal‑armi nukleari fl‑Ingilterra. Dan is‑simbolu deher għall‑ewwel darba waqt mixja anti‑nukleari li bdiet mil‑Londra sa

Aldermaston, 80 kilometru ’l bogħod mil‑Londra. Din il‑mixja baqgħet magħrufa wkoll bħala: ‘Il‑Mixja tal‑Għid’.

jkun irid ikellimhom, huma modi kif inwasslu din il‑paċi lill‑oħrajn. Paċi li wasslilna Ġesù x‑xahar li għadda matul il‑festi tal‑Għid.

Ħbieb, aħna wkoll għandna nkunu dawk li nġibu l‑paċi; paċi li ħafna nies sofrew ħafna biex kisbuha. Anki jekk aħna tfal, aħna nistgħu nkunu dawk li nġibu l‑paċi. Nistħajjilkom tgħiduli kif? B’affarijiet sempliċi. Billi nagħmlu d‑dmirijiet tagħna ta’ kuljum u billi ngħinu lill‑oħrajn. Kultant anki billi ma ngħidux ħafna affarijiet fuq xulxin u anki nsiru nafu tfal oħra li forsi ħadd ma

Għalhekk, Rafiki u jien qed nagħmlulkom din l‑istedina biex kemm jista’ jkun kull fejn tmorru taħsbu fl‑oħrajn u turuhom l‑imħabba. M’hemmx għalfejn affarijiet kbar, kultant sempliċiment tbissima u ħbiberija sinċiera huma ġesti ta’ mħabba li jġibu ħafna paċi kemm f’qalb l‑oħrajn, imma l‑iktar fil‑qalb tagħna stess.

Nancy u Rafiki

3


Klabb Missio Tfal Nancy Camilleri

F LI GĦADDA ...

’Marzu li għadda organizzajna maratona b’risq proġetti fil‑missjoni. Xtaqt nirringrazzja lil diversi skejjel li għamlu ġabra għal dan l‑avveniment. Fosthom lill‑iskola Mater Boni Consilii ta’ Raħal Ġdid li waqt Jum il‑Ġenituri tawna permess inbigħu oġġetti mill‑ħanut tagħna ‘Hope, Faith and Charity; lill‑iskola Stella Maris tal‑Gżira li tawna permess inbigħu waqt il‑peġint tat‑tfal u lill‑iskola

Skola Mater Boni Consilii

Skola St. Benilds

4

St. Benilds li tawna permess inbigħu u anki aċċettaw li nagħmlu ‘Prayer Spaces’ b’donazzjoni b’risq Missio. Grazzi wkoll lill‑iskola primarja ta’ Birżebbuġa li organizzaw lotterija b’risq Missio, u lill‑iskola St. Francis ta’ Birkirkara u lill‑iskola Primarja tas‑Siġġiewi li għamlu l‑ġabra tagħhom matul ir‑Randan. Ħadna ħsieb nirringrazzjaw lil dawn l‑iskejjel waqt il‑maratona. Grazzi mill‑qalb lil kulħadd.


LI ĠEJ ... Ħajk u piknik mal‑familji u l‑ħbieb tat‑tfal membri tal‑klabb Missio Tfal. Nhar il‑Ħadd 6 ta’ Mejju fil‑11:00am. Niltaqgħu l‑Mosta quddiem l‑uffiċċju l‑ġdid. Ser niġbdu lejn Wied Speranza u nispiċċaw ħdejn il‑kappella fejn nieqfu nieklu xi ħaġa flimkien.

Narawkom!

Waqt il‑Maratona Hope Missiofest

5


Klabb Missio Tfal Għawdex Dun Renato Borg

RENDIKONT DETTALJAT TAL‑ĠABRA MILL‑ISKEJJEL T’GĦAWDEX Il‑Ġurnata Missjunarja Il‑Ħadd 22 ta’ Ottubru 2017 Intom it‑tfal tistgħu tagħmlu differenza fil‑ħajja tan‑nies fl‑Uganda. Bid‑donazzjoni ċkejkna tagħkom tkunu qed tgħinu lil tfal bħalkom, flimkien mal‑ġenituri tagħhom, ikollhom kura u mediċini fl‑isptarijiet.

