Skip to main content

Tfal Missjunarji - March 2018

Page 1

TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No. 61

Prezz 70ċ l‑ħarġa €5 8 ħarġiet* *€7 bil‑posta

Marzu 2018

Editorjal

2

Rużarju Aħbarijiet Logħob

|

Messaġġ

Missjunarju mid‑Dinja

M i l l ‑ Ko o r d i n a t r i ċ i 6

|

Ko l l h a

bil ‑ Kom petizzjo ni

3

|

Is‑Simboli 10 14

| |

Klabb

Missio

T fa l

Ta r‑ Ra nd a n

Niltaqgħu Ħaddem

Ma’ Idejk

4 7

…12 15


Editorjal Għeżież tfal,

RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN NOVEMBRU U ĠUNJU

Ġesù wera l-imħabba tiegħu lejna fuq is-salib.

EZEMPJI SBIEH GRAZZI MILL‑QALB LIL: • Martin Pace u l‑familja minn Santa Venera taw donazzjoni sabiħa ta’ flus. • Martina Nappa minn Birkirkara mliet il‑karus ta’ Missio u ġabithulna. Missio (Uffiċċju Missjunarju): Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171. Tel: 21236962 Imejl: tfal@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm, Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm

Inħeġġiġkom biex tiktbulna xi ittra u tibagħtuhielna fl‑indirizz li jidher hawn taħt: postali jew elettroniku. L‑ittri għandhom ikollhom tema missjunarja, pereżempju x’tagħmlu intom bħala tfal biex tgħinu jew tiktbulna dwar xi attività li għamiltu mal‑membri tal‑Klabb Missio Tfal jew l‑iskola. Nistennewkom!!

IS‑SOLTU X’TAGĦMEL BIHOM IL‑BOLOL U T‑TELECARDS UŻATI?, FORSI TARMIHOM? Minflok tarmihom, ġibhom jew ibgħathom lil MissioTfal u aħna nbigħuhom lill‑kollezzjonisti. Bil‑flus inkunu nistgħu ngħinu tfal li jinsabu fil‑bżonn.

Missio (Uffiċċju Missjunarju): Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, Rabat Għawdex. Tel: 21550267 Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi: John Caruana Pubblikazzjoni: Missio (Uffiċċju Missjunarju) © Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.

DONAZZJONIJIET

2

50617374 – €2.33 | 50618820 – €6.99

(Tfal taħt is‑16‑il sena huma mitluba jiksbu permess mingħand il‑ġenituri/ legal guardians tagħhom).

Nispera li tinsabu tajbin. Ħadtu gost xejn fil‑vaganzi tal‑Karnival? Min jaf kemm iddevertejtu! Mortu sal‑Belt taraw il‑karrijiet? Kiltu xejn prinjolata u perlini? U intom ftit akbar fl‑età, kif mortu fl‑eżamijiet/ assessjar ta’ Frar? Nawguralkom li kellkom riżultati tajbin. Bħalma tafu ninsabu fix‑xahar ta’ Marzu, xahar li kollu kemm hu huwa fi żmien ir‑Randan Imqaddes. Għaliex proprju din is‑sena ser niċċelebraw il‑festa tal‑Għid il‑Kbir fl‑1 ta’ April. Naħseb li bħalissa qbadtu rutina ta’ xi sagrifiċċji żgħar li qegħdin tagħmlu matul daż‑żmien biex inħejju rwieħna għall‑qawmien mill‑mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu. X’sagrifiċċju/i qegħdin tagħmlu? Qegħdin issegwu l‑gwida li dehret fl‑aħħar paġna tal‑magażin tax‑xahar li għadda? Nieħdu gost ħafna li kieku tiktbulna dwar x’qegħdin tagħmlu f’dan iż‑żmien ta’ tħejjija. Fil‑paġni tan‑nofs ta’ dan il‑magażin, paġni 7, 8 u 9, issibu tagħrif dwar xi simboli marbuta ma’ żmien ir‑Randan u t‑tifsira tagħhom. Ser issibuhom interessanti żgur. Filwaqt li f’paġna 6 tistgħu ssibu r‑Rużarju Missjunarju; rużarju li għalkemm jingħad eżatt bħar‑rużarju normali, fih niftakru u nitolbu għall‑kontinenti u għan‑nies li jgħixu fihom. Ma nistax ma nsemmix ukoll li lejn nofs ix‑xahar, sewwasew fid‑19 ta’ Marzu, niċċelebraw il‑festa ta’ San Ġużepp. Għalhekk, nieħu l‑opportunità biex nawgura lil dawk kollha li jiċċelebraw din il‑festa fir‑raħal tagħhom, u lil dawk kollha li jisimhom għal dan il‑qaddis, il‑festa t‑tajba. Nixtieq infakkarkom biex ma tinsew qatt lil ħutkom tfal fil‑missjoni. Ftakru fihom fit‑talb tagħkom u warrbu xi ħaġa żgħira għalihom, għax dawn la għandhom x’jieklu, la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la skola fejn jitgħallmu u wisq anqas imħabba. Insellmilkom u niltaqgħu x‑xahar id‑dieħel,

Claudia


Messaġġ mill‑Koordinatriċi ta' Missio Tfal Nancy Camilleri

għall‑missjoni. Dan kollu qed jieħdu ħsiebu żgħażagħ mill‑MCAST li ser jipparteċipaw fi ‘Sleep Over’ bħala sapport għal sħabhom u biex juru solidarjetà ma’ żgħażagħ fqar fid‑dinja. Ser jorganizzaw ‘floor painting’ fuq il‑kartun biex jinġabru l‑flus, kif ukoll wirja ta’ arti.

