TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No.79
April u Mejju 2020
Nota: It-tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil-paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħob u attivitajiet ta' interess.
tfal@missio.org.mt
Matul is‑sena skolastika 2019/2020 dan il‑magażin ser jitqassam b’xejn.
(V0/1178)
| www.missio.org.mt | 2123 6962 | 7 Triq il‑Merkanti, Valletta | 7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex
2 Editorjal | 2 Messaġġ Mill‑Koordinaturi | 4 Mixja Għall‑Ilma | 6 Mill‑Vjaġġi Ta’ Rafiki | 8 Paġna Logħob
RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU
Għeżież tfal,
Nittama li tinsabu tajbin. Kemm jgħaddi malajr iż‑żmien! Ftit ftit qed noqorbu lejn tmiem sena skolastika oħra. Għadni niftakarni qed niktbilkom għall‑ewwel darba fil‑bidu tas‑sena skolastika għar‑rivista ta’ Ottubru.
Kif kulħadd jaf, ġiet fuqna għall‑għarrieda burraxka xejn sabiħa. Kulħadd intlaqat, min b’mod u min b’ieħor. L‑iskejjel kellhom jingħalqu, ħafna xogħol waqaf, diversi nies spiċċaw jaħdmu mid‑dar u ħafna u ħafna ordnijiet oħra li rridu jew ma rridux kellna noqogħdu għalihom. Dan sar għall‑ġid ta’kulħadd. Imma l‑ħajja trid tibqa’ għaddejja, u hekk qed nippruvaw nagħmlu aħna. Inħeġġiġkom biex tieħdu l‑opportunità u wara li tlestu x‑xogħol tal‑iskola u forsi tgħinu fil‑familja, tagħmlu xi ħaġa flimkien li soltu ma jkollkhomx ħin tagħmlu. Pereżempju tilgħabu xi ‘board game’, taraw xi film, tagħmlu xi kraft jew tilagħbu karaoke. U bħala Tfal Missjunarji, tinsew qatt tiftakru f’ħutkom tfal fil‑missjoni billi l‑ewwel u qabel kollox titolbu għalihom, għaliex dawn la għandhom min iħobbhom, la x’jieklu, la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la mediċini, la skola fejn jitgħallmu, u ħafna minnhom lanqas ġenituri! U kontu tafu li ħafna minnhom lanqas biss qatt semgħu dwar Ġesù?! Insellmilkom,
Claudia
Stampa tal‑faċċata: Il-Qalb Imqaddsa ta' Marija.
Minħabba ċ-ċirkostanzi preżenti li Malta u d-dinja kollha jinsabu fihom, ir-rivista ta' April mhux ser toħroġ. Minflok qegħdin noħorġu waħda għax-xhur ta' April u Mejju. Grazzi. Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Missio Nru. 7, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Tel: 21236962 | Imejl: nancy@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 1:00pm Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, Rabat Għawdex. Tel: 21550267 | Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (V0/1178)
Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi: John Caruana Pubblikazzjoni: Missio [Uffiċċju Missjunarju] © Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.
2
Prezz 50ċ l‑ħarġa. Għal din is‑sena biss ser inkunu qed inqassmu dan il‑magażin b’xejn lit‑tfal kollha ta’ Malta u Għawdex li jattendu fl‑iskejjel primarji u dawk medji.
MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATURI TA’ MISSIO TFAL Nancy Camilleri
M
atul Frar konna mistednin nagħmlu sessjonijiet ta’ kultura fil‑Kulleġġ San Ġorġ Preca l‑Blata l‑Bajda. Urejniehom kif jgħixu t‑tfal fil‑missjoni, kif iġibu l‑ilma u kif fil‑Malawi u fil‑Ghana jagħmlu d‑drapp imsejjaħ ‘Kente Cloth’. Dan ikun magħmul minn żewġ disinji differenti minsuġin flimkien. Għal dawn il‑pajjiżi l‑kuluri għandhom tifsira wkoll: L‑aħmar ifisser gwerra L‑iswed ifisser spiritwalità L‑aħdar ifisser saħħa Il‑blu jfisser imħabba u paċi Kulur id‑deheb ifisser ‘royalty’ u ġid Il‑griż ifisser fejqan Ir‑roża jfisser femminil u ġentilezza Kulur il‑fidda jfisser serenità, ferħ u purità L‑abjad ifisser purifikazzjoni u jintlibes f’okkażjonijiet speċjali L‑isfar ifisser sbuħija, qdusija u xi ħaġa prezzjuża Dawn in‑nies jiktbu messaġġ fuq id‑drapp. Storja li tinftehem min‑nies ta’ madwarhom f’dak li jilbsu. Għalhekk tajt lill‑istudenti żewġ karti
ikkuluriti biex fuqhom ipinġu żewġ disinji differenti. Wara, qatgħu waħda mill‑karti strixxi u l‑oħra qatgħuha imma ħallew ċentimetru mhux maqtugħ minn fuq. Imbagħad nisġu l‑istrixxi tal‑karti kontra xulxin biex iffurmaw gradilja kkulurita (ara ritratti). Attivitajiet bħal dawn qed nagħmluhom sabiex it‑tfal jirrelataw u jifhmu ftit mill‑kultura Afrikana u b’hekk ikunu viċin tat‑tfal f’dawn il‑pajjiżi. Għalija kienet esperjenza sabiħa fejn ħafna mit‑tfal urew interess kbir fuq dan is‑suġġett.
ATTIVITÀ GĦAL MATUL IL-ĦIN LIBERU
Xtaqniekom tagħmlu xi ħaġa differenti u speċjali matul dan iż‑żmien. Billi bħalissa ma nistgħux niltaqgħu u nkunu flimkien, nipprovaw naqsmu ma’ xulxin l‑esperjenzi tagħna ‘online’.
Nixtiequkom li fil‑ħin liberu tilagħbu xi logħob ma’ tad‑dar, tiktbu jew tpinġu xi ħaġa. Waqt li tkunu qed tagħmlu dan nixtiequkom tieħdu xi ritratti, tiktbu xi ħaġa dwar l‑attività u tibagħtulna kollox b’imejl fuq nancy@missio.org.mt Dawn l‑ittri tagħkom, flimkien mar‑ritratti jiġu ppubblikati fir‑rivista ‘Tfal Missjunarji’, u jidhru wkoll fuq il-websajt tagħna www.missio.org.mt Nisimgħu mingħandkom, Nancy u Rafiki
Għandna bżonn żibeġ ikkuluriti. Min jista’ jgħinna jċempel lil Nancy Camilleri fuq 21236962 jew jibgħat imejl fuq nancy@missio.org.mt Grazzi mill‑qalb. 3
MIXJA GĦALL‑ILMA Storja addattata minn Claudia Cini. Illustrazzjoni ta’ Janet Vella. Ftit tax‑xhur ilu Rachel, li għad għandha biss disa’ snin, tilfet lil missierha u ftit wara, flimkien ma’ ommha u ħuha ta’ sena, sfaw vittmi ta’ għargħar li laqat ir‑raħal tagħhom fil‑Malawi. Il‑familja tilfet kulma kellha u b’hekk kellha tiċċaqlaq minn fejn kienet u ssib post ieħor fejn setgħet tgħix. Hawn Rachel u ommha ġabru ftit zkuk u bnew għarix biex ikollhom fejn jistkennu matul il‑lejl.
Ma tantx huwa għarix sod, imma biżżejjed għalina.
Fl‑għarix la għandhom dawl u wisq anqas ilma. Ta’ kuljum, l‑omm tmur f’għalqa ftit ’il bogħod mill‑għarix sabiex tkabbar ftit ħxejjex ħalli jkollha x’tiekol hi u wliedha. Sakemm l‑omm ma tkunx id‑dar, Rachel toqgħod tieħu ħsieb lil ħuha tarbija, imma ta’ kuljum it‑tifla jkollha timxi kilometri sħaħ biex iġġib l‑ilma. Rachel tmur ħafja u tgħaddi minn mogħdijiet imħarbtin sa ma tasal fejn in‑nixxiegħa.
