TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST
No.114
OTTUBRU‑NOVEMBRU 2026
Jum Dinji Missjunarju – 18 ta’ Ottubru 2026
Ħaġa waħda fi Kristu magħqudin
f’Missjoni 100
sjunarju Dinj i d Mis s e n a ta l-Ħad
Witti triq għall‑
edukazzjoni.
Għin tfal bħal Yamikani jilħqu l‑ħolm tagħhom.
(VO/1178)
2 Editorjal | 3 Messaġġ Mill‑Koordinatriċi Ta’ MissioTfal | 4 Mill‑Pinna Tad‑Direttur 6 MissioTfal Għawdex | 7 Kappella Ġdida | 11 Il‑Paġna Ta’ Rafiki | 13 Kraft Tradizzjonali 14 Riċetta Tradizzjonali | 15 Kompetizzjonijiet Bi Premju
EDITORJAL
Għeżież Tfal, Nittama li tinsabu tajbin u li għaddejtu sajf sabiħ mimli gost, divertiment u mumenti sbieħ. Issa li tajna bidu għal sena skolastika ġdida, wasal iż‑żmien biex terġgħu tiffukaw fuq l‑istudju u tagħmlu l‑almu tagħkom sabiex dak li titgħallmu jservikom fil‑futur. Aħna kuntenti ħafna li l‑magażin Tfal Missjunarji qed jogħġob lil ħafna minnkom u li l‑artikli li nippubblikaw qed jintlaqgħu tajjeb mill‑maġġoranza tagħkom. Għalhekk, iddeċidejna li nkomplu bl‑istess stil ta’ artikli li diġà drajtu bihom. Nixtiequ wkoll inħeġġukom tibagħtulna xi ittra fl‑indirizz postali jew elettroniku tagħna. Tistgħu wkoll tippruvaw tagħmlu l‑kraft u r‑riċetta tradizzjonali li ssibu fil‑magażin. U fuq kollox, ħudu sehem fil‑kompetizzjonijiet, għax għandna rigali sbieħ u interessanti għalikom! Qabel ma nħallikom, nixtieq, bħal dejjem, infakkarkom biex qatt ma tinsew lil ħutkom tfal missjunarji u itolbu għalihom, sabiex huma wkoll ikollhom l‑opportunità li jsiru jafu lil Ġesù. Dan huwa x‑xahar iddedikat lill‑missjoni, u għalhekk tkun ħaġa sabiħa jekk minn dak li tirċievu bħala ‘pocket money’ twarrbu ftit għal dawn it‑tfal. B’hekk tkunu qed tgħinuhom ikollhom ikel, ħwejjeġ, post sigur fejn jgħixu u edukazzjoni tajba. Il‑ħabiba tagħkom,
Claudia Stampa tal‑faċċata: Powster uffiċjali tat‑tfal għall‑Jum Dinji Missjunarju.
TFAL MISSJUNARJI: RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU Missio Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128 Tel: 2123 6962 | e‑mail: nancy@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat Għawdex. Tel: 2155 0267 | e‑mail: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
Editriċi: Claudia Cini | e‑mail: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani | e‑mail: gakbu@gakbu.com Qarrejja tal‑Provi: John Caruana, Mark Miruzzi, Mario Sant u Noel Attard. Pubblikazzjoni: Missio Malta 2
© Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.
MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATRIĊI TA’ MISSIO TFAL ‑ Nancy Camilleri
NGĦINU LIL TFAL NEQSIN MIS‑SMIGĦ Kif intom tfal? Merħba għal sena skolastika ġdida! Nispera li kellkom sajf sabiħ fejn striħajtu u ħadtu gost flimkien ma’ sħabkom u mal‑familji tagħkom.
Din is‑sena, bħala Missio se nkunu qed ngħinu lit‑tfal fl‑Etjopja li jattendu l‑Co‑Action Deaf School li tilqa’ tfal neqsin mis‑smigħ. Din l‑iskola tgħallem il‑lingwa tas‑sinjali sabiex tfal neqsin mis‑smigħ ikunu jistgħu jikkomunikaw mal‑oħrajn u ma jħossuhomx waħedhom. Barra minn hekk, b’din il‑lingwa jkunu jistgħu jistudjaw u jimxu fil‑ħajja bħala studenti. MissioTfal se jgħin lil din l‑iskola fil‑manutenzjoni li tant għandha bżonn u f’riżorsi aktar moderni sabiex tkompli tgħin aktar
tfal bl‑aħjar mod possibbli. B’hekk, l‑iskola jkollha ambjent aktar sigur u sabiħ għal dawn l‑istudenti.
