Skip to main content

Tfal Missjunarji - June 2018

Page 1

TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No. 64

Prezz 70ċ l‑ħarġa €5 8 ħarġiet ‑‑ €7 bil‑posta

Ġunju 2018

Editorjal 2 | Messaġġ Mill‑Koordinatriċi 3 | Klabb Missio Tfal 3 | Klabb Missio Tfal Għawdex 5 | Mill-Ittri Taghkom 6 | Ir‑Rebħa Tal‑Liedna 7 | Aħbarijiet mid‑Dinja Kollha 10 N i l ta q g ħ u

Ma’

…12

|

Lo g ħ o b

b i l ‑ Ko m p et iz z j o n i

14

|

Ħa d d e m

Idejk

15


Editorjal Għeżież tfal,

RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN NOVEMBRU U ĠUNJU

San Ġużepp, patrun tal-missirijiet kollha, żomm lill-papajiet tagħna taħt il-ħarsien tiegħek. Ammen.

Inħeġġiġkom biex tiktbulna xi ittra u tibagħtuhielna fl‑indirizz li jidher hawn taħt: postali jew elettroniku. L‑ittri għandhom ikollhom tema missjunarja, pereżempju x’tagħmlu intom bħala tfal biex tgħinu jew tiktbulna dwar xi attività li għamiltu mal‑membri tal‑Klabb Missio Tfal jew l‑iskola. Nistennewkom!!

IS‑SOLTU X’TAGĦMEL BIHOM IL‑BOLOL U T‑TELECARDS UŻATI?, FORSI TARMIHOM?

Missio (Uffiċċju Missjunarju): Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171. Tel: 21236962 Imejl: tfal@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm, Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm

Minflok tarmihom, ġibhom jew ibgħathom lil MissioTfal u aħna nbigħuhom lill‑kollezzjonisti. Bil‑flus inkunu nistgħu ngħinu tfal li jinsabu fil‑bżonn.

Missio (Uffiċċju Missjunarju): Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, Rabat Għawdex. Tel: 21550267 Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi: John Caruana Pubblikazzjoni: Missio [Uffiċċju Missjunarju (V0/1178)] © Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.

DONAZZJONIJIET

2

50617374 – €2.33 | 50618820 – €6.99

(Tfal taħt is‑16‑il sena huma mitluba jiksbu permess mingħand il‑ġenituri/ legal guardians tagħhom).

Kif intom? Ninsabu fix‑xahar ta’ Ġunju. F’dan ix‑xahar jiġru ħafna affarijiet li żgur li jaffettwaw lilkom it‑tfal. Issa li bdiet is‑sħana, it‑temp qed jippreparana għall‑istaġun tas‑sajf li jibda fil‑21 ta’ Ġunju. Lejn l‑aħħar tax‑xahar tispiċċa l‑iskola u allura jibdew il‑vaganzi tas‑sajf. X’għandkom ippjanat għal dan is‑sajf? Min jaf kemm ser tgħumu u tieklu ġelati? U xi safra żgur li ma tonqosx ukoll! Iżda qabel dan kollu, għat‑tfal il‑kbar, Ġunju jġib miegħu l‑eżamijiet. Minn qalbna nawgurawlkom l‑isbaħ xewqat biex tmorru tajjeb. U intom it‑tfal ċkejknin Maltin u Għawdxin li rċevejtu għall‑ewwel darba lil Ġesù Bambin fl‑okkażjoni tal‑Ewwel Tqarbina, kif għaddejtuha din il‑ġurnata? Min jaf kemm kontu sbieħ u eċċitati? F’nofs dan ix‑xahar, niċċelebraw Jum il‑Missier. Tajjeb għalhekk, li mhux biss nagħtu lill‑papajiet tagħna, jew lil dawk li jieħdu ħsiebna, kartolina u rigal, imma wkoll nagħmlu xi ġest sabiħ għalihom. Bħal pereżempju tgħinuh jaħsel il‑karozza jew jiżbarazza l‑garaxx. U tinsewx li tgħanniqa u bewsa huma l‑isbaħ rigal li wieħed jista’ jagħti u jaqla’! Infakkarkom ukoll li din il‑ħarġa tar‑rivista hija l‑aħħar waħda għal din is‑sena skolastika. Nispera li ħadtu gost bit‑tmien rivisti ta’ matul is‑sena u sibtuhom ta’ interess. Jekk il‑Bambin irid nerġgħu nibdew f’Ottubru li ġej. U qabel inħallikom, ma nistax ma nfakkarkomx biex ma tinsew qatt lil ħutkom tfal fil‑missjoni. Ftakru fihom fit‑talb tagħkom u warrbu xi ħaġa żgħira għalihom, għax dawn la għandhom min iħobbhom, la x’jieklu, la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la mediċini, la skola fejn jitgħallmu u ħafna minnhom lanqas ġenituri! U kontu tafu li ħafna minnhom lanqas biss qatt semgħu dwar Ġesù?! Insellmilkom u niltaqgħu wara s‑sajf,

Claudia


Messaġġ mill‑Koordinatriċi ta' Missio Tfal Nancy Camilleri

quddiesa fil‑Katidral tal‑Mdina, fejn ingħaqad magħna l‑Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna, li qaddes quddiesa għalina. Kellna magħna lit‑tfal tal‑kor ‘Mary’s Angels’ mill‑parroċċa ta’ Ħ’Attard. Wara l‑quddiesa l‑arċisqof iltaqa’ magħna, il‑koordinaturi, u anki mat‑tfal ta’ dan il‑kor. Miegħi għal din il‑konferenza, kien hemm id‑direttur il‑ġdid ta’ Missio Malta, Mons. Valent Borg, li seta’ jara kif jaħdem Missio Tfal.

