TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No. 62
Prezz 70ċ l‑ħarġa €5 8 ħarġiet* *€7 bil‑posta
April 2018
Editorjal
2
Is‑Simboli N i l ta q g ħ u
|
Messaġġ
Ta r ‑ Ra n d a n Ma’
…12
|
M i l l ‑ Ko o r d i n a t r i ċ i 7
Lo g ħ o b
|
3
Aħbarijiet
b i l ‑ Ko m p et iz z j o n i
|
Klabb
Missio
mid ‑Dinja 14
|
T fa l
Ko l l h a
Ħa d d e m
Idejk
4 10 15
Editorjal Għeżież tfal,
RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN NOVEMBRU U ĠUNJU
Tpinġija ta' Siobhan Rieck Zahra ta' 10 snin li qiegħda fis‑6 sena fl‑Iskola Primarja ta' Ħad‑Dingli fi ħdan il‑Kulleġġ San Nikola.
Inħeġġiġkom biex tiktbulna xi ittra u tibagħtuhielna fl‑indirizz li jidher hawn taħt: postali jew elettroniku. L‑ittri għandhom ikollhom tema missjunarja, pereżempju x’tagħmlu intom bħala tfal biex tgħinu jew tiktbulna dwar xi attività li għamiltu mal‑membri tal‑Klabb Missio Tfal jew l‑iskola. Nistennewkom!!
IS‑SOLTU X’TAGĦMEL BIHOM IL‑BOLOL U T‑TELECARDS UŻATI?, FORSI TARMIHOM?
Missio (Uffiċċju Missjunarju): Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171. Tel: 21236962 Imejl: tfal@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm, Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm
Minflok tarmihom, ġibhom jew ibgħathom lil MissioTfal u aħna nbigħuhom lill‑kollezzjonisti. Bil‑flus inkunu nistgħu ngħinu tfal li jinsabu fil‑bżonn.
Missio (Uffiċċju Missjunarju): Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, Rabat Għawdex. Tel: 21550267 Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi: John Caruana Pubblikazzjoni: Missio (Uffiċċju Missjunarju) © Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.
DONAZZJONIJIET
2
50617374 – €2.33 | 50618820 – €6.99
(Tfal taħt is‑16‑il sena huma mitluba jiksbu permess mingħand il‑ġenituri/ legal guardians tagħhom).
Kif intom? Nispera li tinsabu tajbin. Ninsabu fix‑xahar t’April, ix‑xahar li din is‑sena beda bil‑kbir. U tafu għaliex? Għaliex nhar l‑1 ta’ April iċċelebrajna l‑festa ta’ Kristu Rxoxt – l‑Għid il‑Kbir – ir‑rebħa li Kristu għamel fuq il‑mewt. Kontu tafu li din hija l‑akbar festa tagħna l‑Insara? Iva l‑ikbar waħda; akbar mill‑Milied, għaliex li kieku Ġesù ma qamx mill‑imwiet, ma konniex niċċelebraw il‑Milied! Issa li dħaltu lura l‑iskola wara l‑vaganzi, nixtiequ nisimgħu mingħandkom dwar kif għaddejtuhom. Mortu taraw xi vari u forsi attendejtu għal xi puċissjoni tal‑Ġimgħa l‑Kbira? Ħadtu sehem fid‑diversi funzjonijiet li jkunu organizzati fil‑knejjes tagħna? U fl‑Għid il‑Kbir xi qlajtu? Żġur li xi figolla jew xi bajda taċ‑ċikkulata! Hemm diversi tradizzjonijiet marbuta mal‑Għid, fosthom il‑purċissjoni li ssir f’diversi bliet u rħula Maltin u Għawdxin bil‑vara ta’ Kristu Rxoxt, il‑figolli, il‑bajd taċ‑ċikkulata, u fniek, flieles u ħrief kemm taċ‑ċikkulata kif ukoll taċ‑ċarruta. Kontu tafu li dawn kollha u aktar huma simboli ta’ ħajja ġdida? Aktar tagħrif dwar dawn is‑simboli tistgħu ssibuh fil‑komik ta’ dan il‑magażin f’paġni 7, 8 u 9. Tajjeb li tiftakru li Żmien l‑Għid