Skip to main content

Tfal Missjunarji Jannar 2020

Page 1

TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No.76

Yanice Dalli

Alicia Micallef

Jannar 2020

(V0/1178)

tfal@missio.org.mt

| www.missio.org.mt | 2123 6962 | 7 Triq il‑Merkanti, Valletta | 7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex

2 Editorjal | 2 Messaġġ Mill‑Koordinaturi | 4 L‑Istrina | 6 Mill‑Vjaġġi Ta’ Rafiki | 8 Paġna Logħob

Shaniqua Alamu Bartolo

Matul is‑sena skolastika 2019/2020 dan il‑magażin ser jitqassam b’xejn.


RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU

Għeżież tfal, Nispera li tinsabu tajbin! Ninsab ċerta li min b’mod u min b’ieħor, għaddejtu l‑vaganzi tal‑Milied tajjeb u striħajtu wkoll. Issa kulħadd reġa’ għar‑rutina ta’ kuljum – skola, ‘homework’, attivitajiet, duttrina, eċċ, eċċ ... Kontu tafu li matul dan ix‑xahar, f’Malta u f’Għawdex, tiġi ċċelebrata l‑festa tas‑Santa Infanzja? Din taħbat nhar is‑6 ta’ Jannar, Festa tal‑Epifanija tal‑Mulej. Mhux il‑pajjiżi kollha jiċċelebraw Jum is‑Santa Infanzja fl‑istess xahar u ġurnata bħalna. Din hija okkażjoni ddedikata lit‑tfal, li bħall‑adulti, huma wkoll missjunarji permezz tas‑Sagrament tal‑Magħmudija. Għalhekk, bħala tfal missjunarji, inħeġġukom sabiex taħsbu f’xi modi li bihom tkunu tistgħu tgħinu lil tfal bħalkom fil‑bżonn jew anqas ixxurtjati minnkom. L‑istejjer fuq paġni 4 u 5, u 6 u 7, huma eżempji ħajjin ta’ tfal bħalkom li ma ħasbuhiex darbtejn biex jgħinu tfal oħra.

MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATURI TA’ MISSIO TFAL

UNITED NATIONS

Bħala Tfal Missjunarji tinsewx tiftakru f’ħutkom tfal fil‑missjoni billi titolbu għalihom u twarrbu xi ħaġa żgħira għalihom, għaliex dawn la għandhom min iħobbhom, la x’jieklu, la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la mediċini, la skola fejn jitgħallmu, u ħafna minnhom lanqas ġenituri! U kontu tafu li ħafna minnhom lanqas biss qatt semgħu dwar Ġesù?! Insellmilkom u niltaqgħu x‑xahar id‑dieħel,

Claudia

Stampa tal‑faċċata: Tlieta mill-ħafna tpinġijiet sbieħ li rċevejna. Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Missio Nru. 7, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Tel: 21236962 | Imejl: nancy@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 1:00pm Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, Rabat Għawdex. Tel: 21550267 | Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (V0/1178)

Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt

Pubblikazzjoni: Missio [Uffiċċju Missjunarju] © Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.

2

l‑Jum Universali tat‑Tfal ġie IUniti stabbilit min‑Nazzjonijiet (United Nations) fl‑1954

u jiġi ċċelebrat kull sena fl‑20 ta’ Novembru. Għaliex twaqqaf dan il‑jum?

Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi: John Caruana

IL‑JUM UNIVERSALI TAT‑TFAL

Prezz 50ċ l‑ħarġa. Għal din is‑sena biss ser inkunu qed inqassmu dan il‑magażin b’xejn lit‑tfal kollha ta’ Malta u Għawdex li jattendu fl‑iskejjel primarji u dawk medji.

(1) Biex dejjem itejjeb il‑ħajja tat‑tfal (children’s welfare),


l

y

Da

U

Chi

dr

al

er s v i n

e n ’s

(2) Biex jippromwovi u jiċċelebra d‑drittijiet tat‑tfal u

stabbilixxew numru ta’ drittijiet għat‑tfal biex dawn jiġu protetti minn:

(3) Biex isaħħaħ l‑għaqda bejn xulxin u jxerred l‑għarfien bejn tfal differenti fid‑dinja kollha.