Ġurnata Missjun arja: Il‑Ħ Ħelow add 22 tfal, jien ta’

Ottubru 2017

il‑Ġurn il‑ħabi b tag ata tal‑Uga Missjunarja. ħkom Rafiki. nda. Ser Tfa Bħa Minħab ngħinu l, din is‑sena s‑snin l‑oħ ba ra was ommijie ser ngħ l‑ispta li fl‑Uganda let t li ser inu l‑pa r jew m’hemm ikollho huma jjiż x amb ħżiena bir‑rota jew m ‘bab ulanzi, y’. u t‑triq bil‑ għall‑is mutur. Per il‑‘mummies’ ess pta irid Għalhe sakemm r hija twila, li t‑toroq hem u jmorru kk, bid ħaf jas mh na mill ‑donaz lu l‑ispta jixtru ‑‘babie ekk r. iżjed amb zjoni tieg s’ imutu appara ħek ta’ ulan t din is‑s Nirring u mediċini zi, ikabbru ena ser l‑is għa razzja ikun kom tfa l dawn l‑om ptarijiet u jinxtar u jistgħu mijiet l u fta a iżjed u kkr qed ngħ u li meta ngħl‑‘babies’ tag ħho inu lil inu lill‑ Grazzi Ġesù. fqar inkum. ħafna nu u narako m l‑is kola!

Grazzi ħafna u narakom l‑iskola! Isem u

www.m

issio.org.m t

Kunjom:

Indirizz: Skola: Imejl:

Klassi:

Jiena nagħ ti l‑kun

Isem: .......

..............

.......

Kunsens

Mowbajl:

tal‑Ġ sens tiegħ i biex it‑tife enituri / Lega għall‑prom l Guardia l/tifla tiegħ ozzjoni ns: i jagħti/tag marbuta ħti d‑det ma’ Miss talji t’haw io matu n fuq, l is‑sn

in 2017 Nru. 7, biex jintuż .............. Triq il‑Me u 2018 ... Firm aw . a: .............. rkanti, Nru. 7, il‑Belt Triq l‑Img .............. Valle tta .............. ħallem, VLT 1171 ir‑Rabat ... Data , Malt a | : .............. VCT 9066 Tel: 2123 .............. , Għaw 6962 | dex | Tel: .............. Imejl: info@ .. 2155 0267 miss io.or | Imej g.mt l: gozo @missio. org.mt

KULLEĠĠ T’GĦAWDEX

€

Primarja Żebbuġ

85.00

Primarja San Lawrenz

64.00

Primarja Għarb

89.75

Primarja Kerċem

233.90

Primarja Rabat

577.29

Primarja Sannat

338.50

Primarja Xewkija

264.81

Primarja Nadur

345.03

Primarja Qala

96.00

Primarja Għajnsielem

124.35

Primarja Xagħra

154.80

Skola Medja

181.53

Skola Sekondarja

193.73

SKEJJEL TAL‑KNISJA Laura Vicuna

297.21

Saint Theresa

651.80

Saint Francis

453.16

Primarja Konservatorju tal‑Isqof

520.73

Sekondarja Konservatorju tal‑Isqof

92.47

Seminarju Sacred Heart TOTAL

Agħti l‑envelop lill‑għalliem/a tiegħek tfal@missio.org.mt

| www.missio.org.mt | 2123 6962 | 7 Triq il‑Merkanti, Valletta | 7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex

fest

198.00 4962.06

Grazzi mill‑Qalb DĦUL B’XEJN

Ningħaqdu bħala familja waħda għall‑proġetti fil‑missjoni META: Is‑Sibt 2 ta’ Ġunju 2018 XĦIN: Mid‑9:30am sal‑4:00pm FEJN: Eden Lodge, iż‑Żurrieq

Ġurnata ta’ divertiment għall‑familja kollha Filgħodu … Tombla F'nofsinhar … Ikla bnina ‘buffet’ Attivitajiet għall‑kull età l‑ħin kollu

Għal iktar informazzjoni, ċempel fuq 21236962. Missio, 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. 6

Fuq barra ser ikun hemm żona apposta għat‑tfal li tinkludi ‘jumping castle’ u animazzjoni minn grupp ta’ animaturi.


