Skip to main content

Tfal Missjunarji Dicembru 2020

Page 1

TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No.82

Diċembru 2020

Matul is‑sena skolastika 2020/2021 dan il‑magażin ser jitqassam b’xejn.

Ċempel lil Missio fuq 2123 6962 (Malta) jew 2155 0267 (Għawdex) biex tixtri rigal mil‑lista jew jekk tixtieq aktar informazzjoni. Tista' wkoll iżur is‑sit www.missio.org.mt

€0.5 0

€ 3.5 0

p l at r o s s t

par

ża r b un

€2.0 0

€7.00

b al lu n

t i ġ ie ġ a

€ 1 0. 0 0

ħw e j je ġ

Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħob u attivitajiet ta' interess.

(V0/1178)

2 Editorjal | 2 Messaġġ Mill‑Koordinaturi | 4 Għanqud Għeneb | 6 Tfal Li Għamlu Differenza | 8 Paġna Logħob


RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU Għeżież tfal, Kif intom? Nittama li lkoll tinsabu tajbin. Ninsabu fix‑xahar ta’ Diċembru, l‑aħħar xahar tas‑sena 2020 – sena li żgur li kulħadd ser jibqa’ jiftakarha minħabba s‑sitwazzjoni li d‑dinja kollha għaddejja minnha bħalissa. Il‑COVID‑19 ġabet magħha ħafna problemi, mard u nkwiet bla bżonn. Forsi intom it‑tfal m’intomx tinkwetaw daqsna l‑kbar. Forsi għal ħafna minnkom din is‑sitwazzjoni kienet ta’ żvantaġġ, imma ninsab ċerta li għal ħafna oħrajn kienet ta’ vantaġġ għaliex minħabba li qed inqattgħu iktar ħin ġewwa, qed ikollna aktar ħin xi nqattgħu mal‑familja u aktar ħin nagħmlu dak li soltu ma nlaħħqux nagħmlu.

MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATURI TA’ MISSIO TFAL Nancy Camilleri

Matul dan ix‑xahar ser inkomplu nlaqqgħukom ma’ aktar stejjer u ma’ aktar tfal li għamlu differenza fil‑ħajja ta’ tfal oħra. Għalkemm l‑istorja tal‑komik jista’ jkun li ma seħħitx tassew, hija eżempju tajjeb ta’ kif aħna għandna dejjem naħsbu fl‑oħrajn. Meta nagħmlu hekk mhux biss inferrħu lil ħaddieħor, imma nħossu ferħ kbir f’qalbna. Bħala tfal missjunarji tistgħu taħsbu fi tfal tamparkom li jgħixu f’pajjiżi foqra, billi tibagħtulhom rigal li ser jogħġobhom żgur. Meta tagħżel dan ir‑rigal inti tirċievi kartolina bir‑ritratt tar‑rigal u b’messaġġ sabiħ. Tista’ wkoll tixtri dan ir‑rigal lit‑tfal foqra f’isem ħaddieħor. Issa li ġej il‑Milied, ejjew inferrħu lil dawn it‑tfal anqas ixxurtjati. Fost dawn ir‑rigali hemm par żarbun, pjanċa tal‑metall għal saqaf ta’ dar u tiġieġa għal familja fqira biex ikollha bajd frisk kuljum. Ara l‑qoxra tar‑rivista għal aktar rigali. Din l‑idea tista’ tintuża minn familja, minn klassi ta’ skola jew minn skola sħiħa. Qabel inħallikom infakkarkom sabiex ma tinsew qatt titolbu għat‑tfal fil‑missjoni, għaliex dawn la għandhom min iħobbhom, la x’jieklu, la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la mediċini, la skola fejn jitgħallmu, u ħafna minnhom lanqas ġenituri! U kontu tafu li ħafna minnhom lanqas biss qatt semgħu dwar Ġesù?!

Claudia

Stampa tal‑faċċata: Powster ta’ ‘Life Giving Gifts’. Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Missio Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Tel: 21236962 | Imejl: nancy@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 1:00pm Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, Rabat Għawdex. Tel: 21550267 | Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (V0/1178)

Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi: John Caruana Pubblikazzjoni: Missio [Uffiċċju Missjunarju] © Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.

2

Prezz 50ċ l‑ħarġa. Għal din is‑sena biss ser inkunu qed inqassmu dan il‑magażin b’xejn lit‑tfal kollha ta’ Malta u Għawdex li jattendu fl‑iskejjel primarji u dawk medji.

Ħelow Tfal, Wasal Diċembru, xahar li lili jogħġobni ħafna! Jogħġobni għax fih niċċelebraw festa speċjali – il‑Milied. Naf li din is‑sena ser ikun daqsxejn differenti mis‑soltu; ma tantx nistgħu niltaqgħu bħalma konna nagħmlu qabel, imma dan ma jfissirx li mhux ser ikun Milied li ma naħsbux fl‑oħrajn. Din is‑sena forsi mhux ser inkunu daqshekk ma’ dawk qrib tagħna, u forsi lanqas mal‑ħbieb tal‑qalb tagħna, imma ser naħsbu u ser inkunu qrib tagħhom ħafna. Kif?


Din is‑sena fil‑ġranet tal‑Milied ser nagħmlu affarijiet sempliċi għall‑ħbieb tagħna biex nuruhom li aħna naħsbu fihom, bħal pereżempju nċemplu lil xulxin, jew jekk xi wieħed minna jkun ma jiflaħx, nagħmlulu kartolina jew niktbulu xi messaġġ sabiħ. Forsi anki xi ‘video call’ biex inkunu nistgħu naraw lil xulxin. Nistgħu imma nagħmlu wkoll xi ħaġa għal dawk it‑tfal ’il bogħod minna u dawk li ma nafux, dawk it‑tfal fid‑dinja li qed ibatu l‑faqar li din is‑sena mhux ser ikollhom rigali u lanqas x’jieklu, tfal li din is‑sena jinsabu morda u waħedhom, tfal li tilfu lil xi ħadd għażiż, forsi anki minħabba l‑COVID‑19, jew tfal li minħabba l‑pandemija ma jistgħux ikunu mal‑familji tagħhom għax ma jistgħux isiefru. Nistgħu nagħmlu xi ħaġa għal dawn it‑tfal? Iva, nistgħu nagħtu ftit mill‑‘pocket money’ tagħna biex bil‑ftit ta’ kulħadd dawn it‑tfal ikunu jistgħu jixtru xi ħaġa tal‑ikel, mediċini, ħwejjeġ jew xi ħaġa li tferraħhom biex ikollhom Milied xi ftit aħjar. Imbagħad hemm xi ħaġa oħra importanti li nistgħu nagħmlu li ma tiswiex flus; nistgħu nitolbu għal dawn it‑tfal fid‑dinja li qed ibatu, biex Ġesù jgħinhom.

Matul is‑sena li għaddiet ħafna tfal ħadu sehem fil‑kompetizzjonijiet tar‑rivista ‘Tfal Missjunarji’ u dawk li rebħu ġew jiġbru r‑rigal tagħhom mill‑uffiċċju tagħna fil‑Mosta. Nixtieq nifraħ lil dawk kollha li rebħu. Din it‑tifla hija waħda mir‑rebbieħa tagħna. Din is‑sena għar‑rebbieħa għandna basket tal‑iskola.

Nixtieq li din is‑sena ħafna tfal iħossu li hemm xi ħadd iħobbhom, mhux biss dawk qrib tagħna li żgur li jħossu in‑nuqqas tagħna, imma anki dawk ’il bogħod minn pajjiżna, ħalli huma wkoll ikollhom Milied hieni u b’ħafna mħabba. Minn qalbna tfal, jien u Rafiki nixtiqulkom Milied hieni u mimli b’dak li tixtieq qalbkom, u sena mimlija saħħa u paċi. 3


GĦANQUD GĦENEB Storja addattata minn Claudia Cini. Illustrazzjoni ta’ Janet Vella. Darba waħda Żaren il‑bidwi mar ħabbat il‑bieb tal‑kunvent tar‑raħal fejn kien jgħix. Hekk kif il‑fra tal‑bieb fetaħlu, il‑bidwi kien pront u newwillu għanqud għeneb il‑ġmiel tiegħu. Kull għenba kienet kbira u sabiħa tgħidx kemm. Fra Piet feraħ ħafna bih; mhux biss għax l‑għeneb kien il‑frott favorit tiegħu, imma wkoll għax qatt ħadd ma kien jagħtih xejn!

Hawn Fra Piet, dan l‑isbaħ għanqud li qtajt illum. Erfajtu apposta għalik għax naf kemm tħobbu u għax meta kelli bżonn l‑għajnuna dejjem sibtek. Hekk kif Fra Piet kien ser jaqbad jiekol mill‑għanqud tal‑għeneb, ftakar f’Patri Ġann, l‑ixjaħ patri fil‑kunvent. Patri Ġann kien ilu marid ħafna u lanqas kien għadu jiflaħ joħroġ miċ‑ċella tiegħu. Dan ukoll kien iħobb ħafna l‑għeneb, u għalhekk Fra Piet ħaseb biex jagħti l‑għanqud tal‑għeneb lilu ħalli jferrħu ftit. Dak il‑ħin stess telaq kollox minn idejh u ħaffef lejn iċ‑ċella tal‑patri xwejjaħ.

Patri Ġann, ġibtlek dan l‑għanqud għeneb bnin li għadu kif ġabli Żaren il‑bidwi.

4


Patri Ġann feraħ ħafna b’dak l‑għanqud għeneb sabiħ. Kien ilu ftit ma jduq għeneb u ħaseb biex jieklu dak il‑ħin stess meta ftakar fi Fra Karm, il‑fra li kien jieħu ħsiebu erbgħa u għoxrin siegħa kuljum. Patri Ġann ħaseb kif qatt ma kien ta xejn lil Fra Karm biex jirringrazzjah tal‑paċenzja li kien jieħu bih u ta’ kemm kien dejjem jara li ma jkun jonqsu xejn.

Fra Karm, għadni kif qlajt dan l‑għanqud għeneb, hawn ħa ħudu int. Dan huwa l‑ftit li nista’ nagħtik għal ħafna li tagħmel miegħi ta’ kuljum.

Fra Karm feraħ ħafna b’dan il‑ġest u sa anke qabżitlu demgħa minn għajnejh. Apprezza li Patri Ġann kien ħaseb fih. Hekk kif kien ser jaqbad jiekol minnu, Fra Karm ftakar fi Fra Piet li kellu xi jgħid miegħu jumejn qabel. Dak kien iħobbu ħafna l‑għeneb u fl‑istess ħin l‑għanqud għeneb kien iservi biex jerġa’ jagħmel paċi ma’ Fra Piet. Għalhekk Fra Karm ħaffef mar ifittex lil Fra Piet biex jirranġa miegħu.

Fra Piet, dan għalik, ħudu u qisu bħala sinjal ta’ paċi bejnietna.

Dan l‑istess għanqud għeneb li dalgħodu ġabli Żaren il‑bidwi!

Din l‑istorja tiġri kull meta aħna naqsmu mal‑oħrajn, speċjalment ma’ min hu batut, ftit mill‑imħabba li nkunu rċevejna. Meta naħsbu fl‑oħrajn inkunu kuntenti aħna u nferrħu lill‑oħrajn.

5


TFAL LI GĦAMLU DIFFERENZA

ST. MARGARET COLLEGE STUDENTS

O

ctober is dedicated to the Christian Missions worldwide and this year we students joined Missio Malta in aid of vulnerable poor children in Ghana. On Monday 19th October 2020, Senior teacher Martin Azzopardi sdc launched a missionary campaign at school inviting us to do a research study project about child poverty in Ghana and inviting us to join the Missio Malta fundraising campaign in aid of vulnerable poor children especially those of Nazareth Catholic Home in Ghana led by Sister Stan Therese Mumuni. Our teacher said that the purpose of this school research study project is to understand the complexity of child poverty in Ghana and encouraged us to be participants and not just spectators in this missionary campaign led by Missio Malta. 6

Jum Dinji Missjunarju – 18 ta’ Ottubru 2020

(V0/1178)

Jekk jogħġbok agħti mill‑qalb biex tgħinna nissapportjaw lin‑nies tal‑Ghana. Grazzi MISSIO (UFFIĊĊJU MISSJUNARJU) Tel: 2123 6962 www.missio.org.mt

According to UNICEF, three in every four children (73.4%) in Ghana are identified as multi‑dimensionally poor, facing at least three deprivations at the same time. Rural children show significantly higher multi‑dimensional deprivation rates in comparison

to urban children (81.5% versus 62.5% respectively). On paper, the Constitution of Ghana offers its country children their proper rights, but in reality the situation is still too far away from legal guidelines and normal expectations. On consulting Humanium, we found that in Ghana one in ten children is underweight and so child malnutrition is affecting the learning ability and immune system of many children. In fact, the mortality rate of children in Ghana under the age of five, is still high especially during the first 28 days of newborns. In this regard, anaemia is one of the main causes. Increasing child vaccination in Ghana can ensure children’s immunity to the most common diseases which affect children in densely populated areas and also in remote areas. Although in Ghana 87% of boys and 86% of girls complete their primary school education, only 58% of boys and 57% of girls complete their secondary school education. Also, girls have more difficulties in completing their secondary school education when compared to boys, but then literacy rate for women (84%) is higher than that of men (74%). Apart from this, teaching and learning conditions in Ghana are still poor and very often children learn in overcrowded classes with lack of materials. Another issue is that in Ghana 25% of children are exploited to do


We

love

forced labour mostly in agriculture and others in industry. In cities, children end up working as street vendors, polishing shoes, working in restaurants and carrying parcels, while in rural areas they end up cultivating crops, taking care of cattle, fishing and carrying stones. Moreover, in the North of Ghana, ancient traditions and rituals have led to ritual killings of children, mostly those children suffering from a disability. The killing of disabled children in Ghana is very often due to the belief that they are possessed by an evil spirit which brings bad luck to those around them. In fact, this sort of ignorance is leading to the killing of many disabled children each year by these obscure rituals. However, one of the major problems in Ghana is human trafficking, affecting mostly girls aged 7 to 16 and boys aged 10 to 17. Due to human trafficking, boys end up working illegally in mines, cocoa plantations or in the fishing industry. On the other hand, girls normally end up serving in domestic labour. While successes are to be recognized, it is important to highlight the fact that without more investment from both the government and foreign aid, child poverty in Ghana will remain a serious issue. Thus, we students united with Missio Malta to create awareness about child poverty in Ghana and encourage others to contribute

the

Missions

in the fundraising campaign in aid of vulnerable poor children. This school project aims to reach seven of the main goals proposed by the United Nations Sustainable Development Goals: No Poverty, Zero Hunger, Good Health and Well‑being, Quality Education,

Supporting poor children in Ghana

Gender Equality, Reduced Inequalities, and Peace, Justice and Strong Institutions. Gianese Abela, Isaac Abo Hasson Mallia, Thomas Buhagiar, Keane Mizzi and Lars Bahmuller.

KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL TAL‑GHANA: €19 – medikazzjoni għal ġimagħtejn fi kliniċi li jikkuraw mard serju

€27 – qażquż lil familja kbira fil-bżonn €30 – operazzjoni lil tifel jew tifla biex ma jitlifx id-dawl t’għajnejh

€50 – programm ta’ ġimgħa edukazzjoni sportiva għal tfal fil-Ghana

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI! EZEMPJI SBIEH

• Christian Bezzina mill-Wardija Grazzi mill‑qalb tal‑bolol li tajtu lil Missio Tfal. Dawn jinbiegħu lill‑kollezzjonisti u l‑qligħ minnhom imur b’risq proġetti fil‑missjoni. 7


PAĠNA LOGĦOB DIĊEMBRU2020

Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, Iż‑żewġ kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk: kompetizzjonijiet Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, jistgħu jintbagħtu Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, fl‑istess invilopp. il‑Mosta MST 4128

1. QABBEL ID‑DELL Sib id‑dell ta’ kull oġġett u qabblu mal‑istampa tal‑kulur billi tagħmel linja minn boċċa għall‑oħra. Waħda mit‑tweġibiet tajbin tirbaħ basket tal‑iskola.

2. SIB ID‑DIFFERENZA Ħares sew lejn dawn iż‑żewġ stampi u ara jirnexxilekx issib 10 differenzi bejn stampa u oħra. Immarka dawn id‑differenzi b’ċirku jew salib. Waħda mit‑tweġibiet tajbin tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut Faith, Hope & Charity tal‑Belt Valletta.

Soluzzjonijiet tal-Kompetizzjonijiet ta’ OTTUBRU 2020 – Ħarġa Nru. 80. Isem u Kunjom: ________________________________

1. QABBEL ID-DELL

2. SIB ID-DIFFERENZA

_______________________________________________ Età:______________________________________________ Indirizz:__________________________________________________ __________________________________________________ _____________________________________________________

Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Deborah Galea minn Birżebbuġa u Lucas Caruana minn Marsaskala.

Kodiċi Postali:_______________________________________ Skola: __________________________________________

Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom. 8


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Tfal Missjunarji Dicembru 2020 by Missio Malta - Issuu