ma jiqafx hawn, iżda jkompli għal xi ġimgħat oħra, meta fost l‑oħrajn fil‑knejjes tagħna niċċelebraw il‑festa ta’ Pentekoste. Qabel inħallikom, nixtieq bħalma nagħmel kull xahar, infakkarkom biex ma tinsew qatt lil ħutkom tfal fil‑missjoni. Ftakru fihom fit‑talb tagħkom u warrbu xi ħaġa żgħira għalihom, għax dawn la għandhom min iħobbhom, la x’jieklu, la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la skola fejn jitgħallmu u wisq anqas qalgħu xi figolla jew xi bajda taċ‑ċikkulata! U kontu tafu li ħafna minnhom lanqas biss qatt semgħu dwar Ġesù?! Insellmilkom u niltaqgħu x‑xahar id‑dieħel,
Claudia
Messaġġ mill‑Koordinatriċi ta' Missio Tfal Nancy Camilleri ’dawn l‑aħħar snin, Fkellhom mijiet ta’ rġiel, nisa u tfal iħallu pajjiżhom
biex imorru jgħixu f’xi pajjiż ieħor. Pajjiż li għalihom ifisser tama, għax fih ikunu jistgħu jaħdmu u jgħixu b’dinjità bil‑familji tagħhom. Meta jemigraw f’pajjiż ieħor dawn in‑nies ikunu jistgħu jgħixu fil‑paċi u mingħajr ir‑riskju li ser imutu bil‑ġuħ. Però nisimgħu wkoll bil‑fruntieri, postijiet li nies oħra ma jistgħux jitħallew jidħlu fihom. Qisu min twieled fl‑Ewropa għandu xi privileġġ speċjali jew hu aqwa minn dak li twieled is‑Sirja jew f’xi pajjiż Afrikan. M’aħniex ilkoll irġiel u nisa bħall‑oħrajn? U żgur li iva. Imma aħna konna ffurtunati għax fil‑pajjiżi tagħna m’hawnx gwerer jew għax għandna biżżejjed riżorsi. Għaliex? Biex nifhmu aħjar ser ngħidilkom storja minn Lampedusa, gżira mhux bogħod wisq minn Malta.
Kidisti hija tfajla ta 16‑il sena, imma meta taraha taħseb li għandha 14. Waslet Lampedusa mingħajr il‑ġenituri tagħha u vvjaġġat fid‑deżert u bil‑baħar biex waslet f’din il‑gżira. Dan għamlitu biex tkun tista’ tgħix fil‑paċi u biex ikollha futur ħafna aħjar. Kidisti twieldet l‑Eritrea, u hija l‑kbira fost ħames aħwa. Il‑ġenituri tagħha kellhom jafdawha u jħalluha tagħmel dan il‑vjaġġ bit‑tama f’qalbhom li jkollha futur aħjar. Min jaf kif ħassewhom il‑ġenituri tagħha jarawha sejra? Imma jekk tibqa’, ifisser il‑mewt. Għalhekk, iddeċidiet li titlaq minn ġo darha bil‑mixi sakemm waslet mal‑konfini tal‑Etjopja. Kienet tibża’ mis‑suldati. Baqgħet l‑Etjopja għal xahrejn sħaħ fejn hemm tgħallmet l‑Ingliż. Minn hemm qabdet xarabank għas‑Sudan, u wara vjaġġ
twil minn ġod‑deżert. Għaxart ijiem wara Kidisti, flimkien ma’ ’l fuq minn elf persuna oħra qabdu dgħajsa għall‑Italja. Issa Kidisti qiegħda Lampedusa, gżira fil‑baħar Mediterran. Meta jistaqsuha x’tixtieq, hija tgħid li tixtieq tistudja l‑matematika u l‑Ingliż biex issir pilota u jkollha biżżejjed flus biex tibgħathom lill‑familja tagħha fl‑Eritrea. Din l‑istorja miktuba minn Carla Aday turina li dawn in‑nies li jemigraw jgħaddu minn ħafna tbatijiet u perikli. Dawn it‑tfal u żgħażagħ bħalna joħolmu, imma jirriskjaw ħafna biex il‑ħolm tagħhom isir realtà. Jien u Rafiki nixtiequ li f’dawn il‑ġranet naħsbu lkoll flimkien fuq dawn in‑nies u nitolbu ħafna għalihom.
Nancy u Rafiki
3
Klabb Missio Tfal Nancy Camilleri
LI GĦADDA ...
