TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No. 67
Matul is‑sena skolastika 2018/2019 dan il‑magażin ser jitqassam b’xejn.
Diċembru 2018
Missio Tfal ser jorganizza festin tal-Milied għat-tfal kollha. Mistednin speċjali Santa Klaws u Rafiki. Data: Il-Ġimgħa 28 ta’ Diċembru 2018 Post: Embassy Cinemas, il-Belt Valletta Ħin:
Mill-10am ’il quddiem
Prezz: €12 li jinkludu film, logħba ‘archery’, ikel u xorb, u rigal. Ejjew u ġibu l-ħbieb magħkom biex nieħdu pjaċir flimkien.
tfal@missio.org.mt 2 Editorjal
|
| www.missio.org.mt | 2123 6962 | 7 Triq il‑Merkanti, Valletta | 7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex
2 Messaġġ Mill‑Koordinatriċi
|
4 Il‑Kokka u s‑Seqer
|
6 Il‑Vaganzi
|
8 Paġna Logħob
RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU
Għeżież tfal,
EDITORJAL
Ninsabu fix‑xahar ta’ Diċembru – l‑aktar xahar favorit ta’ ħafna minnkom. Kull fejn tħares, ħlief tiżjin tal‑Milied u dwal iteptpu ma tarax; fid‑djar, fil‑ħwienet, fit‑toroq, fl‑iskejjel u fil‑knejjes ukoll. Kulħadd jitkellem dwar ir‑rigali li ser jagħti u x’jixtieq jaqla’. Oħrajn jitkellmu dwar il‑pantomima tal‑Milied u l‑kunċert tal‑Milied li jittella’ fl‑iskejjel. U l‑vaganzi ma jonqsux żgur! Dan kollu huwa tajjeb u sabiħ għaliex jagħmilna ferħanin, iżda importanti li ma ninsewx li nhar il‑25 ta’ Diċembru nfakkru t‑twelid ta’ Ġesù Bambin li ċċekken u sar bniedem bħalna biex isalvana mid‑dnub. Nittama li ssibu ċ‑ċans tipparteċipaw f’xi waħda mill‑attivitajiet reliġjużi li jiġu organizzati madwar Malta u Għawdex. Qatt tinsew tiftakru fit‑talb tagħkom fit‑tfal tal‑missjoni, u warrbu xi ħaġa żgħira għalihom, għax dawn la għandhom min iħobbhom, la x’jieklu, la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la mediċini, la skola fejn jitgħallmu u ħafna minnhom lanqas ġenituri! Aħseb u ara kemm ser jaqilgħu rigali f’dan il‑Milied! U kontu tafu li ħafna minnhom lanqas biss qatt semgħu dwar Ġesù?! Insellmilkom u niltaqgħu x‑xahar id‑dieħel,
Claudia
Missio (Uffiċċju Missjunarju): Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171. Tel: 21236962 Imejl: tfal@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm, Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm Missio (Uffiċċju Missjunarju): Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, Rabat Għawdex. Tel: 21550267 Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi: John Caruana Pubblikazzjoni: Missio [Uffiċċju Missjunarju (V0/1178)]
© Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.
Prezz 50ċ l‑ħarġa. Għal din is‑sena biss ser inkunu qed inqassmu dan il‑magażin b’xejn lit‑tfal kollha ta’ Malta u Għawdex li jattendu fl‑iskejjel primarji u dawk medji.
DONAZZJONIJIET
50617374 – €2.33 | 50618820 – €6.99
2
(Tfal taħt is‑16‑il sena huma mitluba jiksbu permess mingħand il‑ġenituri/ legal guardians tagħhom).
MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATRIĊI TA’ MISSIO TFAL Nancy Camilleri
Ħbieb kif intom? Din il‑ġimgħa kont qed ngħid lil Rafiki li issa qed jaqraw dwarna iktar tfal peress li l‑magażin ‘Tfal Missjunarji’ qed jingħata b’xejn lil kulħadd. Tgħidx kemm ħa gost! Dawn ix‑xahrejn li għaddew, jiena u Rafiki kellna ħafna x’nagħmlu; żorna ħafna skejjel, kemm waqt xi ‘special assembly’, żjarat fil‑klassijiet kif wkoll waqt lezzjonijiet tal‑kultura. Din id‑darba tkellimna ħafna fuq it‑tribù tal‑Masaai li jgħix fil‑Kenja. Dawn in‑nies huma magħrufa għall‑ġiżirajjen sbieħ li jagħmlu, magħrufin mad‑dinja kollha bħala ‘Masaai Necklaces’. Qabel, dawn in‑nies kienu jagħmlu dawn il‑ġiżirajjen biż‑żrieragħ u bl‑għadam, imma mbagħad skoprew il‑lewlu kkulurit li wasal mill‑Ewropa u bdew jużaw lilu. Għal dan it‑tribù, il‑kuluri huma importanti ħafna sabiex iwasslu messaġġ permezz tal‑kuluri li jintużaw f’dawn il‑ġiżirajjen.
l‑kuluri u għamlu l‑ġiżirajjen bil‑platti tal‑karti filwaqt li sebbħuhom b’disinji sbieħ u kkuluriti.
L‑aħmar ifisser qlubija L‑ikħal ifisser enerġija L‑aħdar ifisser saħħa L‑isfar u l‑oranġjo jfissru merħba L‑abjad ifisser paċi L‑iswed ifisser żmien diffiċli
In‑nies Masaai jagħmlu dawn il‑ġiżirajjen f’forma tonda, il‑forma tal‑irħula tagħhom. Jaħdmuhom f’disinji sbieħ, vivaċi u b’kuluri mil‑lista t’hawn fuq sabiex jiddiskrivu l‑istorja tal‑irħula tagħhom. Jagħmlu wkoll ġiżirajjen speċifiċi għal okkażjonijiet speċjali, bħal tiġijiet u twelid ta’ trabi; dawn il‑ġiżirajjen ikunu b’disinji elaborati u vivaċi ħafna. Jiena u Rafiki għamilna dawn il‑ġiżirajjen bħala lezzjoni tal‑krafts f’xi skejjel fejn morna. Ħafna mit‑tfal ħadu pjaċir jistaqsu xi jfissru
Tfal, dan huwa x‑xahar speċjali tal‑Milied. Nafu li intom taqilgħu ħafna rigali, u dan huwa sabiħ ħafna. Però nixtiequ li tiftakru f’ħafna tfal li dan il‑Milied mhux ser jaqilgħu rigali. Uħud minn dawn it‑tfal jgħixu l‑Milied fil‑biża’ u oħrajn mingħajr dar jew waħedhom minħabba l‑gwerer. Għalhekk, ejjew nagħmlu Milied speċjali għal tfal oħra fid‑dinja li qed ibatu billi nagħtu ftit mill‑flus li għandna fil‑karus. Meta tridu tistgħu tiġu l‑uffiċċju tagħna tal‑Belt jew tal‑Mosta u tgħadduhomlna. Aħna nieħdu gost niltaqgħu magħkom. Narawkom tfal,
Nancy u Rafiki
Nixtiequ l-Milied t-tajjeb u Sena Ġdida mimlia risq u barka lill-qarrejja kollha u lill-familjari tagħhom. Awguri!
Qed nistiednu lil dawk il‑korijiet jew gruppi li jixtiequ jkunu parti minn din l‑attività b’risq proġetti ta’ tfal fil‑missjoni. Kull kor jew grupp jiltaqa’ l‑Belt Valletta u filwaqt li jdoqqu u jkantaw innijiet tal‑Milied madwar it‑toroq, jiġbru d‑donazzjonijiet. Dawk li jieħdu sehem huma mħeġġa jilbsu ta’ anġli jew ta’ maġi u jkunu mmexxijin minn stilla kbira – ‘Star Singers’. Dan isir fil‑ġranet ta’ bejn il‑Milied u l‑Epifanija.
Sta rS
KAMPANJA ‘STAR SINGING’
Malta rs e g in
Kull min hu interessat għandu jikkuntattjana fuq 21236962 jew nancy@missio.org.mt Inħeġġukom tkunu parti minn din l‑attività sabiħa. Grazzi mill‑qalb. 3
IL‑KOKKA U S‑SEQER Leġġenda Għarbija addattata minn Claudia Cini. Illustrazzjoni ta’ Janet Vella. Ta’ kuljum, Sajan, wara li jagħlaq il‑ħanut, kien jibqa’ sejjer il‑moskea għat‑talb ta’ filgħaxija. Jum fost l‑oħrajn, fuq il‑ħoġor ta’ waħda mit‑twieqi għoljin tal‑knisja, ir‑raġel lemaħ kokka kemm kemm titħarrek, tant li għall‑ewwel ħasibha bbalzmata. Sajan ma damx ma ntebaħ li dik il‑kokka mhux talli kienet xiħa, iżda kienet ukoll għamja.
Kos, min jaf kif issib x’tiekol hux! Għamja kif tista’ taqbad il‑priża?
Jum wara l‑ieħor, Sajan, baqa’ jara l‑kokka xiħa, dejjem fl‑istess tieqa kemm kemm tiċċaqlaq. Ta’ kull filgħaxija kien ikollu seba’ mitt sena biex jasal il‑moskea ħa jara l‑kokka għamja kinitx għadha hemm. U ta’ kuljum kien iberren f’moħħu kif kienet qed tiekol dik l‑imbierka kokka. Sa ma jum fost l‑oħrajn, hu u jaħseb dwar dan, jilmaħ seqer li daħal minn ħġieġa mkissra b’serp f’ħalqu u tah lill‑kokka.
Mela huwa s‑seqer li ta’ kuljum qed jitma’ lill‑kokka!
4
Sajan skanta u ħaseb bejnu u bejn ruħu: “Mela Alla jieħu tant ħsieb lil din il‑kokka li ma jħallihiex tmut bil‑ġuħ billi bagħtilha lis‑seqer biex jitmagħha, imbagħad jien ikolli mmur għax‑xogħol kuljum.” Sajan kompla jaħseb u ddeċieda li ma jaħdimx aktar u jintefa’ fuq iz‑zuntier tal‑moskea jittallab, għaliex ħassu ċert li Alla ma kienx ser jinsieh u jħallih bil‑ġuħ. La ħaseb fil‑kokka, żgur li kien ser jaħseb fih.
Karità, jekk jogħġobkom!
Xi jiem wara, waqt li Sajan kien fuq iz‑zuntier jittallab, jgħaddi ħabib tiegħu li skanta mhux ftit jarah f’dik il‑qagħda xejn sabiħa. Sajan malajr irrakkontalu l‑istorja tal‑kokka u s‑seqer u bid‑deċiżjoni li kien ħa. Ħabibu deher jaħseb għal ftit, iżda ma damx ma ta tweġiba f’waqtha lil Sajan li rrealizza kemm ħabibu kellu raġun, tant li reġa’ beda jaħdem aktar minn qatt qabel biex ikun jista’ jgħin lil min kien fil‑bżonn.
Sajan, jiena aktar naħseb li Alla jridek tkun bħas‑seqer u tgħin lill‑oħrajn u mhux bħall‑kokka! Ikolli ngħid li fhimt ħażin il‑messaġġ ta’ Alla!