F

’April li għadda ltaqgħu f’Malta, koordinaturi taċ‑‘Children Helping Children’ minn dsatax‑il pajjiż differenti fl‑Ewropa għall‑konferenza li ssir kull sentejn. Din saret fis‑Seminarju tal‑Virtù, ir‑Rabat. F’din il‑konferenza stajna naqsmu flimkien preżentazzjonijiet fuq l‑attivitajiet tat‑tfal li jsiru f’diversi pajjiżi, bħal ‘Star Singing’ u attivitajiet fil‑knisja waqt il‑liturġija tat‑tfal. Rajna vidjows li jintużaw fil‑Ġurnata Missjunarja u l‑krafts li jagħmlu t‑tfal stess b’risq il‑missjoni. L‑għan ta’ kull missjunarju hu li jxandar il‑Kelma t’Alla, u għalhekk stajna wkoll naqsmu l‑materjal u r‑riżorsi li jintużaw għal dan il‑għan. Kif tistgħu taraw mir‑ritratti, dawn il‑koordinaturi ġabu

magħhom ħafna u ħafna materjal u aħna wkoll kellna l‑materjal tagħna. Kienet veru atmosfera sabiħa ħafna u kien hemm ħin fejn aħna stajna naqsmu l‑ideat, id‑diffikultajiet u l‑ħolm tagħna. Dan sabiex nimxu ’l quddiem biex iktar tfal isiru konxji ta’ tfal oħra fid‑dinja li qed ibatu minħabba l‑inġustizzja, il‑mard, nuqqas ta’ kura, nuqqas ta’ skejjel, gwerra, nuqqas ta’ ilma u sfruttar tat‑tfal fix‑xogħol. Matul din il‑konferenza kellna wkoll

Għalija din kienet esperjenza li mhu ser ninsieha qatt. Konna ilna naħdmu għal din il‑konferenza għal dawn l‑aħħar sentejn. Kienet ukoll okkażjoni li nsir naf lil sħabi f’pajjiżi oħra u flimkien imtlejna b’enerġija ġdida għall‑ħidma li ġejja għal dan is‑sajf u għas‑snin li ġejjin.

Nancy u Rafiki

3


Klabb Missio Tfal Nancy Camilleri

AVVIŻI ser tkun: “Agħmlu kulma jgħidilkom hu”.

l‑Konfraternità tal‑Beata ILourdes Verġni Immakulata ta’ tal‑Qrendi, din is‑sena qiegħda tiċċelebra żewġ anniversarji importanti, li huma l‑400 sena mit‑twaqqif tal‑parroċċa tal‑Qrendi, iddedikata lil Santa Marija, u l‑140 sena mit‑twaqqif tal‑istess Konfraternità. Fl‑okkażjoni tal‑festa annwali ad unur il‑Madonna ta’ Lourdes fir‑raħal tal‑Qrendi, il‑kappillan u l‑kleru flimkien mal‑Konfraternità tal‑Beata Verġni ta’ Lourdes, ser jorganizzaw quddiesa u mumenti ta’ talb għat‑tfal u l‑familja. It‑tema ta’ din is‑sena

4

Din iċ‑ċelebrazzjoni ser issir fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija l‑Qrendi nhar it‑Tnejn 25 ta’ Ġunju 2018 fis‑6.00 ta’ filgħaxija. Iċ‑ċelebrazzjoni tibda bir‑rużarju animat, quddiesa li fiha jieħdu sehem it‑tfal, mument qasir ta’ talb u adorazzjoni, u wara tingħata l‑Barka Sagramentali. Il‑Konfraternità tixtieq tistieden lit‑tfal membri ta’ Missio Tfal sabiex janimaw din iċ‑ċelebrazzjoni Ewkaristika flimkien ma’ tfal mill‑Qrendi. Għalhekk tfal, ingħaqdu magħna għal din iċ‑ċelebrazzjoni tassew sabiħa fil‑Qrendi għal din il‑festa tat‑tfal.

atul is‑sajf Missio Tfal ser M jibda Klabb Missio Sajf. Il‑grupp ser jibda jiltaqa’ mill‑ewwel ġimgħa ta’ Lulju. L‑ewwel laqgħa ser tkun fl‑4 ta’ Lulju fl‑10.00am fl‑Uffiċċju

l‑ġdid tal‑Mosta, fi Triq Lorenzo Gafà. Il‑krafts li ser isiru matul il‑klabb ser jinbiegħu mit‑tfal stess waqt in‑Notte Bianca u waqt il‑Ġurnata Missjunarja.

al Ottubru ser ntellgħu Għ reċta għall‑Ġurnata Missjunarja. Il‑provi ser jibdew

ikunu kull nhar ta’ Erbgħa, min‑nhar l‑Erbgħa 4 ta’ Lulju fl‑4.00pm, ħdejn il‑knisja ta’ Santa Venera. Min hu interressat u jixtieq jingħaqad magħna għall‑klabb tas‑sajf jew għall‑provi tar‑reċta, jista’ jċempel l‑Uffiċċju Missjunarju fuq 21236962 u jistaqsi għalija, Nancy Camilleri. Ser tintbagħat applikazzjoni b’imejl biex min irid jista’ jimlieha u jerġa’ jibgħatha lili permezz ta’ imejl. Tfal, ftakru li b’dawn l‑attivitajiet tkunu qed tieħdu gost flimkien ma’ tfal oħra u b’dak ix‑xogħol li tagħmlu tkunu qed tgħinu tfal oħra fil‑missjoni.