Din is‑sena, se terġgħu tirċievu invilopp bl‑istorja ta’ Maleda, tifla li tattendi f’din l‑iskola, li l‑akbar xewqa tagħha hi la tikber issir għalliema. 3
Bid‑donazzjoni tagħkom se tgħinu tfal bħal Maleda sabiex il‑ħolm tagħhom isir realtà. Fuq l‑invilopp tistgħu tieħdu gost tilagħbu l‑logħba li hemm u titgħallmu ħafna affarijiet interessanti. Għalhekk, inħeġġukom tagħtu donazzjoni żgħira mill‑karus tagħkom, tpinġu l‑istampa, titfgħu l‑flus f’invilopp u teħduh magħkom l‑iskola. Importanti li tiktbu d‑dettalji tagħkom sew u tinsewx titolbu għal dawn it‑tfal.
4
Aħna ta’ MissioTfal nirringrazzjawkom għax nafu li intom dejjem hemm u lesti sabiex tgħinuna.
Narawkom.
MILL‑PINNA TAD‑DIRETTUR Dun Victor Agius
TBISSIMA MILL‑QALB GĦANDHA FUTUR
D
an l‑aħħar fettilli nieħu vaganza fil‑Filippini għal xahar sħiħ fejn għext għal aktar minn 30 sena u allura din il-btala għalija tfisser immur lura fejn trabbejt. Ilni li ħallejt il‑Filippini 14‑il sena u indunajt kemm inbidlu l‑ħbieb antiki; bil‑Malti ngħidu: kemm xjaħu! Diversi minnhom, meta semgħu li kont hemm, ġew jarawni u verament kien mument sabiħ u ta’ ferħ kbir. Irrakkuntawli il‑mumenti sbieħ li għaddejna flimkien, mumenti mimlijin b’tant imħabba li ma jintesew qatt. Waħda minn dawn kienet Juliet li kważi ġiet tarani kuljum u tisma’ l‑quddiesa li kont inqaddes. Imma Juliet min hi?
Fl‑1984, ħallejt il‑belt kbira ta’ Manila u mort noqgħod Tagaytay, belt mill‑isbaħ, fejn in‑natura hija ferm sabiħa. Minn fejn kont noqgħod, kont nara fil‑bogħod il‑famuża Bajja ta’ Manila, fejn ħafna drabi filgħaxija konna naraw inżul ix‑xemx b’mod spettakolari, mimli kuluri sbieħ. In‑naħa l‑oħra, kellna veduta xejn inqas sabiħa fejn taħtna konna naraw għadira mill‑isbaħ li fin‑nofs tagħha kien hemm gżira, li fiha kien hemm għadira żgħira oħra u fuqha l‑Vulkan Taal. F’din il‑belt jikber il‑kafè u ħafna frott ieħor tropikali kif ukoll ħafna fjuri sbieħ. Fi tmiem il‑ġimgħa, Juliet kienet tbigħ il‑fjuri fit‑triq prinċipali. Ma stajtx ma tinnutahiex minħabba t‑tbissima ħelwa fuq wiċċha. Darba waqaft bl‑iskuża biex nixtri ftit fjuri u hekk bdejt nitkellem magħha. Sirt naf li kienet ġejja minn familja fqira u bil‑flus riedet tgħin lilha nnifisha u lil ħutha jmorru l‑iskola. Sirna ħbieb, u flimkien ma’ sħabi ħallasnielhom ilkoll għall‑iskola. Juliet spiċċat l‑iskola, daħlet taħdem skrivana mal‑gvern, iżżewġet u issa saret nanna. L‑imħabba vera tiftaħ dejjem toroq ġodda għal ħajja aħjar. 5
MISSIOTFAL GĦAWDEX Dun Renato Borg