apa Franġisku għandu għal P qalbu ħafna l‑fqar fid‑dinja, tant li għamel ġurnata speċjali

għalihom ‑ is‑17 ta’ Novembru, u uża s‑slowgan: ‘Ma nħobbux bil‑fomm biss, imma bil‑fatti’. Il‑Papa jistedinna biex ma nħarsux lejn il‑faqar bħala xi ħaġa li ma tikkonċernax lilna, imma li taffettwa lil kulħadd. Meta tfal bħalkom ikunu qed ibatu, ikun qed ibati kulħadd. Dan m’għandniex naċċettawh, u aħna lkoll nistgħu nagħmlu xi ħaġa. Bħala tfal tridu turu solidarjetà, jiġifieri tissapportjaw lil tfal oħrajn fid‑dinja, li għalkemm ma tafuhomx turuhom li tħobbuhom. Dawn huma tfal tad‑demm u l‑laħam bħalna, li joħolmu bħalna li la jikbru jsiru dak li jixtiequ, imma m’għandhomx il‑mezzi li jagħmlu dan. Dawn ix‑xewqat

tagħhom qatt ma jistgħu jsiru realtà, u dan mhux sew. Il‑Papa jħeġġiġna biex nagħmlu xi ħaġa li tistà tibdel ħajjet it‑tfal tad‑dinja biex dawn ukoll jgħixu b’dinjità. Għalhekk, matul dan ir‑Randan naħsbu ftit f’dawn it‑tfal bħalna li qed ibatu madwar id‑dinja, u nagħmlu xi ħaġa għalihom. Kif tafu Missio ser jorganizza maratona nhar it‑19 ta’ Marzu, però mid‑9 sal 11 ta’ Marzu ser inkunu l‑Belt Valletta fejn ser ikun hemm ‘Street Soccer’. Hawnhekk it‑tfal ikunu jistgħu jilagħbu l‑futbol, b’donazzjoni żgħira b’risq it‑tfal fil‑missjoni. Għall‑ġenituri tagħkom, jekk tiġu bil‑karozzi tagħkom, ser noffru wkoll servizz ta’ ‘Car Wash’ fil‑‘Park and Ride’, ukoll b’donazzjoni żgħira. Ser ikun hemm servizz ta’ ‘hair and beauty’ f’bieb il‑Belt, ukoll b’donazzjoni

Bil‑parteċipazzjoni tagħkom tkunu qed tgħinu lil dawn it‑tfal. Jekk ma tistgħux tipparteċipaw, tinsewx li tistgħu tagħmlu xi sagrifiċċju, u twarrbu ftit ‘pocket money’ u titfgħu l‑flus fil‑karus ta’ Missio Tfal. Aħna nirringrazzjawkom f’isem it‑tfal li m’għandhomx vuċi jew mezzi biex jgħixu. Grazzi talli bi ftit sagrifiċċju tkunu qed tifhmu lil dawn it‑tfal u turuhom li intom qegħdin hemm għalihom.

Nancy u Rafiki

3


Klabb Missio Tfal Nancy Camilleri

Kulleġġ San Injazju

Sekondarja Bniet Ħandaq

*

Kulleġġ San Injazju

Sekondarja Subien Ħandaq

*

Kulleġġ San Tumas More

Primarja A Fgura

521.83

Kulleġġ San Tumas More

Primarja B Fgura

215.19

Kulleġġ San Tumas More

Primarja Marsaskala

210.90

Kulleġġ San Tumas More

Primarja Marsaxlokk

254.70

Kulleġġ San Tumas More

Primarja Tarxien

206.59

Kulleġġ San Tumas More

Primarja A Żejtun

307.50

Kulleġġ San Tumas More

Primarja B Żejtun

151.18

Kulleġġ San Tumas More

Sekondarja Ħamrun (Samra)

*

Kulleġġ San Tumas More

Sekondarja Bniet Sta. Luċija

*

Kulleġġ San Tumas More

Sekondarja Tarxien

*

Kulleġġ San Tumas More

Sekondarja Żejtun

95.00

Kulleġġ Santa Klara

Primarja Gżira

31.85

Kulleġġ Santa Klara

Primarja Pembroke

Kulleġġ Santa Klara

Primarja A San Ġwann

109.27

Kulleġġ Santa Klara

Primarja B San Ġwann

*

Kulleġġ Santa Klara

Primarja Sliema

Kulleġġ Santa Klara

Primarja San Ġiljan

Kulleġġ Santa Klara

Sekondarja Pembroke

Kulleġġ Santa Klara

Sekondarja u Sports Sant’ Andru

Kulleġġ San Ġorġ Preca

Primarja Furjana

Kulleġġ San Ġorġ Preca

Primarja GP Ħamrun

138.00

Kulleġġ San Ġorġ Preca

Primarja SS Ħamrun

138.10

Kulleġġ San Ġorġ Preca

Primarja Marsa

121.01

Kulleġġ San Ġorġ Preca

Primarja A Paola

*

342.52

Kulleġġ San Ġorġ Preca

Primarja B Paola

*

*

Kulleġġ San Ġorġ Preca

Primarja Pietà

Il‑Ġurnata Missjunarja Il‑Ħadd 22 ta’ Ottubru 2017 Intom it‑tfal tistgħu tagħmlu differenza fil‑ħajja tan‑nies fl‑Uganda. Bid‑donazzjoni ċkejkna tagħkom tkunu qed tgħinu lil tfal bħalkom flimkien mal‑ġenituri tagħhom ikollhom kura u mediċini fl‑isptarijiet.