Karkur wieħed biss għandi; għalhekk biex immur inġib l‑ilma nneħħih li ma jmurx jitqattagħli.
4
Minħabba li hemm ħafna bogħod għall‑ilma, Rachel ma tkunx tista’ tieħu lil ħuha magħha. Għalhekk, sakemm tmur ikollha ssakkru waħdu fl‑għarix. Kif tasal, it‑tifla timla l‑barmil bl‑ilma u ġġorru lura lejn l‑għarix fuq rasha. Kif tasal tagħti jixrob lil ħuha, imbagħad tixrob hi, tilbes il‑karkur u flimkien joqogħdu jistennew lil ommhom tasal biex jieklu minn dak li tkun ġabet mill‑għalqa.
L‑ilma li nġib min‑nixxiegħa mhuwiex ilma nadif, imma jkollna nixorbu minnu għax dak biss hemm.
Eluf ta’ tfal u kbar madwar id‑dinja kollha jmutu kuljum minħabba nuqqas ta’ ilma nadif u iġjene, li jikkawżaw ukoll ħafna mard. Bi ftit ċenteżmi ħafna mill‑mard jista’ jitfejjaq faċilment, filwaqt li bi ftit Ewro jista’ jitwassal ilma nadif lil komunitajiet sħaħ. Dan billi jsir tħaffir ta’ bjar u spieri sabiex il‑familji jkollhom aċċess għal ilma nadif iktar qrib ir‑raħal tagħhom u ma jkollhomx għalfejn jimxu ħafna.
Din is‑sena, grazzi għad‑donazzjonijiet tagħkom, Missio ser ikun qed jgħin pajjiżi tal‑missjoni, bħall‑Indja, il‑Peru, iż‑Żimbabwe, il‑Malawi u oħrajn, sabiex taslilhom l‑għajnuna meħtieġa.
5
MILL‑VJAĠĠI TA’ RAFIKI
SPAZJI TA’ TALB K
ollox sew tfal? Ftit ġimgħat ilu, fl‑Iskola Sekondarja tal‑Verdala fi ħdan il‑Kulleġġ ta’ Santa Margerita, studenti ta’ erbatax u ħmistax‑il sena kienu mistednin iħallu warajhom l‑inkwiet li kien qed itaqqalhom. Bl‑għajnuna tas‑Sinjura Nancy Camilleri, koordinatriċi ta’ Missio Tfal, u l‑għalliem tagħhom is‑Sur Martin Azzopardi sdc, l‑istudenti ħadu sehem fi Spazji Ta’ Talb (Prayer Spaces). Jiena wkoll kont hemm u tlabt studenta li tattendi l‑iskola tiktbilna dwar din l‑attività.
expectations, pressures or worries. “Worry,” begins the Swedish proverb, “gives small things a big shadow.” The following are some worries which the majority of the students wrote about: “I worry about too much homework to do and sometimes I do not find enough time to complete it.” “I am always worried of losing my family, relatives or friends.”
Our teacher said: “Life, and especially school, can be stressful. The ‘outside world’ is filled with people, things, events, noise and business. And our ‘inside worlds’, our minds, can be just as full, noisy and busy too. Being still isn’t easy.”
JAR’ and say how they feel about it. Ms. Nancy insisted that worrying about something doesn’t usually make things any better, and it doesn’t make the problem go away. Worrying just stops us from enjoying the good things in our lives; it makes us feel unsettled and anxious.
Thanks to these prayer spaces held in class, students were invited to write down their daily worries on a coloured piece of paper and then put them all in a so called ‘WORRY
So this activity encouraged students to think about the things that worried them and try and let go of them by considering what’s on their minds in that moment; people, relationships,
“I worry about family and relatives recovered in hospital.” “I feel worried of not being accepted by others.” “I am worried about my future and what will happen of me if I do not succeed in my exams.” “I worry about the relationship of my mother with her partner. Hope that her partner will not betray her.” “I am always concerned about my family problems at home. Mum and Dad always fight and this makes me feel always anxious.” “I am afraid of life itself.”
