TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No. 68
Matul is‑sena skolastika 2018/2019 dan il‑magażin ser jitqassam b’xejn.
Jannar 2019
F’isem it‑tfal kollha fl‑artijiet tal‑missjoni, Missio Tfal jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li taw . donazzjoni b’risq progetti tat‑tfal foqra. Dan hu l‑isbah‑ rigal li ‑ jaqilghu. ‑ setghu
Grazzi mill‑qalb!
tfal@missio.org.mt 2 Editorjal
|
| www.missio.org.mt | 2123 6962 | 7 Triq il‑Merkanti, Valletta | 7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex 2 Messaġġ Mill‑Koordinatriċi
|
4 Iż‑Żewġ Karti
|
6 Il‑Ħin Liberu
|
8 Paġna Logħob
RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU
Għeżież tfal,
EDITORJAL
Is‑Sena t‑Tajba lilkom u lill‑familji tagħkom kollha. Kif intom? Nistħajjel li tinsabu tajbin, wara l‑vaganzi tal‑Milied! Min jaf kemm qlajtu rigali sbieħ! Kiltu xejn kejkijiet u ċikkulata? Irnexxielkom tmorru xi waħda mill‑funzjonijiet li jiġu organizzati f’dawn iż‑żminijiet fil‑knejjes tagħna? Issa rġajna għar‑rutina tas‑soltu; skola, duttrina u xi attivitajiet oħra li jkollkom wara l‑iskola, hux tassew?
Matul dan ix‑xahar infakkru l‑Festa tal‑Epifanija ‑ il‑Festa tat‑Tliet Slaten Maġi li marru jżuru lil Ġesù Bambin u ħadulu xi rigali sbieħ: deheb, inċens u mirra. U aħna x’ser nagħtuh bħala rigal lil Ġesù Bambin? Ġesù m’għandux bżonn ġugarelli u dehbijiet, imma jrid li aħna nkunu ħbieb ma’ kulħadd, ngħinu lil xulxin u ma nweġġgħu lil ħadd.
Mela ejjew niftakru fit‑talb tagħna fit‑tfal tal‑missjoni, u nwarrbu xi ħaġa żgħira għalihom, għax dawn la għandhom min iħobbhom, la x’jieklu, la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la mediċini, la skola fejn jitgħallmu u ħafna minnhom lanqas ġenituri! U kontu tafu li huma ħafna dawk li qatt ma semgħu dwar Ġesù?! Insellmilkom u niltaqgħu x‑xahar id‑dieħel,
Claudia
Missio (Uffiċċju Missjunarju): Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171. Tel: 21236962 Imejl: tfal@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm, Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm Missio (Uffiċċju Missjunarju): Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, Rabat Għawdex. Tel: 21550267 Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi: John Caruana Pubblikazzjoni: Missio [Uffiċċju Missjunarju (V0/1178)]
© Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.
Prezz 50ċ l‑ħarġa. Għal din is‑sena biss ser inkunu qed inqassmu dan il‑magażin b’xejn lit‑tfal kollha ta’ Malta u Għawdex li jattendu fl‑iskejjel primarji u dawk medji.
DONAZZJONIJIET
50617374 – €2.33 | 50618820 – €6.99
2
(Tfal taħt is‑16‑il sena huma mitluba jiksbu permess mingħand il‑ġenituri/ legal guardians tagħhom).
MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATRIĊI TA’ MISSIO TFAL Nancy Camilleri
Ħbieb, kif intom? Ftit tal‑ġimgħat ilu kont mistiedna fl‑iskola St. Francis ta’ B’Kara, biex niċċelebra magħhom il‑Jum Dinji tat‑Tfal. Ms. Kathleen Caruana Salafia, l‑assistent kap tal‑iskola, bagħtitli din l‑ittra li kitbu wħud mill‑istudenti, u li jiena xtaqt naqsam magħkom. Il‑Jum Dinji tat‑Tfal L‑20 ta’ Novembru huwa l‑Jum Dinji ddedikat gћat‑tfal kollha. Fl‑iskola St. Francis ta’ B’Kara dan kien jum speċjali li fih aћna l‑istudenti kollha ċċelebrajna matul il‑ġurnata attivitajiet differenti. Bdejna l‑ġurnata billi l‑istudenti kollha tal‑iskola mill‑klassijiet tal‑Kinder sas‑Sitt Sena ġew lebsin kostum li jirrappreżenta xi pajjiż. Inġbarna lkoll filgћodu kmieni gћat‑talba fis‑sala tal‑iskola u wrewna power point dwar tfal minn postijiet differenti tad‑dinja, li ћafna minnhom m’gћandhomx il‑kumditajiet u l‑lussu li gћandna aћna.
gћandhom tifsira speċjali. Kienet ġurnata speċjali b’atmosfera mill‑isbaћ fl‑iskola tagћna. Minn hawnhekk aħna nixtiequ nwasslu messaġġ lit‑tfal kollha li għalkemm aћna għadna tfal żgћar, xorta waћda kapaċi naћsbu
f’ћaddieћor, nitgћallmu dwar kulturi ġodda u fuq kollox nirringrazzjaw ’l Alla dejjem ta’ dak kollu li gћandna.
L‑istudenti tat‑tielet u r‑raba’ sena mill‑iskola St. Francis, B’Kara.
Il‑laqgħa li jmiss ta’ MissioTfal ser issir nhar il‑Ġimgħa 25 ta’ Jannar 2019 fl‑uffiċċju tal‑Mosta.
Bosta tfal madwar id‑dinja qed ibatu ћafna gћax m’gћandhomx affarijiet bażiċi biex jgћixu ћajja diċenti, bћal ikel, ilma, dawl, dar, edukazzjoni, indafa, sptarijiet, eċċ. Permezz ta’ din il‑power point tgћallimna kemm aћna tfal ixxurtjati u kemm aћna gћandna nirringrazzjaw ’l Alla u lil kull min jieћu ћsiebna ta’ dak kollu li gћandna. Spiċċajna t‑talba tagħna billi flimkien kantajna l‑kanzunetta We are the World u fis‑sala kien hemm atmosfera ta’ festa sabiћa. Tajjeb li nsemmu li t‑tfal tar‑raba’ klassi gћażlu li jilbsu l‑kostum tradizzjonali ta’ Malta u matul il‑ġurnata organizzaw festin ċkejken b’ikel tradizzjonali Malti. L‑istudenti tat‑tielet klassi ltaqgћu ma’ Nancy, koordinatriċi ta’ Missio Tfal, u magħha tgћallmu dwar it‑tribù Massai li jgћix fl‑Afrika. Tgћallmu kif jgћixu u dwar il‑kultura tagћhom. Gћamlu wkoll kullana tal‑kartun bћala kraft bћalma jilbsu n‑nies Massai, u tgћallmu li l‑kuluri gћal dawn in‑nies
Ingħaqdu magħna biex flimkien nagħtu merħba lill‑membri ġodda tal‑klabb. Aktar dettalji fuq nancy@missio.org.mt jew 20330015. Narawkom!