Għeżież Tfal, Permezz ta’ din ir‑rivista nixtieq insellmilkom, b’mod partikolari lil dawk it‑tfal li għall‑ewwel darba qed jiġu f’kuntatt ma’ Tfal Missjunarji. Qabel xejn nixtieq nawgura lilkom u lill‑għalliema kollha tagħkom sena skolastika tajba. Insellem ukoll lil tant ħaddiema li jaħdmu fl‑iskejjel li mhumiex għalliema, imma li jagħmlu minn kollox ħalli jżommu l‑iskola nadifa u biex ikollkom servizz tajjeb. Nirrispettaw lil dawn il‑ħaddiema u ngħinuhom billi aħna stess nagħmlu minn kollox biex inżommu l‑iskola nadifa u nkunu ta’ għajnuna għal xulxin. Fil‑bidu ta’ din is‑sena skolastika, hu importanti li nistaqsu lilna nfusna: “Għaliex qed niġi l‑iskola?” Forsi jkun hawn min jgħid: “għax bilfors”. Jiddispjaċini għal dawn it‑tfal, għaliex nibża’ li ftit se jitgħallmu matul is‑sena. Nispera li 6
ħafna minnkom iħossu li għandhom jattendu l‑iskola biex jitgħallmu, u mhux biss is‑suġġetti, iżda fuq kollox kif nikbru f’relazzjoni tajba magħna nfusna u mal‑oħrajn; nitgħallmu ngħixu tassew. Tkun ħaġa sabiħa li meta jistaqsukom: “Għaliex qed tmur l‑iskola?” inwieġbu: “Għax hekk irid minni Ġesù”. Iva għeżież tfal, Ġesù jridna nitgħallmu, inħaddmu t‑talenti sbieħ li tana, u li bħalu nikbru fl‑għerf u fil‑grazzja. Din is‑sena hija waħda speċjali għal Missio, għaliex qed infakkru l‑100 sena minn meta Papa Piju XI waqqaf il‑Jum Dinji Missjunarju. Għalhekk, tajjeb li għal din is‑sena ninteressaw irwieħna iktar mit‑tfal fil‑missjoni, nitolbu għalihom u ngħinuhom kemm nistgħu ħalli anke huma jkollhom il‑possibiltà li jmorru l‑iskola.
Nawgura lil kulhadd sena skolastika tajba u nitlob fuqkom il‑barka ta’ Alla.
KAPPELLA ĠDIDA Addattata minn Claudia Cini.
Iż‑żona fil‑periferija tal‑belt ta’ Santa Klara f’Kuba, hija żona pjuttost fqira b’riżorsi limitati. Qabel ma tlesta l-bini ta’ kappella ġdida, għal dawn l‑aħħar snin il‑komunità kienet tiltaqa’ f’dar ta’ familja. Din kienet ta’ sfida, għaliex biex jorganizzaw laqgħa għall‑komunità lokali dejjem kellhom jiddependu mid‑disponibbiltà tas‑sidien tad‑dar.
Biss issa bil‑kappella tagħhom stess għandhom ħafna aktar possibiltajiet. Bħalissa madwar tnax‑il adult jipparteċipaw regolarment fiċ‑ċelebrazzjoni tal‑quddiesa, mumenti ta’ talb u liturġija, formazzjoni u laqgħat soċjali oħra. Barra minn hekk, madwar għoxrin tifel u tifla jipparteċipaw f’dawn l‑istess ċelebrazzjonijiet u f’laqgħat tal‑katekiżmu darba fil‑ġimgħa li jinkludu wkoll lezzjonijiet tal‑mużika.
7
Il‑komunità lokali tinkludi diversi ħaddiema li għenu fit‑tisbiħ tal‑kappella, kif ukoll diversi bdiewa li se jieħdu ħsieb il‑ġnien pjuttost kbir li jdawwar il‑kappella u li żgur se jħalli impatt pożittiv fuq l‑ambjent tal‑madwar. L‑enerġija solari tista’ tintuża faċilment f’pajjiż daqshekk tropikali li għandu xemx prattikament is‑sena kollha. Dan il‑proġett se jkompli jrawwem u jsaħħaħ sens ta’ appartenenza fost in‑nies tal‑komunità.