6
“I am afraid of falling into a depression as we have it in our family.” “I am highly afraid of losing my grandparents whom I love so much.” “I am afraid to die.” Very few students wrote that they worry about nothing in life. Then we reflected upon
EZEMPJI SBIEH • Daniel Sciberras miż‑Żurrieq • Andrè Joe Attard mix‑Xewkija • Kimberly Sultana mir‑Rabat, Għawdex • Emma Galea minn Pembroke • Jan u Tatiana Sacco mix‑Xewkija, Għawdex. Grazzi mill‑qalb tal‑bolol li tajtu lil Missio Tfal. Dawn jinbiegħu lill‑kollezzjonisti u l‑qligħ minnhom imur b’risq proġetti fil‑missjoni. • Grazzi u proset lil Daniel Cauchi Borg mir‑Rabat, Malta tad‑donazzjoni li ta lil Missio b'risq proġetti fil‑missjoni. Nixtiequ nirringrazzjaw lill‑Parroċċa tal‑Mellieħa li fil‑Milied it‑tfal tad‑duttrina tawna ħafna ‘soft toys’ li wżajna waqt l‑attività ta’ ‘Santa in the City’.
the Biblical Verse: “The Lord’s my shepherd, I’ll not want. He makes me lie in pastures green. He leads me by the still waters. His goodness
restores my soul.” (Psalm 23) Thanks to these prayer spaces held in class some students felt relieved of their daily burdens and worries and some others shed tears while dropping their written worries in the worry jar. Karolyn Joy Thomas
KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL TA’ MYANMAR: €12 – 50 kuruna sempliċi lin‑nies fil‑missjoni €27 – qażquż lil familja kbira fil‑bżonn €35 – rota lil tifel jew tifla biex imorru l‑iskola
€50 – għajnuna lis‑Sorijiet ta’ Madre Tereża biex iżommu trabi u tfal abbandunati
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, Mosta MST 4128 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI! 7
PAĠNA LOGĦOB APRIL / MEJJU 2020
Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk: Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.114, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128
Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.
2. SUDOKU
1. ĦADDEM MOĦĦOK
Daħħal in‑numri neqsin fil‑kaxxi l‑vojta b’tali mod li kull kolonna u kull ringiela jinkludu n‑numri 1,2,3 u 4. Importanti li l‑ebda numru ma jkun repetut. Waħda mit‑tweġibiet tajbin tirbaħ ‘soft toy’ tal‑Hamleys.
Sib il‑valur ta’ kull stampa t’hawn taħt biex timla l‑valur tal‑kaxxa l‑vojta. Waħda mit‑tweġibiet tajbin tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio: Faith, Hope & Charity tal‑Belt Valletta
21
1 4 2
+
+
= =
29
Isem u Kunjom: ________________________________
+ +
=
41
Età:______________________________________________
=
55
__________________________________________________
+
+
+ +
+
+
+
=
_______________________________________________
Indirizz:__________________________________________________
_____________________________________________________
Kodiċi Postali:_______________________________________ Skola: __________________________________________
Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Frar 2020 – Ħarġa nru. 77.
Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Jannar 2020 – Ħarġa nru. 76. 1. ĦADDEM MOĦĦOK +
+
+ +
+
+
+ +
+
+
12 = 16 = 18 = 26 = 28 =
+
3
1. ĦADDEM MOĦĦOK
2. SUDOKU
3
4
1
2
1
2
3
4
4
3
2
1
2
1
4
3
Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Jan Mizzi minn Ħal Għaxaq u Tiffany Marie Mifsud minn Santa Venera.
+
+ +
+
+
+
+ + +
+
+
=
9
=
15
=
30
42 = 36
=
2. SUDOKU
1
3
4
2
4
2
1
3
3
1
2
4
2
4
3
1
Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Eve Mirabitur mill‑Imġarr, Malta u Kian Zack Grech min‑Naxxar.
Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom. 8