Skip to main content

Tfal Missjunarji - January 2018

Page 1

TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No. 59

Prezz 70ċ l‑ħarġa €5 8 ħarġiet* *€7 bil‑posta

Jannar 2018

Editorjal

2

M ill ‑ Ittri

Tag ħ kom

Aħbarijiet Logħob

|

Klabb 6

Missio |

Tfal

It ‑Tifel

mid‑Dinja

Li

Ko l l h a

bil ‑ Kompetizzjoni

3

|

Kie n 10 14

Messaġġ J imxi

Koord inatriċi

Fuq

Ħabel

|

Niltaqgħu

|

Ħaddem

Tfal

4

Tal ‑ I nxi r

7

Ma’ Idejk

…12 15


Editorjal Għeżież Tfal,

RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN NOVEMBRU U ĠUNJU

“Il-Paċi Tibda Bi Tbissima" Madre Tereża ta' Kalkutta

EZEMPJI SBIEH GRAZZI MILL‑QALB LIL: • Luca Formosa. Li ta bolol u/jew ‘telecards’ użati.

Missio (Uffiċċju Missjunarju): Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171. Tel: 21236962 Imejl: tfal@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm, Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm

Inħeġġiġkom biex tiktbulna xi ittra u tibagħtuhielna fl‑indirizz li jidher hawn taħt: postali jew elettroniku. L‑ittri għandhom ikollhom tema missjunarja, pereżempju x’tagħmlu intom bħala tfal biex tgħinu jew tiktbulna dwar xi attività li għamiltu mal‑membri tal‑Klabb Missio Tfal jew l‑iskola. Nistennewkom!!

IS‑SOLTU X’TAGĦMEL BIHOM IL‑BOLOL U T‑TELECARDS UŻATI?, FORSI TARMIHOM? Minflok tarmihom, ġibhom jew ibgħathom lil MissioTfal u aħna nbigħuhom lill‑kollezzjonisti. Bil‑flus inkunu nistgħu ngħinu tfal li jinsabu fil‑bżonn.

Missio (Uffiċċju Missjunarju): Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, Rabat Għawdex. Tel: 21550267 Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi: John Caruana Pubblikazzjoni: Missio (Uffiċċju Missjunarju) © Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.

DONAZZJONIJIET

2

50617374 – €2.33 | 50618820 – €6.99

(Tfal taħt is‑16‑il sena huma mitluba jiksbu permess mingħand il‑ġenituri/ legal guardians tagħhom).

Kif intom? Bdejna sena ġdida – is‑Sena 2018. Mingħajr ma trid l‑ewwel ħsieb li jiġik f’moħħok huwa: “Min jaf x’hemm lest għalina matul din is‑sena?” Ħadd ma jaf; inħallu f’idejn il‑Bambin u nitolbuh biex ikollna s‑saħħa u affarijiet sbieħ matul din is‑sena li għadha kemm bdiet. Min jaf kemm qlajtu rigali sbieħ? U min jaf kemm kellkom festini u kemm kiltu affarijiet tajbin? Naħseb li issa kulħadd neħħa t‑tiżjin ikkulurit u sabiħ tal‑Milied u ftit ftit erġajna bdejna nidħlu fir‑rutina ta’ kuljum: Skola, ‘homework’, duttrina u attivitajiet oħra ta’ wara l‑iskola. Naħseb li ħafna minnkom attendew l‑attivitajiet li jsiru fil‑knejjes Maltin u Għawdxin marbuta ma’ żmien il‑Milied. Nieħdu gost jekk tibagħtu tgħidulna dwar dan, speċjalment dawk it‑tfal li kellhom ix‑xorti li jagħmlu l‑prietka tal‑Milied fil‑paroċċa, komunità jew skola tagħhom. Jista’ jkun ukoll li xi wħud minnkom mortu żżuru l‑anzjani jew it‑tfal fl‑istituti u naf fi żgur li ħafna minnkom kienu parti mill‑kor ‘Star Singers’ li jorganizza Klabb Missio Tfal ta’ kull sena fil‑jiem ta’ bejn il‑Milied u l‑bidu tas‑sena l‑ġdida. F’dan ix‑xahar ta’ Jannar, fit‑31, niċċelebraw il‑festa ta’ San Ġwann Bosco, wieħed mill‑qaddisin popolari ħafna magħkom it‑tfal. Kontu tafu li meta kien għadu tifel żgħir bħalkom Ġwanni rnexxielu jiġbor lil sħabu biex joqgħod jgħallimhom dwar Ġesù? Tistgħu taqraw aktar dwar il‑ħajja ta’ San Ġwann Bosco meta kien għadu tifel fil‑komik ta’ dan ix‑xahar li jinsab f’paġni 7, 8 u 9. Qabel inħallikom infakkarkom bħal dejjem biex ma tinsew qatt lil ħutkom tfal fil‑missjoni. Ftakru fihom fit‑talb tagħkom u warrbu xi ħaġa żgħira għalihom, għax dawn la għandhom x’jieklu, la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la skola fejn jitgħallmu u wisq anqas imħabba. Insellmilkom u niltaqgħu x‑xahar id‑dieħel,

Claudia


Klabb Missio Tfal Nancy Camilleri

LI GĦADDA ...