SUĊĊESS, RIKKEZZA JEW IMĦABBA? Addattament tal‑istorja Claudia Cini. Illustrazzjoni ta’ Janet Vella. Darba waħda, Ralf ħareġ mid‑dar tiegħu u bilqiegħda fuq iċ‑ċint tal‑parapett ra tlett irġiel anzjani bid‑daqna twila bajda. Ralf, li kien raġel ta’ qalb tajba, ma kien jaf lil ħadd minnhom, imma peress li dehru għajjenin u barra kienet il‑kesħa, stedinhom jidħlu ġewwa biex jistrieħu għas‑sħana quddiem in‑nar u fl‑istess ħin jixorbu tazza ċikkulata sħuna.

It‑tliet anzjani dehru ferħanin b’din l‑istedina u qamu minn bilqiegħda, iżda ma daħlux fid‑dar ta’ Ralf. L‑irġiel qalu lil Ralf li huma ma jidħlux fl‑istess dar flimkien. Ralf tħasseb u tħawwad għal dak li kien għadu kif sema’, u staqsa lill‑anzjani għaliex kien dan meta hu kien stedinhom f’daru t‑tlieta li huma, bla ma kien qed jistenna xejn lura mingħandhom?

Jiena s‑Suċċess.

Jiena l‑Imħabba.

U jiena r‑Rikkezza. Issa idħol ġewwa u ddiskuti ma’ martek u wliedek lil min minna trid tistieden f’darek.

7


Imħawwad għall‑aħħar Ralf daħal lura f’daru u rrakkonta lil martu u liż‑żewġ ulied dwar it‑tlett irġiel anzjani. Qalilhom li hu kien stedinhom it‑tlieta li huma biex jidħlu ġewwa, iżda dawn ma ridux jidħlu kollha f’daqqa. Għalhekk, huma bħala familja kellhom jagħżlu wieħed biss minnhom. Martu Stella u wliedu Telma u Viktor tħawdu b’din l‑istorja u qagħdu kwieti jaħsbu. Iżda t‑tfal malajr kellhom risposta. Nistiednu lir‑Rikkezza. B’hekk ma jkun jonqosna xejn għax bil‑flus inkunu nistgħu nixtru kulma rridu.

Le. Aħjar nistiednu lis‑Suċċess. Għaliex is‑Suċċess iġib ix‑xogħol u x‑xogħol iġib il‑flus.

Ralf aktar tħawwad għax deherlu li wliedu t‑tnejn kellhom raġun, għalkemm donnu kien iktar jaqbel ma’ Viktor li jistiednu lis‑Suċċess f’darhom. B’hekk kienu jolqtu żewġ għasafar b’ġebla waħda. Kien fadal Stella biex tgħid x’taħseb. Qaltilhom li kemm ir‑Rikkezza kif ukoll is‑Suċċess kienu tajbin, iżda fl‑aħħar mill‑aħħar dawn kienu ser jagħmluhom ferħanin għal dejjem, jew ferħanin għal ftit taż‑żmien biss?

Jiena nagħżel lill‑Imħabba. Ejjew nimlew darna u l‑familja tagħna bl‑Imħabba.

8


Kemm Ralf kif ukoll Telma u Viktor raw li ommhom Stella kellha raġun, u għalhekk qablu li l‑mistieden tagħhom ikun l‑Imħabba. Ralf ħareġ lura fil‑parapett u sab lit‑tlett irġiel jistennewh bilqiegħda fuq iċ‑ċint. Ħabat ser jerġa’ jitħawwad, għaliex ma xtaqx jagħżel wieħed u jħalli lit‑tnejn l‑oħra barra fil‑kesħa, iżda wara kollox dik kienet ix‑xewqa tagħhom. Min minnkom huwa l‑Imħabba? Jiena u familti ddeċidejna li nistiednu lill‑Imħabba tidħol f’darna.