Ġurnata Missjun arja: Il‑Ħ Ħelow add 22 tfal, jien ta’

Ottubru 2017

il‑Ġurn il‑ħabib ata tag tal‑Uga Missjunarja ħkom Rafiki. . Tfa nda. Ser Bħa Minħab ngħinu l, din is‑sena s‑snin l‑oħ ba ra was ommijie ser ngħ l‑isptar li fl‑Uganda let t li ser inu m’hemm jew ikollhom l‑pajjiż huma x amb ħżiena bir‑rota jew ‘baby’. ulanzi, u t‑triq bil‑ għall‑is mutur. Per il‑‘mummies’ ess li t‑to ptar hija iridu jmo Għalhek sakemm twil roq rru k, bid‑do jaslu l‑isp a, ħafna mill hemmhekk jixtru naz ‑‘babies tar. iżjed amb zjoni tieg ’ imutu appara ħek ta’ ulan t din is‑s Nirring u mediċini zi, ikabbru l‑isptar ena ser ikun għal daw razzja ijiet u kom tfa n jinxtar u jistgħu l u fta l‑ommijiet a iżjed u kkr qed ngħ u li meta ngħl‑‘babies’ tag ħho inu lil inu lill‑ Grazzi Ġesù. fqar inkum. ħafna nu u narako m l‑is kola!

Grazzi ħafna u narakom l‑iskola! Isem u

www.m

issio.or g.mt

Kunjom:

Indirizz: Skola: Imejl:

Klassi:

Jiena nagħt

i l‑kunsens

Isem: ........ Nru. 7, Nru. 7,

................

Triq il‑Me Triq l‑Img

Kunsens

tal‑Ġ

Mowbajl:

enituri tiegħi biex / Lega it‑tifel/tifla għall‑prom tiegħi jagħt l Guardians: ozzjoni marbuta i/tagħti ma’ Missi d‑dettalji o matu t’hawn l is‑snin fuq, biex 2017 u jintużaw ..... Firm 2018.

................

rkanti,

ħallem,

il‑Belt

a: ........

........

................ Valle tta ............. VLT 1171 ir‑Rabat Data: ........ , Malt a | VCT 9066 Tel: 2123 ................ , Għaw 6962 | dex | Tel: Imejl: info@ .................... 2155 0267 miss | Imejl : gozo @mis io.org.mt sio.org.m t

Agħti l‑envelop lill‑għalliem/a tiegħek tfal@missio.org.mt

|

www.missio.org.mt

|

2123 6962

|

7 Triq il‑Merkanti, Valletta

|

*

72.89 *

128.82 *

7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex

ĠABRA MILL‑ISKEJJEL 2017‑2018

90.05

KULLEĠĠ

SKOLA

Kulleġġ San Nikola

Primarja Attard

Kulleġġ San Nikola

Primarja Baħrija

Kulleġġ San Nikola

Primarja Dingli

260.55

Kulleġġ San Ġorġ Preca

Primarja Belt Valletta

Kulleġġ San Nikola

Primarja Mġarr

263.99

Kulleġġ San Ġorġ Preca

Sekondarja Subien Ħamrun (Queens)

Kulleġġ San Nikola

Primarja Mtarfa

*

Kulleġġ San Ġorġ Preca

Sekondarja Blata l‑Bajda

Kulleġġ San Nikola

Primarja A Rabat

303.60

Kulleġġ San Nikola

Primarja B Rabat

50.00

Kulleġġ Maria Reġina

Primarja Għargħur

122.00

Kulleġġ San Nikola

Sekondarja Rabat

87.44

Kulleġġ Maria Reġina

Primarja Mellieħa

167.97

Kulleġġ San Nikola

Sekondarja Dingli

153.22

Kulleġġ Maria Reġina

Primarja A Mosta

287.48

Kulleġġ Maria Reġina

Primarja B Mosta

302.49

Kulleġġ San Injazju

Primarja Luqa

324.06

Kulleġġ Maria Reġina

Primarja Naxxar

239.50

Kulleġġ San Injazju

Primarja Qormi S.Bastjan

310.23

Kulleġġ Maria Reġina

Primarja San Pawl il‑Baħar

331.38

Kulleġġ San Injazju

Primarja Qormi S.Ġorġ

37.00

Kulleġġ Maria Reġina

Sekondarja Mosta (Żokrija)

*

Kulleġġ San Injazju

Primarja Siġġiewi

*

Kulleġġ Maria Reġina

Sekondarja Mosta (Lily of the Valley)