’Diċembru kellna l‑ewwel Fl‑ġdid laqgħa tagħna fl‑uffiċċju ta’ Missio l‑Mosta.

L‑attendenza kienet waħda sabiħa ħafna. Ħadna gost nagħmlu xi krafts u kantajna wkoll xi għanjiet tal‑Milied. Rajna vidjow dwar il‑missjoni u ħejjejna rwieħna għal ‘Star Singing’. Ħadna gost ħafna niltaqgħu magħkom it‑tfal u mal‑ġenituri tagħkom, u intom kellkom l‑opportunità li tiltaqgħu mal‑maskot ta’ Klabb Missio Tfal ‑ Rafiki. Saret l‑attività ta’ ‘Star Singing’ f’diversi parroċċi u postijiet madwar Malta. Grazzi lil dawk kollha li pparteċipaw u għenuna, u

grazzi wkoll lis‑Sinjura Mariosa Dejardins li għenitna ħafna mhux biss fi ‘Star Singing’, imma wkoll f’affarijiet oħra. Nirringrazzja b’mod speċjali lill‑parroċċi li tawna l‑opportunità li norganizzaw ‘Star Singing’ fit‑toroq tar‑raħal tagħhom, fosthom iż‑żona ta’ Santa Margerita l‑Mosta, Ħal Balzan, iż‑żona

ta’ Santa Marija f’Birkirkara, Marsaskala, ir‑Rabat u oħrajn. Grazzi, grazzi, grazzi. Ġie organizzat ukoll il‑festin tal‑Milied li sar fis‑‘Sunflower Pony Rides’ il‑Magħtab, fejn attendew numru sabiħ ta’ tfal. Mistednin speċjali waqt il‑festin kien hemm Rafiki u ‘Father Christmas’.

LI ĠEJ ...

Il‑laqgħa li jmiss għall‑membri tal‑klabb ser tkun nhar l‑Erbgħa 17 ta’ Jannar fl‑4.00pm. Matul il‑laqgħa ser jintwerew xi vidjows u jsiru xi krafts. Wara, nieħdu xi ħaġa flimkien. Preżenti għal‑laqgħa ser ikun hemm ukoll Rafiki!

Narawkom!

3


Messaġġ mill‑Koordinatriċi ta' Missio Tfal Nancy Camilleri

F’din is‑sena l‑ġdida xtaqt nibda l‑artiklu tiegħi billi nirringrazzja lil xi skejjel li għamlu attività b’risq Missio bħala parti mill‑attivitajiet tal‑Ġurnata Missjunarja. Grazzi lil:

 Skola St. Benild’s Tas‑Sliema li apparti l‑ġabra, għamlu ġurnata logħob organizzat u bażar fejn il‑qligħ kollu mar għal Missio  Skola Stella Maris li organizzaw bażar u bejgħ ta’ oġġetti mill‑ħanut tagħna ‘Faith, Hope & Charity’  Skola Primarja tal‑Kalkara li biegħu ‘stationery’ u affarijiet oħra mill‑ħanut tagħna ‘Faith, Hope & Charity’  Savio College Ħad‑Dingli li ċċelebraw il‑Jum Dinji tat‑Tfal b’‘casual day’ u l‑ġbir ta’ dakinhar kien b’risq Missio  Skola Sekondarja ta’ Pembroke li abbonaw fil‑magażin u għamlu l‑ġabra tal‑inviloppi  Skola Sekondarja tas‑Seminarju li pparteċipaw fil‑kampanja tal‑karusijiet u ġabru ammont kbir b’risq Missio  Studenti tal‑iskejjel kollha li taw donazzjoni lil Missio biex ngħinu tfal oħra fid‑dinja u flimkien nibnu dinja aħjar

Studenti tal‑Iskola St. Benild’s Tas‑Sliema 4


Ħbieb, matul dan ix‑xahar nagħmlu ħafna riżoluzzjoniijiet biex ngħixu aħjar matul din is‑sena. Min jaf jekk għamiltux xi waħda intom? Matul dan ix‑xahar qed nistedinkom biex tagħmlu kuljum waħda minn dawn l‑attivitajiet t’hawn taħt, taħsbu ftit u tieħdu gost:

