TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No.78
Matul is‑sena skolastika 2019/2020 dan il‑magażin ser jitqassam b’xejn.
Marzu 2020
Maratona fuq it-TV
b’risq il-Missjoni
IS‑SIBTminn14nofsinhar TA’ MARZU 2020 sa nofsillejl Xandira LIVE fuq it‑televiżjoni mill‑WE Studios
Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178
bis‑sapport ta’:
Żur il-websajt tagħna
www.missio.org.mt L‑Uffiċċju Missjunarju ta’ Għawdex li jinsab ir‑Rabat, ser ikun miftuħ biex jilqa’ d‑donazzjonijiet bejn it‑3pm u t‑8pm. tfal@missio.org.mt
(V0/1178)
| www.missio.org.mt | 2123 6962 | 7 Triq il‑Merkanti, Valletta | 7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex
2 Editorjal | 2 Messaġġ Mill‑Koordinaturi | 4 Tifel Mormi Fiż‑Żibel | 6 Mill‑Vjaġġi Ta’ Rafiki | 8 Paġna Logħob
RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU
Għeżież tfal,
Nittama li tinsabu tajbin. Ninsabu fit‑tielet xahar tas‑sena, u fi Żmien ir‑Randan. Dan iż‑żmien, forsi aktar minn żminijiet oħra, iħeġġiġna sabiex nagħmlu xi sagrifiċċji żgħar bħala tpattija għad‑dnubiet tagħna. Sagrifiċċji li żgur li Ġesù jieħu gost jarana nagħmlu minn qalbna.
MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATURI TA’ MISSIO TFAL Nancy Camilleri
Hemm diversi sagrifiċċji li bħala tfal tistgħu tagħmlu. Fosthom tgergru anqas, tillitikaw ma’ xulxin anqas, tittolleraw tfal li forsi soltu ma tantx taqblu magħhom, tgħinu lil dawk fil‑bżonn, tgħinu lill‑ġenituri, tnaqqsu milli taraw xi programm favorit jew milli tilagħbu xi logħba għal qalbkom, u tiċċaħħdu mill‑ħelu jew ikel ieħor li soltu jinżlilkom għasel! Min jaf forsi kieku din is‑sena titħajru twarrbu xi ħaġa tal‑flus għal dawk it‑tfal anqas ixxurtjati minnkom? L‑istorja f’paġni 4 u 5 hija eżempju ta’ tifel li għandu bżonn l‑għajnuna tagħkom.
Tajjeb għalhekk li bħala Tfal Missjunarji ma tinsewx tiftakru f’ħutkom tfal fil‑missjoni billi l‑ewwel u qabel kollox titolbu għalihom, għaliex dawn la għandhom min iħobbhom, la x’jieklu, la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la mediċini, la skola fejn jitgħallmu, u ħafna minnhom lanqas ġenituri! U kontu tafu li ħafna minnhom lanqas biss qatt semgħu dwar Ġesù?! Insellmilkom u niltaqgħu x‑xahar id‑dieħel,
Claudia
Stampa tal‑faċċata: Powster uffiċjali tal‑Maratona Ta’ Tama 2020. Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Missio Nru. 7, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Tel: 21236962 | Imejl: nancy@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 1:00pm Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, Rabat Għawdex. Tel: 21550267 | Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (V0/1178)
Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi: John Caruana Pubblikazzjoni: Missio [Uffiċċju Missjunarju] © Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.
2
Prezz 50ċ l‑ħarġa. Għal din is‑sena biss ser inkunu qed inqassmu dan il‑magażin b’xejn lit‑tfal kollha ta’ Malta u Għawdex li jattendu fl‑iskejjel primarji u dawk medji.