Kulleġġ San Injazju

Primarja Żebbuġ

842.92

Kulleġġ Maria Reġina

Sekondarja Naxxar

4

€

58.06 119.36 31.12 *

29.25 *


Skola tal‑Knisja

St. Aloysius Primarja

Skola tal‑Knisja

St. Aloysius Sekondarja

Skola tal‑Knisja

St. Augustine Primarja Marsa

807.06

Skola tal‑Knisja

St. Augustine Sekondrja Pietà

*

Skola tal‑Knisja

St Benild’s Sliema

865.87

Skola tal‑Knisja

St. Dorothy’s Primarja Sliema

513.23

Skola tal‑Knisja

St. Dorothy’s Sekondarja Żebbuġ

Skola tal‑Knisja

St. Dorothy’s Primarja Żebbuġ

*

Skola tal‑Knisja

St. Francis Primarja Birkirkara

744.48

Skola tal‑Knisja

St. Francis Msida

285.70

Skola tal‑Knisja

St. Francis Primarja Bormla

Primarja Lija‑Balzan

200.50

Skola tal‑Knisja

St. Joan Antide Gudja

148.00

Kulleġġ Santa Tereża

Primarja Msida

113.70

Skola tal‑Knisja

St. Joseph Blata l‑Bajda Juniors

259.45

Kulleġġ Santa Tereża

Primarja Santa Venera

572.78

Skola tal‑Knisja

St. Joseph Blata l‑Bajda Seniors

63.80

Kulleġġ Santa Tereża

Sekondarja Birkirkara

*

Skola tal‑Knisja

St. Joseph Sliema Juniors

456.33

Kulleġġ Santa Tereża

Sekondarja Santa Venera

*

Skola tal‑Knisja

St. Joseph Sliema Seniors

205.37

Kulleġġ Santa Tereża

Sekondarja Mrieħel

*

Skola tal‑Knisja

St. Monica Birkirkara Primarja u Sekondarja

675.19

Kulleġġ Santa Margerita

Primarja Bormla

*

Skola tal‑Knisja

St. Monica Mosta

504.96

Kulleġġ Santa Margerita

Primarja Kalkara

370.21

Skola tal‑Knisja

St. Monica Primarja Gżira

239.80

Kulleġġ Santa Margerita

Primarja Isla

140.24

Skola tal‑Knisja

St. Monica Sekondarja Gżira

Kulleġġ Santa Margerita

Primarja Birgu

156.80

Skola tal‑Knisja

Stella Maris College Primarja Gżira

589.64

Kulleġġ Santa Margerita

Primarja Xgħajra

122.09

Skola tal‑Knisja

Stella Maris College Sekondarja Gżira

496.20

Kulleġġ Santa Margerita

Primarja A Żabbar

349.01

Skola tal‑Knisja

Tereża Nuzzo

160.50

Kulleġġ Santa Margerita

Primarja B Żabbar

364.19

Skola tal‑Knisja

St. Francis Sliema Seniors

120.00

Kulleġġ Santa Margerita

Sekondarja Verdala

46.01

Skola Privata

St. Angela Nursery

Kulleġġ Santa Margerita

Sekondarja Bormla

84.64

Skola Privata

St. Michael’s School

*

Junior College

Msida

Skola Privata

St. Elias

*

Skola Privata

St. Edward’s Juniors

575.01

Skola Privata

St Edward’s Seniors

27.03

Skola Privata

Skejjel Sekondarji

160.64

Kulleġġ San Benedittu

Primarja Birżebbuġa

230.90

Kulleġġ San Benedittu

Primarja Għaxaq

145.80

Kulleġġ San Benedittu

Primarja Gudja

130.00

Kulleġġ San Benedittu

Primarja Kirkop

47.52

Kulleġġ San Benedittu

Primarja Mqabba

346.84

Kulleġġ San Benedittu

Primarja Qrendi

129.03

Kulleġġ San Benedittu

Primarja Safi

Kulleġġ San Benedittu

Primarja Żurrieq

Kulleġġ San Benedittu

Sekondarja Kirkop

*

Kulleġġ Santa Tereża

Primarja Birkirkara

Kulleġġ Santa Tereża

MCAST

97.72 1141.33

* *

Kulleġġ Għawdex

4962.06

433.96 *

16.96

30.50 1110.47

59.84

25.00

Skola Privata

12.02

Skola tal‑Knisja

Seminarju tal‑Arċisqof Primarja

677.30

Skola Privata

Garendon School

*

Skola tal‑Knisja

Seminarju tal‑Arċisqof Sekondarja

511.96

Skola Privata

St. Catherine’s School

*

Skola tal‑Knisja

De La Salle Juniors

235.29

Skola Privata

Verdala International School

*

Skola tal‑Knisja

De La Salle Seniors

*

Skola Privata

San Andrea School

*

Skola tal‑Knisja

Immaculate Conception

*

Skola Privata

San Anton

*

Skola tal‑Knisja

Mater Boni Consiljii Primarja u Sekondarja

645.50

Skola Privata

Thi Lakin

Skola tal‑Knisja

St. Paul’s MC Juniors

*

Skola tal‑Knisja

St. Paul’s MC Seniors

136.20

Skola tal‑Knisja

Our Lady Immaculate Primarja u Sekondarja

Skola tal‑Knisja

Sacred Heart Junior

1140.57

Skola tal‑Knisja

Sacred Heart Seniors

143.78

Skola tal‑Knisja

Savio College Dingli

500.00

Skola tal‑Knisja

St. Albert Valletta Primarja

227.33

*

1092.00

Total

32,105.33

* Sa meta morna għall‑istampar il‑ġabra kienet għadha ma waslitx

Grazzi mill‑Qalb 5


RUŻARJU MISSJUNARJU

1. Nixegħlu x‑xemgħa l‑ħadra u nitolbu għall‑kontinent tal‑Afrika. L‑ewwel posta: Ġesù jirċievi l‑missjoni tiegħu mill‑Ispirtu s‑Santu wara li jitgħammed fix‑xmara Ġordan. (Naħsbu fit‑tfal foqra fl‑Afrika u nitolbu biex Ommna Marija tipproteġihom u biex isibu nies ġenerużi li jipprovdulhom djar, ikel, ilma, mediċini u edukazzjoni.)

atul dawn l‑erbgħin jum M tar‑Randan qed nistednukom tgħidu rużarju speċjali: ir‑Rużarju Missjunarju, li jingħad l‑istess bħar‑rużarju li aħna mdorrijin bih, biss kull misteru għandu kulur marbut miegħu li jirrappreżenta wieħed mill‑ħames reġjuni tad‑dinja. F’kull posta niftakru f’dak li Ġesù għamel matul il‑ħajja tiegħu fid‑dinja, filwaqt li nitolbu lil Ommna Marija billi noffru kull posta għal wieħed mill‑5 kontinenti tad‑dinja. Qabel kull posta tistgħu tixegħlu xemgħa kkulurita li tirrappreżenta l‑kontinent li tkunu qed titolbu għalih: • l‑aħdar – għall‑ħdura tal‑foresti tal‑Kontinent Afrikan. • l‑aħmar – għad‑demm tal‑martri tal‑Kontinent tal‑Amerika. • l‑abjad – għall‑Kontinent tal‑Ewropa, fejn jgħix il‑Papa, li jsejjaħ għal evanġelizzazzjoni ġdida. • l‑ikħal – għall‑ilma ta’ madwar il‑Gżejjer tal‑Oċeanja. • l‑isfar – għal tlugħ ix‑xemx fuq il‑Kontinent tal‑Asja. 6