Grazzi ħafna u narawkom.


Klabb Missio Tfal Għawdex Dun Renato Borg

FLUS MINFLOK BAJD U FIGOLLI eżież tfal, minn żmien għal żmien Għ niktbilkom xi ħaġa biex nirrakkontalkom xi esperejnza li nkun għaddejt minnha fil‑ħidma

tiegħi fi ħdan l‑Uffiċċju Missjunarju ta’ Għawdex. Dawn ikunu esperejnzi tagħkom it‑tfal stess. F’dan iż‑żmien tal‑Għid iltqajt ma’ esperjenza sabiħa u fl‑istess ħin li laqtitni ħafna. Kont qiegħed fl‑uffiċċju u nirċievi telefonata. Il‑vuċi kienet ta’ waħda tifla li staqsietni l‑ħinijiet tal‑ftuħ tal‑uffiċċju, għaliex xtaqet iġġib xi donazzjoni għat‑tfal tal‑missjoni. Biex ngħidilkom il‑verità, għall‑ewwel ħsibt li xtaqet iġġib xi flus li kienet faddlet fil‑karus matul is‑sena. Però, kif waslet l‑uffiċċju flimkien ma’ ommha, hija qaltli li riedet tagħmel xi ħaġa għat‑tfal li qegħdin ibatu fil‑missjoni u għandhom bżonn l‑għajnuna. It‑tifla, Kyra Cini, hija mir‑Rabat Għawdex u għandha madwar għaxar snin. Hija qaltli li kellha €180 li bihom riedet tgħin lil dawn it‑tfal tal‑missjoni. Jiena, bejn bil‑kurżità kif ukoll għaliex kont konvint li biex ġabret dik is‑somma bilfors li kienet għamlet xi ħaġa li kienet titlob minnha xi sagrifiċċju, staqsejtha mnejn ġabithom. L‑ewwel

ma qaltli kien li l‑flus ma kinitx ġabrithom hi biss, iżda nġabru minn erbat itfal li lkoll kienu jiġu minn xulxin. Kyra kompliet tgħidli li dawn il‑flus ġabruhom billi talbu liz‑zijiet biex għall‑Għid minflok jixtrulhom xi bajda taċ‑ċikkulata jew xi figolla, jagħtuhom flus biex bihom jgħinu lit‑tfal fil‑missjoni. Ommha qaltli wkoll li huma l‑ġenituri mhux biss qablu ma’ din l‑idea ta’ wliedhom, li wrew li jaħsbu f’min hu fil‑bżonn, imma wkoll kienu kuntenti għaliex ma kinux ser jaraw dik il‑ħela kollha fid‑dar. Qaltli li xi minn daqqiet lanqas kienet tkun taf x’ser taqbad tagħmel b’dawk il‑figolli kollha. Kyra għażlet li bil‑€180 jmantnu għal xahar l‑iskola ta’ tifla f’dar tas‑sorijiet għat‑tfal għomja mit‑twelid fl‑Indja jew fl‑Afrika (€150). Bit‑€30 li kien baqa’ riedet tħallas għal operazzjoni biex tifel jew tifla mill‑Etjopja ma jitilfux id‑dawl t’għajnejhom. Jiena lil Kyra għedtilha li Ġesù żgur li kien qed jieħu ħafna gost b’din id‑donazzjoni tagħhom u żgur ukoll li b’dak li kienu qegħdin jagħmlu kienu ser itaffu xi ftit mit‑tbatija ta’ Ġesù. Għax Ġesù stess qalilna: “Dak li tagħmlu mal‑iżgħar fost ħuti, tkunu qed tagħmluh miegħi.”

5


MILL‑ITTRI TAGĦKOM IL-JUM DINJI KONTRA L-MALARJA

“F’ċerti pajjiżi fejn il‑malarja hija komuni, it‑tfal taħt il‑5 snin huma l‑iżjed vulnerabbli għal din il‑marda. Fil‑fatt 70% tal‑imwiet ikunu tfal ta’ taħt il‑5 snin.” Kurt Azzopardi

N

har it‑Tlieta 24 ta’ April, aħna grupp ta’ studenti, ingħaqadna mal‑għalliem tax‑Xjenza, is‑Sur Martin Azzopardi S.D.C. biex flimkien ma’ Missio Malta kkommemorajna l‑Jum Dinji kontra l‑Malarja (WMD) li huwa mfakkar madwar id‑dinja kollha kull sena fil‑25 ta’ April. F’dan il‑jum speċjali, il‑World Health Organization (WHO) tinkoraġġixxi lill‑pajjiżi kollha biex jagħmlu sforz mondjali sabiex jikkontrollaw it‑tixrid tal‑marda tal‑malarja. Huwa stmat li fl‑2012 il‑marda tal‑malarja kkawżat 627,000 mewt, l‑aktar fil‑kontinent tal‑Afrika. Però, ta’ min jgħid li l‑malarja tolqot ukoll lill‑Asja, lill‑Amerika Latina, lil‑Lvant Nofsani u xi partijiet mill‑Ewropa. Kien proprju f’Mejju tal‑2007 li l‑WHO stabbiliet dan il‑jum sabiex tqanqal iżjed għarfien dwar din il‑marda waqt li tinkoraġġixxi iżjed studju u riċerka medika għall‑fejqan u l‑prevenzjoni tagħha. Din is‑sena jaħbat s‑70 anniversarju mit‑twaqqif ta’ dan il‑jum, u għalhekk aħna l‑istudenti għamilna riċerka u studju dwar din il‑marda waqt li qsamna dan l‑għarfien ma’ studenti ta’ skejjel oħra. Fost l‑istatistiċi u l‑fatti sibna li: “Nofs il‑popolazzjoni tad‑dinja tinsab f’riskju tal‑marda tal‑malarja. Fl‑2015 kien hemm diversi persuni milquta u kkawżat 429,000 mewt.” Grazia Magro u Keith Magro 6

“Skont l‑aħħar rapport dinji kontra l‑malarja li ħareġ f’Novembru 2017, il‑każijiet tal‑malarja li ħakmu lid‑dinja fl‑2016 kienu ta’ 216‑il miljun persuna.” Therese Scicluna

“Mill‑2010 ’l hawn il‑miżuri ta’ prevenzjoni u kontroll kontra l‑marda tal‑malarja wasslu għal 29% inqas ta’ każijiet ta’ mwiet fuq livell globali.” Leon Buttigieg “Il‑marda tal‑Malarja hija kkawżata mill‑parasiti ‘Plasmodium’, li jxerrdu l‑mard minn persuna għal ohra permezz ta’ infezzjonijiet li jinfettaw bihom lill‑bnedmin, u n‑nemus ‘Anopheles’ li nirreferu għalih bħala ‘malaria vectors’.” Kelsey Bonnici “Ġeneralment is‑sintomi tal‑marda tal‑malarja joħorġu wara 10 jew 15–il ġurnata mill‑gidma tan‑nemus.” Elton Cachia “L‑ewwel sintomi tal‑marda tal‑malarja huma deni qawwi, uġigħ ta’ ras u bard ma’ ġismek kollu. Dawn is‑sintomi mhux dejjem jikxfu mill‑ewwel il‑marda. Jekk il‑malarja ma tkunx ittrattata fi żmien 24 siegħa, din tista’ tiggrava u twassal għall‑mewt.” Chelsea Pullicino u Kristina Falzon

“Il‑marda tal‑malarja hija meqjusa bħala l‑iktar marda qerrieda fost it‑tfal ta’ taħt il‑5 snin, u huwa kkalkulat li toqtol tifel kull żewġ minuti.” Aaliyah Schembri u Noeleen Buhagiar “In‑nemus ‘Anopheles’ iħobb jgħix f’ambjent fejn hemm l‑ilma, speċjalment f’żoni fejn hemm għadajjar baxxi f’pajjiżi tropikali fejn huma maħkuma minn xita qawwija li tinżel f’daqqa.” Jake Tonna u Ronan Grech “Il‑WHO tirrikkmanda ħafna l‑miżuri ta’ prekawzjoni kontra l‑marda. L‑iżjed żewġ miżuri effettivi huma xbieki tan‑nemus trattati minn insettiċidi u bexx residwu ta’ ġewwa. It‑tnejn huma effettivi f’firxa wiesgħa ta’ ċirkostanzi.” Angie Grech u Raquel Gili “Mediċini kontra l‑malarja jistgħu jintużaw ukoll biex jipprevjenu din il‑marda. Għall‑vjaġġaturi l‑malarja tista’ tiġi evitata permezz ta’ pilloli ta’ kimoprofilassi, li jrażżnu l‑istadju ta’ infezzjonijiet fid‑demm, u b’hekk jevitaw il‑mard.” Mariah Farrugia

Raquel Gili

Kulleġġ Santa Margerita, Skola Sekondarja Maġġuri, Verdala, Bormla.


IR‑REBĦA TAL‑LIEDNA Addattament tal‑istorja: Claudia Cini. Mibgħuta minn Nancy Camilleri. Illustrazzjoni: Janet Vella. Ħafna snin ilu f’foresta fl‑Ekwatur, il‑ħajja kienet sabiħa. Filgħodu kienet tkun imdawla b’ħafna xemx u filgħaxija miksija bil‑kwiekeb. Ħafna siġar kbar kienu jikbru f’din il‑foresta. In‑nies kienu jieklu l‑frott ta’ dawn is‑siġar u jistkennu mis‑sħana u mill‑qilla tax‑xemx għad‑dell tal‑weraq kbar tagħhom. Ġara li maż‑żmien is‑siġar bdew isiru arroganti u bdew iħossuhom superjuri ma’ pjanti iżgħar minnhom.

Fost il‑pjanti ż‑żgħar kien hemm il‑liedna, pjanta ferm inqas b’saħħitha mis‑siġar il‑kbar. Din minflok togħla ’l fuq għażlet li tinfirex mal‑art. Is‑siġar il‑kbar tgħidx kemm kienu jidħku bil‑liedna u jwaqqgħuha għaċ‑ċajt quddiem is‑siġar u l‑pjanti l‑oħra. Ħadd ma kien jażżarda jwaqqafhom, għax kulħadd kien jibża’ minnhom. Sa fl‑aħħar liedna xiħa xebgħet b’din is‑sitwazzjoni u riedet tiqfilhom.

Aħna wkoll ulied l‑istess art u nieklu mill‑istess ħamrija bħalkom.

7


Għall‑bidu s‑siġar il‑kbar għamlu ta’ bir‑ruħhom li ma semgħux il‑liedna tkellimhom, iżda din ma qatgħetx qalbha u kompliet tkellimhom biex turihom li huma l‑pjanti ż‑żgħar kienu bżonnjużi daqs is‑siġar il‑kbar. Sa fl‑aħħar l‑aktar siġra xiħa fil‑foresta ddeċidiet li tweġibha biex turiha li l‑pjanti ż‑żgħar ma kinux b’saħħithom daqshom u għalhekk ma kienu jiswew għalxejn.

Aħna bżonnjużi daqskom. Bis‑saħħa tagħna l‑ħamrija tibqa’ umduża u fl‑istaġuni xotti l‑għeruq tagħkom isibu l‑ilma u ma tmutux. Mingħajrna l‑foresta tkun deżert.

Għaliex mela ma tikbrux fil‑għoli bħalna. Ipprova aqbad miegħi u itla’, jekk għandek il‑ħila, ħa naraw min hu l‑aqwa!

Dak il‑ħin stess il‑liedna x‑xiħa qabdet maz‑zokk tas‑siġra x‑xiħa u bdiet iddur bil‑mod il‑mod magħha. Ftit ftit bdiet tielgħa dejjem aktar ’il fuq. Il‑liedna ma kellhiex is‑saħħa tilwi l‑friegħi tas‑siġra, iżda qabdet magħha tant tajjeb li ħadd u xejn ma seta’ jaqlagħha. Kien kollu ta’ xejn li s‑siġra ppruvat teħles minnha, għax ma rnexxilhiex. Mhux talli hekk, talli lanqas setgħet tiċċaqlaq!

8


Kif raw hekk, il‑liedni l‑oħra kollha bdew iduru maz‑zkuk kollha tas‑siġar tal‑foresta u bdew tilgħin dejjem ’il fuq. Fi ftit żmien is‑siġar il‑kbar kollha kienu miksijin bil‑liedna. Tista’ tgħid li l‑liedni kienu invadew lis‑siġar l‑arroganti kollha. Maż‑żmien il‑liedni baqgħu dejjem jikbru u jduru maz‑zkuk tas‑siġar tant li r‑raġġi tax‑xemx ma setgħux jidħlu iżjed fil‑foresta u kollox baqa’ umduż u kiesaħ taħt is‑siġar!

Din il‑leġġenda mill‑Benin tgħallimna li min joqgħod jiftaħar għax hu kbir u b’saħħtu, irid iżomm f’moħħu li okkażjoni waħda hija biżżejjed biex tibdel il‑ħajja ta’ min hu umli u dan joħroġ rebbieħ.

9


Aħbarijiet mid‑dinja kollha TFAL JAĦDMU BIL‑LEJL li tħaddem it‑tfal huwa illegali Fsninil‑Kolumbja, u wieħed jista’ jeħel bejn tlieta u seba’ ħabs. Skont il‑pulizija Kolumbjana,

madwar 869,000 tifel u tifla jaħdmu bil‑lejl. Il‑maġġoranza ta’ dawn it‑tfal jaħdmu fis‑setturi tal‑agrikultura u l‑kummerċ, u fil‑minjieri. L‑ibliet ta’ Sincelejo, Neiva u Pasto għandhom l‑ogħla rata ta’ tfal ħaddiema. It‑tfal jiġu mqabbda jirriċiklaw l‑iskart, jaħdmu f’siti ta’ kostruzzjoni u jbigħu fis‑swieq lokali. Pereżempju f’Barranquilla, wieħed żgur li jiltaqa’ ma’ ħafna tfal mexjin filgħaxijiet jimbuttaw jew jiġbdu karrijiet mimlijin jew riċiklaġġ jew materjal tal‑kostruzzjoni. Fis‑swieq pubbliċi ħafna tfal jieqfu jaħdmu hekk kif jaraw id‑dwal tal‑karozzi tal‑pulizija bil‑biża’ li jinżammu mill‑pulizija.

ŻRABEN GĦALL‑FOQRA

F

’Madrid fi Spanja, ġiet imnedija kampanja bl‑isem ‘#RUNCYCLE’ mill‑‘European High School’ ta’ Madrid b’kollaborazzjoni ma’ Runnics, il‑Fondazzjoni SEUR u l‑Aġenzija Helo Media Group. L‑għan ta’ din il‑kampanja mifruxa fuq xahar, hija li jinġabru żraben tal‑mixi jew tal‑ġiri wżati biex jinagħtaw lill‑familji foqra f’Możambik. Din tikkonsisti filli 10

tpoġġi par żarbun f’postijiet ta’ kollezzjoni mwaqqfa apposta minn SEUR kemm fi Spanja kif ukoll fil‑Portugal. Wara li jinġabru, dawn iż‑żraben kollha jintbagħtu fl‑iskola ta’ Madrid li min‑naħa tagħha ser tieħu ħsieb tibgħathom Możambik. Tul il‑kampanja it‑tfal iddedikaw lilhom infushom biex jiktbu diversi ittri li tpoġġew f’kull kaxxa taż‑żraben destinata lejn l‑Afrika.


Aħbarijiet mid‑dinja kollha IKEL SALVAT zHarvest huwa l‑ewwel supermarkit O Awstraljan li qed isalva l‑ikel li kien ser jintrema minn diversi ħwienet, supermatkits u

ristoranti. Ikel li jkun għadu tajjeb u jista’ jittiekel. Dan is‑supermarkit huwa ferm differenti minn oħrajn. Fuq il‑prodotti li wieħed isib f’OzHarvest m’hemmx immarkati prezzijiet. La hemm roħs u skontijiet, u lanqas tara tabelli li jindikaw li tista’ tixtri wieħed u tieħu ieħor nofs prezz jew b’xejn. Wieħed sempliċiment jieħu dak li għandu bżonn, u jekk għandek minn fejn tħalli donazzjoni f’kaxxa apposta qrib il‑bieb ta’ barra. Il‑ħaddiema ta’ dan is‑supermarkit mhux biss qegħdin hemm biex jimlew l‑ixkafef u

jgħinu lill‑konsumaturi f’li jkollhom bżonn, imma wkoll biex jagħtu u jaqilgħu t‑tgħanniq, għaliex l‑imħabba m’għandhiex data ta’ skadezza. Minn kemm ilu li fetaħ dan is‑supermarkit qassam aktar minn 60 miljun ikla lil persuni fil‑bżonn.

IX‑XAHAR TAL‑BIBBJA ’ħafna pajjiżi FSettembru Latini‑Amerikani, huwa x‑xahar

ddedikat lill‑Bibbja. Diversi inizjattivi ta’ kull livell iħarsu dan ix‑xahar billi jippromwovu l‑qari u l‑għarfien tal‑Iskrittura u l‑impatt tagħha fuq il‑ħajja Kristjana. Din is‑sena ċ‑Ċentru għall‑Evanġelizzazzjoni u l‑Fidi b’kollaborazzjoni mal‑Konferenza tal‑Isqfijiet Kolombjani (CEC) flimkien mad‑Dipartiment tad‑Duttrina u l‑Bibbja, ippubblikaw ktejjeb bl‑isem: ‘Fit‑Triq Lejn ir‑Rikonċiljazzjoni.’ Il‑President tas‑CEC, l‑Eċċelenza Tiegħu Mons. Victor Manuel Ochoa Cadavid, Isqof ta’ Cucuta, spjega li dan il‑ktejjeb huwa intenzjonat biex jgħin lil dak li jkun jifhem u jgħix ir‑rikonċiljazzjoni bħala

pass neċessarju biex jgħix bħala Kristjan awtentiku u jkun strument tal‑paċi. Il‑ktejjeb huwa maqsum f’disa’ stadji. L‑ewwel tlieta għandhom il‑bażi tad‑duttrina u t‑teoloġija tar‑rikonċiljazzjoni skont San Pawl. Is‑sitt stadji l‑oħra huma itinerarju li juri l‑proċess tar‑rikonċiljazzjoni u kif wieħed jgħix f’relazzjoni fraternali f’familja u bħala nies tal‑gvern, b’San David bħala figura ewlenija. Kif saħaq Mons. Ochoa Cadavid din it‑triq hija intenzjonata biex iddawwal ir‑realtà tal‑pajjiż biex f’kuntest simili, jirrenjaw ir‑rikonċiljazzjoni, il‑maħfra u l‑paċi. Fl‑aħħar intqal li dan il‑ktejjeb mhuwiex biss għax‑xahar tal‑Bibbja, imma għodda li tista’ tiġi integrata f’diversi azzjonijiet pastorali.

Voluntiera Missio għandhom bżonn Kobob tas‑Suf sabiex jaħdmu: Ingwanti, Skufji, Xalel u Kalzetti biex jintbagħtu lit‑tfal foqra li jgħixu f’artijiet kesħin. GRAZZI.

11


Niltaqgħu ma' Prang Nan (Storja vera)

P

rang Nan tgħix f’wieħed mill‑irħula qrib il‑baħar fil‑Provinċja ta’ Sihanoukville fil‑Lvant tal‑Kambodja. Din il‑provinċja tiġbed ħafna turisti lejha minħabba l‑gżejjer u l‑bajjiet sbieħ li għandha. Tista’ tgħid li hija ġenna tal‑art, iżda għan‑nies tal‑lokal hija bil‑wisq differenti minn hekk. Sal‑2007 kollox kien ward u żahar, in‑nies kienu kuntenti jgħixu fi djarhom u jaqilgħu l‑għajxien tagħhom b’dinjità. B’xorti ħażina qamet gwerra li ġabithom fis‑sitwazzjoni li jinsabu fiha llum. Prang Nan u n‑nies tal‑lokal, illum il‑ġurnata jgħixu f’kerrejjiet magħmulin minn injam, landa, inċirata u qasab. L‑art, l‑istess bħat‑triq, hi tal‑ħamrija, u kull kerrejja tikkonsisti f’kamra waħda biss, fejn jgħixu, isajru u jorqdu. Kamra tal‑banju m’għandhomx u biex jaqdu l‑bżonnijiet naturali tagħhom, in‑nies jużaw l‑għelieqi. Prang Nan tirrakkonta kif jum fost l‑oħrajn ġew fir‑raħal tagħhom għadd kbir ta’ suldati armati sa snienhom, karozzi, vetturi 12

tat‑tifi tan‑nar u ambulanzi. Fil‑foresta kien hemm ħafna suldati u pulizija li taw in‑nar lid‑djar kollha sa ma nqerdu għalkollox. Ħadd mill‑107 familji ma tħalla jieħu xejn, lanqas ħwejġu stess. Kull min kien jipprova jiċċaqlaq kien jispiċċa msawwat. Wara n‑nies sinjuri u tal‑poter ħadu l‑art lir‑raħħala u bnew ħajt madwarha. Taw titolu lill‑art u poġġewha għall‑bejgħ. Wara r‑reġim ta’ Khmer Rouge, kulħadd spiċċa b’xejn. Qabel, kull min inaddaf biċċa art fil‑foresta seta’ jżommha għaliex l‑art ma kienet ta’ ħadd u kienet ta’ kulħadd. Prang Nan tinsisti li jekk jitħallew jgħixu bħal qabel ma jkollhom bżonn l‑għajnuna ta’ ħadd. Huma kienu jkabbru l‑ħxejjex u r‑ross għalihom, li kienu ferm aktar milli kellhom bżonn biex jieklu. Ross ta’ sena kien iservi għal sentejn sħaħ. Prang Nan tgħid li qed jgħixu b’id waħda wara u l‑oħra quddiem u biex jgħinuhom l‑uffiċjali, ir‑raħħala jkollhom ixaħħmuhom.


Dawn ir‑raħħala qed jgħixu fil‑ħmieġ u dan kollu għax il‑prezz tal‑art għola u b’hekk ittiħditilhom. F’Sihanoukville hemm bir wieħed biss li minnu jrid jinqeda kulħadd. Ilma nadif m’għandhomx, u fi żmien ix‑xita jiġbru l‑ilma għax‑xorb. Uħud mill‑familji għandhom l‑elettriku, u anke televixin, iżda ħafna bħal Prang Nan m’għandhom xejn. Hija tagħmel minn kollox biex taqla’ x’tiekol. Żewġha jmur isewwi s‑soqfa tad‑djar u hi ġieli tmur tgħinu jħallat it‑tajn. Meta ma jkollux xogħol, imorru jistadu jew jaqtgħu l‑frott u l‑ħxejjex mill‑foresta biex ibigħuh is‑suq. Kuljum jaqilgħu biżżejjed biex jieklu ikla waħda kull wieħed. Iż‑żejjed li jaqilgħu jżommuh biex jibagħtu lil uliedhom l‑iskola. Prang Nan u r‑raħħala l‑oħra ma jridu xejn ħlief li jkollhom dar diċenti fejn ikunu jistgħu jgħixu bħal bnedmin oħra. Il‑ħajja m’għandhiex valur meta tkun qed teżisti biss. L‑NGOs jagħtuhom ftit ross, filters tal‑ilma u xibkiet tan‑nemus.

Il‑biża’ tar‑raħħala hu li ma jdumux ma jerġgħu jitkeċċew għaliex ftit bogħod minnhom hemm ħafna lukandi sbieħ. U din id‑darba ma jafux fejn jaqbdu jmorru jekk mhux fil‑baħar, għaliex il‑foresta hija mimlija tigri.

AGĦTI RIGAL LIT‑TFAL JEW NEPUTIJIET TIEGĦEK ‘TFAL MISSJUNARJI’ huwa l‑uniku magażin bil‑Malti għat‑tfal fl‑iskejjel primarji. Fih issibu tagħrif dwar il‑Missjoni, aħbarijiet, esperjenzi, ġografija, logħob, krafts u tisjir, fost oħrajn. Abbona billi timla l‑formola t’hawn taħt. Ħu gost aqra u tgħallem, u fl‑istess ħin tkun qed tgħin lit‑tfal fil‑Missjoni.

FORMOLA TA’ ABBONAMENT FI TFAL MISSJUNARJI Isem u kunjom: ___________________________________________________________________________ Età: _______________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________________ ______________________________ Kodiċi Postali: _______________________ Tel:___________________________ Mob: __________________________

Imejl:______________________________________________________________

Skola: __________________________________________________________________ Sena:__________________________ Nixtieq nirċievi l‑magażin l‑iskola

Nixtieq nirċievi l‑magażin id‑dar bil‑posta

Prezz ta’ 8 ħarġiet: €5 bl‑idejn jew €7 bil‑posta. Jingħata rigal ta’ tifkira lil kull min jabbona għal sena. Imla l‑formola u ibgħatha ma’ ċekk pagabbli lil Missio Malta fuq: Abbonamenti Tfal Missjunarji Nru. 7, Missio, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 13


Logħob bil‑Kompetizzjoni Ġunju 2018

Waħda mit‑tweġibiet tajbin ta’ kull kompetizzjoni tirbaħ kupun ta’ €5 mill‑ħanut ta’ Missio Faith, Hope & Charity. Ibgħat il‑kelma u/jew is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ Iż‑żewġ ismek, kunjomok, l‑età u kompetizzjonijiet l‑indirizz u ibgħathom hekk: jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.

TFAL MISSJUNARJI Kompetizzjonijiet, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171.

. .

1. Sib il‑messagg sigriet Billi tuża t‑tabella tal‑ġenb, daħħal l‑ittri minflok in‑numri biex tiskopri l‑messaġġ sigriet. Eżempju: 1=A, K=15, X=28.

7

25

18

14

25

7

25

18

14

5

24

24

‑ 12

18

5

11

11

12

16

4

21

17

12

. 4

25

2

16

5

2

3

4

5

6

7

8

9

10

A

B

Ċ

D

E

F

Ġ

G GĦ H

11 12 13 14 15 16 17 18 19 20

‑ 25

1

24

24

23

Ħ

I

IE

J

K

L

M

N

O

P

21 22 23 24 25 26 27 28 29 30 Q

2. Sib it‑triq Għaddi min‑naħa għall‑oħra tat‑tazza tal‑ġelat. Ibda mill‑fetħa t’isfel u spiċċa fil‑fetħa tal‑lemin.

R

S

T

U

V

W

X

Ż

Z

Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ April 2018 Ħarġa nru. 62.

.. 1. Sib il‑messagg sigriet

F’APRIL ID‑DUBBIENA TAGĦMEL ŻINN U S‑SĦABA TMUR LIL HINN. 2. Sib it‑triq

ISEM U KUNJOM: ______________________________________________ _____________________________ ETÀ:____________________________ INDIRIZZ: ____________________________________________________ _____________________________ KODIĊI POSTALI: _______________ SKOLA: _____________________________________________________ 14

Ir-rebbieħa tal-kompetizzjonijiet huma Jaylen Camilleri minn Ħal Kirkop u Maria Elena Pace minn Ħal Qormi. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom.


Ħaddem Idejk Imrewħa Asjatika ‑ewwel imriewaħ li qatt eżistew kienu dawk magħmulin Ljiżżejnu mill‑qasab fiċ‑Ċina u jmorru lura sat‑2 seklu Q.K. Dawn kienu b’xi disinji u kitbiet fosthom poeżiji. Aktar tard bdew jagħmluhom bir‑rix u bil‑ħarir ta’ daqs u forma differenti. Il‑Ġappuniżi kienu kkupjaw liċ‑Ċiniżi u bdew jagħmlu l‑imriewaħ tagħhom. Iżda kienu l‑Ġappuniżi li vvintaw l‑imriewaħ jingħalqu !

X’għandek bżonn : • 2 karti ta’ daqs A4 • Kolla • Mqass • 2 stikek tal‑krafts kbar

Xi trid tagħmel : 1. Żejjen iż‑żewġ karti b’disinji sbieħ. Kemm jista’ jkun agħmilhom simili ta’ xulxin.

• 2 spagiet

2. Itwi l‑karti waħda waħda min‑naħa d‑dejqa f’forma ta’ akkordjin, lura u ’l quddiem. Kull tinja trid tkun wiesgħa xi 1.25ċm.

• 2 żibġiet

3. Aqta’ ż‑żejjed mit‑tarf tal‑karti.

• Kuluri jew markers

4. Waħħal il‑karti ma’ xulxin u itwi b’kollox min‑nofs. 5. Orbot biċċa spaga fin‑nofs u waħħal il‑ġnub ma’ xulxin. 6. Waħħal iż‑2 stikek man‑naħa ta’ barra tal‑imrewħa. 7. Xħin tinxef il‑kolla, iftaħ l‑imrewħa dawra tond. 8. Waħħal iż‑2 spagiet ma’ tarf ta’ stikka minnhom u daħħal 2 żibġiet fit‑truf. 9. L‑ispaga tkun tista’ tużaha biex iżżomm l‑imrewħa kemm miftuħa kif ukoll magħluqa.

15


CHILD SPONSORSHIP €12.50 fix-xahar

Għ

al bosta tfal fil‑bżonn, il‑faqar u n‑nuqqas ta’ tama huma preżenti kontinwament f’ħajjithom. Infatti, ħajjithom, ma twigħedx futur partikolarment pożittiv. Maqbudin f’ċiklu ta’ faqar u esplojtazzjoni, dawn it‑tfal huma mċaħħda minn edukazzjoni xierqa u kull forom oħra ta’ żvilupp. Kull m’għandhom bżonn huwa xi ħadd li jemmen fil‑ħolm tagħhom u li jagħtihom iċ‑ċans għal futur aħjar. Bis‑saħħa tal‑programm Child Sponsorship ta’ Missio, inti qed tkun dak ir‑raġġ ta’ dawl fil‑ħajja tagħhom. B’hekk tkun qed tipprovdilhom aċċess għall‑edukazzjoni, servizzi ta’ kura għas‑saħħa, u ilma tax‑xorb nadif.

Child Sponsorship iwiegħed li aħna naħdmu id f’id mat-tfal, il-ġenituri tagħhom, komunitajiet u oħrajn, sabiex niżguraw illi t-tfal kollha jkunu mgħajxin u b’saħħithom. 16


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Tfal Missjunarji - June 2018 by Missio Malta - Issuu