It‑tlett irġiel anzjani qamu minn bilqiegħda u dak li kien l‑Imħabba mexa lejn il‑bieb ta’ barra. It‑tnejn l‑oħra bdew mexjin warajh biex huma wkoll jidħlu ġewwa. Ralf waqqafhom u qalilhom li fuq ix‑xewqa tagħhom stess, huwa għażel persuna waħda biss. U kien l‑Imħabba l‑mistieden f’daru u f’familtu.

Li kieku stedint lir‑Rikkezza jew lis‑Suċċess, it‑tnejn l‑oħra kienu jibqgħu barra. Iżda la stedint lili l‑Imħabba, ir‑Rikkezza u s‑Suċċess jidħlu miegħi. Għaliex kull fejn hemm l‑Imħabba jkun hemm ukoll is‑Suċċess u r‑Rikkezza.

9


Aħbarijiet mid‑dinja kollha KRISTJANI U MUSULMANI MIĠBURIN FLIMKIEN afna familji Kristjani Ħ u Musulmani nġabru flimkien fiċ‑Ċentru ta’ Marija

Omm il‑Paċi fil‑Ġordan f’Ġerusalemm, għall‑ikla tradizzjonali ta’ kull sena biex jiċċelebraw tmiem il‑festa tar‑Ramadan. Din l‑ikla ilha tiġi organizzata aktar minn 10 snin fuq inizjattiva tal‑Knisja biex issaħħaħ id‑djalogu Musulman‑Kristjan. Fost il‑500 ruħ miġbura kien hemm numru ta’ reliġjużi prominenti u mexxejja politiċi kemm Kristjani kif ukoll Musulmani, fosthom il‑Patrijarka Emeritus Fouad Twal u l‑Isqof Emeritus William Shomali. Fl‑indirizz ta’ merħba Dun Shawki Baterian, direttur taċ‑ċentru, irrimarka li r‑relazzjoni eċċellenti bejn il‑Kristjani u l‑Musulmani fil‑Ġordan tikkontribwixxi biex tagħmel il‑pajjiż mudell

ta’ tjubija u koeżistenza. Daqstant ieħor huwa xempju ta’ għaqda u mħabba ċ‑ċentru li huwa l‑uniku post fil‑pajjiż kollu li jilqa’ fih tfal b’diżabilità u joffrulhom ukoll għajnuna b’xejn.

DAR PAPA FRANĠISKU ‑ewwel sitt xhur tas‑sena l‑oħra, Fl 283 persuna ngħataw is‑servizz ta’ ikliet b’xejn u għajnuniet oħra minn Dar Papa Franġisku li titmexxa mill‑aġenzija tal‑Knisja, Karitas Malta. Minn dawk megħjuna, 165 kienu Maltin, filwaqt li l‑oħrajn, il‑118, kienu bar ranin. Ġew imqassma 7,602 ikliet, medja ta’ 316‑il ikla fil‑ġimgħa. Dar Papa Franġisku li tinsab fi Triq Fleur‑De‑Lys f’Birkirkara, fetħet f’Lulju tas‑sena 2016 u għandha wkoll għajnuna mill‑ gvern u mill‑kumpanija Alf Mizzi and Sons li tipprovdi l‑ikel għall‑persuni fil‑bżonn. Din id‑dar toffri wkoll kenn lil dawk li m’għandhomx fejn jorqdu. Fil‑fatt kienu 176 persuna li għamlu użu minn dan is‑servizz bejn Jannar u Ġunju. Kull min jixtieq jagħmel kuntatt ma’ Dar Papa Franġisku jista’ jċempel fuq 2788 8211.

10


Aħbarijiet mid‑dinja kollha DAR B’WIRT TINGĦATA LIS‑SORIJIET

or Tereża, soru Maltija, ma ħasbithiex S darbtejn hekk kif irċeviet it‑testment ta’ missierha li kien jgħid li kienet wirtet dar. Hija

tat din id‑dar lis‑Sorijiet tal‑Karità. Din ser tintuża biex tilqa’ fiha ommijiet żgħażagħ vulnerabbli li jkunu qed jistennew tarbija, fi proġett li jismu Y‑Assist. Sor Tereża qalet li d‑deċiżjoni li tgħaddi d‑dar lis‑sorijiet kienet waħda faċli. Tinsab ċerta

li missierha qed jifraħ b’din id‑deċiżjoni, u li kieku hu żgur li hekk kien jagħmel. L‑inizjattiva Y‑Assist qed issir b’inizjattiva mill‑President’s Trust b’kollaborazzjoni mal‑Fondazzjoni Santa Ġovanna Antide, u tikkonsisti f’netwerk ta’ djar u residenzi għal ommijiet żgħażagħ ta’ bejn it‑18 u l‑25 sena li jsibu rwieħhom f’sitwazzjoni vulnerabbli tant li jkollhom bżonn saqaf fuq rashom fejn ikunu jistgħu jimxu ’l quddiem f’ħajjithom. Dan jiġri meta xi drabi dawn l‑ommijiet ma jsibux appoġġ mill‑familji tagħhom għal raġunijiet varji. F’dawn id‑djar dawn it‑tfajliet ikunu jistgħu jsegwu programm wiesa’ mhux biss biex jiżviluppaw huma, iżda wkoll biex isaħħu r‑relazzjoni mat‑trabi tagħhom. Dan, filwaqt li jippreparaw irwieħhom biex joħorġu lura fis‑soċjetà ppreparati biex ikomplu jaqdfu waħedhom. L‑għan tal‑President’s Trust hu li sal‑aħħar tas‑sena jkollha 4 appartamenti li jakkomodaw 12‑il omm.

‘BOSCO BUS’

L

‑għaqda d‑Djar Ħomor ta’ Don Bosco flimkien mal‑Kunsill tad‑Drittijiet tat‑Tfal u Adoloxxenti f’Chacao fil‑Veneżwela, ħolqu programm bl‑isem ‘Bosco Bus’. Permezz ta’ dan il‑programm tfal li jgħixu fit‑toroq qed jiġu offruti kura medika, għajnuna psikoloġika u edukazzjoni. Fil‑‘Bosco Bus’ li hija xarabank, wieħed isib kamra tal‑banju, kamra tat‑tagħlim, kċina u klinika. Din ix‑xarabank tieqaf erba’ darbiet f’partijiet ta’ Karakas fejn edukaturi u ħaddiema soċjali jkunu qed jaħdmu mat‑tfal

tat‑triq biex jintegrawhom fis‑soċjetà. Dan il‑programm beda fis‑sena 2016, imma beda jaħdem f’Mejju ta’ din is‑sena. Fl‑ewwel xahrejn ġew megħjuna 86 tifel u tifla.

Voluntiera Missio għandhom bżonn Kobob tas‑Suf sabiex jaħdmu: Ingwanti, Skufji, Xalel u Kalzetti biex jintbagħtu lit‑tfal foqra li jgħixu f’artijiet kesħin. GRAZZI.

11


Niltaqgħu ma' Savary (Storja vera) avary hija tifla ta’ 13‑il sena mill‑Kambodja u S għandha l‑kundizzjoni tad‑‘down syndrome’. Ir‑raħħala jemmnu li hija tifla misħuta u għalhekk