MISSIO TFAL GĦAWDEX Dun Renato Borg
RENDIKONT TAL‑ĠABRA B’RISQ IL‑MISSJONI 2018/2019 ISEM TAL‑ISKOLA
Skejjel tal‑Knisja Konservatorju tal‑Isqof Primarja Santa Tereża, Ta’ Kerċem Laura Vicuna, l‑Għasri St. Francis Seminarju Konservatorju tal‑Isqof Sekondarja Kulleġġ t’Għawdex L‑Għarb San Lawrenz Iż‑Żebbuġ Ta’ Kerċem Victoria Is‑Sannat Ix‑Xewkija Għajnsielem Il‑Qala In‑Nadur Ix‑Xagħra Skola Medja Skola Sekondarja TOTAL
TOTAL TA’ KOLLOX
KLABB €
DONAZZJONI €
100.00 125.00 55.00 105.00
600.49 842.82 360.80 557.05 Ma saritx ġabra 231.80
15.00 35.00 10.00 25.00 15.00 95.00 85.00 60.00 75.00 50.00 100.00 75.00
1,025.00
199.00 60.50 116.97 168.85 558.20 320.70 228.86 224.53 262.50 505.15 385.10 131.50 Ma saritx ġabra 5,754.82
€6,779.82
GRAZZI MILL‑QALB TAL‑ĠENEROŻITÀ TAGĦKOM
3
IŻ‑ŻEWĠ KARTI Leġġenda Ġappuniża addattata minn Claudia Cini. Illustrazzjoni ta’ Janet Vella. Ħafna snin ilu kien hemm armel li kellu żewġ subien żgħar imqarqċin. Dawn kibru f’żewġ ġuvintur sbieħ u b’saħħithom, u żżewġu żewġ tfajliet bil‑għaqal li kienu jgħixu f’raħal ’il bogħod ħafna. L‑armel kien tassew kuntent li wliedu sabu żewġ tfajliet gustużi u bil‑għaqal, imma ma xtaqx li dawn jitilqu man‑nisa tagħhom u lilu jħalluh waħdu.
Il‑ġuvintur u t‑tfajliet aċċettaw li jibqgħu jgħixu mal‑missier u kienu jgħixu kuntenti lkoll flimkien. Wara ftit taż‑żmien bdew jitwieldu t‑tfal u l‑armel kien kuntent ħafna li issa kellu n‑neputijiet ma’ min jgħaddi l‑ħin. Jum fost l‑oħrajn, l‑armel kien għaddej minn taħt tieqa u sema’ lin‑nisa ta’ wliedu jgħidu li kellhom ix‑xewqa li jmorru jżuru lill‑familjari tagħhom, li kienu ilhom ma jarawhom ħafna.
4
L‑armel ma xtaqx li n‑nisa jmorru jaraw lill‑familjari tagħhom, għax beża’ li dawn jibagħtu għal uliedu u għan‑neputijiet u lilu jħalluh waħdu. Għalhekk, fassal pjan biex lin‑nisa jagħmilhielhom aktar diffiċli li jitilqu. Meta filgħaxija waqt l‑ikel in‑nisa urew ix‑xewqa tagħhom li jmorru jżuru lil qrabathom, il‑missier kien pront u qalilhom li biex iħallihom imorru kellhom iġibulu xi ħaġa speċjali. Jekk iġġibuli karta li żżomm in‑nar fiha u karta li tkeċċi r‑riħ, jiena nagħtikom permess tmorru.
In‑nisa ma kellhomx għażla oħra għajr li jaċċettaw dik il‑kundizzjoni. Għamlu xhur sħaħ ifittxu u jistaqsu lil kull min jiltaqgħu miegħu, imma ħadd ma seta’ jgħinhom. Meta kienu kważi qatgħu qalbhom li jsibu dawn il‑karti, iltaqgħu mas‑saħħar tal‑foresta, li wriehom x’kellhom jagħmlu. Bil‑weraq kbar tas‑siġar, is‑saħħar għamel fanal u mrewħa. In‑nisa ferħu, irringrazzjawh u telqu jiġru lejn id‑dar. Dan fanal tal‑karti; jekk tpoġġi fih xemgħa tixgħel ikun qed iżomm in‑nar fih.
U din imrewħa tal‑karti; biha tista’ tkeċċi r‑riħ!
Huwa għalhekk li lin‑nisa Ġappuniżi ssibhom dejjem bl‑imrewħa f’idejhom u ma’ kull bieb ta’ dar Ġappuniża wieħed dejjem jara fanal imdendel b’xemgħa tixgħel fih.
