TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No. 69
Matul is‑sena skolastika 2018/2019 dan il‑magażin ser jitqassam b’xejn.
Frar 2019
tfal@missio.org.mt 2 Editorjal
|
| www.missio.org.mt | 2123 6962 | 7 Triq il‑Merkanti, Valletta | 7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex 2 Messaġġ Mill‑Koordinaturi
|
4 It‑Tigra Tad‑Deheb
|
6 Ir‑Rigali
|
8 Paġna Logħob
RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU
Għeżież tfal,
EDITORJAL
Kif intom? Kemm jgħaġġel iż‑żmien, hux tassew? Diġà ninsabu fit‑tieni xahar tas‑sena, fl‑eqqel tax‑xitwa u tista’ tgħid f’nofs is‑sena skolastika. Bħalissa tinsabu għaddejjin bl‑istudji tagħkom u bir‑rutina tas‑soltu, iżda naf li qed tistennew bil‑ħerqa l‑vaganzi tal‑Karnival, li din is‑sena ġejjin aktar tard mis‑soltu!
Ngħid għalija, meta nibdew dan ix‑xahar niftakar fil‑festa ta’ San Valentinu, nhar l‑14 ta’ Frar. Ħafna jsibu din il‑festa bħala l‑Festa tal‑Maħbubin. Maħbubin ma tfissirx biss l‑imħabba bejn ġuvni u tfajla jew bejn raġel u mara, imma mħabba lejn kulħadd. Imħabba lejn il‑ġenituri, in‑nanniet, l‑aħwa, il‑kuġini u l‑ħbieb, iżda fuq kollox imħabba lejn dawk li ma nafux u lejn min ma jaqbilx magħna. Għalhekk, tajjeb li nuru l‑imħabba tagħna lejn it‑tfal fil‑missjoni u niftakru fihom fit‑talb tagħna, filwaqt li nwarrbu xi ħaġa żgħira għalihom, għax dawn la għandhom min iħobbhom, la x’jieklu, la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la mediċini, la skola fejn jitgħallmu u ħafna minnhom lanqas ġenituri! U kontu tafu li huma ħafna dawk li qatt ma semgħu b’Ġesù?! Insellmilkom u niltaqgħu x‑xahar id‑dieħel,
Claudia
Missio (Uffiċċju Missjunarju): Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171. Tel: 21236962 Imejl: tfal@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm, Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm Missio (Uffiċċju Missjunarju): Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, Rabat Għawdex. Tel: 21550267 Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi: John Caruana Pubblikazzjoni: Missio [Uffiċċju Missjunarju (V0/1178)]
© Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.
Prezz 50ċ l‑ħarġa. Għal din is‑sena biss ser inkunu qed inqassmu dan il‑magażin b’xejn lit‑tfal kollha ta’ Malta u Għawdex li jattendu fl‑iskejjel primarji u dawk medji.
DONAZZJONIJIET
50617374 – €2.33 | 50618820 – €6.99
2
(Tfal taħt is‑16‑il sena huma mitluba jiksbu permess mingħand il‑ġenituri/ legal guardians tagħhom).
MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATRIĊI TA’ MISSIO TFAL Nancy Camilleri
K
elma li kulħadd jitkellem fuqha dan l‑aħħar hija l‑kelma ‘Paċi’. Għalkemm kulħadd jixtieq li fid‑dinja kollha ssaltan il‑paċi, hawn min donnu jfixkel. Hawn min jaħseb li għax hawn diversi kulturi u razez ta’ nies differenti, għandha tinħoloq gwerra. Qisu hawn min jaħseb li jekk titkellem u tgħix ma’ dawn in‑nies ser titlef xi ħaġa. B’dawn il‑ħsibijiet tibda tinbena klima ta’ gwerra. Biex inġibu l‑paċi rridu nifhmu xi ġġib il‑gwerra. Bħalma jgħid Papa Franġisku, il‑gwerra tfisser tfal, nisa u anzjani fil‑kampijiet tar‑refuġjati għax bla djar. Tfisser ambjent imfarrak, immigrazzjoni min‑nies li jittamaw li jkollhom ħajja aħjar f’pajjiżi oħra, u allura firda minn dawk li jħobbu, u li tgħix fil‑biża’. Imma aħna kif ser inġibu l‑paċi? Ġesù qal: “Henjin dawk li jġibu l‑paċi ...” Dan nistgħu nagħmluh fil‑ħajja tagħna ta’ kuljum billi naraw lill‑oħrajn proxxmu bħalna u ngħinu kemm nistgħu kull fejn inkunu. Irridu nindunaw
li kulħadd għandu qalb bħal tagħna u għalhekk iħoss bħalna. Kulħadd jieħu gost b’min jisimgħu, iħenn għalih u jħobbu. B’dan il‑mod, mhux talli nkunu qed niżirgħu l‑paċi, imma nwasslu lil Alla stess lill‑oħrajn permezz tal‑imħabba.
Dak li għadda:‑ Fit‑22 ta’ Diċembru ngħaqad magħna ‘Father Christmas’ flimkien mal‑orkestra nazzjonali fejn dorna mat‑toroq tal‑Belt Valletta nqassmu r‑rigali għal donazzjoni. Kienet esperjenza sabiħa fejn kemm it‑tfal u sew il‑kbar ħadu gost, għax b’donazzjoni żgħira b’risq Missio setgħu jakkwistaw rigal.
Fit‑28 ta’ Diċembru organizzajna festin għal madwar 30 tifel u tifla. Bdejna bil‑film ‘The Grinch’ fl‑Embassy il‑Belt Valletta. Wara, iż‑żgħar marru dawra bil‑ferrovija, filwaqt li dawk ftit akbar fl‑età lagħbu ‘archery’. Kulħadd ħa gost meta fl‑aħħar kellna l‑festin fis‑sala ta’ Missio, il‑Belt. Fl‑aħħar kellna wkoll sorpriża minn ‘Father Christmas’, meta qassam ir‑rigali lil kulħadd.
Il‑laqgħa li jmiss ta’ MissioTfal ser issir nhar il‑Ġimgħa 22 ta’ Frar 2019 fl‑uffiċċju ta’ Missio l‑Belt Valletta, fl‑4:30pm. Aktar dettalji fuq nancy@missio.org.mt jew 20330015. Narawkom!
MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATUR TA’ MISSIO TFAL GĦAWDEX – Dun Renato Borg li fiha jinsabu ħafna tfal fl‑artijiet tal‑missjoni.
Għ
all‑bidu ta’ Diċembru ntbagħtet stedina lit‑tfal tal‑klabb, liema stedina dehret ukoll fi ‘Tfal Missjunarji’. L‑attività ta’ nofstanhar saret fiċ‑Ċentru Pastorali ‘Ragħaj it‑Tajjeb’, fir‑Rabat, nhar it‑13 ta’ Diċembru 2018. L‑attendenza tat‑tfal li ħadu sehem f’din l‑attività tal‑Milied kienet waħda tajba. Bdejna fid‑9 ta’ filgħodu b’quddiesa mmexxija minni, li kienet offruta għall‑erwieħ tal‑missjunarji, kif ukoll tlabna għall‑missjunarji kollha li jaħdmu fl‑artijiet tal‑missjoni. It‑tfal ħadu sehem bil‑kant ferrieħi tagħhom, u fit‑talb tal‑fidili ftakru fit‑tfal fl‑artijiet tal‑missjoni, fosthom dawk neqsin minn affarijiet essenzjali bħal ilma, ikel u dar; tfal fi gwerer u tfal morda għax m’għandhomx biex jikkuraw ruħhom. F’dan it‑talb deher kemm it‑tfal huma tassew konxji tas‑sitwazzjoni
Ma setax jonqos li t‑tfal jitolbu wkoll għall‑missjunarji, b’mod partikolari għall‑missjunarji Għawdxin li qegħdin bħalissa jaħdmu fl‑artijiet tal‑missjoni. Wara l‑quddiesa t‑tfal raw film dwar il‑ġrajja tal‑Milied. Il‑Kan. Dun Karm Portelli kellem lit‑tfal dwar it‑tifsira tal‑miġja ta’ Ġesù, filwaqt li ħeġġiġhom biex meta jikbru jkunu huma stess li jmorru l‑missjoni u jagħtu l‑għajnuna tagħhom bħala saċerdoti, sorijiet jew lajċi. Wara sar il‑festin u xi logħob organizzat mis‑Sur Tarċisju Gauċi. It‑tfal li rebħu ngħataw rigal. Fl‑aħħar tal‑attività kull tifel u tifla ħadu qagħqa tal‑għasel kbira u xi oġġetti oħra. Kien ta’ sodisfazzjon kbir għalina naraw lit‑tfal sejrin ferħanin id‑dar jirrakkontaw lil ommhom il‑ġurnata li għaddew flimkien f’din l‑attività ta’ Klabb Missio Tfal. Filwaqt li nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw is‑sehem tagħhom biex setgħet tiġi organizzata din l‑attività, nittamaw li għal li ġej norgannizaw xi attività oħra għalikom it‑tfal Għawdxin.
3
IT‑TIGRA TAD‑DEHEB Leġġenda Indjana addattata minn Claudia Cini. Illustrazzjoni ta’ Janet Vella. Żmien twil ilu fl‑Indja kien hemm re li kien jirbaħ kull gwerra li kien ikollu. Ħadd ma kien jista’ jirbaħlu għax kellu ħafna suldati. Ir‑re kien sar sinjur ħafna; kellu ħafna artijiet, deheb, fided u ħaġar prezzjuż. Bil‑mod il‑mod, ir‑re beda jaħseb li hu kien xi alla u ried li n‑nies tal‑pajjiż jibdew jagħtuh qima. Saħansitra kkmanda lis‑suldati tiegħu biex jitfgħu l‑ħabs lil min ma jqimux.
Jien ir‑Re Alla tagħkom. Mil‑lum ’il quddiem tridu tinżlu għarkopptejkom kull meta tarawni.
Ir‑re kien sar xħiħ ; aktar ma kellu flus, aktar ried, u għalhekk beda jiġġieled anke ma’ pajjiżi li kienu ħbieb tiegħu biex ikun jista’ joħdilhom il‑flus. Ġara, li darba jilmaħ tigra fil‑ġonna tal‑palazz tiegħu, iżda din it‑tigra ma kenitx komuni għaliex kellha ħafna mill‑pil tagħha tad‑deheb. Ir‑re skanta u xtaq ikun jaf kif dik it‑tigra kienet saret hekk. Ried ikun jaf is‑sigriet tagħha u mar ikellimha.
Kif inti, daqsxejn ta’ tigra għandek ħafna mill‑pil tiegħek tad‑deheb?
4
E, dawn il‑ħjut tad‑deheb huma għemejjel tajbin li għamlu n‑nies.
Ir‑re ried ikun jaf aktar, bil‑ħsieb li l‑annimali kollha li kellu fis‑saltna tiegħu jsiru wkoll tad‑deheb bħal dik it‑tigra. U hekk isir aktar sinjur u jkun l‑aktar re sinjur fid‑dinja kollha. Għalhekk, resaq aktar qrib tat‑tigra u talabha tgħidlu eżatt kif spiċċat b’ħafna mill‑pil tagħha tad‑deheb. It‑tigra mansa ma ddejqitx taqsam miegħu s‑sigriet tagħha.
Kull meta xi ħadd jagħmel il‑ġid mal‑oħrajn bla ma jistenna xejn lura, u ninzerta għaddejja jiena, waħda mill‑pil tiegħi tinbidel f’deheb.
Ir‑re staqsa lit‑tigra kif seta’ hu jagħmel il‑ġid lill‑oħrajn. It‑tigra qaltlu li l‑ewwel u qabel kollox kellu jieqaf jiġġieled mal‑pajjiżi l‑oħra, u ma naqsitx tgħidlu jagħti lura dak kollu li kien serqilhom. Qaltlu wkoll li fis‑saltna tiegħu kien hemm ħafna nies foqra li bilkemm kellhom x’jieklu, u b’hekk kienu qed jimirdu u ħafna minnhom imutu. Fakkritu wkoll biex joħroġ mill‑ħabs lil dawk li ma kinux riedu jqimuh! Arani sejjer issa stess nordna dak kollu li qed tgħidli inti! Basta l‑annimali kollha jsiru tad‑deheb.
Fi ftit żmien, għalkemm l‑ebda annimal ma sar tad‑deheb, ir‑re ntebaħ li aktar ma jgħin lill‑oħrajn, aktar kien qed iħossu kuntent. Malajr għaraf li l‑kuntentizza tiswa wisq aktar mid‑deheb u ħaġar prezzjuż li qatt seta’ jkollu.
5
L‑ISTEJJER TA’ JIMMY Vikki
F
l‑aħħar kienet waslet il‑ġurnata li Jimmy kien ilu tant jistenna! Illum Jimmy jagħlaq għaxar snin. Kellu eċċitament kbir fuqu għax il‑mamà u l‑papà kienu ser jixtrulu rota. Kien ilu jixtieq li jkollu waħda u fl‑aħħar kien ser jaqta’ xewqtu. Issa kien jonqos ir‑rigali tan‑nanna Karm u z‑zija Doris. Min jaf x’kienu ser jagħtuh?! Lanqas laħqu daqqu s‑sebgħa ta’ filgħodu, Jimmy qam jiġri mis‑sodda u ġera lejn il‑kċina. Il‑papà kien qiegħed jaqra l‑gazzetta. “Bonġu Jim, Happy Birthday. Dan x’kien qomt daqshekk kmieni, mela nsejt li llum il‑Ħadd?” qallu l‑papà. “Bonġu Pa, qomt kmieni biex illum immorru għand in‑nanna Karm qabel il‑quddiesa għax għandi kurżità kbira biex nara xi xtrawli n‑nanna u z‑zija,” wieġbu Jimmy. Il‑papà tbissem u kompla jaqra l‑gazzetta. Lanqas laħaq rifes l‑għatba tal‑bieb ta’ barra li ma kenitx diġà mlietu kollu bews in‑nanna Karm. “Happy Birthday”, qalulu flimkien in‑Nanna Karm u z‑zija Doris, filwaqt li tawh r‑rigali li kienu xtrawlu. Jimmy beda jiftaħ ir‑rigal taz‑zija Doris. “Grazzi zi,” 6
IR‑RIGALI
qal Jimmy b’nofs qalb, filwaqt li qabad jiftaħ ir‑rigal tan‑nanna Karm. “Grazzi nann tar‑rigal,” reġa qal Jimmy. “Qishom m’għoġbukx ir‑rigali tagħna, għalfejn qed tqarras wiċċek?”, staqsietu z‑zija Doris. Jimmy kien dendel geddum sal‑art. “Xtaqt li qlajt xi ħaġa oħra minflok ħwejjeġ. Aħjar ma tajtuni xejn!” kien pront wieġeb Jimmy irrabjat. “Jimmy, skuża ruħek man‑nanna u z‑zija”, qaltlu b’leħen għoli l‑mamà. Il‑papà xejn ma deher kuntent bl‑imġiba ta’ ibnu. “Imissek tħossok
iffortunat li f’għeluq sninek għandek min jiftakar fik. Taf kemm hawn tfal madwar id‑dinja li m’għandhom lil ħadd min iħobbhom u jieħu ħsiebhom! Ftakar ftit f’dawk it‑tfal foqra li jgħixu l‑Pakistan, il‑Kambodja, il‑Malawi, l‑Indja u f’pajjiżi oħra tat‑tielet dinja. Dawn it‑tfal lanqas biss jafu x’jiġifieri taqla’ rigal għaliex qatt u qatt f’ħajjithom ma kellhom min jagħtihom wieħed,” qallu l‑papà. Jimmy resaq lejn in‑nanna Karm u z‑zija Doris u għannaqhom waħda kbira. “Aħfruli,” qalilhom
imbikkem it‑tifel. “Naħfrulek, iżda trid twegħedna li mil‑lum ’il quddiem ma tgergirx meta taqla’ xi rigal li ma jogħġbokx,” qaltlu z‑zija Doris. “Trid dejjem tirringrazzja lill‑Bambin li għandek min jaħseb fik, iħobbok u jieħu ħsiebek,” kompliet tgħidlu n‑nanna Karm. Jimmy iddispjaċieh ħafna li ma kienx apprezza r‑rigali li kien għadu kif qala’. “Jien għandi ħafna ħwejjeg u ġugarelli ġodda li ma nużax. Kif għandi
nagħmel biex nagħti xi ftit minnhom lil dawn it‑tfal?” staqsa Jimmy. “Hawn ħafna għaqdiet f’Malta li jgħinu lil dawn it‑tfal, fosthom Missio. Il‑voluntiera li jaħdmu ma’ dawn l‑għaqdiet imexxu bażar li permezz tiegħu jinġabru fondi għall‑missjoni,” spjegatlu n‑nanna. “Hemm ħafna modi oħra kif nistgħu ngħinu lil dawn it‑tfal u lill‑familji tagħhom. B’donazzjoni ta’ €60 nkunu qed nixtru rota għal missier ta’ familja jew għal katekist. Ir‑rota hija l‑unika mezz
ta’ trasport f’irħula foqra,” kompliet tgħid il‑mamà. “Biddilt fehmti! Minflok rota għalija nixtru rota lil missier ta’ familja fqira u lil katekist,” qal Jimmy, filwaqt li ntefa’ fuq is‑sufan maġenb Mixu, il‑qattus taz‑zija Doris. “Proset tassew! Idea tajba ħafna. Li tagħti rota lil familja fqira huwa rigal tabilħaqq sabiħ,” qallu l‑papà. Jimmy kien qed iħossu tassew kuntent u ferħan. “Dawk żgur li għandhom bżonn ir‑rota aktar milli għandi bżonnha jien!” temm jgħid Jimmy.
KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL FIL‑MISSJONI: €7 – tiġieġa għal familja bit‑tfal fil‑bżonn
€20 – platt ross u fażola lil 60 tifel u tifla bil‑ġuħ
€30 – operazzjoni lil tifel jew tifla
biex ma jitilfux id‑dawl t’għajnejhom
Għandna bżonn
‘soft toys’
f’kundizzjoni tajba. F’każ ta’ ammont kbir niġu għalihom aħna. Ċempel lil Natasha fuq 20330015.
€50 – xiri ta’ kotba, inkluż materjal reliġjuż lil tfal tal‑iskola
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt/children Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI!
EZEMPJI SBIEH GRAZZI MILL‑QALB LIL: • Joseph Debattista minn Marsaskala
• Kulleġġ Santa Tereża – Santa Venera
Li taw bolol u/jew ‘telecards’ użati.
7
PAĠNA LOGĦOB FRAR 2019
Waħda mit‑tweġibiet tajbin ta’ kull kompetizzjoni tirbaħ kupun ta’ €5 mill‑ħanut ta’ Missio Faith, Tfal, Hope & Charity. Ibgħat il‑kelma u/jew is‑soluzzjoni ħudu nota t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u tal‑indirizz l‑indirizz u ibgħathom hekk: il‑ġdid!
Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.
Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.114, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta, MST 4128, Malta.
1. ‘JIGSAW PUZZLE’
ŻOMM ID‑DATA
Daħħal dawn il‑biċċiet tal‑‘jigsaw puzzle’ fil‑kaxxa ta’ fuq il‑lemin biex tifforma sitt ismijiet ta’ annimali. Xi ittri huma lesti f’posthom biex jgħinuk. Q A Q Ż
S U Ż U Ġ
F E S E T
L U S IE Ġ K T U A Q
I Ġ L T R D U Ż
IE
A A R M
Ż
16 TA’ MARZU 2019
Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Novembru 2018 – Ħarġa nru. 66.
2. SIB IT‑TRIQ
Għin lin‑nemel jaslu fejn ir‑reġina tagħhom billi ssib it‑triq it‑tajba fl‑istampa t’hawn:
1. JIGSAW PUZZLE
2. SIB IT‑TRIQ
G O M M A K
T
IE
B
L
A
P
E
S
M Q A
S
S
P
O
K
I
T
R
I
G A
Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Jake Spiteri mill‑Gżira u Leah Formosa mill‑Ħamrun. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom. Isem u Kunjom: _______________________________________________________________________________________________ Età: _______________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________ Kodiċi Postali:___________________________________Skola:________________________________________________________________________________________________________________ 8