Il‑formazzjoni mogħtija lit‑tfal żgur li se jkollha impatt fuq kif jirrelataw fil‑postijiet tax‑xogħol u fis‑soċjetà futura tagħhom. Peress li l‑komunità tinsab fil‑periferija tal‑belt, huwa diffiċli li jipparteċipaw u jattendu l‑parroċċi lokali, minħabba li s‑sitwazzjoni tat‑trasport hija ħażina.
8
Sfortunatament, għal żmien twil il‑Knisja Kattolika f’Kuba ffukat prinċipalment fuq iċ‑ċentru tal‑ibliet u ma laħqitx dawk fil‑periferiji.
Il‑belt ta’ Santa Klara għandha erba’ knejjes parrokkjali qrib ħafna ta’ xulxin fiċ‑ċentru u ftit kappelli fis‑subborgi periferiċi. Mill‑bidu tagħha, ftit tas‑snin ilu, il‑membri ta’ din il‑komunità baqgħu fidili għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑quddiesa u l‑katekiżmu ta’ kull ġimgħa. Verament komunità reliġjuża ħafna, ħerqana li tikber fil‑fidi!
Ejjew ningħaqdu flimkien u ngħinu iktar komunitajiet minn madwar id‑dinja kollha jiksbu l‑opportunità li jkollhom kappella fir‑raħal fejn jgħixu! Donazzjoni żgħira hija biżżejjed għax kull qatra tgħodd, u ħafna qtar flimkien jimlew ġarra kbira! Grazzi għad‑donazzjonijiet tagħkom, aktar komunitajiet se jirċievu din ix‑xorti sabiħa.
9
Kif qalilna Papa Franġisku, aħna mħeġġin biex inkunu missjunarji ta’ tama għall‑popli kollha. Bl‑għajnuna ċkejkna tiegħek, MissioTfal jista’ jsostni l‑ħidma ta’ ħafna missjunarji fosthom Maltin, biex ikomplu jgħinu lil ħuthom fil‑komunità madwar id‑dinja kollha. Ħeġġeġ lill‑familjari u lill‑ħbieb jgħinuk tfaddal il‑flus ħalli tgħin tifel jew tifla tamparek li jgħixu fil‑missjoni!
Jekk tixtieq karus fejn tfaddal il‑flus, itlobna u nagħtuk wieħed! Meta timla l‑karus, ħu l‑flus fl‑uffiċċju ta’ MissioTfal fil‑Mosta, fil‑Belt Valletta jew fir‑Rabat, Għawdex. Minbarra li tingħata rċevuta, inti tista’ tagħżel x’tixtieq isir bil‑flus li tkun faddalt. Dawn huma xi wħud mill‑eżempji ta’ x’jista’ jsir bil‑flus tiegħek:
10
€3 Par żarbun għal tifel jew tifla fqir/a
€30 Uniformi u materjal tal‑iskola għal 6 itfal
€7 Tiġieġa għal familja fil‑bżonn
€55 Mogħża tal‑ħalib għal familja żvantaġġjata
€20 Platt ross u fażola lil 60 tifel u tifla bil‑ġuħ
€50 Ilbies protettiv għal tabib biex jikkura persuni b’mard infettiv
€25 Ikla sustanzjuża kuljum għal 25 tifel u tifla
€104 Lavanji tal‑‘braille’ għal tfal neqsin mid‑dawl
IL‑PAĠNA TA’ RAFIKI
NITOLBU GĦALL-PAĊI FID‑DINJA
K
if intom ħbieb? Nispera li għaddejtu s‑sajf tajjeb u li issa qegħdin tingranaw fl‑iskola.