Maratona fuq it-TV
b’risq il-Missjoni
MARATONA TA’ TAMA Ħafna tfal madwar id‑dinja kollha jinħtieġu l‑għajnuna tagħna. L‑għanijiet prinċipali ta’ Missio Tfal huma l‑animazzjoni missjunarja u l‑ġbir ta’ fondi b’risq proġetti f’artijiet tal‑missjoni, permezz ta’ diversi attivitajiet li fihom ikunu involuti t‑tfal Maltin u Għawdxin sabiex jgħinu tfal oħra fid‑dinja kollha. Din hija l‑ħames sena li Missio ser jorganizza l‑maratona #Hope Missiofest li ser taħbat nhar l‑14 ta’ Marzu u ser tixxandar fuq l‑istazzjonijiet kollha
tat‑televiżjoni lokali. Din is‑sena ser inkunu qed niġbru b’risq proġetti fil‑Malawi, fosthom tħaffir ta’ bjar sabiex ħafna familji jkollhom aċċess għal ilma nadif iktar qrib ir‑raħal tagħhom. Għalhekk, Missio Tfal qed jitlob l‑għajnuna tagħkom biex tagħmlu xi ġabra jew torganizzaw xi attivitá b’risq din il‑maratona. Jekk tridu, il‑flus li jinġabru jistgħu jkunu ppreżentati minnkom l‑istudenti stess waqt din il‑maratona. Xi attivitajiet li jistgħu jsiru huma:
filwaqt li jagħtu xi ħaġa tal‑flus għal dan il‑għan.
Cap/Scarf Day ‑ It‑tfal huma mħeġġa jixtru xalpa jew beritta bil‑logo ta’ Missio Tfal u jilbsuha f’ġurnata partikolari magħżula mill‑iskola.
Sock It To Poverty ‑ Attivita’ li tikkonsisti filli t‑tfal iġibu magħhom xi ħaġa tal‑flus u jiġu l‑iskola lebsin kalzetti kkuluriti.
Casual Day ‑ Dakinhar l‑istudenti jkunu jistgħu jilbsu ħwejjeġ ‘casual’ minflok l‑uniformi tal‑iskola,
School Bazaar – Waqt xi attività li tittella’ fl‑iskola, bħal Jum il‑Ġenituri jew Jum il‑Ħiliet, l‑iskola tgħin fil‑bejgħ ta’ xi oġġetti ta’ ‘stationery’ jew prodotti mill‑ħanut ta’ Missio.
World Diversity Day ‑ Attività kulturali mtellgħa fl‑iskola fejn, fost oħrajn isir bejgħ ta’ ikel tradizzjonali minn pajjiżi differenti. L‑iskola hija mħeġġa tibgħat xi ritratti u artikli tal‑attività/jiet li tkun organizzat sabiex dawn jiġu ppubblikati fuq ir‑rivista Tfal Missjunarji. Min irid jista’ jitlobna niġu niffilmjaw l‑attività sabiex tidher fuq it‑televiżjoni bħala promozzjoni għall‑iskola tagħkom. Jiena, flimkien mal‑maskot tagħna Rafiki, nistgħu niġu nkellmu lilkom it‑tfal dwar dan il‑proġett waqt l‑‘assembly’. Jekk intom interessati nitlobkom titkellmu mal‑Kap tal‑Iskola jew xi għalliem/a inkarigati. Nistednukom ukoll sabiex tidħlu fil‑link ta’ youtube Missio Malta u taraw il‑vidjows li Missio ħejja u li huma relatati mal‑għanijiet prinċipali tal‑ġbir u fl‑istess ħin jagħtu l‑informazzjoni kollha meħtieġa. 3
TIFEL MORMI FIŻ‑ŻIBEL Storja addattata minn Claudia Cini. Illustrazzjoni ta’ Janet Vella. Ftit tas‑snin ilu fil‑Malawi, waħda mara kienet għaddejja minn ħdejn gozz żibel, meta dehrilha li semgħet bħal biki ta’ tarbija. Waqfet u resqet tissemma’. Sewwa kienet semgħet! Għaliex hemm, qalb iż‑żibel kien hemm il‑ġmiel ta’ tarbija tat‑twelid, imgeżwra f’biċċa ċarruta maħmuġa. Il‑mara ma ħasbithiex darbtejn u ġabret it‑tarbija, li kienet tifel, u ħaditu f’orfanatrofju fil‑qrib.
Sibt din it‑tarbija mormija fiż‑żibel!
