Skip to main content

Tfal Missjunarji Gunju 2021

Page 1

TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No.88

Ġunju 2021

Matul is‑sena skolastika 2020/2021 dan il‑magażin ser jitqassam b’xejn.

90

sena ħidma għall‑missjoni

Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.

(V0/1178)

2 Editorjal | 2 Messaġġ Mill‑Koordinaturi | 4 Kalendarju Għal Matul Is‑Sajf | 6 Attivitajiet Fl‑Iskejjel | 8 Paġna Logħob


RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU. ĦARĠA SPEĊJALI TA' ĠUNJU.

Għeżież Tfal,

Kif intom? Għadda xahar ieħor u rġajna ltqajna. Sfortunatament din ser tkun l‑aħħar darba li ser niltaqgħu għal din is‑sena skolastika 2020/2021. Nittama li minkejja d‑diffikultajiet kollha li ġabet magħha din is‑sena, speċjalment minħabba l‑pandemija tal‑COVID‑19, kellkom sena tajba u produttiva. Żgur li s‑snin 2020 u 2021 ser nibqgħu niftakruhom. Kulħadd għandu xi storja partikolari x’jirrakkonta; intom l‑istudenti kellkom tagħmlu xi ġimgħat titgħallmu onlajn, xi ġenituri kellhom jaħdmu mid‑dar, min inqabad xi ġranet fi kwarantina mandatorja u min ħakmitu l‑imxija, u min ukoll esperjenza xi mewt fil‑familja kawża tal‑pandemija. Imma l‑ħajja trid tkompli u lkoll kemm aħna, kbar u żgħar irridu nħarsu ’l quddiem.

Kif qed taraw fuq il‑faċċata tar‑rivista rġajna għat‑tielet darba ġibna xi tpinġijiet minn tagħkom it‑tfal li bgħattulna relatati mal‑kompetizzjoni li kellna. Kollha kienu sbieħ u kien diffiċli ħafna li nagħżlu l‑isbaħ. Però lkoll ser jirċievu rigal żgħir ta’ tifkira mingħand MissioTfal. Inħeġġiġkom issa biex tieħdu sehem fil‑kompetizzjoni tas‑sajf li għandna ppreparata għalikom. Aktar dettalji tistgħu ssibuhom fil‑paġna li jmiss. Fiż‑żewġ paġni tan‑nofs, għandkom issibu speċi ta’ logħba għal matul is‑sajf. Ma’ kull ġimgħa hemm abbinata attività. Araw kemm jirnexxilkom tagħmlu minn dawn l‑attivitajiet. Nieħdu gost ħafna nisimgħu mingħandkom u tgħidulna kif mortu.

MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATRIĊI TA’ MISSIO TFAL Nancy Camilleri

Ħelow Tfal, Dan huwa l‑aħħar messaġġ tiegħi għal din is‑sena skolastika. Issa fadlilkom l‑aħħar ftit jiem ta’ skola. Uħud minnkom għandkom l‑eżamijiet u naħseb li qed tistudjaw ħafna għalihom. U tagħmlu sew!

Qabel inħallikom infakkarkom sabiex ma tinsew qatt titolbu għat‑tfal fil‑missjoni, għaliex dawn la għandhom min iħobbhom, la x’jieklu, la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la mediċini, la skola fejn jitgħallmu, u ħafna minnhom lanqas ġenituri! U kontu tafu li ħafna minnhom lanqas biss qatt semgħu dwar Ġesù?! Insellmilkom u nawguralkom is‑sajf it‑tajjeb. Komplu segwu ’l MissioTfal fuq il‑pjattaformi tal‑midja soċjali għal aktar aħbarijiet, attivitajiet u kompetizzjonijiet. Jekk il‑Bambin irid nerġgħu niltaqgħu f’Ottubru li ġej,

Claudia Stampa tal‑faċċata: Stampa magħmula mill-plasticine minn Amelia Glanville. Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Missio Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Tel: 21236962 | Imejl: nancy@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 1:00pm Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, Rabat Għawdex. Tel: 21550267 | Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (V0/1178)

Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi: John Caruana Pubblikazzjoni: Missio [Uffiċċju Missjunarju] © Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.