 Ikteb fuq karta ċ‑ċrieki ta’ ħbieb li għandek, pereżempju ħbieb tal‑iskola, ħbieb tal‑futbol, ħbieb tad‑duttrina, eċċ ...  Tista’ tqatta’ ftit iżjed ħin ma’ dawn il‑ħbieb u forsi tnaqqas il‑ħin mil‑logħob waħdek fuq il‑kompjuter.  Pinġi jew waħħal stampa ta’ siġra u ħares lejha mill‑viċin. Ammira l‑kobor u s‑sbuħija tagħha, il‑weraq u z‑zkuk, u forsi xi għasafar ukoll.  Illum ipprova apprezza n‑natura ta’ madwarek. Mal‑familja u l‑ħbieb iddiskuti ideat ġodda kif tnaqqas mill‑ħela tal‑ilma u tal‑ikel.  Waħħal ritratt tal‑klassi tiegħek u ara min joqgħod ħdejk fil‑klassi.  Illum ipprova kellem lil xi ħadd li joqgħod bilqiegħda bogħod mill‑mejda tiegħek. Kellmu u għaddi ftit ħin miegħu.  Waħħal stampa tal‑kamra tiegħek. Aħseb ftit fuq dawk sħabek tal‑iskola li qatt ma stedint id‑dar.  Illum issuġġerixxi jekk tistax tistieden lil xi ħadd mill‑klassi tiegħek jew xi ħadd li taf, li għadek qatt ma stedint id‑dar, imqar għal ftit ħin.  Pinġi l‑ikel favorit tiegħek. Aħseb f’dawk it‑tfal tal‑missjoni li qatt ma jistgħu jieklu minn dak l‑ikel.  Aqsam il‑lanċ tiegħek tal‑iskola ma’ xi ħadd li ma ġabx x’jiekol.  Pinġi taraġ. Aħseb f’xi ħadd marid jew ma jiflaħx.  Qabel torqod għid talba għal din il‑persuna marida jew ma tiflaħx.  Pinġi jew waħħal stampa ta’ bukkett sabiħ ta’ fjuri li tixtieq tagħti lil Ġesù.  Illum stieden lill‑familja tiegħek biex titolbu flimkien, biex din is‑sena l‑ġdida tkun sena fejn Ġesù jkun magħna u nagħmlu dejjem dak li jixtieqna nagħmlu Hu. Jiena, flimkien ma’ sħabi ta’ Missio u Rafiki nixtiqulkom sena mimlija paċi, imħabba u ferħ.

5


MILL‑ITTRI TAGĦKOM

L‑istudenti flimkien mal‑għalliem tagħhom Martin Azzopardi s.d.c., jisimgħu l‑esperjenza missjunarja tad‑Direttur ta’ Missio Malta, Mons. Salvinu Micallef.

a’ kull sena matul ix‑xahar T ta’ O t t u b r u d d e d i ka t l i l l ‑ M i ssjoni, i l ‑ Kul leġġ ta’

Santa Margerita Sekondarja Maġġuri, Verdala f’Bormla, jistieden missjunarju/a biex jaqsmu l‑esperjenza missjunarja tagħhom mal‑istudenti. Din is‑sena ġie mistieden id‑direttur ta’ Missio Malta, Mons. Salvinu Micallef biex jaqsam il‑ħajja u l‑esperjenza missjunarja tiegħu. Mons. Salvinu huwa saċerdot Kattoliku ta’ 72 sena u twieled Ħaż‑Żebbuġ. Fl ‑1964 huwa daħal is‑seminarju maġġuri ta’ Malta biex jistudja u jħejji ruħu għas‑saċerdozju, u fl‑1972 ġie ordnat saċerdot. Għal madwar 30 sena serva bħala saċerdot f’diversi parroċċi fosthom Ħal Kirkop, in‑Naxxar, il‑Kalkara u Birkirkara. Tul dawn l‑aħħar 10 snin serva bħala direttur ta’ Missio Malta jew kif oriġinarjament n af u h l ‑ Uf f i ċċj u ta l ‑ O p r i Missjunarji Pontifiċji. Bħala direttur ta’ Missio Malta huwa kellu l‑opportunità li jżur diversi pajjiżi tal‑missjoni fosthom 12‑il pajjiż Afrikan, 3 pajjiżi fis‑Sud Amerika u xi pajjiżi fl‑Asja. Is‑sajf li għadda huwa żar iż‑Żambja fl‑okkażjoni 6

tal ‑125 sena anniversar ju mill‑bidu tal‑Knisja Kattolika f’dan il‑pajjiż. Mons. Salvinu stqarr li: “Waqt li l‑fidi Nisranija fl‑Ewropa tinsab fi kriżi, il‑fidi Nisranija fiż‑Żambja qiegħda dejjem tikber tant li nistgħu ngħidu li l‑Knisja fiż‑Żambja hija waħda żagħżugħa.” L‑iskop aħħari ta’ Missio Malta huwa li jkompli jqawwi u jqanqal fil‑Maltin imħabba u ġenerożità lejn id‑diversi missjonijiet Kattoliċi fil‑pajjiżi tal‑missjoni, waqt li jibqa’ joffri l‑għajnuna spiritwali u finanzjarja lil diversi missjonijiet biex iwettqu l‑proġetti tagħhom favur l‑ifqar fost il‑fqar. Mons. Salvinu qal li Malta għandha għax tkun kburija li għandha madwar 700 missjunarju barra minn xtutna u għalhekk huwa saħaq magħna l‑istudenti fuq il‑bżonn li nibqgħu nitolbu u ngħinu lil dawn ħutna Maltin li qed iservu lill‑Knisja barra minn xtutna. Mons. Salvino żied jgħid: “Kull darba li nżur pajjiż fqir nirrealizza kemm in‑nies ta’ dan il‑pajjiż huma ferħana bil‑ftit li għandhom; realtà mhux daqstant komuni f’pajjiżi sinjuri.” Għalhekk l‑iskop tal‑Knisja

Kattolika f’dawn il‑pajjiżi foqra mhuwiex biss biex ixxandar il‑Vanġelu ta’ Kristu, iżda li tkompli tgħin lil dawn in‑nies jgħixu ħajja diċenti u umana. Fil‑fatt, meta ngħinu biex tinbena Knisja f’dawn il‑pajjiżi, madwarha jinbnew ukoll skola, klinika, librerija, ċentru ta’ katekeżi u sala, ilkoll bl‑iskop li jedukaw lill‑poplu u jgħinu fil‑bżonnijiet meħtieġa ta’ kuljum. Mons. Salvinu rrakkonta kif meta kien qed iżur klinika Kattolika fiż‑Żambja huwa ltaqa’ ma’ tfajla ta’ 22 sena b’tarbija mejta f’idejha proprju għax f’dik il‑klinika ma kellhomx inkubatur għat‑trabi. Għalhekk, ejjew nilqgħu b’imħabba u ġenerożità kbira s‑sejħa ta’ Missio Malta biex inkomplu ngħinu lid‑diversi proġetti fl‑artijiet tal‑missjoni. Din is‑sena Missio Malta qed jitlobna ngħinu finanzjarjament proġett ta’ klinika Kattolika fl‑Uganda biex ikollha ambulanza kif ukoll dawk il‑bżonnijiet li tkun teħtieġ biex tkompli tgħin diversi pazjenti fil‑bżonn.

Grazia Magro u Leon Buttigieg


IT‑TIFEL LI KIEN JIMXI FUQ ĦABEL TAL‑INXIR Addattament tal‑istorja Claudia Cini. Illustrazzjoni ta’ Janet Vella. Żmien twil ilu, f’raħal ċkejken fl‑Italja ta’ Fuq kien jgħix tifel ta’ disa’ snin bl‑isem ta’ Ġwanni. F’dan ir‑raħal la kien hemm skola u lanqas qassis. In‑nies kien ikollhom jimxu ħafna biex imorru jisimgħu l‑quddies. B’hekk it‑tfal ma kienx ikollhom lezzjonijiet tal‑katekiżmu. Imma ta’ kull filgħaxija omm Ġwanni kienet tgħallem lil uliedha dwar Alla u l‑Madonna, u dwar kif kellhom ikunu tfal twajba.

Ġwanni xtaq li jirrakkonta l‑istejjer li kienet tgħidlu ommu lit‑tfal l‑oħra, imma dawn ma kinux ikunu jridu jisimgħu. Minflok kienu jippreferu jilagħbu. Wara li dam jaħseb ħafna, Ġwanni ġietu idea brillanti ta’ x’seta’ jagħmel biex lil sħabu jiġbidhom lejh u b’hekk joqogħdu jisimgħuh jirrakkonta dwar Alla u l‑Madonna. Għalhekk, mar jiġri jfittex lill‑mamà tiegħu.

Mamà, nista’ nissellef il‑ħabel tal‑inxir tiegħek? Nixtieq nitgħallem nimxi fuqu bħal dak ir‑raġel li rajna fiċ‑ċirklu.

Kollox sew ħudu, imma oqgħod attent u qis li torbtu fil‑baxx biex ma tweġġax.

7


Ġwanni rabat il‑ħabel tal‑inxir stirat u fil‑baxx bejn żewġ siġriet. Wara ħafna ġranet ta’ prattika, u wara ħafna tbenġil, Ġwanni rnexxielu jitgħallem jimxi fuq il‑ħabel stirat eżatt bħalma jagħmlu fiċ‑ċirklu. Ftit ftit beda jorbot il‑ħabel aktar fil‑għoli, sakemm kien għoli mhux ħażin. Ferħan, Ġwanni stieden lil sħabu jiġu jarawh miexi fuq il‑ħabel. Sħabu lkoll marru jarawh.

Xħin sħab Ġwanni nġabru fl‑għalqa, Ġwanni radd is‑salib u stedinhom jgħidu talba flimkien. Sħabu aċċettaw bil‑qalb. Wara, Ġwanni għamel il‑wirja tiegħu u mexa fuq il‑ħabel stirat fost iċ‑ċapċip ta’ sħabu. Saħansitra żifen ukoll fuq il‑ħabel stirat. Sħabu bdew jgħajtu li riduh jerġa’ jimxi fuq il‑ħabel stirat. Ġwanni dak li ried, imma qabel kellu pjan li ried iwettqu.

Erġa’ ... Erġa’ ... Erġà ... Dażgur li nerġa’, imma qabel irridkom tisimgħuni nkellimkom dwar Alla u dwar il‑Madonna.

8


Il‑ħbieb ta’ Ġwanni aċċettaw li jisimgħuh jitkellem u ntefgħu bilqiegħda fuq il‑ħaxix madwaru. Wara dakinhar Ġwanni qatt aktar ma kellu diffikultà biex jgħallem lil sħabu. Kien ċert ukoll x’ried Alla minnu. Xtaq isir qassis, imma kif seta’ jmur l‑iskola jekk kienu foqra? Għall‑bidu, qassis xiħ beda jgħallmu u meta kiber mar jgħix waħdu. Huwa kien imur l‑iskola matul il‑jum u jaħdem billejl.

Batejt ħafna ġuħ u kont inkun għajjien ħafna, imma sa fl‑aħħar irnexxieli nidħol il‑kulleġġ u nsir qassis.

Ġwanni sar magħruf man‑nies bħala Don Bosco. F’Turin, fejn kien mibgħut jaħdem, kien hemm ħafna tfal foqra bla dar, bla ikel u bla edukazzjoni. Huwa kien iqassmilhom il‑ġellewż u joqgħod ikellimhom. Xtaq isib mezz kif seta’ jgħinhom. Bil‑mod beda jagħtihom il‑lezzjonijiet, jgħallimhom jiktbu u jaqraw, u xi ċajta u logħba futbol ma kinux jonqsu wkoll. L‑akbar xewqa li kelli kienet li nibnilhom dar fejn joqogħdu. Sibt ħafna nies twajba li tawni l‑flus u stajt nibnilhom dar, skola u knisja. Bl‑għajnuna ta’ xi qassisin u xi ġuvintur konna ngħinuhom. Waqqafna soċjetà u sejjaħna lilna nfusna Salesjani.

9


Aħbarijiet mid‑dinja kollha BL‑INSIĠ ISALVAW IL‑ĦAJJIET

luf ta’ trabi madwar id‑dinja jitwieldu b’toqob E f’qalbhom (blue babies). Grupp ta’ nisa Ajmarani li ġejjin mill‑Amerika t’Isfel ingħaqdu flimkien biex

isalvaw lil dawn it‑trabi u tfal biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja normali. Huma qed jużaw it‑tradizzjoni indiġena tagħhom tal‑insiġ għal dan il‑għan. F’La Paz fil‑Bolivja dawn in‑nisa qed jinsġu impjant ċkejken li jirranġa d‑difett fil‑qalb. Il‑bniet kollha Ajmarani jitgħallmu jinsġu sa minn età żgħira kemm mingħand ommijiethom kif ukoll mill‑iskola. Hija teknika diffiċli ħafna li ilha teżisti għal sekli sħaħ, imma bil‑mod il‑mod il‑bniet kollha jitgħallmuha. Dan l‑impjant

huwa delikat wisq biex jintiseġ bil‑magni, għalhekk dawn in‑nisa professjonali jinsġuh bl‑idejn minn ħajta waħda biss tan‑nikil. Dan wara li jkunu ħadu erba’ xhur taħriġ biex jipperfezzjonaw it‑teknika fil‑laboratorji. L‑impjant jivvjaġġa minn ġol‑vini tad‑demm sakemm jasal ħdejn il‑qalb, isib it‑toqba u jagħlaqha. Din il‑proċedura sservi tul il‑ħajja kollha tal‑pazjent. Kull xahar 40 mara jinsġu bejn 250 u 300 impjant. S’issa l‑kumpanija PFM SRL biegħet 7,000 impjant fl‑Amerika Latina, l‑Ewropa u Lvant Nofsani. PFM SRL qiegħda tagħti donazzjoni ta’ impjant għal kull impjant ieħor li jinbiegħ.

AQDEF BIEX TILĦAQ s‑sensi tiegħek b’vista, b’ħoss u b’riħa “ Imla tal‑Kambodja, bil‑panorama sabiħa tagħha

u b’kultura kkulurita, inti u taqdef ir‑rota matul it‑toroq bit‑trab. Fl‑istess ħin aħseb kif dan kollu jista’ jgħin biex itejjeb il‑ħajja tat‑tfal Kambodjani u l‑edukazzjoni tagħhom.” Dan huwa s‑slowgan li Missio Awstralja, taħt it‑tmexxija tad‑Direttur Nazzjonali Dun Brian Lucas, nedew għall‑inizjattiva bl‑isem ‘Ride To Reach Out’. L‑għan ta’ din l‑inizjattiva hu li jinġabru fondi għall‑proġetti li qed isiru fil‑Kambodja. L‑isfida b’kollaborazzjoni ma’ ‘Inspired Adventure’, hi li l‑parteċipanti jaqbdu rota minn Siem Reap u jsuqu lejn il‑kapitali Phnom Penh. Matul din l‑avventura, iċ‑ċiklisti ser ikollhom l‑opportunità li jaraw il‑proġetti ta’ edukazzjoni li Missio qed jisponsorja. Attrazzjonijiet oħra jinkludu t‑tempju Angkor Wat u vjaġġ bil‑vapur fuq ix‑xmara Tonle Sap. Żġur li din ser tkun

10

esperjenza li ma tintesiex għal dawk kollha li ser jieħdu sehem. Għal min hu interessat, din il‑qadfa bir‑roti saret bejn il‑15 u s‑26 ta’ Novembru 2017.


Aħbarijiet mid‑dinja kollha SIĠĠIJIET BIR‑ROTI GĦALL‑IFQAR FOST IL‑FQAR aritas Perù flimkien ma’ ‘Gerenza for Social C Development’ ser jagħtu 350 siġġu tar‑roti lil persuni diżabbli madwar il‑pajjiż kollu. Il‑Ġermaniż

Hans Peter Dentler, il‑fundatur ta’ Gerenza, li twaqqfet fis‑sena 1999, ser iqassam dawn is‑siġġijiet tar‑roti matul il‑kampanja ‘Siġġijiet tar‑Roti għall‑Ifqar Fost il‑Fqar’. Mis‑sena 2001 s’issa, dan il‑programm għen aktar minn 26,000 persuna diżabbli f’diversi pajjiżi differenti, fosthom is‑Sri Lanka, is‑Serbja, il‑Malasja, ir‑Rumanija, it‑Turkija, il‑Kenja, ir‑Rwanda, il‑Kongo, l‑Afganistan, El Salvador, il‑Bolivja, il‑Perù u n‑Nikaragwa. Minbarra siġġijiet bir‑roti tqassmu wkoll bsaten, krozzi u ‘walkers’ li tejbu ħafna l‑ħajja ta’ dawn il‑persuni bi bżonnijiet speċjali. Din is‑sena qed jipparteċipaw għaxar Djoċesijiet Peruvjani, li huma responsabbli biex minn qabel jagħżlu lil dawk il‑persuni li ser

jibbenefikaw minn din il‑kampanja. S’issa Caritas Perù għenet sitt elef persuna diżabbli u fqira.

TFAL ĦADDIEMA l‑gvern tal‑Możambik qal li kawża Imal‑1,400,000 tal‑faqar u s‑salarji baxxi, fil‑pajjiż hemm tifel u tifla ħaddiema. Matul

il‑preżentazzjoni ta’ stħarriġ li għamlet l‑Università lokali Eduardo Mondlane, dwar l‑isfruttar tat‑tfal, l‑awtoritajiet talbu lista ta’ xogħlijiet perikolużi biex jipproteġu lit‑tfal. Skont l‑istudju, it‑tfal u l‑adoloxxenti jaħdmu f’suq illegali u li aktarx biex jgħinu fil‑manteniment tal‑familja. Fost ix‑xogħlijiet li fihom jaħdmu t‑tfal hemm ġewwa bars u ristoranti, fl‑għelieqi tal‑familja u fis‑settur tas‑sajd. Hemm imbagħad persentaġġ żgħir li jagħmlu xi xogħlijiet domestiċi. L‑età li t‑tfal jistgħu jibdew jaħdmu fil‑Możambik hija ta’ tmintax‑il sena, iżda

il‑liġi tax‑xogħlijiet tippermetti li tfal ta’ ħmistax‑il sena jistgħu jibdew jaħdmu.

Voluntiera Missio għandhom bżonn Kobob tas‑Suf sabiex jaħdmu: Ingwanti, Skufji, Xalel u Kalzetti biex jintbagħtu lit‑tfal foqra li jgħixu f’artijiet kesħin. GRAZZI.

11


Niltaqgħu ma'

Stampa: ©Yan Mensah

Mariama (storja vera) isimni Mariama u għandi ħmistax‑il sena. Jtal‑Ghana Ġejja mir‑raħal ta’ Tamale fit‑Tramuntana u jiena min‑nisel tat‑tribù Dagomba.

Ilni ngħix fil‑belt ta’ Accra aktar minn sena u matulha darba biss mort id‑dar. Norqod ġo kamra f’mandraġġ flimkien ma’ għaxart ibniet oħra. Il‑kera tal‑kamra tiswa ftit aktar minn dollaru u nofs (€1.40) fil‑ġimgħa u naqsmuha bejnietna l‑għaxra. Xi kultant niekol tajjeb ħafna, xi daqqiet mhux daqstant u drabi oħra ma niekol xejn! L‑aktar ħaġa għażiża li għandi fil‑pussess tiegħi hija banju tal‑enamel. Dan għax il‑banju huwa ħajti. Fih nistrieħ matul il‑jum u norqod matul il‑lejl. Nużah biex inġorr ix‑xirjiet li jagħmlu l‑konsumaturi tas‑suq fih sa ma nwassalhomlhom fejn jixtiequ. Nużah ukoll biex ninħasel u biex naħsel ħwejġi fih. Dan il‑banju tal‑enamel huwa l‑uniku għodda tiegħi biex naqla’ xi ħaġa tal‑flus. F’ġurnata ‘tajba’, jiġifieri meta nsib ix‑xogħol, naqla’ madwar dollaru (€ 0.92) kuljum, minn 12

sbieħ il‑jum sad‑dlam. Fil‑banju npoġġi minn kollox, ħaxix u frott, prodotti tal‑merċa u anke għodda li jkunu xtraw il‑konsumaturi. Imbagħad inpoġġih fuq rasi u nimxi jew sad‑dar jew sat‑trasport tax‑xerrejja. Wara jħallsuni u nerġa’ lura lejn is‑suq bit‑tama li nsib lil xi ħaddieħor li jkollu bżonn is‑servizz tiegħi. Il‑problema li għandna jiena u sħabi hi mal‑gwardjani tal‑belt, għaliex dawn spiss iwaqqfuna u jitolbuna nuruhom prova li nkunu ħallasna t‑taxxa tal‑ġurnata. Din tiswa madwar 20 ċenteżmu tad‑dollaru (€ 0.18). F’każ li ma nkunux ħallasna t‑taxxa, jeħdulna l‑banju sakemm immorru l‑kunsill tal‑belt u nħallsu l‑multa li hi ftit aktar minn dollaru u nofs (€1.40). Ta’ kuljum qed nikber aktar b’saħħti u fi żmien qasir ser inkun kapaċi nġorr xirjiet tqal speċjalment tal‑ikel. Bħalissa, kapaċi nġorr fuq rasi tagħbija ta’ 50 kilo. Qed ikolli ħafna wġigħ f’dahri u xi kultant għonqi jeħel u lanqas inkun nista’ nċaqilqu. L‑isbaħ ġurnata tal‑ġimgħa hi l‑Ħadd, għaliex dakinhar is‑suq ma jiftaħx.


Dakinhar, aħna nilbsu l‑aħjar ilbies tagħna, nagħmlu xagħarna pulit u noħorġu niltaqgħu ma’ tfajliet oħra raħħala bħalna. Tgħidx kemm niżfnu u nidħku. Sirna ħbieb tal‑qalb u ngħinu ħafna lil xulxin. Ta’ kull ġimgħa nibgħat il‑flus lill‑familja tiegħi.

Dan nagħmlu billi mmur fil‑venda tal‑karozzi tal‑linja, insib lil xi ħadd li jkun sejjer lejn Tamale, li nafu u li nista’ nafdah, u nibgħat il‑flus miegħu. Naħseb li meta nerġa’ lura lejn id‑dar, ma nerġax lura lejn Accra, għalkemm hemm ma naqla’ xejn u hawn naqla’ x’niekol u jkolli wkoll x’nibgħat id‑dar.

AGĦTI RIGAL LIT‑TFAL JEW NEPUTIJIET TIEGĦEK ‘TFAL MISSJUNARJI’ huwa l‑uniku magażin bil‑Malti għat‑tfal fl‑iskejjel primarji. Fih issibu tagħrif dwar il‑Missjoni, aħbarijiet, esperjenzi, ġografija, logħob, krafts u tisjir, fost oħrajn. Abbona billi timla l‑formola t’hawn taħt. Ħu gost aqra u tgħallem, u fl‑istess ħin tkun qed tgħin lit‑tfal fil‑Missjoni.

FORMOLA TA’ ABBONAMENT FI TFAL MISSJUNARJI Isem u kunjom: ___________________________________________________________________________ Età: _______________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________________ ______________________________ Kodiċi Postali: _______________________ Tel:___________________________ Mob: __________________________

Imejl:______________________________________________________________

Skola: __________________________________________________________________ Sena:__________________________ Nixtieq nirċievi l‑magażin l‑iskola

Nixtieq nirċievi l‑magażin id‑dar bil‑posta

Prezz ta’ 8 ħarġiet: €5 bl‑idejn jew €7 bil‑posta. Jingħata rigal ta’ tifkira lil kull min jabbona għal sena. Imla l‑formola u ibgħatha ma’ ċekk pagabbli lil Missio Malta fuq: Abbonamenti Tfal Missjunarji Nru. 7, Missio, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 13


Logħob bil‑Kompetizzjoni Jannar 2018

Waħda mit‑tweġibiet tajbin ta’ kull kompetizzjoni tirbaħ kupun ta’ €5 mill‑ħanut ta’ Missio Faith, Hope & Charity. Ibgħat il‑kelma u/jew is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ Iż‑żewġ ismek, kunjomok, l‑età u kompetizzjonijiet l‑indirizz u ibgħathom hekk: jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp. Kompetizzjonijiet, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171.

TFAL MISSJUNARJI

. . 1. Sib il‑messagg sigriet Billi tuża t‑tabella tal‑ġenb, daħħal l‑ittri minflok in‑numri biex tiskopri l‑messaġġ sigriet. Eżempju: 1=A, K=15, X=28. ‑ 12 16

’ 2

1

22

4

24

1

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

A

B

Ċ

D

E

F

Ġ

G GĦ H

11 12 13 14 15 16 17 18 19 20

14

1

18 18

1

22

12 21

1

28 28

‑ 7

12 16

4

12 16

1 .

11 17

1

22

22

Ħ

I

IE

J

K

L

M

N

O

P

21 22 23 24 25 26 27 28 29 30 Q

R

S

T

U

V

W

X

Ż

Z

Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Novembru 2017 Ħarġa nru. 57. .. 1. Sib il‑messagg sigriet

2. Sib it‑triq

IS‑SAJF TA’ SAN MARTIN IL‑BIEDJA TIFRAĦ BIH. 2. Sib it‑triq

Għin lis‑Slaten Maġi jaslu sa fejn l‑istilla. Ibda mill‑fetħa ta’ fuq u spiċċa fil‑fetħa tan‑nofs.

ISEM U KUNJOM: ______________________________________________ _____________________________ ETÀ:____________________________ INDIRIZZ: ____________________________________________________ _____________________________ KODIĊI POSTALI: _______________ SKOLA: _____________________________________________________ 14

Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Laura Morino minn Marsaskala u Klementa Abela miż-Żejtun. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom.


Ħaddem Idejk

INSAJRU BIL‑GĦAQAL MA’ FONZU L‑FENEK

8.

PROPONIM

ENTI 2018

15


Talba Missjunarja tat‑Tfal O Mulej, għinna biex nimxu miegħek u biex ngħixu l‑missjoni tiegħek fid‑dinja tal‑lum. Għinna biex inxandru l‑bxara t‑tajba ta’ ibnek Ġesù sat‑trufijiet tad‑dinja. Iftħilna qalbna għat‑tfal li huma fil‑bżonn, li huma morda u li jgħixu mingħajr paċi. Permezz tat‑talb u l‑azzjonijiet tagħna, jalla ħutna fil‑missjoni jsiru jafu bl‑imħabba ta’ Ġesù. Aħna nressqu din it‑talba lejk Mulej Alla tagħna, għaliex nafu kemm inti dejjem tħobbna. Ammen. 16


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Tfal Missjunarji - January 2018 by Missio Malta - Issuu