5
L‑ISTEJJER TA’ JIMMY Vikki
W
IL‑ĦIN LIBERU
asal Jannar! Skont Jimmy, il‑vaganzi tal‑Milied kienu għaddew wisq malajr. Għalkemm fil‑bidu tal‑vaganzi kien ħassu ftit ma jiflaħx, bil‑mediċina li tah it‑tabib Falzon malajr kien għaddielu u l‑vaganzi kien gawdiehom sew. Ħin liberu kellu kemm ried matul il‑vaganzi, imma bejn attività u oħra ma sabx ħin biex jistudja. Il‑mamà kienet fetħitlu għajnejh kemm‑il darba. Kuljum kienet tfakkru li l‑ġranet tal‑vaganzi kienu qed itiru mar‑riħ u hu kien għadu lanqas biss mess ktieb b’idejh. Kienet reġgħet bdiet l‑iskola u fl‑ewwel ġurnata wara l‑vaganzi l‑għalliema kienet diġà bdiet tkellimhom dwar xi testijiet li kellhom. Jimmy ħassu mwerwer! Kif kien ser ilaħħaq jistudja n‑noti kollha f’qasir żmien? Bħas‑soltu, il‑mamà kellha raġun; kien messu qassam il‑ħin liberu tiegħu aħjar! Kif wasal lura mill‑iskola, il‑mamà mill‑ewwel indunat li Jimmy kellu xi ħaġa fuq moħħu li kienet qed tinkwetah. Għall‑bidu Jimmy ħaseb li kien ikun aħjar jekk ma jgħidx il‑verità, iżda fl‑istess ħin kellu bżonn l‑għajnuna tal‑mamà. “Għandi ħafna x’nistudja u qed ninkwieta 6
li mhux ser inlaħħaq kollox! Kellek raġun mamà, kien imissni ddedikajt ftit mill‑ħin liberu għall‑istudju,” qal Jimmy b’leħen miksur. Il‑mamà poġġiet ħdejn binha fuq is‑sufan u filwaqt li ħaddnitu magħha qaltlu: “Tibżax, issa nagħmlu pjan flimkien ta’ x’hemm bżonn li tistudja kuljum wara l‑iskola u hekk inkunu ċerti li tlaħħaq taqra u tistudja n‑noti kollha.” Ma kenitx idea ħażina, imma fl‑istess ħin Jimmy ma setax jifhem xħin kien ser jistudja. Wara l‑iskola kien imur it‑taħriġ tal‑futbol, il‑lezzjonijiet tad‑drama, il‑lezzjonijiet tal‑mużika fil‑każin tal‑banda u d‑duttrina. Kuljum kellu xi ħaġa ppjanata għal waqt il‑ħin liberu wara l‑iskola. “Tinsiex li għandi l‑futboll, id‑drama
u l‑lezzjonijiet tal‑mużika,” kien pront fakkarha Jimmy. “Minħabba li ttraskurajt fil‑vaganzi, issa trid tnaqqas l‑attivitajiet ta’ wara l‑iskola u ssib ħin għall‑istudju,” weġbitu l‑mamà. Jimmy xejn ma ħa gost b’dan l‑arranġament. Fil‑ħin liberu ta’ wara l‑iskola xtaq ikompli jipprattika l‑passatempi tiegħu, imma ma kellux għażla oħra. Wasal il‑Ħadd u bħas‑soltu l‑familja Zammit marru jieklu għand in‑nanna Karm. Jimmy kellu jieħu l‑kotba miegħu għaliex il‑pjan tal‑istudju li kien ħejja flimkien mal‑mamà kien jinkludi l‑ġurnata tal‑Ħadd ukoll. Jimmy kien qiegħed iqatta’ ħafna ħin jistudja, iżda ma setax jagħmel mod ieħor għaliex kellu jpatti
għall-ħin kollu li tilef waqt il‑vaganzi. Dakinhar għand in‑nanna kien hemm ġuvni bl‑isem ta’ Reyansh. Jimmy qatt ma kien rah qabel u ma kellux idea x’kien qiegħed jagħmel għand in‑nanna. In‑nanna u z‑zija dehru li kienu jafuh sew. Jimmy ma damx ma ntebaħ li dak il‑ġuvni li kien ser iqatta’ l‑ġurnata magħhom ma kien ħadd ħlief seminarista Indjan li bis‑saħħa tan‑nanna Karm kien qiegħed jistudja sabiex isir saċerdot. Reyansh kien ġuvni intelliġenti ħafna,
imma minħabba li kien ġej minn familja fqira ma kellux flus sabiex ikompli l‑istudji tiegħu għal saċerdot. Permezz ta’ Missio Malta, in‑nanna Karm kienet ħallset l‑ispejjeż kollha sabiex Reynash ikun jista’ jistudja u jsir qassis. Jimmy malajr għamel ħabib ma’ Reyansh. Min‑naħa tiegħu Reyansh ra kif għamel u għen kemm seta’ lil Jimmy waqt li kien qiegħed jistudja. Għenu jifhem is‑somom aħjar u anke tah xi ideat għall‑komponiment tal‑Ingliż.
It‑testijiet waslu, imma Jimmy ħassu ppreparat u kien ċert li ser imur tajjeb għaliex kien studja ħafna. Bl‑għajnuna tal‑mamà kien irnexxielu jistudja n‑noti kollha, iżda biex laħaq għamel dan kellu jiddedika l‑ħin liberu tiegħu kollu għall‑istudju. It‑tagħlima kien ħadha; mil‑lum ’il quddiem kien ser iqassam l‑ħin liberu tiegħu aħjar sabiex b’hekk ma jkollux għalfejn jieqaf milli jipprattika l‑passatempi tiegħu sabiex jistudja.
KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL FIL‑MISSJONI: €25 – Saqqu għal tifel/tifla torox u muti f’dar f’pajjiż Afrikan
€30 – uniformi u materjal tal‑iskola għal 6 itfal foqra
€42 – Xirja qamħ biex jinħema
l‑ħobż għal tfal orfni fil‑Pakistan
IS‑SOLTU X’TAGĦMEL BIHOM IL‑BOLOL UŻATI? FORSI TARMIHOM? Minflok tarmihom, ġibhom jew ibgħathom lil Missio Tfal u aħna nbigħuhom lill‑kollezzjonisti. Bil‑flus inkunu nistgħu ngħinu tfal li jinsabu fil‑bżonn.
€50 – Għajnuna lis‑sorijiet ta’ Madre Tereża biex iżommu trabi u tfal abbandunati
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt/children
EZEMPJI SBIEH
Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB LIL: • Daniel Cauchi Borg mir‑Rabat,
GRAZZI!
Li ta bolol u/jew ‘telecards’ użati.
Malta
7
PAĠNA LOGĦOB JANNAR 2019
Waħda mit‑tweġibiet tajbin ta’ kull kompetizzjoni tirbaħ kupun ta’ €5 mill‑ħanut ta’ Missio Faith, Tfal, Hope & Charity. Ibgħat il‑kelma u/jew is‑soluzzjoni ħudu nota t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u tal‑indirizz l‑indirizz u ibgħathom hekk: il‑ġdid!
Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.
Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.114, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il-Mosta, MST 4128, Malta.
1. ‘JIGSAW PUZZLE’
Daħħal dawn il‑biċċiet tal‑‘jigsaw puzzle’ fil‑kaxxa ta’ fuq il‑lemin biex tifforma sitt ismijiet ta’ xhur tas-sena. Xi ittri huma lesti f’posthom biex jgħinuk. A R
U
U N
J
Z
U
U
J
J
U
A R
R
I
L
L U
A
P
L
F
R
M
Ġ
Isem u Kunjom: ______________________________
Ġ
______________________________________________________
Età:
Z
M E
J
_______________________________________________
Indirizz: ________________________________________________ ____________________________________________________________
2. SIB IT‑TRIQ
Għin lit-Tliet Slaten Maġi jaslu fejn l-istilla billi ssib it-triq it-tajba fl-istampa t’hawn.
_____________________________________________________________
____________________________________________________________
________________________________________________________
Kodiċi Postali:____________________________________ Skola: ____________________________________________ ____________________________________________________
ŻOMM ID-DATA
16 TA’ MARZU 2019 8