(1) Vjolenza domestika ‑ jiġifieri ġlied fil‑familja, swat, jew abbuż ta’ kull tip, u

Fl‑20 ta’ Novembru 1959, in‑Nazzjonijiet Uniti addottaw id‑Dikjarazzjoni tad‑Drittijiet tat‑Tfal (Declaration of the Rights of the Child). Fl‑1989, l‑Assemblea Ġenerali tan‑Nazzjonijiet Uniti addottaw il‑Konvenzjoni tad‑Drittijiet tat‑Tfal. Huma

(2) Diskriminazzjoni – fid‑dinja ħadd mhu aħjar minn ħadd u kulħadd għandu juri rispett lejn kulħadd. Drittijiet oħra fundamentali li l‑konvenzjoni stabbilixxiet huma li jiġu żgurati d‑drittijiet tal‑ħajja, tas‑saħħa u tal‑edukazzjoni.

Fid‑dinja kollha jiġu organizzati diversi attivitajiet differenti biex jiċċelebraw dan il‑jum. F’Malta l‑attività nazzjonali tiġi organizzata mill‑Kunsill Lokali tal‑Gżira l‑Ħadd ta’ qabel l‑20 ta’ Novembru. Ikun hemm spettaklu bl‑aqwa kantanti, żeffiena u maġija. Ikun hemm ukoll diversi ‘trampolines’, ferrovija, ajruplani, ‘bowling’, ‘bouncing castles’, ‘table tennis’, ikel u xorb, ‘popcorn’, u ħafna affarijiet oħra. U dan kollu jkun mingħajr ħlas għat‑tfal! Però din ma tkunx l‑unika ċelebrazzjoni li ssir f’Malta. Skejjel differenti f’diversi rħula u bliet Maltin u Għawdxin jiċċelebraw ukoll fil‑ġurnata proprja. Hawn min jorganizza festival ta’ talenti, min jorganizza ġurnata attivitajiet sportivi, min jiċċelebra b’poeżiji li jinkitbu mill‑istudenti stess u jinqraw waqt it‑talba ta’ filgħodu, u oħrajn. Ms. Josephine Ebejer Grech 3


L‑ISTRINA Storja addattata minn Claudia Cini. Illustrazzjoni ta’ Janet Vella. Dari, it‑tfal ma kinux jaqilgħu rigali fil‑Milied, imma minflok kienu jirċievu xi ħaġa tal‑flus nhar l‑Ewwel tas‑Sena mingħand il‑ġenituri, in‑nanniet u z‑zijiet. Dawn il‑flus kienu jsejħulhom ‘Strina’. In‑Nannu Ċikk kien għadu jemmen fl‑istrina u lill‑għaxar neputijiet tiegħu kien ta’ kull sena jagħtihom xi ħaġa tal‑flus biex jixtru dak li verament ikunu jixtiequ u li għal xi raġuni jew oħra l‑ġenituri ma jkunux xtrawhulhom.

Grazzi nann. Jien ser nixtri żarbun tal‑futbol ġdid.

Grazzi Nannu Ċikk. Għada stess immur nixtri dak il‑kowt bħal ta’ ħabibti Klara.

Dawn il‑flus se nżidhom ma’ dawk li diġà għandi ħa nfaddal għall‑karozza tar‑‘remote control’. Grazzi nannu. Filippa, waħda mill‑għaxar neputijiet tan‑Nannu Ċikk, dehret xi ftit ħosbiena. Lanqas biss kienet fetħet l‑invilopp abjad li kien newlilha nannuha ftit ħin qabel. Ma tantx kien jimpurtaha kemm kienet qalgħet flus għaliex ma kellha l‑ebda xewqa partikolari ta’ xi ħaġa li verament xtaqet. Il‑ġenituri tagħha kienu jikkuntentawha f’kollox u kulma kienet titlobhom kienu jixtruhulha bla problemi ta’ xejn.