‑irtir ta’ Missio Tfal sar Lil‑vaganzi nhar it‑12 ta’ Frar matul tal‑Karnival,
fis‑Seminarju Tal‑Virtù. Dun Charlon Muscat mexxa l‑laqgħa li kienet tikkonsisti f’żewġ stejjer. It‑tfal ġew mitluba jpinġu u jgħidulna dak li għoġobhom mill‑istejjer, u wkoll x’kien hemm komuni bejniethom.
It‑tfal ippreżentaw ħafna xeni sbieħ mill‑istejjer. Wara l‑brejk it‑tfal ħadu sehem fi ‘Prayer Spaces’ dwar il‑Missjoni. Kemm ħadu gost jimxu fuq il‑passi biex imorru minn kontinent għall‑ieħor, u jieqfu ftit biex jiktbu xi talb! Talbu wkoll għall‑missjunarji u għall‑paċi fid‑dinja. Wara kienet iċċelebrata quddiesa
u mbagħad wasal ħin l‑ikel. Kienet esperjenza sabiħa ħafna għalija u ammirajt kemm dawn it‑tfal għandhom qalbhom miftuħa għall‑oħrajn u kemm iridu verament jagħmlu xi ħaġa fid‑dinja. Meta t‑tfal kienu qed ipinġu dwar l‑istejjer li kienu semgħu, omm ta’ żewġt itfal
LI ĠEJ ...
Il‑laqgħa li jmiss ser tkun nhar l-Erbgħa 4 ta’ April fl‑4.30pm fl‑Uffiċċju ta’ Missio, Nru.114, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta. Ser ikollna laqgħa żgħira b’attività, logħob u rigali.
Narawkom!
4
li kienet preżenti, kitbitli nota fuq dawk l‑istejjer għaliex hi wkoll tgħallmet mil‑laqgħa. Dan hu dak li kitbitli l‑omm, Fiona Galea Pace: “Ħadd ma jagħżel fejn jitwieled. Jekk titwieled Malta, x’aktarx li titpoġġa f’sodda komda, tingħata l‑aqwa kura, tiekol l‑aħjar ikel u tiġi segwit mill‑aħjar tobba. Jekk titwieled f’pajjiż fqir titpoġġa fit‑trab u jekk tiekol, tiekol affarijiet li mhumiex tajbin għalik. Kulħadd jitwieled bl‑istess mod, iżda l‑pajjiż li titwieled fih diġà jpoġġik f’vantaġġ jew fi żvantaġġ fil‑ħajja. Min għandu kollox spiss igerger u jonfoħ għal kull ħaġa ta’ xejn. Napprezzaw dak li għandna u niftakru li m’għandniex għalfejn ingergru.” Jiena nirringrazzja lil Fiona Galea Pace mhux biss għax ġiet għal dan l‑irtir, iżda wkoll għax ipparteċipat u tan‑nota li ħallitilna, li veru apprezzajna.
CEME (Conférence de l’Enfants Missionniare Européenne)
Missio Tfal jeħtieġ familji bit‑tfal li lesti li jilqgħu żewġ membri tal‑CEME (Conference Europeene de l’Enfante Mission), li ser jattendu għal‑laqgħa li ssir kull sentejn, u li din is‑sena ser issir hawn Malta . Il‑familja trid tiġbor liż‑żewġ persuni mis‑Seminarju Tal‑Virtù, teħodhom id‑dar għall‑ikla ta’ filgħaxija u wara terġa’ twassalhom lura s‑Seminarju. Il‑ġurnata hija t‑Tlieta 24 ta’ April 2018 fit‑8:30pm.
Grazzi ħafna bil‑quddiem.