2025
5 Star award
Fis‑sajf kelli l‑unur li nippreżentaw it‑trofew 5‑Star Award lil żewġ skejjel; l‑Iskola Sekondarja Sir Adrian Dingli f’Pembroke u n‑Newark School Malta. Dan ir‑rikonoxximent prestiġjuż jiċċelebra skejjel li jippromwovu b’mod attiv l‑inklużjoni, is‑solidarjetà u l‑kompassjoni permezz ta’ ħames attivitajiet imwettqa matul is‑sena skolastika. L‑istudenti u l‑għalliema ta’ dawn iż‑żewġ skejjel lestew b’suċċess attivitajiet ibbażati fuq il‑ħames temi ewlenin: Ruħ, Dinja, Armonija, Aħna u Mħabba. Dawn l‑attivitajiet inkoraġġew lill‑istudenti biex jiżviluppaw għarfien akbar tad‑dinja ta’ madwarhom, irawmu rispett għad‑diversità, u jħaddnu valuri ta’ servizz, unità, u kura għall‑oħrajn. Aħna kburin immens li ppremjajna lil dawn iż‑żewġ skejjel għall‑impenn tagħhom li jrawwem żgħażagħ responsabbli li juru solidarjetà ma’ min hu fil‑bżonn. 11
IL‑PAĠNA TA’ RAFIKI
Fil‑bidu ta’ din is‑sena skolastika, ejjew ngħożżu l‑paċi. Żgur li smajtu dwar il‑ħafna gwerer li għaddejjin f’diversi partijiet tad‑dinja, fosthom fl‑Ukrajna, fil‑Palestina, fl‑Iran, fil‑Libanu u fin‑Niġerja. Dawn huma kunflitti li nisimgħu ħafna dwarhom fuq itteleviżjoni. Imbagħad hemm il‑‘gwerer minsija’, dawk li ma jinteressawx lid‑dinja sinjura tagħna, bħal dawk fis‑Sudan, fil‑Możambik, fil‑Kongo, fil‑Ħaiti, fil‑Jemen, f’Myanmar, fl‑Afganistan u fil‑Pakistan. Ħsibijietna jmorru lejn it‑tfal, in‑nisa u l‑irġiel li jsofru minn dawn il‑gwerer, li l‑ebda 12
poplu ma jrid. Nafu wkoll li l‑gwerer jiġġeneraw ħażen ieħor, bħall‑mibegħda, il‑faqar u l‑migrazzjoni sfurzata. Il‑gwerer jagħmlu l‑iskola impossibbli, u jeqirdu l‑isptarijiet u d‑djar. Aħna nemmnu fil‑paċi, il‑fratellanza u r‑rispett għall‑ħajja umana. Huwa għalhekk li f’dan ix‑xahar t’Ottubru nitolbu flimkien ma’ Marija, omm Ġesù, għall‑paċi, li, kif qal Papa Ljun XIV hija ‘paċi mingħajr armi u li tiddiżarma’.
Sahhiet tfal.
IL‑PAĠNA TA’ RAFIKI KRAFT: ĠARRA BIL‑KARTI MINSUĠIN
Kun żgur li tissorvelja lit‑tfal meta jkunu qegħdin jagħmlu l‑krafts.
Għandek Bżonn: • Xafra • Kartuna ħoxna • Strixxi tal‑kartonċin • Imqass bla ponta Metodu: 1. Stampa jew pinġi l‑mudell tal‑ġarra, waħħlu fuq il‑kartuna u qasqas pulit mad‑dawra. 2. Fuq il‑mudell, agħmel linji vertikali bil‑lapes u bl‑għajnuna ta’ xi ħadd adult aqta’ bix‑xafra tul dawn il‑linji bħal fl‑istampa. 3. Issa ibda inseġ, billi ddaħħal mil‑lemin għax‑xellug u minn fuq għal taħt l‑istrixxi waħda waħda. Ibda minn fuq u ibqa’ nieżel ’l isfel biex tifforma disinn kif jidher fl‑istampa. 4. Aqta’ t‑tul żejjed tal‑istrixxi kemm mill‑wiċċ kif ukoll minn fuq wara tal‑ġarra.Nieħdu gost jekk tibagħtulna fuq info@missio.org.mt ritratti ta’ dan il‑kraft biċ‑ċans li tirbħu rigal sabiħ. 13
ĦADDEM IDEJK RIĊETTA TRADIZZJONALI Claudia Cini
KEJK VEGAN MILL‑BUTAN
X’għandek bżonn: • 8 imgħaref butir tal‑karawett • 4 mgħaref għasel • Bajda • Nofs kuċċarina ‘baking soda’ • Nofs kuċċarina ‘baking powder’ • Nofs kuċċarina trab tal‑kannella • Essenza tal‑vanilja • Banana misjura
Metodu: 1. Itfa’ l‑ingredjenti kollha ġo blender u ħawwad sew flimkien. 2. Ifrex it‑taħlita ġo landa tal‑kejkijiet midluka bi ftit butir u dqiq jew miksija bil‑karti strazzi. 3. Aħmi l‑kejk f’forn bi sħana moderata (170 gradi selsjus), għal madwar 20 minuta.
बॉन एपेतीत (L‑ikla t‑tajba)
14
Kont taf li: il‑Butan huwa magħruf bħala ‘Druk Yul’ li tfisser l‑‘Art tad‑Dragun tar‑Ragħad’? Id‑dragun jinsab fuq il‑bandiera tal‑pajjiż. Timpu hija l‑kapitali u l‑akbar belt tal‑pajjiż. Hawn ma ssib l‑ebda dawl tat‑traffiku. Dzongka hija l‑lingwa uffiċjali. Terz tal‑popolazzjoni għandhom taħt l‑14‑il sena. Gangkhar Puensum hija l‑ogħla muntanja fid‑dinja li qatt ma telgħu fuqha. 23 sena ilu l‑gvern introduċa għall‑ewwel darba t‑televiżjoni u l‑internet għall‑poplu. Huwa illegali l‑bejgħ tat‑tabakk u li tiżżewweġ lill‑barranin. Il‑wirt jgħaddi għand it‑tifla l‑kbira u mhux għand it‑tifel il‑kbir! L‑isport nazzjonali huwa l‑isparar tal‑vleġeġ. Huwa kważi impossibbli li tivvjaġġa lejn dan il‑pajjiż, jekk mhux ma’ ġita organizzata. Nota Importanti: Qabel tibda ħu ħsieb aħsel idejk sew, inża’ l‑ġojjellerija, orbot xagħrek u ilbes ilbies addattat. Itlob l‑għajnuna ta’ persuna adulta, speċjalment jekk se tuża oġġetti li jaqtgħu, in‑nar u/ jew l‑elettriku.
KOMPETIZZJONIJIET BI PREMJU OTTUBRU – NOVEMBRU 2026
Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk: Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128
1. GĦODD IL‑BASKTIJIET
B’kollox fl‑istampa hemm 5 tipi ta’ basktijiet differenti. Għodd kemm hemm minn kull basket u ikteb l‑ammont taħt fejn kull basket. Wara pinġi l‑basktijiet.
Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.
Tista’ wkoll tibgħat ritratt jew scan tal‑kompetizzjonijiet permezz ta’ imejl fuq: info@missio.org.mt
2. KOMPETIZZJONI TAL‑KITBA U TAT‑TPINĠIJA Qed inħeġġukom sabiex tiktbulna u/jew tpinġulna dwar is‑sena skolastika l‑ġdida. Bqajtu fl‑istess skola jew qed tattendu fi skola ġdida? Il‑ħbieb huma l‑istess jew għamiltu ħbieb ġodda? X’inhu s-suġġett favorit tiegħek? Insomma, inħallu f’idejn l‑immaġinazzjoni tagħkom. L‑ewwel ittra li titla’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut Faith, Hope & Charity fil‑Belt Valletta. 15
KOMPETIZZJONIJIET BI PREMJU OTTUBRU – NOVEMBRU 2026 ISEM U KUNJOM: __________________________________________________________________________________________ ETÀ: ____________________ INDIRIZZ: _______________________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________________________________________
KODIĊI POSTALI: ______________________________
SKOLA: __________________________________________________________________________________________________________________ IMEJL: __________________________________________________________________________________________________________________
Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ April ‑ Mejju 2026: Ħarġa Nru 112.
1. SIB IT‑TRIQ
2. KITBA U TPINĠIJA
Tpinġija ta’ Emma Jayne Grech Attard
Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Emma Jayne Grech Attard minn Ħaż‑Żebbuġ, Matthias Saliba mis‑Siġġiewi u Martina Debono mis‑Swieqi. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom. 16