Hellen, li kienet tieħu ħsieb l‑orfanatrofju, laqgħet it‑tarbija bil‑ferħ u semmietha Joshua. Joshua, li kien għad għandu biss tliet ġimgħat, kien bil‑ġuħ u bil‑għatx. Hellen ħadet ħsieb titimgħu, taħslu u tlibbsu. Flimkien ma’ 74 tifel u tifla oħra, l‑orfanatrofju sar id‑dar permanenti tat‑tfajjel. Ħadd ma jaf min huma l‑ġenituri ta’ Joshua u wisq anqas għaliex ħadu d‑deċiżjoni li jabbandunawh.
Issa nrabbi lil Joshua jien. Ikun qisu ibni.
4
Joshua kiber f’tifel gustuż, b’saħħtu u intelliġenti. Huwa jmur tajjeb fl‑iskola u tgħallem ukoll idoqq il‑kitarra. Għalkemm ħafna jaħsbu li Joshua huwa xortih ħażina għaliex il‑ġenituri tiegħu abbandunawh, hemm ħafna aktar tfal fil‑Malawi li ma messithomx ix‑xorti tajba li bħal Joshua jkollhom saqaf fuq rashom, ikel, ħwejjeġ, kura tas‑saħħa, edukazzjoni u mħabba.
Dan kollu huwa possibbli grazzi għad‑donazzjonijiet li ħafna Maltin u Għawdxin jibagħtu lill‑orfanatrofji madwar id‑dinja kollha. Sal‑lum, Joshua għadu jaħseb li Hellen hija l‑mamà proprja tiegħu. Hellen tinsab inkwetata ħafna u ma tafx kif ser taqbad tispjegalu li hija mhix il‑vera mamà tiegħu u li l‑ġenituri tiegħu rmewh fiż‑żibel! L‑għaxqa ta’ Joshua hija li jgħin fil‑quddiesa bħala abbati. Huwa jixtieq ikompli jistudja u jistinka biex la jikber isir qassis u b’hekk ikun jista’ jgħin lil tfal foqra u abbandunati.
Bħal Joshua, ħafna tfal ikunu jixtiequ jsiru qassisin, għaliex fil‑qassis jaraw persuna li taf tħobb u tgħin lil kulħadd. Tfal li jkunu rċevew din l‑imħabba jħossu l‑bżonn li la jikbru huma wkoll jgħinu lil dawk anqas ixxurtjati. Meta jikbru, it‑tfal jiskopru li biex tgħin lill‑proxxmu m’hemmx għalfejn tkun qassis jew reliġjuż! 5
MILL‑VJAĠĠI TA’ RAFIKI
IL‑FESTA TA’ SANTO NIÑO fal, kif intom? Din id‑darba T jiena ma tantx mort ’il bogħod għax bqajt Malta stess. Ngħidilkom il‑verità smajt li kien hemm festa mhux tas‑soltu u tħajjart immur nara x’hemm. Kien il‑Ħadd 19 ta’ Jannar, meta f’Wied il‑Għajn, għat‑tieni sena, kienet iċċelebrata l‑Festa ta’ Santo Niño (Ġesù tarbija), festa popolari u ta’ devozzjoni kbira Filippina. Ta’ min jgħid li Santo Niño huwa l‑qaddis tal‑Filippini kollha u li f’kull familja ssib l‑istatwa tiegħu.