UĦUD MILL‑INVILOPPI MPINĠIJA LI WASLULNA
5
Klabb Missio Tfal Natasha Farrugia Bason
uluri vivaċi u wċuħ K daħkana mimlija ferħ tat‑tfal lebsin kostumi tal‑idoli
tagħhom jew xi karattru li jogħġobhom mid‑dinja tal‑fantasija! Dan kollu u ikla għaġin tajba sebbħu serata unika fil‑kalendarju ta’ Missio: Il‑festin u l‑kompetizzjoni tal‑Karnival li ttellgħu għall‑ewwel darba nhar id‑9 ta’ Frar fis‑sala Magazino, fuq il‑Waterfront il‑Belt Valletta. Is‑Sur Ivan Gaffiero, li kien il‑preżentatur u l‑persuna
6
li ħa ħsieb il‑kompetizzjoni, ikkummenta kemm kienet serata mimlija entużjażmu u kemm il‑kostumi kienu ta’ livell għoli. Is‑serata kienet imqassma f’4 kategoriji: Il‑kategorija tat‑trabi u tfal żgħar, il‑kategorija ta’ tfal ta’ bejn it‑3 u s‑6 snin, il‑kategorija tat‑tfal ta’ bejn is‑7 u l‑11‑il sena u l‑kategorija tal‑adulti. F’isem Missio nirringrazzja lil dawk kollha li ħadu sehem, kif ukoll lil dawk li ġew
biex igawdu din l‑attività magħna. Nirringrazzja wkoll minn qalbi lil Ġino għas‑siġġijiet u l‑imwejjed, lil Arnold tal‑‘Audio System’ talli sebbħilna l‑post, u lil Alex tal‑‘Isports Experience’ għat‑trofej. Fl‑aħħar u mhux l‑inqas, grazzi lill‑voluntiera kollha li b’ħerqa liema bħalha dejjem jgħinuna ‘senza interessi’ f’dawn l‑attivitajiet, għax mingħajrhom ma jsir xejn! Grazzi u prosit lil kulħadd.
IS‑SIMBOLI TAR‑RANDAN Addattament tal‑istorja Claudia Cini. Illustrazzjoni ta’ Janet Vella. Meta ngħidu l‑Għid il‑Kbir ma nkunux qed infissru biss ġurnata waħda, il‑Ħadd, imma wkoll iż‑żmien ta’ wara, sal‑Pentekoste; b’kollox seba’ ġimgħat. Bħar‑Randan, l‑Għid il‑Kbir għandu wkoll xi simboli marbutin miegħu biex jgħinuna nifhmu aħjar dan iż‑żmien sabiħ u importanti fil‑ħajja tagħna bħala Nsara. Tlugħ ix‑xemx huwa wieħed minn dawn is‑simboli. Il‑Pagani kienu jqisu x‑xemx bħala l‑akbar alla fost l‑allat. F’ħafna pitturi l‑glorja t’Alla nsibuha rappreżentata minn tlugħ ix‑xemx. Tlugħ ix‑xemx huwa simbolu tal‑Għid għaliex Ġesù qam mill‑mewt mas‑sebħ.
Il‑bejtiet tal‑għasafar huma simbolu tar‑rebbiegħa u tal‑Għid il‑Kbir. L‑għasafar jibnu l‑bejtiet tagħhom minn rix, li jkun waqa’ lil għasafar oħra, tajn, ħaxix niexef u zkuk. Huma jiġbru dak li hu bla ħajja u bla użu, u b’sengħa kbira jibnu bejta b’saħħitha biżżejjed fejn ibidu l‑bajd tagħhom. Bajd li fih tikber ħajja ġdida sa ma jfaqqsu u joħorġu l‑psiepes. Il‑bejta tirrappreżenta l‑qabar kemm ta’ Ġesù kif ukoll tagħna, minn fejn għad irridu nqumu fl‑aħħar tad‑dinja, bħalma qalilna Ġesù nnifsu.
7
L‑għasafar, b’mod partikolari l‑pitirrossi, l‑għasafar tal‑bejt u l‑‘bluebirds’ huma simbolu ieħor tal‑Għid il‑Kbir. L‑għasafar ifaqqsu mill‑bajd billi jkissru l‑qoxra u joħorġu. Dan ifakkarna f’meta Ġesù qam mill‑mewt u ħareġ mill‑qabar. L‑azzjoni tal‑għasafar li jittajru mill‑art lejn is‑sema, hija simbolu tal‑qawmien mill‑mewt ta’ Ġesù u tat‑tlugħ tiegħu lejn is‑sema. Wara l‑ġranet koroh u mudlama tax‑xitwa, l‑għasafar imlewnin jimlew l‑ajru b’tisfir u kant sabiħ li jpaxxi l‑widnejn, f’tifħir lil Alla sid il‑ħolqien kollu.
U min qatt ma kiel xi bajda taċ‑ċikkulata? Forsi ftit jafu li l‑bajd taċ‑ċikkulata huwa simbolu ieħor tal‑Għid il‑Kbir. Dan il‑bajd li jkun miżbugħ bil‑kuluri tar‑rebbiegħa, ifakkruna li bħalma l‑fellus joħroġ mill‑bajda u jibda ħajja ġdida, hekk aħna għandna nqumu u noħorġu minna nfusna biex nibdew ħajja ġdida wara Ġesù. Għaliex Ġesù huwa t‑Triq, il‑Verità u l‑Ħajja.
It‑tiben tal‑plastik ikkulurit li jintuża fi żmien l‑Għid il‑Kbir, ifakkarna li bħalma l‑għasafar jibnu l‑bejtiet tagħhom bit‑tiben, hekk ukoll aħna għandna nibnu bejta f’qalbna fejn jgħammar l‑Ispirtu s‑Santu.
8
F’ħafna kulturi, kienet u għadha t‑tradizzjoni li għall‑Għid il‑Kbir jixtru u jżanżnu tibdila ġdida ta’ ħwejjeġ. Dan huwa simbolu li l‑ewwel u qabel kollox għandu jkollna fidi ġdida fi Kristu Rxoxt. It‑tieni, tibdila ġdida ta’ ħwejjeġ tfisser bidla f’qalbna; bidu ġdid. Dari kienu wkoll jilbsu l‑‘Easter Bonnets’, speċi ta’ kpiepel, li kienu jagħmlu parti mit‑tibdila ġdida ta’ ħwejjeġ.
L‑‘Easter Bonnet’ jintlibes fuq rasna, tfakkira biex indawru ħsibijietna lejn it‑triq il‑ġdida li qed jgħallimna Ġesù.
Il‑kulur abjad huwa simbolu tal‑Għid il‑Kbir. L‑abjad ifisser safa u innoċenza. L‑iskrittura tgħidilna li Kristu jnaddafna mid‑dnubiet u jagħmlilna ruħna bajda daqs il‑borra. Il‑fjura tal‑ġilju, li hija bajda, hija wkoll simbolu tal‑Għid il‑Kbir. Il‑ġilju jfisser safa, innoċenza, sbuħija u purità b’assoċċjazzjoni mal‑Madonna. Is‑sitt petali tal‑ġilju, irranġati tlieta u tlieta, ifakkruna fit‑Trinità Mqaddsa.
F’ħafna pitturi tal‑antik, ta’ meta l‑Arkanġlu Gabrijel ħabbar lil Marija li kienet ser tkun omm Alla, Gabrijel jidher qed joffri bukkett ġilji lill‑Madonna.
9
Aħbarijiet mid‑dinja kollha LEZZJONIJIET TAL‑ORIGAMI adi, refuġjat Sirjan li jgħix Fflimkien fil‑kamp ta’ Zaatari fil‑Ġordan ma’ aktar minn 80,000
refuġjat ieħor, sab kif jgħaddi l‑ħin u fl‑istess ħin iferraħ lil tfal bi bżonnijiet speċjali. Huwa tgħallem kif jagħmel l‑origami mingħand professur waqt li kien qed jistudja fl‑università ta’ Dara fis‑Sirja. Fadi kien sfurzat jaħrab u jabbanduna l‑istudji tiegħu fl‑2013. Skont dan ir‑refuġjat, l‑origami huma utli għat‑tfal kollha, b’mod speċjali għal dawk bi bżonnijiet speċjali. L‑origami jżommok għal ħin twil iffukat fuq l‑istess ħaġa, ikisser il‑barrikati tal‑biża’ u tal‑mistħija, u joħorġok mir‑rutina ta’ kuljum. Minn kemm ilu jagħmel l‑origami, Fadi sar bniedem aktar kalm u paċenzjuż. Ix‑xewqa tiegħu hi li jmur f’kampijiet oħra, fosthom fit‑Turkija u l‑Libanu, u jgħallem l‑origami lit‑tfal
li jgħixu fihom. Fadi jisħaq li għalkemm huma jgħixu f’kamp ma jfissirx li waqfu joħolmu u jittamaw għal ġejjieni aħjar.
ĦASIL TAL‑ĦWEJJEG B’XEJN
tkun qed tgħix fit‑toroq, li jkollok ħwejjeġ Ju ħaekk indaf hija lussu! Papa Franġisku hekk ħaseb azzjoni. Ftit tal‑ġimgħat ilu, f’Ruma, Papa Franġisku fetaħ ‘laundry’ b’xejn għan‑nies 10
foqra u bla saqaf fuq rashom. “Li jkollna din il‑faċilità u li jkollna ħwejjeġ indaf ifisser ħafna għalina”, qalet Rossana Inguscio, li hija waħda mill‑persuni li jgħixu fit‑toroq ta’ Ruma. Ħajjet dawn in‑nies hija mimlija diffikultajiet. Qabel infetħet din il‑‘laundry’ ma kellhom imkien fejn setgħu jaħslu ħwejjiġhom. “Dan huwa miraklu. Minn qalbi nixtieq nirringrazzja lill‑Papa Franġisku u ngħidlu kemm verament huwa bniedem umli għalina l‑foqra,” qal b’emozzjoni Ciro Guardascione, li wkoll huwa persuna bla dar. F’Ruma biss hemm madwar 8,000 persuna bla saqaf fuq rashom, li minnhom 2,500 jorqdu fit‑toroq. Din il‑‘laundry’ ħalliet impatt pożittiv fuq dawn il‑persuni foqra. Fl‑Arġentina, f’art twelidu, Papa Franġisku kien magħruf bħala ‘L‑Isqof tal‑kerrejja’, minħabba li kien iżur ta’ spiss bliet fejn jgħixu l‑foqra f’Buenos Aires. “Papa Franġisku huwa kbir, kbir, kbir, kbir u kbir. Grazzi ħafna Papa Franġisku,” qal bid‑dmugħ f’għajnejh Karol, persuna oħra bla dar.
Aħbarijiet mid‑dinja kollha ATT TA’ KARITÀ MHUX TAS‑SOLTU
F
amilja Palestinjana, il‑missier, l‑omm u tarbija ta’ disa’ xhur, kienu involuti f’ħabta ma’ xarabank f’West Bank f’Ġerusalemm. B’xorti ħażina l‑missier miet mal‑ħabta filwaqt li l‑omm sofriet ġrieħi gravi. It‑tifel, Yamen, ħelisha ħafif
bi ġrieħi ħfief. Kemm l‑omm kif ukoll it‑tarbija ttieħdu l‑isptar għall‑kura. Yamen irrifjuta li jixrob ħalib tat‑trabi għaliex skont familjari huwa kien jieħu biss il‑ħalib ta’ ommu li ma setgħetx tagħtih minħabba l‑ġrieħi li kellha. Il‑familjari talbu lil Ola Ostrowski‑Zak, infermiera, jekk tafx lil xi omm li kienet lesta tredda’ lil Yamen, li kien qed jibki bil‑ġuħ. Ola, omm ta’ tifel ta’ sena u nofs, offriet li tredda’ lil Yamen hi stess, li mill‑ewwel straħ fi ħdanha. Il‑familjari tat‑tarbija skantaw, għaliex qatt ma basru li Lhudija kienet ser tgħin lill‑familja tagħhom. Ola qalet li kull omm Lhudija kienet tagħmel l‑istess f’sitwazzjoni bħal din u ddispjaċiha li l‑familjari ta’ Yamen għamlu din l‑osservazzjoni. L‑infermiera kitbet messaġġ fuq ‘facebook’ fejn talbet għall‑voluntiera biex jgħinu jreddgħu lil Yamen. F’temp ta’ sagħtejn aktar minn elf ruħ għamlu ‘like’ fuq il‑messaġġ ta’ Ola u ħafna ommijiet minn madwar Iżrael offrew li jreddgħu lil Yamen.
INJEZZJONI TAL‑ĦOSBA TOQTOL 15 njezzjonijiet tal‑ħosba infettati kienu l‑kawża Itas‑Sudan. tal‑mewt ta’ 15‑il tifel u tifla f’raħal fin‑Nofsinhar 32 tifel u tifla oħra mardu bid‑deni,
mid‑dijarea u mir‑rimettar. Dan ħareġ fi stqarrija li għamlu l‑W.H.O., il‑UNICEF u l‑ministru tas‑saħħa tal‑pajjiż. Siringa waħda ntużat kemm‑il darba fuq diversi persuni għal erbat ijiem sħaħ, filwaqt li l‑injezzjonijiet ma nżammewx f’post frisk kif suppost. Din il‑kampanja ta’ titqib fir‑raħal ta’ Nachodokopele organizzata mill‑gvern tan‑Nofsinhar tas‑Sudan bl‑għajnuna tal‑W.H.O.
u l‑UNICEF, kienet mifruxa fuq erbat ijiem u madwar 300 ruħ ħadu t‑titqiba. It‑tfal li mietu lkoll ittaqqbu fl‑istess ġurnata. Din it‑traġedja setgħet tiġi evitata faċilment li kieku ttieħdu l‑miżuri ta’ saħħa li tisħaq fuqhom il‑W.H.O.
Voluntiera Missio għandhom bżonn Kobob tas‑Suf sabiex jaħdmu: Ingwanti, Skufji, Xalel u Kalzetti biex jintbagħtu lit‑tfal foqra li jgħixu f’artijiet kesħin. GRAZZI.
11
Niltaqgħu ma' Anthony Francis (Storja vera) ta’ Ġesù, semgħu b’dan il‑każ u laqgħu għandhom lill‑familja Sharma; l‑omm, tifla u t‑tarbija, ilkoll iħaddnu r‑reliġjon Ħindu. Il‑Ġiżwiti ħadu ħsieb ukoll jirranġaw għall‑kremazzjoni tal‑missier.
F
’lejla xitwija u kiesħa ħafna kif jaf jagħmel fin‑Nepal, li jinsab f’għoli ta’ 7,000 pied, mara fqira Nepaliża, waqt li kienet miexja fit‑triq, qabadha l‑uġigħ tal‑ħlas. Waqfet, u hemm fit‑triq welldet tarbija ‑ tifel. Kienu s‑sebgħa ta’ filgħaxija nhar it‑12 ta’ Diċembru 1937. Dak il‑lejl stess, għall‑ħabta tal‑ħdax, miet missier it‑tarbija. Il‑Patrijiet Ġiżwiti fil‑parroċċa tal‑Qalb 12
It‑tifel beda jistudja fil‑kulleġġ tal‑Ġiżwiti f’Katmandu. Meta kiber huwa talab li jsir Nisrani. Fil‑magħmudija ngħata l‑isem ta’ Anthony Francis. Minkejja li l‑omm baqgħet tħaddan ir‑reliġjon Ħindu, hija xorta kienet tirrispetta ħafna l‑Kristjaneżmu. Anthony daħal Ġiżwita nhar it‑28 ta’ Lulju 1956. Wara li studja l‑filosofija, għamel sentejn jgħallem fil‑Kulleġġ San Ġużepp f’Darjeeling, fejn kienu jistudjaw l‑aħwa Prinċpijiet Birendra u Gyanendra, li wara saru r‑rejiet tan‑Nepal. Anthony studja wkoll t‑teoloġija fil‑Kulleġġ ta’ Santa Marija f’Kurseong, flimkien ma’ diversi Ġiżwiti Maltin. Fl‑4 ta’ Mejju 1968 Anthony ġie ordnat saċerdot u mar il‑Filippini jistudja t‑teoloġija pastorali. Wara, huwa laħaq surmast fil‑Kulleġġ ta’ San Ġużepp u fl‑1981 inħatar Rettur ta’ dan l‑istess kulleġġ f’Darjeeling. Dun Sharma ġie magħżul minn Papa Ġwanni Pawlu II biex ikun l‑ewwel Superjur Ekkleżjastiku
tal‑Missjoni Ekkleżjastika fin‑Nepal li twaqqfet mill‑Papa stess fl‑1981. Ħmistax‑il sena wara nħatar Prefett Appostoliku u fl‑2007 sar l‑ew‑ wel isqof tan‑Nepal. L‑Isqof Anthony Sharma fetaħ 23 skola u waqqaf il‑Karitas. Bis‑saħħa tal‑ħbiberija li kellu mal‑familja rjali tan‑Nepal,
irnexxielu jikseb rikonoxxenza tal‑Knisja Katto‑ lika fil‑pajjiż, fejn ir‑reliġjon hija l‑Ħinduwiżmu. Huwa rtira f’April tas‑sena 2014. Ftit tax‑xhur wara, fit‑8 ta’ Diċembru 2015, erbat ijiem qabel għalaq 78 sena, huwa ħalla din id‑dinja u mar jingħaqad mal‑Mulej għall‑ħajja ta’ dejjem.
AGĦTI RIGAL LIT‑TFAL JEW NEPUTIJIET TIEGĦEK ‘TFAL MISSJUNARJI’ huwa l‑uniku magażin bil‑Malti għat‑tfal fl‑iskejjel primarji. Fih issibu tagħrif dwar il‑Missjoni, aħbarijiet, esperjenzi, ġografija, logħob, krafts u tisjir, fost oħrajn. Abbona billi timla l‑formola t’hawn taħt. Ħu gost aqra u tgħallem, u fl‑istess ħin tkun qed tgħin lit‑tfal fil‑Missjoni.
FORMOLA TA’ ABBONAMENT FI TFAL MISSJUNARJI Isem u kunjom: ___________________________________________________________________________ Età: _______________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________________ ______________________________ Kodiċi Postali: _______________________ Tel:___________________________ Mob: __________________________
Imejl:______________________________________________________________
Skola: __________________________________________________________________ Sena:__________________________ Nixtieq nirċievi l‑magażin l‑iskola
Nixtieq nirċievi l‑magażin id‑dar bil‑posta
Prezz ta’ 8 ħarġiet: €5 bl‑idejn jew €7 bil‑posta. Jingħata rigal ta’ tifkira lil kull min jabbona għal sena. Imla l‑formola u ibgħatha ma’ ċekk pagabbli lil Missio Malta fuq: Abbonamenti Tfal Missjunarji Nru. 7, Missio, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 13
Logħob bil‑Kompetizzjoni April 2018
Waħda mit‑tweġibiet tajbin ta’ kull kompetizzjoni tirbaħ kupun ta’ €5 mill‑ħanut ta’ Missio Faith, Hope & Charity. Ibgħat il‑kelma u/jew is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u Iż‑żewġ l‑indirizz u ibgħathom hekk: kompetizzjonijiet
TFAL MISSJUNARJI Kompetizzjonijiet, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171.
jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.
. .
1. Sib il‑messagg sigriet Billi tuża t‑tabella tal‑ġenb, daħħal l‑ittri minflok in‑numri biex tiskopri l‑messaġġ sigriet. Eżempju: 1=A, K=15, X=28. ’ 6
‑ 1 20 22 12 16
12 4
4 25 2
2 13 18 1
9 17 5 16
29 12 18 18
25
23
. 23 11 1
2
1
24 17 25 22
16 12 16
10 12 18 18
2
3
4
5
6
7
8
9
10
A
B
Ċ
D
E
F
Ġ
G GĦ H
11 12 13 14 15 16 17 18 19 20
‑ 24 1
1
Ħ
I
IE
J
K
L
M
N
O
P
21 22 23 24 25 26 27 28 29 30 Q
2. Sib it‑triq Għin lil Marija Madalena tasal sa fejn il‑qabar ta’ Ġesù. Ibda mill‑fetħa tax‑xellug u spiċċa fil‑fetħa tal‑lemin.
R
S
T
U
V
W
X
Ż
Z
Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Frar 2018 Ħarġa nru. 60.
.. 1. Sib il‑messagg sigriet
FRAR FAWWAR JIMLA L‑BJAR. 2. Sib it‑triq
ISEM U KUNJOM: ______________________________________________ _____________________________ ETÀ:____________________________ INDIRIZZ: ____________________________________________________ _____________________________ KODIĊI POSTALI: _______________ SKOLA: _____________________________________________________ 14
Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Anthea‑Marie Borg minn Ħad‑Dingli u Ylenia Mulè Stagno miż‑Żurrieq. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom.
Ħaddem Idejk BALERO MESSIKAN hija logħba antika li kienu jilagħbu t‑tfal Messikani u li oriġinat fis‑seklu 16. Din Balero kienet tkun għamla ta’ kartell tal‑injam b’toqba fin‑nofs bi stikka marbuta bi spaga miegħu li ridt tipprova iddaħħal fit‑toqba. Normalment il‑kartell/it‑tazza tkun imżejna bl‑aħmar, bl‑aħdar u bl‑isfar u li tkun tixbah lil sombrero – kappell Messikan. X’għandek bżonn: • Lapes bil-gomma • Tazza tal-jogart nadifa • Pinn • Biċċa spaga • Żibġa kbira tal-plastik • Kolla • Żebgħa • Żigarelli u pom poms
Xi trid tagħmel : 1. Żejjen it-tazza biż-żebgħa, żigarelli u pom poms 2. Daħħal il-pinn fin-nofs fuq ġewwa tat-tazza 3. Waħħal il-gomma tal-lapes mal-pin minn barra tat-tazza 4. Orbot iż-żibġa ma’ tarf l-ispaga u t-tarf l-ieħor mal-lapes eżatt taħt il-gomma 5. Ipprova daħħal iż-żibġa ġot-tazza billi tbandalha
15
16