5
L‑ISTEJJER TA’ JIMMY Vikki
K
IL‑VAGANZI
ienu waslu l‑vaganzi tal‑Milied. Jimmy kien ilu ġimgħat sħaħ jgħodd il‑ġranet biex jara kemm kien fadal jiem biex jibdew il‑vaganzi tal‑Milied. Fl‑aħħar waslu u għal ġimagħtejn sħaħ seta’ jibqa’ rieqed kemm ried, għax filgħodu ma kellux għalfejn iqum għall‑iskola. Lanqas laħqu għaddew tlett ijiem mill‑vaganzi li Jimmy ma qamx ma jiflaħx. “Ma, ma!,” korob Jimmy minn taħt il‑friex. Fi ftit sekondi l‑mamà tfaċċat fil‑kamra ta’ Jimmy. “Hawn ibni xi ġralek?” staqsietu. “Qiegħed inħossni bla saħħa, qiegħda tuġagħni rasi u ma niflaħx niċċaqlaq”, wieġeb Jimmy b’leħen miksur. Il‑mamà ma damitx wisq biex minn koka fil‑kċina fi ftit sekondi bidlet l‑irwol għal dak ta’ tabiba. “Għandek id‑deni, probabbli ser taqbdek l‑influwenza”, qaltlu l‑mamà, wara li ppruvatlu t‑temperatura tad‑deni. “Ipprova strieħ ftit sakemm jiġi jittawwallek it‑tabib,” qaltlu l‑mamà hi u tpoġġilu ċarruta mxarrba fuq moħħu. “Għadhom lanqas biss għaddew tlett ijiem mill‑vaganzi u diġà ma niflaħx. Ser ikolli nqatta’ l‑vaganzi ġewwa,” gerger 6
Jimmy. “Ilbieraħ wissejtek biex ma toħroġx tilgħab bil‑ballun fil‑bitħa mingħajr ġakketta. Għandek rasek tal‑ġebel!” qaltlu l‑mamà, filwaqt li bdiet ħierġa mill‑kamra sabiex tmur iċċempel lit‑tabib. “Kemm jien sfortunat,” gedwed Jimmy minn taħt l‑ilsien. Kif semgħet lil Jimmy jgħid dak il‑kliem, il‑mamà waqfet ħesrem. Resqet lejn is‑sodda tat‑tifel u qaltlu, “Ftit influwenza kulma għandek tafx; la jiġi t‑tabib jagħtik il‑mediċina u fi ftit jiem tħossok ħafna aħjar.” “Iva naf,” wieġeb Jimmy, “imma jien ma rridx nitlef ħin fis‑sodda waqt il‑vaganzi. Kont diġà ftehemt ma’ Paul biex immorru naraw dak il‑film li għadu kif ħareġ fiċ‑ċinema, u s‑superjur għażilni biex nilgħab fit‑turnament
tal‑futbol tal‑mużew. U bilħaqq, mela nsejt li z‑zija Doris qaltli li ser teħodni ġurnata Għawdex biex nara il‑presepji Għawdxin?”, qered Jimmy. “U qtajna l‑biljetti għall‑pantomima tal‑Milied,” żiedet tgħid il‑mamà. “Qed tara kemm ser nitlef affarijiet,” qal b’qalbu maqsuma t‑tifel. “Għandek raġun, imma f’dawn il‑mumenti ftakar f’dawk it‑tfal foqra li bħalek ma jifilħux, iżda filwaqt li inti sa ftit ġranet oħra tkun qed tħossok aħjar, huma ser jibqgħu muġugħa għaliex m’għandhomx flus biex jieħdu l‑kura u jixtru l‑mediċini biex ifiqu.” tenniet il‑mamà. “Fil‑fatt f’dawn iż‑żminijiet tal‑Milied tajjeb li niftakru f’dawn it‑tfal, għaliex b’donazzjoni żgħira ta’ €30 tista’ ssir operazzjoni
u nkunu qegħdin insalvaw tifel jew tifla milli jitilfu d‑dawl t’għajnejhom,” qaltu l‑mamà. Meta wasal it‑tabib lil Jimmy sabu bilqiegħda fis‑sodda jara t‑‘tablet’. Il‑mamà kienet ħadet ħsiebu tajjeb u d‑deni kien diġà niżel sewwa. “Kif inti Jimmy?” staqsieh it‑tabib Falzon. “Inħossni ħafna aħjar, rasi għaddietli u l‑mamà qaltli li m’għadx għandi deni”. “Tajjeb wisq; x’qiegħed tilgħab fuq it‑‘tablet’?” kompla jistaqsi t‑tabib, filwaqt li beda jinvistah. “Ma kontx qiegħed nilgħab,” kien
pront wieġeb Jimmy. “Kont qiegħed infittex dwar kif nista’ nuża l‑ħin liberu tiegħi waqt il‑vaganzi sabiex ngħin biex jinġabru l‑flus għall‑kura u l‑mediċini għall‑morda li jgħixu fil‑missjoni,” kompla Jimmy. “Inti vera tifel eżemplari b’qalb tad‑deheb,” qallu b’leħen sod it‑tabib Falzon. “Jinsab inkwetat li mhux ser ikun jista’ jwettaq dak li ppjana għal‑vaganzi tal‑Milied,” qabżet tgħid il‑mamà. It‑tabib Falzon tbissem, filwaqt li ħares lejn Jimmy u qallu, “Jekk tissaħħan sewwa tkun tista’
tkompli b’dak kollu li ppjanajt. Dejjem ilbes beritta tas‑suf f’rasek, par ingwanti u xalla ħoxna, u toħroġ qatt mingħajr ġakketta fil‑ġranet xitwin. Għada oqgħod ġurnata oħra mistrieħ, iżda mbagħad tista’ terġa’ tkompli tgawdi l‑vaganzi,” qallu t‑tabib. “Tajjeb ma! Mela nhar il‑Ħadd ħudni l‑Belt sabiex ningħaqad mal‑kor tal‑‘iStar Singing’. Il‑membri tal‑Klabb Missio Tfal ser ikunu qed iduru mat‑toroq ikantaw innijiet tal‑Milied, filwaqt li jiġbru l‑flus għall‑missjoni,” kien pront tenna Jimmy.
KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL FIL‑MISSJONI: €18 – ‘hamper’ mimli ikel għal familja fil‑bżonn
€25 – 100 kuruna sempliċi lin‑nies fil‑missjoni
€39 – librerija fi skola primarja
LAQGĦA GĦALL‑MEMBRI TA’ KLABB MISSIO TFAL GĦAWDEX Meta: Il‑Ħamis 13 ta’ Diċembru, 2018 Fejn: Ċentru tar‑Ragħaj it‑Tajjeb, Taċ‑Ċawla, Victoria
Programm:
€50 – programm ta’ ġimgħa
edukazzjoni sportiva għal tfal f’Myanmar
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt/children Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
9:00am Quddiesa Wara film, logħob u ‘refreshments’ Nispiċċaw fil‑11:30am. Ikun hemm trasport lura għal kull min ikun irid.
Biex tibbukja jew għal aktar informazzjoni ibgħat imejl fuq gozo@missio.org.mt jew ċempel 21550267 mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn id‑9am u 12pm.
GRAZZI! 7
PAĠNA LOGĦOB DIĊEMBRU 2018
Waħda mit‑tweġibiet tajbin ta’ kull kompetizzjoni tirbaħ kupun ta’ €5 mill‑ħanut ta’ Missio Faith, Hope & Charity. Ibgħat il‑kelma u/jew is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz u ibgħathom hekk:
Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.
Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171.
1. ‘JIGSAW PUZZLE’ Daħħal dawn il‑biċċiet tal‑‘jigsaw puzzle’ fil‑kaxxa ta’ fuq il‑lemin biex tifforma sitt ismijiet ta’ kuluri. Xi ittri huma lesti f’posthom biex jgħinuk. L
A B
Ħ
J A D
D A
I
A R
A Ħ
K Ħ
R
M A
I
E D
A
S
R
A
I
F
J
Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Ġunju 2018 – Ħarġa nru. 64.
1. SIB IL‑MESSAĠĠ SIGRIET ĠUNJU ĠUNJETT INEĦĦI L‑QMIS U D‑DUBLETT.
F S W
2. SIB IT‑TRIQ
Għin lin‑nanu jieħu r‑rigal fejn ir‑rigali l‑oħrajn billi tibda mill‑fetħa fuq il‑lemin tal‑istampa u tispiċċa fil‑fetħa fuq ix‑xellug.
2. SIB IT‑TRIQ Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Jake Cauchi mill‑Ħamrun u Elisa Tonna minn Ħal Qormi. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom. Isem u Kunjom: _______________________________________________________________________________________________ Età: _______________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________ Kodiċi Postali:___________________________________Skola:________________________________________________________________________________________________________________ 8