2. Nixegħlu x‑xemgħa l‑ħamra u nitolbu għall‑kontinent tal‑Amerika. It‑tieni posta: Ġesù jxandar l‑aħbar it‑tajba tas‑saltna ta’ Alla, b’mod speċjali lill‑foqra u ’l‑maħqurin. (Naħsbu fin‑nies foqra li jgħixu fl‑Amerika t’Isfel li għalkemm l‑imħabba lejn Ġesù hija ħajja ħafna fosthom, hemm ħafna tbatijiet minħabba l‑faqar, mard u inġustizzji. Mill‑banda l‑oħra, minkejja li fl‑Amerika ta’ Fuq in‑nies huma sinjuri, dawn iħossuhom imdejqin u jfittxu l‑ferħ fid‑droga u l‑alkoħol li jagħmlulhom ħafna ħsara. Nitolbu lil Ommna Marija biex tgħin lil dawn in‑nies fid‑diffikultajiet tagħhom.)

3. Nixegħlu x‑xemgħa l‑bajda u nitolbu għall‑kontinent tal‑Ewropa. It‑tielet posta: Ġesù jfejjaq lill‑morda. (Naħsbu f’dawk in‑nies li

m’għadhomx isibu ċans jitolbu. Hemm bżonn nerġgħu nibdew nisimgħu u naqraw il‑Kelma ta’ Alla u ngħaddu ftit minuti kuljum ma’ Ġesù biex dan il‑kontinent jerġa’ bħal dari jkollu fidi kbira f’Alla. Nitolbu lil Ommna Marija biex turina dak li jixtieq minna binha Ġesù.)

4. Nixegħlu x‑xemgħa l‑kaħla u nitolbu għall‑kontinent tal‑Oċeanja. Ir‑raba’ posta: Ġesù joffri l‑ilma ħaj lil dawk kollha li jemmnu. (Naħsbu fil‑25% tan‑nies minn dan il‑kontinent li huma Kattoliċi li għandhom nuqqas kbir ta’ komunikazzjoni bejn gżejjer u tribujiet differenti. Nitolbu lil Ommna Marija biex ikun hemm l‑għaqda fost in‑nies u biex ikompli jinxtered it‑twemmin f’Ġesù.)

5. Nixegħlu x‑xemgħa s‑safra u nitolbu għall‑kontinent tal‑Asja. It‑ħames posta: Ġesù jgħallem lid‑dixxipli tiegħu kif għandhom jitolbu lill‑Missier. (Naħsbu fin‑nies li sofrew minħabba d‑diżastri naturali li seħħew fl‑aħħar snin f’dan il‑kontinent. Ħafna missjunarji u voluntiera jħallu l‑ħajja komda tagħhom biex jgħinu lil nies fil‑bżonn. Nirringrazzjaw lil Alla għal dawn in‑nies tal‑ġid li qed jagħmlu u nitolbu lil Ommna Marija biex it‑tfal fl‑Asja jibdew jgħixu ħajja aktar komda u ma jaqtgħu qalbhom minn xejn.)


IS‑SIMBOLI TAR‑RANDAN Addattament tal‑istorja Claudia Cini. Illustrazzjoni ta’ Janet Vella. Ir‑Randan huwa żmien ta’ erbgħin jum ta’ penitenza u preparazzjoni għall‑Ġimgħa l‑Kbira u għall‑Għid il‑Kbir, il‑jum li fih Kristu rebaħ fuq il‑mewt. Matul iż‑żmien ħafna simboli ġew maħluqa biex jirrappreżentaw aspetti spiritwali matul dan iż‑żmien qaddis. Il‑kulur vjola huwa l‑kulur liturġiku għal żmien ir‑Randan.

Dan għaliex il‑vjola jissimbolizza n‑niket, l‑umiltà, is‑sofferenza, il‑penitenza u s‑sawm. Il‑vjola huwa assoċjat mas‑sofferenzi ta’ Ġesù peress li s‑suldati kienu libbsuh biċċa drapp vjola qabel sawtuh.

Fit‑Testment il‑Qadim l‑irmied jirrappreżenta l‑mewt, in‑niket u l‑umiltà. L‑irmied ifakkarna li aħna mortali (li xi darba ser immutu) u għalhekk għandna nagħmlu penitenza. Skont il‑ktieb tal‑Ġenesi : Ġisimna huwa magħmul mit‑trab, u meta mmutu nerġgħu nsiru trab u rmied. Fi żmien Bibliku, meta n‑nies kienu jammettu dnubiethom kienu jilbsu xkora u jindilku bl‑irmied bħala penitenza.

L‑irmied użat f’Ras ir‑Randan ikun ġej minn weraq tal‑palm maħruq f’Ħadd il‑Palm tas‑sena ta’ qabel. Il‑fdal jitfarrak sakemm jiġi trab fin.

7


Meta Ġesù kien fid‑deżert, kollox kien niexef. L‑art kienet miksija b’ġebel ta’ daqs differenti u ramel ma kien hemm kważi xejn. Il‑ġebel jew ċagħaq huma simbolu ta’ dwejjaq, niket u iżolament. Ix‑xitan uża l‑ġebel biex jittanta lil Ġesù billi qallu: “Jekk inti bin Alla, ikkmanda lil dan il‑ġebel isir ħobż.” Imma Ġesù qallu: “Il‑bniedem mhux bil‑ħobż biss jgħix, imma b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla.”

U b’hekk il‑ġebel sar simbolu ta’ rebħ fuq it‑tentazzjoni.

Il‑ħuta hija wkoll simbolu tar‑Randan. Din tfakkarna li għandna l‑obbligu li nsumu f’Ras ir‑Randan u fil‑Ġimgħa l‑Kbira, filwaqt li nastjenu mil‑laħam. Fl‑antik kienu jastjenu mil‑laħam kull nhar ta’ Ġimgħa tul ir‑Randan kollu. L‑idejn ma’ xulxin jirrappreżentaw it‑talb. It‑talb huwa l‑arma ewlenija biex insaħħu r‑relazzjoni tagħna ma’ Alla u b’hekk nitbiegħdu mid‑dnub.

Il‑Kristjani tal‑bidu kienu jużaw il‑ħuta bħala simbolu ta’ Kristu. Dan għaliex l‑ittri tal‑kelma Griega għal ħuta ‘ichthus’ jiffurmaw il‑frażi: ‘Ġesù Kristu, Iben Alla, Salvatur.’

8


L‑inċens huwa simbolu tat‑talb. Fl‑antik kellhom id‑drawwa li fit‑tempju jaħarqu l‑inċens biex jaduraw lil Alla. Bħalma d‑duħħan tal‑inċens idur u jitla’ ’l fuq, hekk ukoll it‑talb tagħna jitla’ ’l fuq lejn il‑Mulej. U bħalma l‑inċens iħalli riħa pjaċevoli, hekk ukoll għandha tkun is‑sinċerità fit‑talb tagħna, pjaċevoli għal Alla.

Fil‑ktieb tal‑Eżodu saħansitra nsibu li Alla kien ta riċetta lil Mosè ta’ kif kellu jagħmel l‑inċens.

Il‑borża tal‑flus jew muniti huma simbolu ta’ donazzjoni lejn il‑foqra matul ir‑Randan. Skont il‑ktieb ta’ Tobija, li tagħti lil min hu fil‑bżonn huwa ħafna aħjar milli tfaddal, għaliex jekk tagħti tkun qed issalva lilek innifsek u tirbaħ kull dnub. Kull min jagħti jgħix ħajja ferħana. Li tagħti mhijiex għażla, imma bżonn għal dik il‑persuna li trid timxi wara Ġesù.

Dawn kienu wħud mill‑ħafna simboli li jintużaw fi żmien ir‑Randan. Hemm ħafna oħrajn li huma anqas popolari minn dawn, iżda li xorta waħda fihom tifsira li tgħinna fil‑mixja tagħna lejn l‑Għid il‑Kbir.

9


Aħbarijiet mid‑dinja kollha 10,000 PERSUNA LURA F’DARHOM

ara aktar minn tliet snin, 10,000 refuġjat W irritornaw lejn djarhom fiċ‑Ċentru tal‑Afrika, wara li minħabba gwerra ċivili li bdiet fl‑2012, kellhom iħallu raħal twelidhom u jmorru Bangui. Hawn kienu milqugħa mill‑Karmelitani Missjunarji

li f’daqqa waħda l‑monasteru tagħhom inbidel f’kamp ta’ refuġju. Bis‑saħħa ta’ proġett finanzjat mill‑Kummisjoni Għolja għar‑Refuġjati, bil‑koperazzjoni tal‑gvern tal‑Afrika Ċentrali u partijiet oħra, ir‑refuġjati, kemm dawk milqugħa mill‑Karmelitani u kemm dawk f’kamp ieħor qrib l‑ajruport, setgħu sa fl‑aħħar imorru lura fl‑irħula tagħhom u jkomplu bil‑ħajja normali. Kull familja rċeviet somma żgħira ta’ flus bħala għajnuna bil‑patt li jżarmaw it‑tinda, iġorru l‑affarijiet kollha tagħhom u jabbandunaw il‑kamp. Ħadd ma kien sfurzat li jitlaq mill‑kamp, imma kulħadd qabel li jitlaq għaliex ħassew li issa s‑sitwazzjoni hija waħda ta’ paċi u sikurezza. Kollox sar bl‑ordni u mingħajr l‑iċken problema. Ir‑refuġjati kienu lkoll ħerqana li jibdew ħajja ġdida jew fejn kienu jgħixu qabel jew f’żona oħra tal‑belt.

KULL 10 MINUTI JMUT TIFEL JEW TIFLA entejn wara l‑kunflitti f’Jemen, S it‑tfal f’Sanaa qed ikomplu jsiru aktar vulnerabbli. Kull

għaxar minuti jmut tifel jew tifla fil‑pajjiż minħabba mard li faċilment jista’ jkun preventat, bħall‑malnutrizzjoni, id‑dijarea u infezzjonijiet respiratorji. Barra minn hekk, 144 tifel u tifla jmutu kuljum minn mard li tiegħu hawn il‑fejqan. Il‑gwerra qed tikkawża l‑waqgħa tas‑servizzi l‑aktar bażiċi għat‑tfal. Nofs iċ‑ċentri tas‑saħħa mhumiex jiffunzjonaw. Dan qed iwassal għal eluf ta’ ġenituri li qed ikollhom jagħżlu jekk jippruvawx ifejqu lit‑tfal il‑morda jew jekk jippruvawx jipproteġu lit‑tfal li għadhom b’saħħithom. Il‑familji qed jieklu ħafna anqas, jaqbżu l‑ikliet u qed ikollhom jagħżlu ikel anqas nutrittiv. Madwar nofs miljun tifel u tifla jsofru minn malnutrizzjoni akuta. Iż‑żieda fil‑faqar u f’persuni vulnerabbli qed tiżdied b’mod allarmanti ħafna. 80% tal‑familji 10

jinsabu fid‑dejn u nofs il‑popolazzjoni tgħix b’anqas minn żewġ dollari kuljum (€1.86). Huwa stmat li ħmistax‑il miljun ruħ fil‑Jemen m’għandhomx aċċess għall‑kura medika.


Aħbarijiet mid‑dinja kollha ĠUGARELLI U MUŻIKA MILL‑ĠDID F’MOSUL u jitħallew jidhru biss l‑għajnejn. Wara tliet snin sħaħ sa fl‑aħħar it‑tfal jistgħu jerġgħu jibdew jilagħbu b’dawn il‑ġugarelli. Minn mindu tkeċċew l‑ISIS, fil‑Ilvant ta’ Mosul fetħu ħmistax‑il ħanut tal‑ġugarelli u t‑tfal ittieħdu biex jixtru dawn il‑ġugarelli li kienu mċaħħdin minnhom. Sfortunatament in‑naħa tal‑Punent ta’ Mosul it‑tfal għadhom jgħixu f’ħolma kerha hekk kif l‑ISIS qegħdin ikomplu jattakkaw.

aħt il‑ħakma tal‑ISIS, il‑ġugarelli kollha li kellhom T ‘wiċċ’ ma setgħux jintużaw. Fost dawn kien hemm ‘soft toys’, pupi u skuters b’uċuħ ta’ annimali. L‑ISIS sejħu dawn il‑ġugarelli bħala forma ta’ idolatrija! Biex setgħu jinżammu dawn il‑ġugarelli ried ikollhom ‘wiċċhom’ mgħotti b’velu

Sadanittant, vjolinista żagħżugħ ħareġ jiċċelebra t‑tneħħija tal‑ISIS u l‑wasla lura tiegħu f’Mosul billi għamel kunċert żgħir bil‑vjolin tiegħu qalb it‑tifrik tal‑belt. Madwar għoxrin persuna kienu preżenti għal din is‑siegħa ta’ mużika li paxxiet il‑widnejn. In‑nies ta’ Mosul minn dejjem kienu jħobbu l‑mużika, iżda kienu jibżgħu jammettu dan minħabba l‑ISIS. Kienu jdoqqu l‑mużika fil‑moħbi u b’volum baxx, għalkemm kienu jafu li qed jissugraw ħajjithom. Minkejja t‑tiġrib u t‑tifrik, in‑nies għadhom jittamaw u għadhom iħobbu l‑mużika. Ix‑xewqa tagħhom issa hi li jerġgħu jibnu Mosul mill‑ġdid.

MUSULMANI JSEWWU MONASTERU KRISTJAN oluntiera żgħażagħ Musulmani ngħaqdu V flimkien biex jgħinu jsewwu monasteru Kristjan qrib il‑belt ta’ Mosul fl‑Iraq. Il‑monasteru ta’ San

Ġorġ safa vvandalizzat minn militanti tal‑ISIS li aktar kmieni din is‑sena kien għadhom jokkupaw iż‑żona ta’ al‑Arabi. L‑għan ewlieni taż‑żgħażagħ Musulmani kien li juru li Mosul hija tal‑Kristjani daqskemm hija tal‑Musulmani. Huma saħqu li d‑differenzi ta’ bejn il‑Musulmani u l‑Kristjani hija s‑saħħa ta’ kulħadd. Fost il‑ħsarat fil‑monasteru kien hemm il‑koppla, twieqi mkissrin u tneħħija tas‑salib. Il‑Kristjani ċċelebraw l‑Għid il‑Kbir f’dan

il‑monasteru għall‑ewwel darba sa mis‑sena 2014.

Voluntiera Missio għandhom bżonn Kobob tas‑Suf sabiex jaħdmu: Ingwanti, Skufji, Xalel u Kalzetti biex jintbagħtu lit‑tfal foqra li jgħixu f’artijiet kesħin. GRAZZI.

11


Niltaqgħu ma'

Karolina u Tabia (Storja vera) arolina għandha 12‑il sena u Tabia għandha K 14‑il sena; it‑tnejn li huma jgħixu f’Chileka, raħal fin‑Nofsinhar tal‑Malawi. Ta’ kuljum għal

xil‑ħamsa ta’ filgħodu ż‑żewġt ibniet jitilqu minn djarhom biex imorru jġibu l‑ilma. Il‑ġebel iqarmeċ taħt saqajhom ħafjin drawh u lanqas biss jagħtu kas, imma moħħhom ikun fejn qegħdin jimxu li ma jmorrux jagħtu xi pass ħażin u jitgerbu għal isfel huma u għaddejjin wara xulxin minn passaġġ dejjaq f’xifer l‑irdum. Iridu wkoll jaqbżu xi ħofor li jkun hemm fil‑passaġġ fejn tkun inqasmet l‑art. Fi żmien il‑ħsad l‑għelieqi mimlijin qamħ għoli jagħtu d‑dell mill‑qilla tax‑xemx. Wara ftit aktar min‑nofs siegħa mixi, jaslu fejn il‑ħofra tal‑ilma; ħofra ta’ żewġ piedi mħaffra fil‑ħamrija mimlija ilma li jinġabar mill‑muntanja matul il‑lejl. Hu u nieżel l‑ilma jġorr miegħu kulma jsib; ħama, ħmieġ tal‑annimali, baktirja u mard. Minkejja dan,