Il‑komunità Kattolika Filippina f’Malta, bl‑għajnuna ta’ Dun Victor Agius, Assistent Direttur ta’ Missio, li qatta’ aktar minn 30 sena missjunarju fil‑Filippini, u ta’ Dun Roderick Camilleri, Kappillan tal‑parroċċa ta’
6
Wied il‑Għajn, ingħatat l‑opportunità li żżomm ħajja din it‑tradizzjoni reliġjuża f’pajjiżna. Minn filgħodu kmieni bdew jinġabru fuq iz‑zuntier tal‑knisja ħafna Filippini u Maltin ukoll. Il‑Filippini żifnu u kantaw wara l‑istatwa ta’ Santo Niño li kienet imżejna bi fjuri mill‑isbaħ. Fil‑parti ewlenija tal‑purċissjoni jkun hemm ir‑reġina tat‑tribù tagħhom li f’idejha jkollha ’l Bambin. Iż‑żeffiena jiżfnu żfin li bih ifaħħru lil Ġesù, imma mbagħad f’daqqa waħda jaqgħu mal‑art. Din il‑mossa tirrappreżenta xi diżastru. Ta’ min jgħid li fil‑Filippini jagħmlu ħafna monsuni, zunami u għargħar, li dejjem ikaxkrulhom kollox. Dan jiġri ta’ spiss, tant li meta jiġri xi diżastru, ħadd ma jqisu traġedja. Parti miż‑żifna
kienet tinkludi wkoll tifel li jieħu l‑Bambin minn id ir‑reġina u jdur bih madwar iż‑żeffiena li jkunu mal‑art. Dawn jibdew iqumu ftit ftit bħala simbolu li Ġesù Bambin huwa dak li jagħti l‑ħajja u jsolvi l‑problemi.
din il‑festa ġġib flimkien lin‑nies, u hawn Malta ġġib l‑għaqda fid‑diversità. Fil‑knisja ta’ Sant’Anna, kienet iċċelebrata quddiesa animata mill‑kor tal‑komunità Filippina, u wara saret ikla tradizzjonali kbira li għaliha kien mistieden kulħadd.
Il‑Filippini jiċċelebraw din il‑festa b’tant għożża għaliex huwa l‑mod
EZEMPJI SBIEH
tagħhom ta’ kif jgħidu grazzi lil Ġesù tal‑grazzji li għandhom. Fl‑istess ħin
Kemm hu sabiħ li popli differenti jersqu lejn xulxin u jsiru familja waħda; isiru don għal xulxin. Grazzi Santo Niño, inti bambin ċkejken li dejjem timliena b’sorpriżi sbieħ biex turina kemm tħobbna!
KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL TA’ MYANMAR: €7 – tiġieġa għal familja bit‑tfal fil‑bżonn €20 – platt ross u fażola lil tfal bil‑ġuħ €30 – operazzjoni lil tifel jew tifla biex ma jitiifux id‑dawl t’għajnejhom
• Kimberly Sultana mir‑Rabat, Għawdex • Annamaria Zammit minn Ħaż‑Żebbuġ • Gabriel Micallef minn Ħaż‑Żabbar Grazzi mill‑qalb tal‑bolol li tajtu lil Missio Tfal. Dawn jinbiegħu lill‑kollezzjonisti u l‑qligħ minnhom imur b’risq proġetti fil‑missjoni.
€50 – xiri ta’ kotba inkluż materjal reliġjuż lil tfal tal‑iskola
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, Mosta MST 4128 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI! 7
PAĠNA LOGĦOB MARZU 2020
Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk:
Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.114, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128
1. ĦADDEM MOĦĦOK
Sib il‑valur ta’ kull stampa t’hawn taħt biex timla l‑valur tal‑kaxxa l‑vojta. Waħda mit‑tweġibiet tajbin tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio: Faith, Hope & Charity tal‑Belt Valletta
2. SUDOKU
Daħħal in‑numri neqsin fil‑kaxxi l‑vojta b’tali mod li kull kolonna u kull ringiela jinkludu n‑numri 1,2,3 u 4. Importanti li l‑ebda numru ma jkun repetut. Waħda mit‑tweġibiet tajbin tirbaħ ‘soft toy’ tal‑Hamleys.
+
+
=
18
+ +
=
26
=
30
=
44
Isem u Kunjom: ________________________________
Età:______________________________________________
+
+
+ + +
+
+
=
30 = 45 = 45 = 45 = 30
+ + =
+ +
+
+
+ +
+ +
2
1
4
_______________________________________________
__________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali:_______________________________________
1. ĦADDEM MOĦĦOK
3
Indirizz:__________________________________________________
Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Diċembru 2019 – Ħarġa nru. 75.
8
Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.
Skola: __________________________________________
2. SUDOKU
2
3
4
1
4
1
3
2
1
4
2
3
3
2
1
4
Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Berta Camilleri minn Għajnsielem u Kayden Friggieri minn Ħad‑Dingli. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom.