TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No.85
Matul is‑sena skolastika 2020/2021 dan il‑magażin ser jitqassam b’xejn.
Marzu 2021
90
sena ħidma għall‑missjoni
b’risq il-Missjoni
Maratona fuq it-TV
IS‑SIBT 13 TA’ MARZU 2021 minn nofsinhar sa nofsillejl
Xandira LIVE fuq it‑televiżjoni mill‑WE Studios
IL‑LINJI HUMA MIFTUĦIN 5170 2063 ‑ €15 5180 2064 ‑ €25 5190 2061 ‑ €50 SMS 5061 8820 ‑ €6.99
Grazzi tad‑donazzjoni tagħkom
#ilmissioint
Għal donazzjoni online: www.missio.org.mt/donate Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.
(V0/1178)
2 Editorjal | 2 Messaġġ Mill‑Koordinaturi | 4 Iċ-Ċentru Lindalva | 6 Tfal Li Għamlu Differenza | 8 Paġna Logħob
RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU
Għeżież Tfal, Erġajna ltqajna. Kif intom? Nittama li intom u l‑familjari tagħkom tinsabu tajbin speċjalment f’dan iż‑żmien kemxejn diffiċli li d‑dinja kollha għaddejja minnu minħabba l‑pandemija. Ninsabu matul iż‑Żmien tar‑Randan, żmien ta’ penitenza u sagrifiċċju; x’qed tagħmlu intom bħala tfal? Kif stajtu tinnutaw mill‑qoxra tar‑rivista, ninsabu fix‑xahar li fih Missio jorganizza l‑maratona ta’ darba fis‑sena bl‑isem Hope Missio Fest 2021. Din is‑sena Missio ħaseb biex jiftakar b’mod speċjali f’tant tfal orfni li jgħixu f’diversi orfanatrofji mxerrda madwar id‑dinja kollha. Għalkemm dawn it‑tfal għandhom saqaf fuq rashom u sodda fejn jorqdu, għandhom bżonn ta’ ikel, kura tas‑saħħa u mediċini. Is‑sorijiet u l‑voluntiera li jmexxu dawn l‑orfanatrofji jagħmlu minn kollox biex it‑tfal ma jkun jonqoshom xejn, iżda huma dejjem fil‑bżonn tal‑flus u ta’ min jitlob għalihom. Għal dan il‑għan qed nistednukom tkunu ġenerużi u tagħtu xi ħaġa żgħira b’risq il‑bżonnijiet ta’ dawn l‑orfanatrofji. Tistgħu wkoll tagħmlu bħalma għamlet il‑familja Portelli fl‑artiklu fuq paġni 6 u 7. Fir‑rivista ta’ dan ix‑xahar qed inkomplu nlaqqgħukom ma’ aktar stejjer u ma’ aktar tfal li għamlu differenza fil‑ħajja ta’ persuni oħra. L‑istorja tal‑komik hija storja reali u ħafna tfal jinsabu għaddejjin minn sitwazzjonijiet simili. Dawn l‑istejjer aħna nippubblikawhom mhux biss biex issiru tafu bihom, imma wkoll biex tapprezzaw kemm intom ixxurtjati li tistgħu tmorru l‑iskola bla problemi ta’ xejn. U qabel inħallikom infakkarkom sabiex ma tinsew qatt titolbu għat‑tfal fil‑missjoni, għaliex dawn la għandhom min iħobbhom, la x’jieklu, la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la mediċini, la skola fejn jitgħallmu, u ħafna minnhom lanqas ġenituri! U kontu tafu li ħafna minnhom lanqas biss qatt semgħu dwar Ġesù?! Insellmilkom u niltaqgħu x‑xahar id‑dieħel,
Claudia Stampa tal‑faċċata: Powster tal‑websajt il‑ġdida ta’ Missio Malta. Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Missio Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Tel: 21236962 | Imejl: nancy@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 1:00pm Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, Rabat Għawdex. Tel: 21550267 | Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (V0/1178)
Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi: John Caruana Pubblikazzjoni: Missio [Uffiċċju Missjunarju] © Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.
2
Prezz 50ċ l‑ħarġa. Għal din is‑sena biss ser inkunu qed inqassmu dan il‑magażin b’xejn lit‑tfal kollha ta’ Malta u Għawdex li jattendu fl‑iskejjel primarji u dawk medji.
MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATRIĊI TA’ MISSIO TFAL Nancy Camilleri
Ħelow Tfal, Matul ix‑xhur li għaddew kont mistiedna minn xi skejjel biex nagħmel xi lezzjonijiet tal‑kultura fuq xi pajjiż partikolari. Għażilt li nitkellem fuq il‑Perù u ċ‑Ċili. Dawn iż‑żewġ pajjiżi jinsabu fin‑Nofsinhar tal‑Amerika u għandhom xi ħaġa komuni ‑ strument mużikali li jissejjaħ ‘rainstick’. Dan l‑istrument ikun magħmul minn zkuk tal‑bambu jew tal‑kaktus nexfin billi jħaffruhom u jbattluhom minn ġewwa biex jiffurmaw qisu tubu vojt. Ix‑xewk tal‑kaktus jitwaħħlu fuq ġewwa tat‑tubu, li wara jimlewh b’ħafna ċagħak, żrieragħ u qxur tal‑bebbux biex meta jiżfnu bih, dawn jiċċaqalqu u joħolqu ħoss
sabiħ u rilassanti li jixbah lix‑xita. F’dawn il‑pajjiżi, peress li n‑nies huma bdiewa, ix‑xita hija importanti ħafna għalihom. Meta ma tagħmilx xita, ma jikber xejn u għalhekk ma jkollhomx x’jieklu. Fiż‑żminijiet l‑imgħoddija, kienu jaħsbu li meta jiżfnu u jdoqqu r‑‘rainsticks’ kien mezz biex jitolbu għax‑xita għax kienu jemmnu li b’dan ir‑ritwal jifforma s‑sħab u b’hekk tagħmel ix‑xita. Għalhekk flimkien mat‑tfal fil‑klassi, għamilna dawn ir‑‘rainsticks’. Intom ukoll tistgħu tagħmlu ‘rainstick’ fil‑ħin liberu tagħkom.
● B’waħda mill‑karti għalaq l‑qiegħ tar‑romblu u dawwar sew il‑lasktu mad‑dawra.
Għandek bżonn:
● Itwi l‑fojl forma ta’ stikka rqiqa, iffurmaha forma ta’ molla u daħħalha fir‑romblu.
● Romblu twil vojt tal‑karti tal‑kċina ● 2 karti daqs A4 ta’ kulur differenti minn xulxin ● 2 lasktu ● Kolla ● Biċċa fojl ftit itwal mir‑romblu ● Ftit ross, għaġin irqiq u ċagħak żgħir ● Stikers u stampi, u kuluri, ● żebgħa jew markers biex iżżejjen ir‑romblu
● Itfa’ r‑ross, l‑għaġin irqiq u ċ‑ċagħak fir‑romblu.
● Għalaq t‑tarf l‑ieħor tar‑romblu b’karta oħra u bil‑lasktu.
● Żejjen ir‑‘rainstick’ b’xi stikers, stampi, tpinġijiet jew disinji.
Tfal, irnexxielkom tagħmlu l‑ħoss tax‑xita bir‑‘rainstick’ tagħkom? Jien irnexxieli u l‑mamà tiegħi ħasbet li veru kienet nieżla x‑xita xħin bdejt niżfen u ndur bir‑‘rainstick’ f’idi!
Metodu:
● Iksi ir‑romblu b’karta tal‑kulur biex tgħatti l‑kulur tal‑kartun u agħmel il‑kolla max‑xifer tal‑karta biex ma tiċċaqlaqx. Aqta’ l‑karta l‑oħra f’erbgħa u wara tnejn għaliex ser tuża tnejn biss.
3
IĊ‑ĊENTRU LINDALVA Storja vera addattata minn Claudia Cini. Illustrazzjoni ta’ Janet Vella. Meta Sor Vanna marret tagħmel il‑missjoni tagħha fil‑Kambodja, li huwa pajjiż fil‑kontinent tal‑Asja, innutat xi ħaġa mhix tas‑soltu. Kien hemm ftit wisq tfal jattendu l‑iskola, meta fiż‑żona fejn kienet, kienu jgħixu ħafna u ħafna aktar tfal. Ma setgħetx tifhem fejn kienu jkunu dawn it‑tfal matul il‑ġurnata u għalfejn ma kinux qed imorru skola jew għall‑inqas joħorġu jilagħbu barra.
Tgħid dawn it‑tfal ma jħobbux jiltaqgħu ma’ tfal tamparhom u ma jridux jitgħallmu!?
Dawn il‑familji jkollhom jibqgħu jgħixu f’dan il‑post minħabba li jaqilgħu l‑għajxien tagħhom minn fuq il‑muntanji. Fil‑fatt huma jgħixu fi pjantaġġun tat‑te. Fuq il‑muntanji ssib ħamrija addattata ħafna sabiex jitkabbru l‑pjanti tat‑te, filwaqt li x‑xita li tinżel matul is‑sena kollha tkompli tgħin. L‑arbuxelli tat‑te jikbru b’rata mgħaġġla u jtellgħu weraq sabiħ u tawwali.
Imsieken dawn it‑tfal tgħidx kemm ikunu mdejqin. Dejjem waħedhom imsakkrin ġewwa u mbeżżgħin li ma jmurx jidħol xi ħadd jisraqhom. Ikollhom seba’ mitt sena sa ma l‑ġenituri tagħhom jiġu lura mix‑xogħol.
4
Sor Vanna ħasbet fi pjan sabiex tgħin lil dawn it‑tfal. Għalhekk hija talbet l‑għajnuna ta’ MissioTfal biex tkun tista’ tibni ċentru għal dawn it‑tfal Kambodjani. L‑għajnuna ma damitx ma waslet u f’qasir żmien Sor Vanna bniet ċentru kbir sabiex tilqa’ fih dawn it‑tfal. F’dan iċ‑ċentru, li jismu Lindalva, it‑tfal isibu min jieħu ħsiebhom filwaqt li għandhom l‑opportunità li jattendu l‑lezzjonijiet u jitgħallmu.
Minn kemm ilni niġi f’dan iċ‑ċentru m’għadnix nibża’ u nħossni waħdi. Qed nitgħallem ħafna u għamilt ħbieb ġodda li ma nixba’ qatt nilgħab magħhom. U fuq kollox f’nofsinhar qed ikolli x’niekol.
Fiċ‑Ċentru Lindalva, it‑tfal mhux biss qed jingħataw sigurtà, imħabba, ċans għall‑edukazzjoni u ikel sustanzjuż, imma wkoll qed isiru jafu dwar Ġesù. Sor Vanna turi lit‑tfal kemm huwa importanti li jħobbu lil xulxin hekk kif dejjem għallem Ġesù. Dan billi juru ħniena ma’ xulxin, ikunu ġentili, umli u paċenzjużi.
Sor Vanna tgħidilna li dejjem għandna naħfru lil xulxin u qatt m’għandna nirrabjaw ma’ xulxin; anke jekk xi ħadd jagħmlilna l‑ħażin, għandna naħfrulu u noffrulu l‑imħabba tagħna. B’hekk biss inkunu nixbhu lil Ġesù.
5
TFAL LI GĦAMLU DIFFERENZA
IL‑KUĠINI PORTELLI
M
arta Portelli hija z‑zija ta’ sitt itfal. Xi snin ilu kienet marret volontarjat il‑missjoni u baqgħet qalbha marbuta ma’ tant tfal orfni li ltaqgħet u ħadmet magħhom. Ta’ spiss kienet tirrakkonta l‑ġrajjiet li għaddiet minnhom lin‑neputijiet tagħha. Jum fost l‑oħrajn rat avviż isejjaħ għal voluntiera li xtaqu jisponsorjaw tifel jew tifla li jgħixu f’orfanatrofju ħalli jkomplu bl‑edukazzjoni tagħhom. Hija ħajret lin‑neputijiet biex joħorġu xi ħaġa żgħira kull xahar mill‑karus tagħhom għal dan il‑għan. Il‑kumplament tal‑flus ħarġithom hi u bi €12.50 fix‑xahar bdew iħallsu għall‑edukazzjoni ta’ Emmanuel. Din hija l‑istorja tiegħu:
M 6
Jisimni Emmanuel Chabamba u għandi 21 sena. Twelidt fl-1 ta’ Jannar 2000 fir‑raħal ta’ Chikwanda fid‑distrett ta’ Mpika fit‑Tramuntana
I
S
taż‑Żambja. Jiena sfajt orfni f’età żgħira ħafna meta tlift lill‑ġenituri tiegħi. Qatt ma ħassejt it‑tgħanniqa t’ommi jew smajt il‑vuċi ta’ missieri, imma l‑Mulej ħa ħsiebi u dejjem għaddejt minn taħt idejn nies twajbin li jgħixu fil‑komunità fejn twelidt. Wara xi żmien spiċċajt ngħix f’orfanatrofju fejn sibt ħafna ħbieb li laqgħuni u saru l‑familja tiegħi. Ikel, kenn, kura tas‑saħħa u mħabba qatt ma naqsuni. Bdejt nitgħallem nikteb u naqra mingħand is‑sorijiet li jmexxu l‑orfanatrofju u xi voluntiera, iżda kelli xewqa kbira li mmur l‑iskola bħal ħafna minn sħabi. Din ix‑xewqa ma damitx ma saret realtà meta l‑Kuġini Portelli u zithom Marta ddeċidew li jisponsorjaw l‑edukazzjoni
S
I
I
tiegħi. Ta’ xi ħames snin bdejt nattendi l‑iskola primarja ta’ San Karlu Lwanga mmexxija mis‑Sorijiet Qaddejja ta’ Marija Immakulata, u wara komplejt fl‑Iskola Primarja ta’ Chikwanda. Fis‑seba’ sena tal‑iskola għamilt l‑eżamijiet u għaddejt għall‑Iskola Sekondarja San Franġisk immexxija mill‑Patrijiet tal‑Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù f’Kasama, li kienet madwar 300 km bogħod minn fejn kont ngħix. Wara ħames snin f’din l‑iskola għamilt l‑eżamijiet tal‑aħħar. Mort tajjeb ħafna, tant li stajt nidħol l‑università u nibda nistudja l‑kors tal‑mediċina għaliex hija l‑ħolma tiegħi li nsir tabib, ħalli fil‑futur inkun nista’ ngħin u nsalva ħafna nies, filwaqt li nkunu ta’ eżempju li l‑fatt li inti orfni mhux l‑aħħar tad‑dinja. Jiena għext it‑tfulija u ż‑żgħożija tiegħi f’orfanatrofju, iżda ma nistax nibqa’ hemm għal dejjem. Għalhekk qed naħdem u nistinka biex inkun aktar indipendenti u
ġeneruż ma’ dawk anqas ixxurtjati minni. Nirringrazzja lil Alla u lill‑Knisja Kattolika taż‑Żambja li dejjem ħadu ħsiebi għax ħlief imħabba u għajnuna f’ħajti qatt ma sibt. Tul ħajti għamilt ħafna ħbieb li għenuni nikber akkademikament, soċjalment u spiritwalment. Grazzi wkoll lil MissioTfal li kien bis‑saħħa tagħhom li l‑Familja Portelli saru jafu bija u għenuni.
Nitlob lil dawk li qed jaqraw l‑istorja tiegħi biex jagħmlu bħal din il‑familja u jisponsorjaw tifel jew tifla biex jirċievu edukazzjoni xierqa, għaliex fid‑dinja hawn ħafna u ħafna tfal bħalma kont jien li m’għandhom lil ħadd min iħallsilhom biex jitgħallmu, kif wara kollox huwa d‑dritt ta’ kull tifel u tifla.
KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL FIL‑MISSJONI: €25 – 100 kuruna sempliċi lin‑nies fil‑missjoni
€35 – rota lil tifel jew tifla biex imorru l‑iskola
€45 – uniformi, basket tal‑iskola, kotba u kartollerija għal student/a
€125 – magna tal‑ħjata u banketta għal tfajla sfruttata biex taqla’ x’tiekol
O
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI! EZEMPJI SBIEH Grazzi mill‑qalb tal‑bolol li tajtu lil Missio Tfal. Dawn jinbiegħu lill‑kollezzjonisti u l‑qligħ minnhom imur b’risq proġetti fil‑missjoni. 7
PAĠNA LOGĦOB MARZU 2021
Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk: Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128
Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.
1. QABBEL ID‑DELL Sib id‑dell ta’ kull stampa u qabblu mal‑istampa tal‑kulur billi tagħmel linja minn stampa għall‑oħra. Waħda mit‑tweġibiet tajbin tirbaħ basket tal‑iskola.
2. SIB ID‑DIFFERENZA Ħares sew lejn dawn iż‑żewġ stampi u ara jirnexxilekx issib 10 differenzi bejn stampa u oħra. Immarka dawn id‑differenzi b’ċirku jew salib. Waħda mit‑tweġibiet tajbin tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut Faith, Hope & Charity fil‑Belt Valletta.
Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ JANNAR 2021 – Ħarġa Nru. 83. Isem u Kunjom: ________________________________
1. QABBEL ID‑DELL
2. SIB ID‑DIFFERENZA
_______________________________________________ Età:______________________________________________ Indirizz:__________________________________________________ __________________________________________________ _____________________________________________________
Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Mariah Elena Camilleri mill‑Gżira, Mason Borg Barbara mill‑Mosta u Karla Buttigieg mill‑Gudja.
Kodiċi Postali:_______________________________________ Skola: __________________________________________
Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom. 8