kemm hi kif ukoll il‑familja tagħha jgħixu ħajja diffiċli ħafna. Huma jemmnu li l‑ġenituri tagħha għamlu xi ħaġa ħażina f’ħajja oħra u b’hekk twelditilhom tifla hekk. Missierha ftit li xejn ikun id‑dar minħabba x‑xogħol, u ommha wkoll ikollha tmur is‑suq tbigħ il‑ħxejjex biex taqla’ xi ħaġa tal‑flus. B’hekk Savary ikollha toqgħod maqfula f’gaġġa l‑ġurnata kollha, għaliex inkella tispiċċa tmur qrib il‑ġirien u taqla’ l‑ġlied. Tfal oħra spiss iwaddbulha l‑ġebel u t‑tajn minn bejn il‑ħadid tal‑gaġġa. L‑omm tixtieq li baqgħet tieħu lil bintha magħha, iżda n‑nies ma kinux jixtru ħxejjex mingħandha għax jibżgħu li jiġu infettati. Ħutha joħorġu jiġbru l‑injam għan‑nar biex imorru jbigħuh u b’hekk Savary tgħaddi ħafna ħin waħedha. Għall‑bidu Savary ma kienet tgħid xejn ħlief ma u pa, imma minn mindu bdiet tmur l‑iskola tgħallmet ħafna. Lanqas biss kienet tagħraf lil ħutha stess. Savary tibża’ min‑nies għaliex jagħmlu għaliha għax jaħsbu li tista’ tinfettahom. Minħabba f’hekk kienet issawwat lil ħutha iżgħar minnha. Bis‑saħħa ta’ għajnuna minn għaqda voluntiera, Savary

qed tattendi l‑iskola 3 darbiet fil‑ġimgħa u qed titgħallem tikteb u taqra flimkien ma’ ħutha. Il‑biża’ tal‑ġenituri kienet, li bħalhom, it‑tfal ikunu illitterati. L‑għaqda voluntiera tħallas mhux biss għall‑edukazzjoni tas‑sitt itfal tal‑familja, imma wkoll għat‑trasport, u tagħtihom xi ħaġa oħra tal‑flus biex ikollhom x’jieklu. Ix‑xewqa tal‑ġenituri hi li Savary tkun tista’ tattendi l‑iskola kuljum biex b’hekk ma jkollhiex għalfejn toqgħod maqfula f’gaġġa sa ma tasal lura ommha mis‑suq.

Hope (Storja vera)

A

nja Ringgren Lovèn, voluntiera Daniża, kienet fuq missjoni n‑Niġerja meta fit‑triq lemħet tifel ta’ sentejn li kien abbandunat u mejjet bil‑ġuħ. Dak il‑ħin stess tatu x’jixrob u staqsiet għall‑familja tiegħu. Ma damitx ma saret taf li dak it‑tifel kien ġie abbandunat mill‑ġenituri tiegħu stess wara li kien akkużat li hu saħħar! Ħadd ma kien qed jitma’ jew jieħu ħsieb lil dak iċ‑ċkejken li kien ilu jiġġerra fit‑toroq għal tmien xhur sħaħ. Huwa rnexxielu jgħix b’tilqit tal‑ikel li jsib fl‑art. Kien malnutrit u kellu wkoll id‑dud. Anja ma kinitx taf għaliex dak it‑tifel kien ġie akkużat li hu 12

saħħar. Hija waqqfet fondazzjoni għal tfal akkużati bil‑maġija s‑sewda u laqgħetu


għandha. Hija semmiet lit‑tifel Hope. Hope qed jirkupra sew, għalkemm għad irid jibda jitkellem. Hope jinsab kuntent ħafna u l‑fejqan tiegħu hu meqjus bħala miraklu. Qed jgħix f’dar fejn iħobbuh u jieħdu ħsiebu flimkien ma’ 35 ‘aħwa’ ġodda li flimkien jilagħbu, jieklu u jitgħallmu. Sfortunatament, Hope twieled b’difett, iżda dan jista’ jiġi rranġat b’operazzjoni żgħira. It‑twemmin fil‑maġija s‑sewda jinstab madwar id‑dinja kollha. Fin‑Niġerja tfal innoċenti jiġu akkużati li huma sħaħar aktarx biex tiġi mfissra xi sfortuna li tkun inqalgħet fil‑familja tagħhom. Ħafna minn dawn it‑tfal iħabbtu wiċċhom ma’ abbużi koroh, fosthom swat, tortura u saħansitra mewt. Madwar 80% minn dawn it‑tfal jaħarbu jew jiġu abbandunati.

