Skip to main content

TFAL MISSJUNARJI APRIL 2021

Page 1

TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No.86

Matul is‑sena skolastika 2020/2021 dan il‑magażin ser jitqassam b’xejn.

April 2021

90

sena ħidma għall‑missjoni

Amelia Glanville - 4

Amaya Lia - 10 ountain. m e can climb any

Together w

Andrea Azzopardi - 8

Angelo Aloisio an d Mariah Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.

para Shannie Lee Ciap

Isaac Grech

(V0/1178)

2 Editorjal | 2 Messaġġ Mill‑Koordinaturi | 4 Klinika Mobbli | 6 Tfal Li Għamlu Differenza | 8 Paġna Logħob


RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU

Għeżież Tfal, Erġajna ltqajna. Kif intom? Nittama li intom u l‑familjari tagħkom tinsabu tajbin speċjalment f’dan iż‑żmien kemxejn diffiċli li d‑dinja kollha għaddejja minnu minħabba l‑pandemija. Il‑Knisja Kattolika madwar id‑dinja kollha għadha kif iċċelebrat l‑akbar festa tagħha – il‑Festa tal‑Għid il‑Kbir – Kristu Rxoxt – Kristu rebbieħ fuq il‑mewt. Min jaf kemm qlajtu figolli u bajd taċ‑ċikkulata! Kif qed taraw fuq il‑faċċata tar‑rivista, din id‑darba ġibna xi tpinġijiet minn tagħkom it‑tfal li bgħattulna relatati mal‑kompetizzjoni li kellna. Kollha kienu sbieħ u kien diffiċli ħafna li nagħżlu l‑isbaħ. Però lkoll ser jirċievu rigal żgħir ta’ tifkira mingħand MissioTfal. Kif stajna nobsru, it‑tema ewlenija magħżula mit‑tfal kienet il‑pandemija. Forsi xi kultant aħna l‑kbar ma nirrealizzawx li din is‑sitwazzjoni qed taffettwa wkoll lilkom it‑tfal. Fir‑rivista ta’ dan ix‑xahar qed inkomplu nlaqqgħukom ma’ aktar stejjer u ma’ aktar tfal li għamlu differenza fil‑ħajja ta’ persuni oħra. L‑istorja tal‑komik hija storja reali u ħafna tfal jinsabu għaddejjin minn sitwazzjonijiet simili. F’pajjiżi fqar, waħda mill‑akbar problemi hija n‑nuqqas ta’ ilma nadif għax‑xorb. Dawn l‑istejjer aħna nippubblikawhom mhux biss biex issiru tafu bihom, imma wkoll biex tapprezzaw kemm intom ixxurtjati li meta tkunu ma tifilħux, it‑tabib jew jiġi jarakom id‑dar jew tmorru intom fi klinika fil‑qrib u tinqdew minnufih bla problemi ta’ xejn. U qabel inħallikom infakkarkom sabiex ma tinsew qatt titolbu għat‑tfal fil‑missjoni, għaliex dawn la għandhom min iħobbhom, la x’jieklu, la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la mediċini, la skola fejn jitgħallmu, u ħafna minnhom lanqas ġenituri! U kontu tafu li ħafna minnhom lanqas biss qatt semgħu dwar Ġesù?! Insellmilkom u niltaqgħu x‑xahar id‑dieħel,

Claudia Stampa tal‑faċċata: Uħud mit‑tpinġijiet mibgħuta minnkom it‑tfal. Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Missio Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Tel: 21236962 | Imejl: nancy@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 1:00pm Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, Rabat Għawdex. Tel: 21550267 | Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (V0/1178)

Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi: John Caruana Pubblikazzjoni: Missio [Uffiċċju Missjunarju] © Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.

2

Prezz 50ċ l‑ħarġa. Għal din is‑sena biss ser inkunu qed inqassmu dan il‑magażin b’xejn lit‑tfal kollha ta’ Malta u Għawdex li jattendu fl‑iskejjel primarji u dawk medji.

MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATRIĊI TA’ MISSIO TFAL Nancy Camilleri

Ħelow Tfal, Diġà wasal April, xahar li lili jogħġobni ħafna. Dan għaliex huwa xahar fejn niċċelebraw festa li togħġobni ħafna ‑ il‑Festa tal‑Għid il‑Kbir, li għalija tfisser il‑festa tal‑ħajja; ħajja ġdida. Ngħidilkom is‑sewwa tfakkarni ħafna f’meta mort iż‑Żambja, waħda mill‑artijiet tal‑missjoni. Konna morna f’orfanatrofju fiż‑Żambja fejn kien hemm ħafna tfal ta’ kull età li ġew jilqgħuna u jifirħu bina. Ġew jiġru ħdejna, u s‑soru li kienet qed tieħu ħsiebhom bdiet tintroduċihom magħna waħda waħda. Kollha kienu entużjasti biex juruna l‑kmamar tagħhom. Morna fil‑kmamar u bdew juruna


l‑ftit affarijiet li kellhom. Kienu ferħanin ħafna; b’ferħ li qatt ma rajt bħalu u li jfakkarni fil‑ferħ tal‑Għid. Ftit wara tfajla żgħira ġiet tiġri fuqna b’tarbija f’idejha. It‑tfal l‑oħra kollha daru magħha u qalulna: “Din Michela, xi ġimagħtejn ilu sibnieha wara l‑bieb.” Kienet rigal li tahom Alla; issa kellhom oħthom oħra. Festa kbira. Laqgħuha bil‑ferħ kollu li kellhom f’qalbhom! X’kellhom biha! Kollha bdew juruna l‑ftit ħwejjeġ li kellha u l‑ftit kutri kkuluriti li kienu jżommuha fihom. Kemm ħadu gost meta għednielhom li ġibnielhom iktar ħwejjeġ maħdumin mill‑voluntiera tagħna, u mhux biss għal Michela, imma għalihom ukoll.

imma kellhom lil xulxin u għalhekk kellhom kollox. Dan huwa l‑ferħ tal‑Għid, festa ta’ ħajja u festa tas‑sempliċi u

tat‑tfal; ta’ dak kollu li huwa ġenwin u li ġej mill‑qalb. Nawgurawlkom l‑Għid it‑Tajjeb!

Proset lil dawk it-tfal kollha li bagħtulna t-tpinġija tagħhom biex inġibuha tidher fuq il-faċċata tar-rivista. Kollha għoġbuni u huwa diffiċli ħafna li nagħżel l-isbaħ! Kull min bagħtilna tpinġija ser jirċievi rigal żgħir mingħandna. Komplu ibagħtulna aktar tpinġijiet sbieħ. Nistenna mingħandkom. Ċaw ċaw.

Il‑ferħ ta’ dawn it‑tfal kien laqatni ħafna u mmarkali qalbi għal dejjem. Ma kellhom xejn, 3


KLINIKA MOBBLI Storja vera addattata minn Claudia Cini. Illustrazzjoni ta’ Janet Vella. Mikale għandu disa’ snin u flimkien ma’ ħuh akbar minnu, Zamar, jgħixu ma’ nannithom f’Papua New Guinea, li huwa wieħed mill‑erbatax‑il pajjiż fil‑kontinent tal‑Oċeanja. Huwa diffiċli ħafna li tkun tgħix f’dan il‑pajjiż għaliex il‑maġġoranza tan‑nies la għandhom elettriku u lanqas ilma nadif tajjeb għax‑xorb u għat‑tisjir. Minħabba f’hekk huwa diffiċli ħafna li żżomm f’saħħtek.

Il‑mamà u l‑papà tiegħi t‑tnejn mietu minħabba li mardu kawża ta’ nuqqas ta’ iġene.

Ħafna tfal tampar Mikale jimirdu għaliex m’għandhomx ilma nadif. Meta dawn jixorbu l‑ilma mniġġes faċli ħafna li jimirdu bil‑kolera jew taqbadhom id‑dijarea. L‑ilma qiegħed u mniġġes jattira lejh in‑nemus li joqros lin‑nies u jikkawżalhom il‑malarja. Dan il‑mard kollu jista’ jiġi pprevenut jekk ikollhom ilma nadif. Barra minn hekk, dan il‑mard kollu jista’ jitfejjaq b’mediċina li ma tiswiex ħafna flus.

Li kieku ma konniex foqra u li kieku kien hawn tabib fir‑raħal tagħna, żgur li l‑mamà u l‑papà għadhom ħajjin!

4


Dun Arnold, li huwa kemm qassis kif ukoll tabib, ilu għal dawn l‑aħħar snin jaħdem fost in‑nies f’Papua New Guinea. Huwa jgħallem lin‑nies kemm huwa importanti li jgħallu l‑ilma qabel jixorbuh u biex kemm jista’ jkun iżommu ndaf u nadif biex ma jimirdux. Dun Arnold talab l‑għajnuna ta’ MissioTfal biex ikun jista’ jtejjeb il‑ħajja ta’ dawn in‑nies, b’mod speċjali t‑tfal li l‑aktar li huma vulnerabbli u jimirdu.

Dawn in‑nies la għandhom mediċina u wisq anqas tabib. Ridt nagħmel xi ħaġa biex ngħinhom mill‑aħjar li nista’. Dun Arnold laqqa’ grupp ta’ infermiera biex jgħinuh jassisti lil dawk morda, u bil‑flus li bagħtulu MissioTfal xtara l‑mediċina. Iżda kien fadallu problema; kif kien se jilħaq lil dawk li kienu jgħixu ’l bogħod? Għalhekk huwa xtara klinika mobbli, li hija speċi ta’ vann, u ramaha b’dak kollu bżonnjuż sabiex jikkura u jfejjaq lit‑tfal u lill‑adulti morda.

Permezz tal‑klinika mobbli, issa jiena u t‑tim tiegħi nistgħu nilħqu n‑nies madwar il‑pajjiż kollu. Aħna nsuqu l‑klinika u nduru l‑irħula fejn hemm nies u tfal morda.

5


TFAL LI GĦAMLU DIFFERENZA

STUDENTI MILL‑KULLEĠĠ SANTA MARGERITA, SKOLA SEKONDARJA, VERDALA

O

n Monday 21st December 2020, His Holiness Pope Francis sent a letter of appreciation to our teacher Martin Azzopardi sdc to thank his group of Form 5 Religion students who launched a project (On 23rd October 2020) about the Pope’s encyclical letter ‘Fratelli Tutti’ (All Brothers) and shared its message with other students. As our the teacher said: “The aim of this school study project is to make our students reflect upon the Pope’s message in his encyclical letter ‘Fratelli Tutti’, and invite them to put the needs of the poor and those marginalised at the centre of their lives”. This school project was launched in link with the R.E. unit about the missionary character imprinted in the heart of Christians through Baptism and Confirmation. Pope Francis issued the encyclical letter ‘Fratelli Tutti’ on October 3rd and he is addressing his message not only to Christians worldwide, but to all humans of good will. ‘Fratelli tutti’ is meant to unite communities during these difficult times of fear caused by the Corona Virus pandemic and invite them to reflect upon the terrible effects of racism, inequality and climate change. In fact this encyclical 6

letter is being referred to as the ‘COVID‑19 encyclical letter’. While Pope Francis’ encyclical letter ‘Laudato Si’ (Praise to

You, 2015) invited all humanity to reflect upon the climate change issue and the urgent need to take care of our planet


Following this school study project, we students join Missio Malta missionary campaign inviting all the Maltese people to contribute and take Pope Francis’ call seriously to be loving brothers and sisters to all those in need of our help. This school project aims to reach seven of the main goals proposed by the United Nations Sustainable Development Goals:

and ecosystem, ‘Fratelli Tutti’ is an invitation to take the principles of ‘fraternity’ and ‘social friendship’ seriously, following the example of St Francis of Assisi who, “wherever he went, sowed the seeds of peace and walked alongside the poor, the abandoned, the infirm and the outcast, the least of his brothers and sisters”.

● No Poverty ● Zero Hunger ● Good Health and Well‑being ● Quality Education ● Gender Equality ● Reduced Inequalities ● Peace, Justice and Strong Institutions Keelan Vassallo, Chereen Buhagiar and Amy Schembri.

KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL FIL‑MISSJONI: €19 – medikazzjoni għal ġimagħtejn fi kliniċi li jikkuraw mard serju

€27 – qażquż lil familja kbira fil‑bżonn €30 – operazzjoni lil tifel jew tifla biex ma jitlifx id‑dawl t’għajnejh

€50 – programm ta’ ġimgħa edukazzjoni sportiva għal tfal f’Myanmar

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI! EZEMPJI SBIEH Kulleġġ San Tumas More Skola Primarja B, Ħaż‑Żabbar Grazzi mill‑qalb tal‑bolol li tajtu lil Missio Tfal. Dawn jinbiegħu lill‑kollezzjonisti u l‑qligħ minnhom imur b’risq proġetti fil‑missjoni. 7


PAĠNA LOGĦOB APRIL 2021

Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk: Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128

1. QABBEL ID‑DELL Sib id‑dell ta’ kull stampa u qabblu mal‑istampa tal‑kulur billi tagħmel linja minn stampa għall‑oħra. Waħda mit‑tweġibiet tajbin tirbaħ basket tal‑iskola.

Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.

2. SIB ID‑DIFFERENZA Ħares sew lejn dawn iż‑żewġ stampi u ara jirnexxilekx issib 10 differenzi bejn stampa u oħra. Immarka dawn id‑differenzi b’ċirku jew salib. Waħda mit‑tweġibiet tajbin tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut Faith, Hope & Charity fil‑Belt Valletta.

Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ FRAR 2021 – Ħarġa Nru. 84. 1. QABBEL ID‑DELL

2. SIB ID‑DIFFERENZA

Isem u Kunjom: ________________________________ _______________________________________________ Età:______________________________________________ Indirizz:__________________________________________________ __________________________________________________ _____________________________________________________

Ir-rebbieħa tal-kompetizzjonijiet huma Isaac Abdilla miż-Żurrieq, Rachael Saliba minn Pembroke u Ira Scerri minn Birkirkara.

Kodiċi Postali:_______________________________________ Skola: __________________________________________

Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom. 8


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
TFAL MISSJUNARJI APRIL 2021 by Missio Malta - Issuu