Tgħid x’nista’ nagħmel b’dawn il‑flus? Nixtri pupa oħra? Imma daqskemm għandi! Jew logħba tal‑kompjuter? Imma dawk qlajt erbgħa ġodda għall‑Milied!

4


Filwaqt li z‑zijiet u l‑kuġini kienu qed jifirħu u jpaċpċu ferħanin bejniethom huma u jnaqqru l‑ikel mill‑festin li kienet ippreparat in‑Nanna Roża, in‑Nannu Ċikk resaq qrib Filippa. Kien jaf li t‑tifla ma kien jonqosha xejn, imma għall‑kuntrarju ta’ oħtha, li kien moħħha biex tixtri l‑ħwejjeġ, Filippa ma kinitx tifla li tifraħ wisq bl‑oġġetti materjali. In‑nannu fil‑pront ftakar f’avviż li kien ra fil‑gazzetta xi jiem qabel.

Filippa, iddeċidejt x’ser tixtri bl‑istrina li tajniek jien u n‑nanna?

Ma nafx nann. Issa nitfagħhom fil‑karus mal‑oħrajn.

Għax ma tixtrix qażquż!!

Filippa nħasdet b’dan il‑kliem u daret tħares fiss lejn nannuha għax ħasbitu li kien qed jiċċajta magħha. Imma n‑nannu deher serju, għalkemm xħin intebaħ li t‑tifla ma kinitx fehmitu, tbissem u mar ġab il‑gazzetta biex juriha l‑avviż. Filippa qrat u fliet l‑avviż minn fuq s’isfel għal darba darbtejn. Fuq fommha feġġet l‑isbaħ tbissima li n‑nannu qatt kien ra. It‑tifla kienet iddeċidiet kif kienet ser tonfoq il‑flus tal‑istrina u xi oħrajn li kellha mfaddlin fil‑karus! Għannqet lil nannuha u ġriet tifraħ mal‑oħrajn.

5


MILL‑VJAĠĠI TA’ RAFIKI

TFAL JGĦINU LIT‑TFAL

if intom tfal? Min jaf K kemm għaddejtu vaganzi sbieħ! Għall‑vaganzi tal‑Milied jien mort inżur grupp ta’ tfal f’Mumbaj (eks Bombay). Din il‑belt hija t‑tieni l‑aktar belt popolata fl‑Indja wara

6

dik ta’ Delhi. B’kollox f’din il‑belt jgħixu mal‑20 miljun ruħ. Jingħad li din il‑belt hija l‑aktar waħda sinjura mill‑ibliet kollha fl‑Indja. Iżda minkejja dan xorta ssib min għandu qalbu tajba u jħobb jgħin lil dawk fil‑bżonn. Ħadt gost ħafna niltaqa’ ma’ grupp ta’ tfal mimlijin enerġija li rnexxielhom isibu mod kif jgħinu. Ngħidilkom il‑verità qatgħuli nifsi jiġru u jirsistu, imma ma jiddispjaċini xejn li għal ftit sigħat kont parti mill‑grupp ‘The Zero Hunger Generation’.

Kien il‑Ħadd filgħodu li ltqajt mal‑grupp li diġà kien mimli enerġija. Ilkoll kienu ħerqanin u eċċitati li jibdew il‑missjoni tagħhom. Żewġ tfajliet ħelwin, Daniella u Janelle, stednuni mmur magħhom, u jien hekk għamilt. Ix‑xogħol tagħna kien li nduru bieb bieb u niġbru l‑gazzetti b’risq il‑proġett ‘Zero Hunger’. Lanqas naf kemm‑il darba ħabbat bibien u għedt: “Bonġu, Sinjur/Sinjura, ġejt niġbor il‑gazzetti li m’għadx għandek bżonn.” Sa mnalla li lkoll kemm aħna konna ħadna kolazzjon tajjeb sabiex inkunu nistgħu nduru tlettax‑il binja, b’seba’ sulari kull waħda u nkopru aktar minn 100 familja f’sagħtejn! Tgħidx kemm ħadt gost niġbor il‑gazzetti għaliex kulħadd jingħaqad flimkien