2

Prezz 50ċ l‑ħarġa. Għal din is‑sena biss ser inkunu qed inqassmu dan il‑magażin b’xejn lit‑tfal kollha ta’ Malta u Għawdex li jattendu fl‑iskejjel primarji u dawk medji.

Però issa waqt il‑vaganzi tal‑iskola ser nerġa’ nħeġġiġkom tieħdu sehem f’kompetizzjoni oħra. Naf kemm tħobbuhom u tipparteċipaw fihom. Għalhekk dan is‑sajf ser nerġgħu nagħmlu oħra. Din id‑darba nixtieqkom tpinġu dak li tixtiequ u toħolmu li ssiru jew li jseħħ la tikbru. Bħal pereżempju tixtieq tkun tabib/a u tixtieq tmur


EZEMPJI SBIEH Grazzi mill‑qalb tal‑bolol li tajtu lil Missio Tfal. Dawn jinbiegħu lill‑kollezzjonisti u l‑qligħ minnhom imur b’risq proġetti fil‑missjoni. f’xi pajjiż tal‑missjoni biex tgħin in‑nies f’xi sptar. Jew li meta tikber tixtieq li l‑baħar ikun aktar nadif. Tfal, nixtieq tpinġija li fiha tesprimu dak li toħolmu u tixtiequ. Tistgħu tpinġu biex tridu, bil‑lapsijiet, biż‑żebgħa jew tistgħu wkoll tagħmlu ‘collage’. Inħalli f’idejkom!

F’isem MissioTfal nixtieq nawgura lill‑papajiet kollha tagħkom l‑isbaħ xewqat fil‑festa ddedikata lilhom. Nixtiqilhom ħafna barkiet, saħħa, paċi u kuntentizza. Saħħa tfal; niltaqgħu f’Ottubru li ġej. Is‑sajf it‑tajjeb u ta’ mistrieħ lil kulħadd.

Dawn it‑tpinġijiet u disinji ser nippubblikawhom fuq Tfal Missjunarji tas‑sena d‑dieħla. Kull min jieħu sehem jirċievi rigal ta’ tifkira. Ħudu ritratt tax‑xogħol tagħkom u ibagħtuh sal‑Ġimgħa 30 ta’ Lulju 2021 fuq l‑indirizz elettroniku: nancy@missio.org.mt Nistennew mingħandkom tfal. Inħeġġukom ukoll biex tidħlu fuq il‑websajt ta’ Missio Malta u fis‑sessjoni ddedikata lil Missiotfal fuq: www.missio.org.mt 3


KALENDARJU GĦAL MATUL IS‑SAJF

Hawn 16‑il attività, waħda kull ġimgħa. Ipprova sib imqar ġurnata waħda fil‑ġimgħa biex tagħmel l‑attività mniżżla. Aktar ma tagħmel attivitajiet matul il‑ġimgħa aħjar. Kull attività li tagħmel tikseb 5 punti. Ara kemm ser jirnexxilek tikseb punti sakemm terġa’ tibda l‑iskola.

4

ĠIMGĦA

ATTIVITÀ

1 (6‑12 ta’ Ġunju)

Bdew in‑nofstanhari – sib ħin biex taqra aktar.

2 (13‑19 ta’ Ġunju)

Żmien l‑eżamijiet – studja ħalli tmur tajjeb.

3 (20‑26 ta’ Ġunju)

Żmien l‑eżamijiet – agħmel reviżjoni ta’ dak li studjajt.

4 (27 ta’ Ġunju‑3 ta’ Lulju)

Bdew il‑vaganzi – ħu ħsieb irranġa kamartek u armi li m’għandekx bżonn.

5 (4‑10 ta’ Lulju)

Ipprova sib ħin biex titlob għal min hu bil‑ġuħ.

6 (11‑17 ta’ Lulju)

Sib ħin biex tagħmel kartolina b’messaġġ għal xi ħadd li tħobb.

7 (18‑24 ta’ Lulju)

Din il‑ġimgħa ddedikaha biex tgħin aktar fix‑xogħol tad‑dar.

8 (25‑31 ta’ Lulju)

Agħmel kraft utli bħal ‘pencil holder’ jew ‘mobile holder’.


ĠIMGĦA

ATTIVITÀ

9 (1‑7 ta’ Awwissu)

Ftakar f’dawk li m’għandhomx saqaf fuq rashom u itlob għalihom.

10 (8‑14 ta’ Awwissu)

Ipprova ikteb storja qasira jew poeżija.

11 (15‑21 ta’ Awwissu)

Sib ħin u aqra silta mill‑Bibbja jew storja mill‑Bibbja tat‑tfal.

12 (22‑28 ta’ Awwissu)

Ikteb ittra ferriħija lil xi ħabib/a jew qarib/a li ilek ma tara.

Għid grazzi lill‑familjari u urihom 13 (29 ta’ Awwissu ‑ 4 ta’ li tapprezza dak kollu li jagħmlu Settembru) miegħek. 14 (5‑11 ta’ Settembru)

Aqdi lil xi ħadd biex ittaffilu mix‑xogħol li għandu. Pereżempju sajjar xi ħaġa jew agħmel ix‑xirja.

15 (12‑18 ta’ Settembru)

Itlob għat‑tfal li jixtiequ jmorru l‑iskola, imma m’għandhomx l‑opportunità.

16 (19‑25 ta’ Settembru)

Daqt tibda l‑iskola – ipprepara l‑uniformi u l‑basket tal‑iskola.

Punti miksuba: 0‑70 punt: Stajt għamilt ftit iktar sforz, imma taqtax qalbek, ibqa’ pprova anke fix‑xhur li ġejjin. 70‑100 punt: Tajjeb ħafna; irnexxielek tagħmel ħafna affarijiet tajbin matul il‑vaganzi tas‑sajf. Ipprova kompli segwi dawn l‑attivitajiet anke fix‑xhur li ġejjin. Aktar minn 100 punt: Prosit tassew! Mort tajjeb ħafna. Ibqa’ sejjer hekk ħalli tkun kuntent inti u ta’ madwarek. Kompli b’dawn l‑attivitajiet fix‑xhur li ġejjin. 5


SESSJONIJIET TA’ KULTURA U KRAFTS CHINESE TRADITIONAL FESTIVALS

T

he Year 5 and the Year 6 classes at Pembroke Primary School had the wonderful opportunity to take part in sessions held by Ms. Nancy Camilleri from Missio Malta. The sessions aimed to teach about different cultures and traditions around the world, whilst promoting the work of the Missio organisation which helps poor and disadvantaged territories. The last session held in April, gave a glimpse of the Chinese traditional festivals, mainly focusing on the Chinese New Year and the Chinese Lantern Festival. The children 6

learnt about customs held to celebrate the festivals, such as the dragon dances, letting off firecrackers and traditional food, like dumplings. They also discovered about the Lantern Festival held traditionally on the last day of the Chinese New Year Period. During this time, it is traditional for the children to go out during the evening, carrying paper lanterns and solve riddles. As explained during the session, by time, lanterns have been embellished with complex designs, often red, symbolizing good fortune. These are released into the air, representing the people

letting go of the past and moving on to the future year. Following this interesting information, a craft activity was held. The children were given step by step instructions to create their own lantern. The children were enthusiastic to see a piece of cardboard turning out to be a colourful lantern. After the session, the children grew inquisitive and looked up more information about China and its traditions. Once again we thank Ms. Nancy and Missio Malta for this opportunity. Ms. Hannah Micallef


TIFEL JITLOBNI DONAZZJONI GĦAL ‘BOOKMARK’ LI GĦAMEL GĦALL‑MISSJONI

i ġimgħat ilu ltqajt ma’ X familja, u wieħed mit‑tfal tagħha, tifel li għandu tmien snin, urieni ‘bookmark’, staqsieni jekk togħġobnix u f’każ li togħġobni nagħtih donazzjoni. Għall‑bidu l‑ġenituri dehru xi ftit imbarazzati, iżda jien tlabt lit‑tifel jgħidli iktar dwar din il‑‘bookmark’. Tajjeb li ngħid li din il‑‘bookmark’ kienet tidher li hija magħmula bl‑idejn,

jiġifieri mhux stampata, anke għax kienet tidher oriġinali. Kienet ukoll sabiħa fid‑dehra. Dan it‑tifel imur l‑iskola Primarja tal‑Konservatorju tal‑Isqof, fir‑Rabat, Għawdex. It‑tifel qalli li s‑Surmast tal‑iskola kien talab lit‑tfal kollha biex jagħmlu xi ħaġa artiġjanali, kif jafu huma, imbagħad jitolbu lil xi ħadd jagħtihom donazzjoni u dawn il‑flus jeħduhom l‑iskola biex jinġabru għall‑missjoni ħalli jkunu jistgħu jixtru l‑ikel lit‑tfal fil‑pajjiżi foqra li ma jkollhomx x’jieklu. Din l‑attivitá li organizza dan is‑Surmast laqtitni ħafna għaliex biha kien qiegħed joħloq kuxjenza missjunarja f’dawn it‑tfal; kien qiegħed jgħinhom jiftakru fi tfal oħra li ma kinux daqshekk ixxurtjati daqshom. Iżda barra minn hekk kien qiegħed ukoll jedukahom biex jaħsbu fl‑oħrajn, filwaqt li jgħinhom jiskopru u jħaddmu l‑ħiliet tagħhom artistiċi. Quddiem din il‑proposta ma stajtx nibqa’ indifferenti u daħħalt idi fil‑but u tajtu donazzjoni li biha ridt nuri lit‑tifel mhux biss ix‑xewqa li ngħin il‑missjoni, iżda wkoll li nurih li apprezzajt ħafna x‑xogħol tiegħu kif ukoll l‑inizjattiva ta’ din l‑iskola. Kif tajtu d‑donazzjoni wiċċ it‑tifel xegħel bil‑ferħ u l‑għada l‑ġenituri tiegħu qaluli kemm it‑tifel tagħhom mar ferħan l‑iskola biex jgħaqqad id‑donazzjoni tiegħu

mad‑donazzjonijiet li sħabu tal‑klassi kienu ġabru. Għeżież tfal, qiegħed nirrakkonta din l‑istorja li ġrat lili għax dak it‑tifel żgħir għallimni li dejjem nistgħu nagħmlu xi ħaġa għall‑missjoni, ukoll jekk personalment ma jkollniex flus. Nistgħu nagħmlu bħal din l‑iskola, nagħmlu xi krafts u wara nitolbu donazzjoni lil xi ħadd u nagħtuh l‑oġġett li b’imħabba kbira inkunu għamilna. Min‑naħa tiegħi nista’ ngħidilkom li din il‑‘bookmark’ poġġejtha fil‑ktieb ta’ talb li ngħid ta’ kuljum, u hekk niftakar nitlob għalikom it‑tfal u għat‑tfal tal‑missjoni. Però, żammejtha hemm ukoll biex ta’ kuljum tfakkarni f’dik it‑tbissima tat‑tifel u dak il‑wiċċ imdawwal tiegħu hekk kif irċieva d‑donazzjoni tiegħi, u nimtela bil‑ferħ u l‑paċi tal‑qalb. Dun Renato Borg – kordinatur ta’ MissioTfal f’Għawdex

7


PAĠNA LOGĦOB ĠUNJU 2021

Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, Iż‑żewġ kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk: kompetizzjonijiet Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, jistgħu jintbagħtu Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, fl‑istess invilopp. il‑Mosta MST 4128

1. QABBEL ID‑DELL Sib id‑dell ta’ kull stampa u qabblu mal‑istampa tal‑kulur billi tagħmel linja minn stampa għall‑oħra. Tnejn mit‑tweġibiet tajbin jirbħu basket tal‑iskola.

2. SIB ID‑DIFFERENZA Ħares sew lejn dawn iż‑żewġ stampi u ara jirnexxilekx issib 10 differenzi bejn stampa u oħra. Immarka dawn id‑differenzi b’ċirku jew salib. Waħda mit‑tweġibiet tajbin tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut Faith, Hope & Charity fil‑Belt Valletta.

Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ APRIL 2021 – Ħarġa Nru. 86. 1. QABBEL ID‑DELL

2. SIB ID‑DIFFERENZA Isem u Kunjom: ________________________________ _______________________________________________ Età:______________________________________________ Indirizz:__________________________________________________ __________________________________________________ _____________________________________________________

Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Elena Caruana minn Birkirkara, Caden Vella mill‑Mellieħa u Dejan Zammit mill‑Kappara.

Kodiċi Postali:_______________________________________ Skola: __________________________________________

Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom. 8


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Tfal Missjunarji Gunju 2021 by Missio Malta - Issuu