12


il‑bniet jitbaxxew biex jimlew il‑bramel li jkunu ġabu magħhom bl‑ilma u jerġgħu jaqbdu triqathom lura, din id‑darba mgħobbijin b’ilma maħmuġ. Dak l‑ilma jservi għax‑xorb fil‑familja tagħhom. Mhux ta’ b’xejn ħafna tfal żgħar jimirdu bil‑kolera u d‑dijarea! Lura d‑dar it‑tfal jippreparaw biex imorru l‑iskola Primarja Chitundu li tilqa’ fiha 205 studenti. Eżatt malli jaslu l‑iskola, Karolina u Tabia jingħaqdu ma’ grupp ta’ bniet oħra u

jibdew it‑tieni mixja tagħhom lejn bir fil‑bogħod biex din id‑darba jġibu l‑ilma għall‑iskola. Huma jkollhom jistennew wara min imisshom biex jinqdew, għaliex il‑bir jinqdew minnu wkoll in‑nies li ġejjin mir‑raħal ta’ Neno. B’kollox jitilfu madwar nofs siegħa mill‑ħin tal‑iskola. L‑iskola għandha bżonn il‑bir tagħha, imma peress li fil‑viċin diġà hemm bir, huma qegħdin fl‑aħħar nett ta’ lista twila biex id‑distrett jagħmlilhom bir. Xi nisa saħansitra jimxu seba’ darbiet kuljum biex iġorru l‑ilma barmil barmil.

AGĦTI RIGAL LIT‑TFAL JEW NEPUTIJIET TIEGĦEK ‘TFAL MISSJUNARJI’ huwa l‑uniku magażin bil‑Malti għat‑tfal fl‑iskejjel primarji. Fih issibu tagħrif dwar il‑Missjoni, aħbarijiet, esperjenzi, ġografija, logħob, krafts u tisjir, fost oħrajn. Abbona billi timla l‑formola t’hawn taħt. Ħu gost aqra u tgħallem, u fl‑istess ħin tkun qed tgħin lit‑tfal fil‑Missjoni.

FORMOLA TA’ ABBONAMENT FI TFAL MISSJUNARJI Isem u kunjom: ___________________________________________________________________________ Età: _______________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________________ ______________________________ Kodiċi Postali: _______________________ Tel:___________________________ Mob: __________________________

Imejl:______________________________________________________________

Skola: __________________________________________________________________ Sena:__________________________ Nixtieq nirċievi l‑magażin l‑iskola

Nixtieq nirċievi l‑magażin id‑dar bil‑posta

Prezz ta’ 8 ħarġiet: €5 bl‑idejn jew €7 bil‑posta. Jingħata rigal ta’ tifkira lil kull min jabbona għal sena. Imla l‑formola u ibgħatha ma’ ċekk pagabbli lil Missio Malta fuq: Abbonamenti Tfal Missjunarji Nru. 7, Missio, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 13


Logħob bil‑Kompetizzjoni Marzu 2018

Waħda mit‑tweġibiet tajbin ta’ kull kompetizzjoni tirbaħ kupun ta’ €5 mill‑ħanut ta’ Missio Faith, Hope & Charity. Ibgħat il‑kelma u/jew is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u Iż‑żewġ l‑indirizz u ibgħathom hekk: kompetizzjonijiet

jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.

TFAL MISSJUNARJI Kompetizzjonijiet, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171.

. . 1. Sib il‑messagg sigriet Billi tuża t‑tabella tal‑ġenb, daħħal l‑ittri minflok in‑numri biex tiskopri l‑messaġġ sigriet. Eżempju: 1=A, K=15, X=28. , 17

1

22 30 25

17

1

22 30

5

16 16 25

18 18

1

24

1

11 22

‑ 12 18

2

3

4

5

6

7

8

9

10

A

B

Ċ

D

E

F

Ġ

G GĦ H

11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 18

1

‑ 12 16

1

1

21

‑ 17 19 28 24

25

22

. 22 12 28 24

5

16 16 25

Ħ

I

IE

J

K

L

M

N

O

P

21 22 23 24 25 26 27 28 29 30 Q

2. Sib it‑triq Għin lil Ġesù jasal sa fejn il‑ġarar biex jibdel l‑ilma f’inbid. Ibda mill‑fetħa t’isfel u spiċċa fil‑fetħa ta’ fuq.

R

S

T

U

V

W

X

Ż

Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Jannar 2018 Ħarġa nru. 59.

.. 1. Sib il‑messagg sigriet

IL‑BARD TA’ JANNAR IQAXXAR ĠILD IL‑ĦMAR. 2. Sib it‑triq

ISEM U KUNJOM: ______________________________________________ _____________________________ ETÀ:____________________________ INDIRIZZ: ____________________________________________________ _____________________________ KODIĊI POSTALI: _______________ SKOLA: _____________________________________________________ 14

Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Mark Agius minn Birżebbuġa u Kristianne Caruana minn Ħal Tarxien. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom.

Z


Ħaddem Idejk

INSAJRU BIL‑GĦAQAL MA’ FONZU L‑FENEK

15


Maratona fuq it‑TV

b’risq il‑Missjoni

IT-TNEJN 19 TA’ MARZU 2018 minn nofsinhar sa nofsillejl

Xandira LIVE fuq it‑televiżjoni mill-WE Studios

51602062 - €10 51702063 - €15 51802064 - €25 SMS

50617374 - €2.33 50618820 - €6.99 L‑Uffiċċju Missjunarju ta’ Għawdex li jinsab f’numru 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex, ser ikun miftuħ biex jilqa’ id‑donazzjonijiet bejn it‑3pm u t‑8pm.

Żambja 2017

bis-sapport ta:

16


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Tfal Missjunarji - March 2018 by Missio Malta - Issuu