AGĦTI RIGAL LIT‑TFAL JEW NEPUTIJIET TIEGĦEK ‘TFAL MISSJUNARJI’ huwa l‑uniku magażin bil‑Malti għat‑tfal fl‑iskejjel primarji. Fih issibu tagħrif dwar il‑Missjoni, aħbarijiet, esperjenzi, ġografija, logħob, krafts u tisjir, fost oħrajn. Abbona billi timla l‑formola t’hawn taħt. Ħu gost aqra u tgħallem, u fl‑istess ħin tkun qed tgħin lit‑tfal fil‑Missjoni.

FORMOLA TA’ ABBONAMENT FI TFAL MISSJUNARJI Isem u kunjom: ___________________________________________________________________________ Età: _______________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________________ ______________________________ Kodiċi Postali: _______________________ Tel:___________________________ Mob: __________________________

Imejl:______________________________________________________________

Skola: __________________________________________________________________ Sena:__________________________ Nixtieq nirċievi l‑magażin l‑iskola

Nixtieq nirċievi l‑magażin id‑dar bil‑posta

Prezz ta’ 8 ħarġiet: €5 bl‑idejn jew €7 bil‑posta. Jingħata rigal ta’ tifkira lil kull min jabbona għal sena. Imla l‑formola u ibgħatha ma’ ċekk pagabbli lil Missio Malta fuq: Abbonamenti Tfal Missjunarji Nru. 7, Missio, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 13


Logħob bil‑Kompetizzjoni Mejju 2018

Waħda mit‑tweġibiet tajbin ta’ kull kompetizzjoni tirbaħ kupun ta’ €5 mill‑ħanut ta’ Missio Faith, Hope & Charity. Ibgħat il‑kelma u/jew is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u Iż‑żewġ l‑indirizz u ibgħathom hekk: kompetizzjonijiet

jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.

TFAL MISSJUNARJI Kompetizzjonijiet, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171.

. .

1. Sib il‑messagg sigriet Billi tuża t‑tabella tal‑ġenb, daħħal l‑ittri minflok in‑numri biex tiskopri l‑messaġġ sigriet. Eżempju: 1=A, K=15, X=28. ‑ 1

20

22

12

16

14

1

9

17

5

16

12

16

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

A

B

Ċ

D

E

F

Ġ

G GĦ H

11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 6

14

25

22

12

25

17

5

14

14

‑ 14

13

11

25

16

Ħ

25

18

25

22

Q

12

R

2. Sib it‑triq

J

K

L

M

N

O

P

S

T

U

V

W

X

Ż

Z

Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Marzu 2018 Ħarġa nru. 61.

Għin liż‑żunżana tasal san‑nofs tal‑fjura. Ibda mill‑fetħa t’isfel u spiċċa fil‑fetħa tan‑nofs.

IE

21 22 23 24 25 26 27 28 29 30

. 25

I

.. 1. Sib il‑messagg sigriet

MARZU MARZELLU, IN‑NANNA TAĦRAQ IL‑MOXT U R‑RIXTELLU.

Nectar

2. Sib it‑triq

Start

ISEM U KUNJOM: ______________________________________________ _____________________________ ETÀ:____________________________ INDIRIZZ: ____________________________________________________ _____________________________ KODIĊI POSTALI: _______________ SKOLA: _____________________________________________________ 14

Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Karla Spiteri mix‑Xagħra u Kristy Camilleri minn Birkirkara. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom.


Ħaddem Idejk

INSAJRU BIL‑GĦAQAL MA’ FONZU L‑FENEK

15


SER JORGANIZZAW ĦAJK U PIKNIK GĦALL‑FAMILJA KOLLHA

DATA: Nhar il‑Ħadd 6 ta’ Mejju 2018. ĦIN: 11:00am ’il quddiem. POST: Niltaqgħu quddiem l‑uffiċċju tal‑Mosta, nru. 114, Triq Lorenzo Gafà. Ġib miegħek ikel u xorb, u ilbes beritta u żarbun tal‑mixi. Ċempel fuq 21236962 jew ibgħat email fuq: nancy@missio.org.mt biex tibbukja.

NARAWKOM!! 16


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Tfal Missjunarji - May 2018 by Missio Malta - Issuu