EZEMPJI SBIEH Grazzi u proset lil: • Gabriel Gauci min‑Naxxar li ta donazzjoni ħalli tinxtara rota lil tifel jew tifla sabiex imorru l‑iskola biha. u jgħin. B’kollox konna madwar 30 tifel u tifla, ilkoll naħdmu flimkien. Għalkemm ħafna mill‑ħbieb tagħna li jiffurmaw parti mill‑grupp, kienu bil‑vaganzi, ħafna aktar nies ingħaqdu magħna peress li raw li kellna bżonn l‑għajnuna, u kienu kuntenti bil‑kawża nobbli tagħna. Saħansitra xi tfal offrew il‑ħin tal‑logħob tagħhom sabiex jgħinuna wkoll! B’kollox, f’dik il‑għodwa, irnexxielna niġbru 456 kilo ta’ gazzetti, ħafna ikel u flus ukoll. U dan kollu ser imur b’risq tfal affettwati mill‑HIV u l‑familji tagħhom, li dan il‑grupp ilu jappoġġja għal aktar minn sena. Kull min jifforma parti minn dan il‑grupp iħobb jara nies kuntenti u b’hekk jixtieq jgħin lill‑proxxmu. Veru li mhux daqstant faċli li tiġbor il‑gazzetti minn dar għal dar, speċjalment meta l‑ġabra tibda titqal, imma jekk nista’ nagħmel dan il‑ftit għal Ġesù, kont lest li nagħmlu bla tgergir! Jien u nġorr il‑gazzetti weġġajt subgħajja, imma bl‑imħabba ta’ Alla jien kapaċi nagħmel kollox. Dan

kollu huwa dejjem possibbli bl‑ispirtu u l‑għaqda tat‑tim kollu, li bla dubju ħadna gost u għaddejna dan il‑ħin sabiħ flimkien.

• Emma Gauci Azzopardi mill‑Fgura tat bolol għall‑missjoni. Dawn jinbiegħu lill‑kollezzjonisti u l‑qligħ minnhom imur b’risq proġetti fil‑missjoni.

KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL FIL‑MISSJONI: €19 – Medikazzjoni għal ġimagħtejn fi kliċini tat‑tfal b’mard serju

€25 – 100 kuruna sempliċi lin‑nies fil‑missjoni

€42 – Xirja qamħ biex jinħema l‑ħobż għal tfal orfni fil‑Pakistan

€60 – Saqqu għal tifel jew tifla torox u muti li jgħixu f’istitut

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, Mosta MST 4128 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI! 7


PAĠNA LOGĦOB JANNAR 2020

Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk:

Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.114, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128

1. ĦADDEM MOĦĦOK

Sib il‑valur ta’ kull stampa t’hawn taħt biex timla l‑valur tal‑kaxxa l‑vojta. Waħda mit‑tweġibiet tajbin tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio: Faith, Hope & Charity tal‑Belt Valletta.

+

+

+ +

+

+

+ +

+

+

12 = 16 = 18 = 26 = =

+

Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.

2. SUDOKU

Daħħal in‑numri neqsin fil‑kaxxi l‑vojta b’tali mod li kull kolonna u kull ringiela jinkludu n‑numri 1,2,3 u 4. Importanti li l‑ebda numru ma jkun repetut. Waħda mit‑tweġibiet tajbin tirbaħ ‘soft toy’ tal‑Hamleys.

3

4

1

2 2 1

4

3

Isem u Kunjom: ________________________________ _______________________________________________ Età:______________________________________________ Indirizz:__________________________________________________ __________________________________________________

Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Ottubru 2019 – Ħarġa nru. 73.

_____________________________________________________

1. ĦADDEM MOĦĦOK

Kodiċi Postali:_______________________________________

30 + + = 20 + + = 30 + + = 40 + + = 50

Skola: __________________________________________

8

+ + =

2. SUDOKU

4

2

3

1

1

3

2

4

2

4

1

3

3

1

4

2

Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Jake Fenech minn Ħaż‑Żebbuġ, Malta u Tatiana Sacco mix‑Xewkija, Għawdex. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook