Skip to main content

Tfal Missjunarji - Febuary 2018

Page 1

TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No. 60

Prezz 70ċ l‑ħarġa €5 8 ħarġiet* *€7 bil‑posta

Frar 2018

in collaboration with

8 1 0 2 l Carniva ETITION

P M O C & PARTY FRIDAY

9TH FEBRUARY 17:00hrs

MAGAZINO HALL VALLETTA WATERFRONT PARTY FOR ALL AGES (COSTUME IS OPTIONAL) CATEGORY CATEGORY CATEGORY CATEGORY

1: 2: 3: 4:

1 TO 3 YEAR OLDS 4 TO 6 YEAR OLDS 7 TO 11 YEAR OLDS ADULTS

Party Admission

(includes free drink and food)

Adults €10 Children €5

Free Entrance 0-5 Years Competition Fee

BOOKING IS A MUST

€15

(entrance free)

• Tickets can be bought from: Faith, Hope and Charity in Merchants Street Valletta • Online: www.showshappening.com • By cheque addressed to: MISSIO, 7, Merchants Street Valletta, VLT 1171 • Or call: 21236962 or by SMS Nancy 79453261 or Natasha 99885552

Editorjal

2

Mill‑Ittri Aħbarijiet

|

Messaġġ Tag ħ kom

mid ‑Dinja

M i l l ‑ Ko o r d i n a t r i ċ i 6 Ko l l h a

| 10

3

|

Klabb

Il‑Leġġenda |

Niltaqgħu

Missio

T fa l

Tal ‑ Pretzel Ma’

…12

|

4 7

Logħob

bil‑Kompetizzjoni 14 | Ħaddem Idejk 15 | Kalendarju Għal Żmien Ir‑Randan 16


Editorjal Għeżież Tfal, in collaboration with

8 Carnival 2ET0IT1IO N

MP PARTY & CO FRIDAY

9TH FEBRUARY 17:00hrs

MAGAZINO HALL VALLETTA WATERFRONT PARTY FOR ALL AGES (COSTUME IS OPTIONAL) CATEGORY CATEGORY CATEGORY CATEGORY

1: 2: 3: 4:

1 TO 3 YEAR OLDS 4 TO 6 YEAR OLDS 7 TO 11 YEAR OLDS ADULTS

Party Admission

(includes free drink and food)

Adults €10 Children €5

Free Entrance 0-5 Years

BOOKING IS A MUST

Competition Fee

€15

(entrance free)

• Tickets can be bought from: Faith, Hope and Charity in Merchants Street Valletta • Online: www.showshappening.com • By cheque addressed to: MISSIO, 7, Merchants Street Valletta, VLT 1171 • Or call: 21236962 or by SMS Nancy 79453261 or Natasha 99885552

EZEMPJI SBIEH GRAZZI MILL‑QALB LIL: • Luca Formosa. Li ta bolol u/jew ‘telecards’ użati.

Missio (Uffiċċju Missjunarju): Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171. Tel: 21236962 Imejl: tfal@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm, Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm

RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN NOVEMBRU U ĠUNJU

Inħeġġiġkom biex tiktbulna xi ittra u tibagħtuhielna fl‑indirizz li jidher hawn taħt: postali jew elettroniku. L‑ittri għandhom ikollhom tema missjunarja, pereżempju x’tagħmlu intom bħala tfal biex tgħinu jew tiktbulna dwar xi attività li għamiltu mal‑membri tal‑Klabb Missio Tfal jew l‑iskola. Nistennewkom!!

IS‑SOLTU X’TAGĦMEL BIHOM IL‑BOLOL U T‑TELECARDS UŻATI?, FORSI TARMIHOM? Minflok tarmihom, ġibhom jew ibgħathom lil MissioTfal u aħna nbigħuhom lill‑kollezzjonisti. Bil‑flus inkunu nistgħu ngħinu tfal li jinsabu fil‑bżonn.

Missio (Uffiċċju Missjunarju): Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, Rabat Għawdex. Tel: 21550267 Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi: John Caruana Pubblikazzjoni: Missio (Uffiċċju Missjunarju) © Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.

DONAZZJONIJIET

2

50617374 – €2.33 | 50618820 – €6.99

(Tfal taħt is‑16‑il sena huma mitluba jiksbu permess mingħand il‑ġenituri/ legal guardians tagħhom).

Kif intom? Bdejna t‑tieni xahar tas‑sena, li ma tantx għadna nistgħu nsejħulha ġdida. Minkejja li Frar huwa l‑iqsar xahar tas‑sena, xorta waħda huwa xahar mimli attivitajiet u avvenimenti speċjalment għalikom it‑tfal. Ma nistgħux ma nsemmux l‑eżamijiet ta’ nofs is‑sena. Qegħdin tistudjaw xejn? Naħseb li ħafna minnkom diġà bdejtu tagħmlu xi eżamijiet. Lejn nofs ix‑xahar niċċelebraw ħamest ijiem ta’ ferħ, briju u divertiment. Dawn mhuma xejn għajr il‑ġranet tal‑Karnival. Ta’ xiex ser tilbsu din is‑sena? Sejrin xi festin u bi ħsiebkom tidħlu sal‑Belt biex taraw il‑karrijiet u l‑maskarati? Ser tieklu xejn perlini u prinjolata? Ma jonqosx ukoll li f’dawn il‑jiem ikollkom jumejn vaganza. Iżda wara dan kollu jasal iż‑żmien tant mistenni minna l‑Insara, żmien ir‑Randan li jwassalna għall‑akbar festa tagħna l‑Insara – l‑Għid il‑Kbir. Fi żmien ir‑Randan tajjeb li nagħmlu xi sagrifiċċji żgħar biex inħejju rwieħna għall‑qawmien mill‑mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu. X’sagrifiċċju/i biħsiebkom tagħmlu? Forsi ma tiklux ħelu, tnaqqsu mill‑ħin ta’ quddiem it‑televiżjoni u l‑kompjuter jew tgħinu aktar fix‑xogħol tad‑dar u lil min hu fil‑bżonn sew fl‑iskola u sew fil‑komunità fejn tgħixu? Fl‑aħħar paġna ta’ dan il‑magażin tistgħu ssibu gwida ta’ affarijiet żgħar li bħala tfal tistgħu tagħmlu ta’ kuljum matul dawn l‑erbgħin jum biex tippreparaw irwieħkom sew. Filwaqt li fil‑paġni tan‑nofs, paġni 7, 8 u 9, issibu tagħrif dwar leġġenda marbuta ma’ żmien ir‑Randan. Għalkemm din hija biss leġġenda, xorta waħda nistgħu nitgħallmu ħafna minnha. Qabel inħallikom infakkarkom bħal dejjem biex ma tinsew qatt lil ħutkom tfal fil‑missjoni. Ftakru fihom fit‑talb tagħkom u warrbu xi ħaġa żgħira għalihom, għax dawn la għandhom x’jieklu, la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la skola fejn jitgħallmu u wisq anqas imħabba. Insellmilkom u niltaqgħu x‑xahar id‑dieħel,

Claudia


Messaġġ mill‑Koordinatriċi ta' Missio Tfal Nancy Camilleri x‑xahar ta’ Frar fih xi ġranet Iinkellimkom importanti ħafna li xtaqt dwarhom:

07 ta’ Frar

Il‑Jum Dinji tal‑Ħajja

11 ta’ Frar

Il‑Jum Dinji tal‑Morda

12 ta’ Frar

Il‑Jum Dinji Kontra l‑Użu tat‑Tfal fil‑Gwerra

14 ta’ Frar

Il‑Jum Dinji tal‑Imħabba u l‑Ħbiberija Tajjeb li f’dawn il‑ġranet naħsbu fi tfal oħra li ma jgħixux bħalna, tfal li qed ibatu ħafna u xi drabi ħajjithom tkun fil‑periklu. Hawn tfal li huma emigranti, allura dejjem jivvjagġġaw biex jippruvaw isibu post fejn jgħixu ħajja aħjar, imma sakemm jaslu fejn jixtiequ jgħaddu minn ħafna perikli. Dawn it‑tfal flimkien mal‑familji tagħhom ikollhom iħallu ’l pajjiżhom biex jibdew ħajja oħra. Nixtieqkom titolbu għalihom biex Ġesù

jipproteġihom u ma jaqtgħux qalbhom mill‑futur. Nixtieqkom tiftakru fit‑tfal li huma morda, speċjalment fil‑ġurnata ddedikata għalihom, biex dawn jagħmlu kuraġġ. Itolbu biex it‑tobba jsibu l‑kura meħtieġa u biex it‑tfal fqar isibu min jgħinhom biex jixtru l‑mediċini. Imma l‑aktar importanti li jsibu l‑paċi f’qalbhom u jħossuhom maħbuba minn dawk ta’ madwarhom. Niftakru wkoll fit‑tfal li huma f’pajjiżi fejn hemm il‑gwerra, li jinsabu mbeżżgħa u mnikkta għax tilfu lil xi ħadd għażiż. Tfal li dejjem għexu fil‑biża’ tal‑gwerra u ma jafux x’jiġifieri paċi. F’Jum San Valentinu, il‑festa tal‑imħabba, nixtieqkom tkunu qrib sħabkom. Ivvintaw xi ħaġa biex tiltaqgħu u tifirħu b’xulxin. Ibagħtu messaġġi, ċemplu, iltaqgħu jew agħtu xi rigal żgħir lil xulxin. Qabel torqdu itolbu għal dawk it‑tfal li jinsabu waħedhom u li m’għandhom lil ħadd. Inħeġġiġkom biex tagħmlu xi ħaġa biex tgħinu tfal oħra

fid‑dinja. Forsi torganizzaw xi ħaġa u twarrbu ftit flus għalihom. Rafiki qed ifakkarni li f’dan ix‑xahar jibda r‑Randan. Forsi matul dawn l‑40 jum twarrbu ftit mill‑‘pocket money’ u minflok tixtru l‑ħelu, taħsbu f’dawn it‑tfal li bil‑flus tagħna u ta’ oħrajn ikunu jistgħu jgħixu ħajja aħjar fejn il‑ħolm tagħhom jista’ jsir realtà. B’dan il‑mod nibnu dinja aħjar, futur aħjar u nkunu ġenerużi biex ’il quddiem kull tifel u tifla fid‑dinja jgħixu kuntenti, b’rispett u b’dinjità. Kull tifel u tifla għandhom jaħdmu id f’id flimkien għall‑vera paċi u ferħ biex ftit ftit id‑dinja ssir familja waħda.

Pagun ta’ Mħabba Issa waħħal il‑figura tal‑pagun fin‑nofs.

Fuq kartonċina tal‑kulur qasqas figura ta’ pagun u diversi qlub.

Fl‑aħħar ikteb il‑kelma MĦABBA fuq il‑figura tal‑pagun u fuq il‑ġwienaħ ikteb xi frażijiet li jiddeskrivu x’inhi l‑imħabba. Narawkom,

Nancy u Rafiki 3

Ritratti: www.meaningfulmama.com

Poġġi l‑qlub f’forma ta’ mrewħa u waħħalhom bil‑kolla ma’ xulxin min‑naħa t’isfel.


Klabb Missio Tfal Nancy Camilleri

LI GĦADDA ...

L‑ewwel laqgħa li kellna kienet fil‑5 ta’ Diċembru. Jien u Mons. Salvinu Micallef ħadna gost ħafna li sirna nafukom. F’Diċembru għamilna ‘Star Singing’ f’diversi parroċċi fosthom Ħal Balzan u l‑Ħamrun, l‑Immakulata Kunċizzjoni. ‘Star Singing’ ‑ għax aħna nimxu wara Ġesù, l‑istilla ta’ ħajjitna. Morna wkoll inferrħu lill‑anzjani li jgħixu f’Casa Antonia fiż‑żona pastorali ta’ Santa Margerita l‑Mosta. Grazzi lilkom it‑tfal li ġejtu għal dawn l‑attivitajiet sbieħ fejn intom stajtu tagħmlu xi ħaġa għal tfal oħra fid‑dinja.

Fid‑29 ta’ Diċembru kellna l‑‘Missio Christmas Party’. Kemm ġew tfal! Ħadt ħafna gost niltaqa’ magħkom u mal‑familji tagħkom! Naħseb li ħadtu gost tirkbu ż‑żwiemel ta’ ‘Sunrise Horse Riding Park’ fil‑Magħtab. Nirringrazzjaw ħafna lil Frank O’Neil għall‑animazzjoni tiegħu, speċjalment il‑kompetizzjonijiet tas‑‘signature art’ u l‑karattri ħelwin tiegħu. Minn qalbna nirringrazzjaw ukoll lil ‘Mannarinu Caterers’ li pprovdewlna l‑ikel tant tajjeb. Fl‑aħħar imbagħad wasal it‑tant mistenni ‘Father Christmas’ li qassmilna r‑rigali mill‑karozzella tiegħu. Nirringrazzjaw lil kull min ġie u pparteċipa minkejja li t‑temp ma kienx tajjeb u xorta waħda għamlu minn kollox biex dan il‑festin jirnexxi.

LI ĠEJ... Il‑laqgħa li jmiss ser tkun fis‑7 ta’ Frar fis‑sala tad‑dar tal‑Mosta, Nru. 114, Triq Lorenzo Gafa, fl‑4.00pm. Ikollna wkoll attività għat‑tfal, logħob bi premju u krafts. Fit‑12 ta’ Frar ser isir irtir fis‑Seminarju tal‑Virtù mill‑10.00am sas‑13.00pm. 4


MILL‑ITTRI TAGĦKOM Ħelow, jiena Klementa Abela, oħt Maria Emma Abela. Jiena u oħti nirċievu l‑magażin ‘Tfal Missjunarji’. Fil‑ħarġa ta’ Novembru għoġbuna ħafna l‑paġni 4 u 5 għax kien hemm miktub x’ġara fil‑‘Pirate and Mermaid Party’ u xi ritratti. Jiena u oħti konna dawk iż‑żewġt ibniet li żfinna ‘line dancing’. Grazzi ħafna talli għedtulna ‘grazzi’. U grazzi tar‑ritratt f’paġna 5 fejn nidhru jiena u oħti hekk kif spiċċajna waħda miż‑żifniet tagħna. Din kienet l‑isbaħ esperjenza li qatt kellna. Grazzi lis‑Sinjura Nancy Camilleri li tatna l‑opportunità li niżfnu l‑‘line dancing’. Grazzi mill‑qalb.

Klementa Abela.

KLABB MISSIO TFAL ‑ GĦAWDEX

N

har it‑13 ta’ Dicembru 2017 ġiet organizzata attività għat‑tfal Għawdxin membri tal‑Klabb Missio Tfal. Din l‑attività bdiet b’quddiesa li fiha dawk li attendew ftakru fit‑tfal kollha tal‑missjoni. Il‑quddiesa kienet immexxija minn Dun Renato Borg. Waqt il‑quddiesa it‑tfal ipparteċipaw bil‑kant, offrew it‑talb tagħhom u tellgħu l‑offerti. Wara, it‑tfal ħarġu fil‑grawnd biex hemm jiċċaqalqu ftit. Hekk kif daħlu mill‑ġdid fiċ‑Ċentru Pastorali r‑Ragħaj it‑Tajjeb, it‑tfal inġabru fis‑sala u ġew murija il‑vidjow ‘The Boy Who Became Santa’. Wara dan sar il‑festin kif ukoll sar xi logħob organizzat minn Tarċisju Gauci. It‑tfal ingħataw rigal u fl‑aħħar ħadu wkoll qagħqa tal‑għasel. Jidher li t‑tfal kollha ħadu gost b’din l‑attività u qabel marru d‑dar ilkoll ferħana staqsewna meta ser nagħmlu xi attività oħra. Aħna wegħedniehom li l‑attività li jmiss ser tkun fil‑vaganzi tal‑Għid. 5


MILL‑ITTRI TAGĦKOM Riżoluzzjonijiet għar‑Randan Imqaddes “Fir‑Randan jeħtieġ li nitgħallmu nikkontrollaw iktar ilsienna u nieqfu nitkellmu ħażin.” Jael Vella “Ir‑riżoluzzjoni tiegħi għal dan ir‑Randan hi li nuri ftit iktar attenzjoni, kura u sensittività mal‑ġenituri tiegħi.” Russell Dimech

Studenti tal‑Kulleġġ Santa Margerita Sekondarja Maġġuri Verdala, f’Bormla mal‑għalliem Martin Azzopardi s.d.c. u Patri Karm Spiteri OCD waqt l‑attività marbuta mar‑Randan.

I

eqaf u staqsi lil kull min trabba f’ambjent Kattoliku x’inhu mistenni minnu li jagħmel tul iż‑żmien tar‑Randan Imqaddes u probabbilment it‑twegiba tkun: “Għandi niċċaħħad minn …” L‑iskop għalfejn aħna l‑Insara Kattoliċi niċċaħħdu minn dak li jagħtina pjaċir tul l‑erbgħin jum tar‑Randan huwa proprju biex inżommu mal‑ispirtu Nisrani ta’ penitenza mistenni minna f’dan iż‑żmien. Patri Karm Spiteri OCD qasam ftit ħsibijiet spiritwali magħna l‑istudenti. Huwa saħaq fuq il‑bżonn li niftakru fit‑tliet pilastri importanti għalina l‑Insara: is‑Sawm, it‑Talb u l‑Karità. Dawn it‑tliet eżerċizzji huma meħtieġa biex indawru qlubna lejn Alla u nitnaddfu min‑nuqqasijiet tagħna waqt li nippreparaw rwieħna għaċ‑ċelebrazzjoni solenni tal‑Għid il‑Kbir.

qalbna milli nwettquhom.” Ikun aktar prattiku li wieħed jagħżel difett jew drawwa ħażina li għandu u jaħdem fuqha sabiex iqum minnha. “Id‑dix xiplina fuqna nfusna trid imbagħad tgħinna noħorġu minna nfusna u ndawru ħarsitna lejn Alla fil‑persuna ta’ Ġesù,” tenna jgħid is‑Sur Azzopardi.

Fir‑Randan ħafna jispiċċaw inkwetati għall‑fatt li jipproponu ħafna riżoluzzjonijiet u wegħdiet u jispiċċaw ma jwettquhomx. Għalhekk l‑ għalliem Mar tin Azzopardi s.d.c. saħaq li: “Ħafna wegħdiet u rizoluzzjonijiet f’daqqa jistgħu jwassluna biex naqtgħu

Dawn huma xi wħud mir‑riżoluzzjonijiet li ktibna:

6

Waqt din l‑attività rċevejna r‑Rit tal‑Irmied u ġejna mistiedna niktbu r‑riżoluzzjonijiet tagħna għal dan ir‑Randan Imqaddes. Hawn l‑għalliem saħaq fuq il‑bżonn li wieħed jitgħallem igerger anqas fil‑ħajja u jieqaf juri antipatija lejn l‑oħrajn. Saħaq ukoll fuq il‑bżonn li bħala Nsara nkunu iktar sensittivi lejn xulxin waqt li noffru iktar għajnuna lejn min hu fil‑bżonn.

“Nixtieq naħdem iktar fuqi nnifsi u nikkonċentra iktar speċjalment waqt il‑lezzjonijiet fl‑iskola.” Nicholas Buhagiar

“Nixtieq li f’dan iż‑żmien nara kif nista’ nkun ta’ għajnuna u sapport lejn min hu fil‑bżonn.” Ryan Attard “Qabel ngħidu kelma għandna naħsbuha darbtejn u nirriflettu fuq x’jista’ jiġri wara li nkunu għedna ċertu kliem.” Steven Tabone “Nixtieq li sinċerament nibda mmidd iktar idi fix‑xogħol tad‑dar.” Julian Tagliaferro “Jeħtieġ li nkunu iktar paċenzjużi ma’ xulxin, speċjalment f’dan iż‑żmien qaddis.” Logan Formosa “Nikkontrollaw il‑burdati tagħna kull fejn inkunu u ma’ min inkunu.” Erson Schembri “Nagħmlu l‑aħjar użu mill‑ħin u nsibu wkoll mumenti qosra matul il‑ġurnata biex nitolbu.” Giosue Agius “F’dan iż‑żmien jixraq li nitgħallmu nkunu iktar umli u ubbidjenti.” Gianluca Caruana

Gianluca Caruana u Giosue Agius


IL‑LEĠĠENDA TAL‑PRETZEL Addattament tal‑istorja Claudia Cini. Illustrazzjoni ta’ Janet Vella. Ħafna żmien ilu, madwar is‑sena 600 W.K. kien hemm patri li kien qed isajjar fil‑kċina tal‑monasteru fejn kien jgħix ma’ sħabu patrijiet oħra. Kien żmien ir‑Randan u dik il‑ħabta tul ir‑Randan kollu ma kienx jittiekel la laħam, la bajd u lanqas jinxtorob ħalib. Għalhekk, il‑patri kien qed jaħmi ħbejżiet speċjali b’ingredjenti oħrajn li kienu ilma, dqiq u melħ.

Wara li lesta l‑ħbejżiet, għajnejn il‑patri waqgħu fuq il‑biċċiet tal‑għaġina li kien fadal u ddeċieda li jagħmel xi ħaġa speċjali bihom. Huwa għamel strixxi twal tal‑għaġina u dawwarhom b’tali mod li ġew qishom l‑idejn tat‑tfal marbutin waqt ħin it‑talb. Ta’ min jgħid li dak iż‑żmien it‑tfal kienu jpoġġu jdejhom f’forma ta’ ‘X’ fuq sidirhom biex jitolbu.

7


Dawn il‑forom bl‑għaġina bdew jingħataw mill‑patrijiet lit‑tfal bħala rigal huma u jitgħallmu jitolbu. Il‑patrijiet bdew isejħulhom ‘pretiola’, kelma bil‑Latin li tfisser ‘rigal ċkejken’. Ma damitx wisq li din il‑kelma ma nbidlitx u saret ‘pretzel’. U hekk għadhom sal‑lum il‑ġurnata jissejħu dawn il‑forom tal‑ħobż. Kienet xewqa tal‑patrijiet li kull min jara pretzel, jorbot idejh ma’ xulxin, ibaxxi rasu u jgħid talba.

Hawn min jgħid li dawn bdew jissejħu ‘bracellae’, kelma Latina li tfisser ‘idejn ċkejknin’. Il‑Ġermaniżi dawru l‑kelma f’’bretzel’ sa ma ġiet magħrufa bħala ‘pretzel’.

Sal‑lum il‑ġurnata, il‑pretzel għad għandha l‑istess tliet ingredjenti li kien uża l‑patri tant snin ilu: dqiq, melħ u ilma. Iżda ta’ min jgħid li hawn ħafna togħmiet differenti ta’ pretzels oħrajn. Maż‑żmien kulħadd sar jieħu gost jiekol il‑pretzels. Xi wħud iqisu l‑pretzel bħala simbolu ta’ xorti tajba u ħajja twila. Il‑pretzel kienet ukoll ikel komuni u tingħata lill‑foqra għaliex kienet irħisa biex tagħmilha u ttaffilek il‑ġuħ. Hawn min jgħid li t‑tliet toqbiet fil‑pretzel jirrappreżentaw lit‑Trinità Qaddisa: il‑Missier, l‑Iben u l‑Ispirtu s‑Santu.

8


Dari, il‑pretzel kienet tissajjar u tittiekel daqslikieku qed tiekol il‑ħobż; ratba minn ġewwa u b’qoxra ftit iebsa. Jingħad li darba kien hemm furnar li kien għadu qed jitgħallem is‑sengħa u waqt li kellu l‑pretzels fil‑forn raqad u ntfielu n‑nar. Kif induna reġa’ qabbdu, imma l‑pretzels ġew donnhom imsajrin darbtejn. It‑togħma tagħhom kienet ferm differenti, imma tajba xorta waħda. U hekk inħolqu l‑pretzels ibsin li nħobbu nnaqqru bħala ‘snack’.

Il‑pretzel għandha tfakkarna fis‑sagrifiċċju li rridu nagħmlu matul ir‑Randan billi niċċaħħdu minn xi ħaġa li nħobbu, bħal ħelu u xi programm fuq it‑televixin. Il‑forma tal‑pretzel ta’ jdejn marbutin għandha tfakkarna li r‑Randan huwa żmien ta’ talb u riflessjoni. 9


Aħbarijiet mid‑dinja kollha TFAL MARTRI

apa Franġisku approva l‑voti tal‑Kardinali u P tal‑Isqfijiet membri tal‑Kongregazzjoni tal‑Kawżi tal‑Qaddisin rigward il‑kanonizzazzjoni ta’ tlett itfal

martri ppreżentati mill‑prefett il‑Kardinal Anġelo Amato S.D.B. Dawn huma Cristobal (1514‑1527), Antonio (1516‑1529) u Juan (1516‑1529) li lkoll inqatlu brutalment minn irġiel minn raħal twelidhom

stess, għaliex f’isem il‑fidi Kattolika rrifjutaw li jaduraw allat foloz u l‑poligamija (meta persuna tkun miżżewġa aktar minn persuna waħda fl‑istess ħin). “It‑tfal martri ta’ Tlaxcala huma martri tal‑Amerika Latina għax huma kienu l‑ewwel li taw xhieda tal‑fidi,” qal Mons. Franġisku Moreno Barron, Arċisqof ta’ Tlaxcala waqt il‑Konferenza Episkopali Messikana. Il‑proċess tal‑beatifikazzjoni ta’ dawn it‑tlett itfal kien mitmum minn Papa San Ġwanni Pawlu II fis‑6 ta’ Mejju 1990 fil‑Bażilika ta’ Gwadalupe matul it‑tieni żjara pastorali tiegħu fil‑Messiku. Cristobal, Antonio u Juan huma fost l‑ewwel nattivi etniċi Amerikani li kkonvertew għall‑fidi Kattolika u huma wkoll pro‑martri tal‑Amerika għax kienu l‑ewwel li xerrdu demmhom għal Kristu f’dan il‑kontinent. Waqt li kien Ruma, l‑Arċisqof Moreno Barron irċieva kopja tad‑digriet tal‑patronċinju li jgħid li t‑Tfal Martri ta’ Tlaxcala huma ddikjarata Patruni Messikani tas‑Santa Infanzja.

TFAL JITOLBU R‑RUŻARJU GĦALL‑PAĊI FID‑DINJA

N

har it‑18 ta’ Ottubru 2017, sewwasew fid‑9 ta’ filgħodu, miljun tifel u tifla minn madwar id‑dinja kollha ngħaqdu flimkien biex jitolbu t‑talba tar‑Rużarju għall‑paċi fid‑dinja. Din l‑inizjattiva saret kemm‑il darba minn ACN, fondazzjoni Pontifika għall‑għajnuna tal‑Knisja fil‑bżonn. Dan wara li ġew imnebbħa minn kliem Padre Pio: “Meta miljun tifel u tifla jitolbu r‑Rużarju, id‑dinja tinbidel.” F’dinja li qed tesperjenza t‑Tielet Gwerra Dinjija ftit ftit, hemm bżonn li aħna bħala Kristjani ningħaqdu flimkien biex nitolbu għall‑paċi fid‑dinja. Din is‑sena t‑talb iffoka l‑aktar għall‑paċi fis‑Sirja. L‑organizzaturi madwar id‑dinja kollha li kienu preżenti fost it‑tfal li kienu qed jitolbu, ilkoll qablu x’entużjażmu u ferħ kellhom dawn flimkien mat‑tfal. Fl‑istess waqt huma esprimew il‑grazzja li ħassew waqt din 10

l‑inizjattiva, tant li bdew jinkludu t‑talba tar‑Rużarju fil‑ħajja tagħhom. Tista’ tgħid li f’kull parti tad‑dinja ntqalet din it‑talba minn tfal fl‑iskejjel primarji u sekondarji, fl‑isptarijiet, fil‑parroċċi u fl‑istituti.


Aħbarijiet mid‑dinja kollha TFAL ĦATJA TA’ KRIMINALITÀ

arakas fil‑Veneżwela hija l‑aktar belt vjolenti K fid‑dinja. Sa mill‑età ta’ tmien snin, it‑tfal jibdew joqtlu! Skont riċerka li għamlet Cecodap,

organizzazzjoni non‑governattiva li tiddefendi id‑drittijiet umani tat‑tfal u adoloxxenti, fis‑sena 2016 mill‑inqas 2,936 adolexxenti taħt is‑sbatax‑il sena kienu involuti f’xi tip ta’ kriminalità. 35% minnhom kienu involuti f’serq filwaqt li 8% kienu involuti fi qtil. Skont rapport maħruġ mill‑Osservatorju Veneżweljan għall‑Vjolenza (OVV), fl‑2016 kienu rreġistrati 28,479 mewta vjolenti, li 9,967 minnhom kienu tfal iżgħar minn sbatax‑il sena u 854 minnhom kienu tfal ta’ taħt il‑ħmistax‑il sena. Ħafna tfal Veneżweljani qed isofru min‑nuqqas ta’ sikurezza, konflitti u inflazzjoni li qed jeqirdu l‑pajjiż. It‑tfal li jgħixu fi djar iffullati, imperrċa fuq

l‑għoljiet qed ikunu involuti ma’ gruppi li jbigħu d‑droga, li jaħtfu t‑tfal u li jisirqu u joqtlu fl‑irħula bħal f’Antimano, San Agustin u Petare. Aktar min‑nofs il‑popolazzjoni tal‑belt kapitali jgħixu u jsofru l‑istigma tal‑vjolenza. Grazzi għall‑inizjattiva ta’ artist Ingliż li ilu jgħix il‑Veneżwela għal aktar minn tletin sena, grupp ta’ 600 student mill‑iskejjel sekondarji ta’ Antimano u San Agustin, għandhom l‑opportunità li jattendu l‑università prestiġjuża Andres Bello Catholic University (UCAB). L‑artist jara l‑arti bħala għodda kontra l‑esklużjoni. Bis‑saħħa t’hekk it‑tfal qed ikunu murija affarijiet ħafna differenti mill‑vjolenza ta’ kuljum li jgħixu fiha f’raħal twelidhom. Li jsiru jafu dinja oħra jgħinhom joħolmu għal futur aħjar.

Voluntiera Missio għandhom bżonn Kobob tas‑Suf sabiex jaħdmu: Ingwanti, Skufji, Xalel u Kalzetti biex jintbagħtu lit‑tfal foqra li jgħixu f’artijiet kesħin. GRAZZI.

11


Niltaqgħu ma'

Siwema (Storja vera) Siwema twieldet f’raħal fil‑muntanji tal‑Malawi fl‑1848. Missierha kien kaċċatur li flimkien m’oħrajn kienu jipprovdu l‑laħam lir‑raħħala kollha. Sakemm ommha kienet taħdem fl‑għelieqi, Siwema kienet tieħu ħsieb ħuha u oħtha iżgħar minnha. Kienet tgħix kuntenta, sakemm jum fost l‑oħrajn, il‑ġisem bla ħajja ta’ missierha nstab fil‑foresta maqtul minn iljun. F’dik l‑istess sena, ħafna ġurati qerdu l‑uċuħ tar‑raba’ u ħutha mietu. Bla ikel, Siwema u ommha telqu jfittxu lil zijuha bit‑tama li jieħu ħsiebhom hu. Iżda meta waslu fir‑raħal tiegħu sabu li kien miet xi żmien qabel. Madanakollu, bidwi ieħor offra li jieħu ħsiebhom jekk jaħdmu fl‑għelieqi tiegħu. B’xorti ħażina, xita m’għamlitx u l‑bidwi biegħ lil Siwema lill‑Għarab. Ommha marret magħha. It‑tnejn kienu marbutin bil‑ktajjen ma’ skjavi oħra, imsawta u mogħtija ftit li xejn ikel. Fl‑aħħar, ommha ma felħitx aktar u sfat 12

maqtula. Siwema ma nsiet qatt wiċċ il‑qattiel t’ommha. Sa fl‑aħħar, wara xhur ta’ tbatija, l‑iskjavi ngħataw l‑ikel u ġimgħa mistrieħ. Wara ħaduhom Żanżibar biex jinbiegħu. Ħadd ma ried jixtri lil Siwema għax kienet magħdura wisq. Għalhekk, gerbuha f’tapit u rmewha. Matul il‑lejl, resqu madwarha xi jeni, lesti biex jattakkawha. Bil‑biża’ ntilfet minn sensiha u meta qamet sabet ruħha f’sodda mdawra b’żewġ nisa lebsin l‑abjad. Siwema ħasbet li kienet marret tingħaqad mal‑familja tagħha. Is‑sorijiet bdew ikellmuha bil‑ħlewwa, imma hi ma fehmithomx. Kaċċatur kien qatel il‑jena li kienet ser tattakkaha, ġabarha u ħadha l‑isptar. Bil‑mod il‑mod, Siwema reġgħet kisbet saħħitha lura u sabet ruħha mdawra b’ħafna tfal tampara li kienu jieħdu ħsiebhom is‑sorijiet. Jum wieħed, hija marret mas‑sorijiet fuq il‑monti tal‑iskjavi. It‑tfal kollha talbuha ssalvahom. Is‑sorijiet għalhekk


kienu marru hemm, iżda kellhom flus biss biex jixtru tifel u żewġt ibniet. It‑tifla tnikktet għal dawk it‑tfal li kienu qed jinbiegħu bħala skjavi. Siwema kompliet tikber ferħana fil‑kumpanija tas‑sorijiet. Hija kienet tgħin fil‑kura tat‑tfal skjavi u bdiet tingħaqad fit‑talb mas‑sorijiet. Tgħallmet dwar Ġesù u l‑maħfra, iżda ma setgħet qatt taħfer lill‑qattiel t’ommha. B’hekk hi ma setgħetx titgħammed. Darba waħda, ġabu l‑isptar Għarbi ferut gravi. Hija daret bih

u ma damitx ma għarfet li dak l‑Għarbi kien il‑qattiel t’ommha. Bl‑għajnuna ta’ saċerdot hi ħafritlu u tgħammdet. Wara ddeċidiet li tiddedika ħajjitha għall‑morda fl‑isptar. Siwema ħadet l‑ewwel voti tagħha fl‑1877, u mietet is‑sena ta’ wara kaġun tat‑tbatija li għaddiet minnha fi tfulitha. Għalkemm din l‑istorja seħħet għexieren ta’ snin ilu, illum il‑ġurnata għadhom iseħħu stejjer simili f’ħafna pajjiżi foqra.

AGĦTI RIGAL LIT‑TFAL JEW NEPUTIJIET TIEGĦEK ‘TFAL MISSJUNARJI’ huwa l‑uniku magażin bil‑Malti għat‑tfal fl‑iskejjel primarji. Fih issibu tagħrif dwar il‑Missjoni, aħbarijiet, esperjenzi, ġografija, logħob, krafts u tisjir, fost oħrajn. Abbona billi timla l‑formola t’hawn taħt. Ħu gost aqra u tgħallem, u fl‑istess ħin tkun qed tgħin lit‑tfal fil‑Missjoni.

FORMOLA TA’ ABBONAMENT FI TFAL MISSJUNARJI Isem u kunjom: ___________________________________________________________________________ Età: _______________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________________ ______________________________ Kodiċi Postali: _______________________ Tel:___________________________ Mob: __________________________

Imejl:______________________________________________________________

Skola: __________________________________________________________________ Sena:__________________________ Nixtieq nirċievi l‑magażin l‑iskola

Nixtieq nirċievi l‑magażin id‑dar bil‑posta

Prezz ta’ 8 ħarġiet: €5 bl‑idejn jew €7 bil‑posta. Jingħata rigal ta’ tifkira lil kull min jabbona għal sena. Imla l‑formola u ibgħatha ma’ ċekk pagabbli lil Missio Malta fuq: Abbonamenti Tfal Missjunarji Nru. 7, Missio, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 13


Logħob bil‑Kompetizzjoni Frar 2018

Waħda mit‑tweġibiet tajbin ta’ kull kompetizzjoni tirbaħ kupun ta’ €5 mill‑ħanut ta’ Missio Faith, Hope & Charity. Ibgħat il‑kelma u/jew is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u Iż‑żewġ l‑indirizz u ibgħathom hekk: kompetizzjonijiet

jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.

TFAL MISSJUNARJI Kompetizzjonijiet, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171.

. . 1. Sib il‑messagg sigriet Billi tuża t‑tabella tal‑ġenb, daħħal l‑ittri minflok in‑numri biex tiskopri l‑messaġġ sigriet. Eżempju: 1=A, K=15, X=28.

6 22 1 22

6

1 27 27 1 22 ‑

14 12 17 16 1

16

. 2 14 1 22

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

A

B

Ċ

D

E

F

Ġ

G GĦ H

11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 Ħ

I

IE

J

K

L

M

N

O

P

21 22 23 24 25 26 27 28 29 30 Q

R

S

T

U

V

W

X

Ż

Z

Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Diċembru 2017 Ħarġa nru. 58.

.. 1. Sib il‑messagg sigriet

SAL‑MILIED LA BARD U LANQAS KSIEĦ. 2. Sib it‑triq

2. Sib it‑triq Għin lil Pawlu jikkonverti billi jsib it‑triq lejn Ġesù. Ibda mill‑fetħa tal‑lemin u spiċċa fil‑fetħa tax‑xellug.

ISEM U KUNJOM: ______________________________________________ _____________________________ ETÀ:____________________________ INDIRIZZ: ____________________________________________________ _____________________________ KODIĊI POSTALI: _______________ SKOLA: _____________________________________________________ 14

Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Ylenia Falzon minn Ħal Kirkop u Mireil Portelli minn Marsalforn. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom.


Ħaddem Idejk ‘DREAM CATCHER’ d‑‘dream catchers’ huma tradizzjoni tal‑Amerika Ibl‑idejn Indiġena. Dawn huma oġġetti magħmulin u minsuġa f’forma ta’ għanqbuta.

Huma jemmnu li l‑ħolm l‑ikrah jinqabad f’din l‑għanqbuta, filwaqt li l‑ħolm is‑sabiħ jiżżerżaq mar‑rix għal fuq il‑persuna li d‑‘dream catcher’ tkun qed tipproteġi.

X’għandek bżonn:  ‘Pipe cleaner’ twila  Spag  Rix  Żibeġ  Mqass

Xi trid tagħmel :

1

2

3

4

5

6

1. Oħloq ċirku bil‑‘pipe cleaner’. Ħu ħsieb gerbeb it‑truf sew ma’ xulxin biex ma jinfetaħx. 2. Orbot l‑ispaga maċ‑ċirku u dawwarha ħames darbiet biex tiġi forma ta’ pentagon. 3. Inseġ madwar in‑nofs ta’ kull naħa tal‑pentagon. 4. Irrepeti fuq in‑naħat il‑ġodda sakemm tasal san‑nofs. Agħmel għoqda u aqta’ l‑ispag żejjed. 5. Orbot biċċa spaga oħra ma’ fuq taċ‑ċirku biex ikollok minn fejn iddendilha. 6. Orbot 3 biċċiet spag separati u ta’ tulijiet differenti n‑naħa t’isfel taċ‑ċirku. Daħħal iż‑żibeġ fl‑ispag u orbot rixa fit‑tarf. 7. Uża l‑immaġinazzjoni tiegħek biex toħloq disinji differenti.

7 15


Kalendarju Għal Żmien ir‑Randan IT‑TNEJN

IT‑TLIETA

Karnival 19 ta' Frar

20 ta' Frar

Ipprova għid aktar Ftakar fil‑morda u il‑frażijiet ‘Grazzi’ u itlob għalihom. ‘Jekk jogħġbok’.

L‑ERBGĦA

IL‑ĦAMIS

IL‑ĠIMGĦA

IS‑SIBT

IL‑ĦADD

14 ta' Frar

15 ta' Frar

16 ta' Frar

17 ta' Frar

18 ta' Frar

RAS IR‑RANDAN Ħu sehem fil‑quddiesa tal‑Erbgħa tal‑Irmied.

Agħżel x’sagrifiċċju/i ser tagħmel matul ir‑Randan.

Żomm karus jew agħmel wieħed int u fih poġġi xi ħaġa għall‑missjoni.

Aqra xi artikli dwar il‑missjoni fil‑ħarġiet ta’ Tfal Missjunarji ta’ din is‑sena.

Sib ħin biex tmur tqerr qabel il‑quddiesa.

21 ta' Frar

22 ta' Frar

23 ta' Frar

24 ta' Frar

25 ta' Frar

Stieden lil xi ħadd Sib il‑ħin biex Ara min jista’ jkollu ġdid biex jilgħab titlob għall‑membri bżonn min iferrħu miegħek u ma’ tal‑familja tiegħek. llum. sħabek.

Ipprova qassam ħinek aħjar biex ma titlifx ħin.

Kellem lill‑Mulej dwar 3 affarijiet li huma għal qalbek ħafna.

28 ta' Frar

1 ta' Marzu

2 ta' Marzu

3 ta' Marzu

4 ta' Marzu

Aħseb f’xi ħaġa li int grat tagħha u rringrazzja lill‑Mulej

Illum għin fix‑xogħol tad‑dar aktar mis‑soltu.

Illum mur ftit kmieni l‑Knisja u itlob ftit fis‑skiet.

26 ta' Frar

27 ta' Frar

Din il‑ġimgħa pprova oqgħod iktar attent/a għan‑natura ta’ madwarek.

Aqsam ħsibijietek mal‑Mulej. Ftakar li jħobbok.

Itlob għal sħabek kollha.

Aqsam xi ħaġa minn tiegħek mal‑oħrajn.

5 ta' Marzu

6 ta' Marzu

7 ta' Marzu

8 ta' Marzu

Ippjana xi att ta’ karità li tista’ tagħmel ma’ xi ħadd din il‑ġimgħa.

Għid prosit lil xi Fittex dwar xi pajjiż ħadd li għamel xi missjunarju li ġieli ħaġa tajba. smajt bih.

Itlob maħfra ta’ xi ħaġa li stajt għamilt aħjar din il‑ġimgħa.

9 ta' Marzu 10 ta' Marzu 11 ta' Marzu Sib il‑Qari tal‑Vanġelu Itlob għal dawk li tal‑Ħadd li ġej u jgħixu f’pajjiżi fejn aqrah ma’ xi wieħed hemm il‑gwerra. mill‑qraba tiegħek.

Sib ħin biex tgħid ir‑rużarju.

12 ta' Marzu 13 ta' Marzu 14 ta' Marzu 15 ta' Marzu 16 ta' Marzu 17 ta' Marzu 18 ta' Marzu Aħseb f’xi Matul din Agħmel li tista’ kumpliment li tista’ il‑ġimgħa tgergirx, biex tgħin membru tgħid ma’ min u kun pożittiv. tal‑familja. tiltaqa’ llum.

Itlob għal Papa Franġisku u għall‑Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna.

Illum ferraħ daqstant nies daqskemm għandek żmien.

Ftakar f’xi ħadd li nqast u itolbu maħfra.

Stieden lil sħabek biex jiġu l‑quddiesa miegħek.

19 ta' Marzu 20 ta' Marzu 21 ta' Marzu 22 ta' Marzu 23 ta' Marzu 24 ta' Marzu 25 ta' Marzu Agħmel talba personali lill‑Mulej. Ftakar f’dawk li Itolbu jgħinek jinsabu waħedhom f’xi diffikultà li u itlob għalihom. għandek.

Aħseb f’azzjoni tajba li tista’ tagħmel u agħmilha.

Uri rispett lill‑oħrajn bi kliemek u b’għemilek.

Għid talba lill‑Madonna biex tgħinek tħobb iżjed lil binha Ġesù.

Itlob għal tfal madwar id‑dinja li m’għandhomx familja.

26 ta' Marzu 27 ta' Marzu 28 ta' Marzu 29 ta' Marzu 30 ta' Marzu 31 ta' Marzu Ipprova agħmel ħabib/a ġdid/a.

16

Naqqas ftit mill‑ikel biex tpatti għal xi nuqqas tiegħek.

Għodd kemm ġemmajt flus għall‑missjoni. Grazzi mill‑qalb

J

SIBT IL‑GĦID. ĦAMIS IX‑XIRKA. IL‑ĠIMGĦA L‑KBIRA. Ipprepara kartolina Ipprova attendi Għid grazzi lil Alla għall‑familja għall‑funzjoni. li bagħtilna lil ibnu. tiegħek.

ĦADD IL‑PALM. Ħu sehem fil‑funzjoni.

1 ta' April

ĦADD IL‑GĦID. L‑Għid it‑Tajjeb !!


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Tfal Missjunarji - Febuary 2018 by Missio Malta - Issuu