Skip to main content

Tfal Missjunarji Jannar 2021

Page 1

TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No.83

Jannar 2021

La nikber nixtieq insir.....

Matul is‑sena skolastika 2020/2021 dan il‑magażin ser jitqassam b’xejn.

għalliem

infermiera

pulizija

Dawn it-tfal għandhom ħafna ħolm u xewqat bħalma għandna aħna lkoll. Dan jista' jkun possibbli għalihom jekk ngħinuhom aħna bi ftit flus fix-xahar. Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.

(V0/1178)

2 Editorjal | 2 Messaġġ Mill‑Koordinaturi | 4 It‑Tifel Li Jixtieq Isir Tabib | 6 Tfal Li Għamlu Differenza | 8 Paġna Logħob


RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU Għeżież tfal, Is‑Sena t‑Tajba lilkom u lill‑familji kollha tagħkom. Kif intom? Nittama li lkoll tinsabu tajbin. Bdejna sena ġdida u żgur li kulħadd, kbar u żgħar, qed jittama li tkun sena aħjar minn ta’ qabilha! Dan għaliex il‑pandemija li laqtet lid‑dinja kollha, affettwat lil kull wieħed u waħda minna, min b’mod dirett u min b’mod indirett. Matul dan ix‑xahar ser inkomplu nlaqqgħukom ma’ aktar stejjer u ma’ aktar tfal li għamlu differenza fil‑ħajja ta’ tfal oħra. L‑istorja tal‑komik hija storja reali li ħafna tfal jinsabu għaddejjin minn sitwazzjonijiet simili. Għal dawn l‑aħħar snin, Missio ħaseb kif jista’ jgħin lil dawn it‑tfal u kien għalhekk li għamel kuntatt ma’ diversi orfanatrofji f’pajjiżi missjunarji ħalli jindikawlu liema huma dawk it‑tfal li verament għandhom bżonn l‑għajnuna. Kien għalhekk ukoll li Missio ħareġ sejħa biex isib benefatturi Maltin u Għawdxin li lesti ‘jaddottaw’ tifel jew tifla. Dawn it‑tfal, li jibqgħu fl‑ambjent li draw jgħixu fih, qrib il‑familjari u l‑ħbieb tagħhom, grazzi għall‑benefaturi, ikunu jistgħu jibdew jattendu l‑iskola sabiex jirċievu edukazzjoni xierqa, u jieklu tal‑inqas ikla waħda sustanzjuża kuljum. U dan kollu għal €12.50 biss fix‑xahar! Jekk intom imħajrin ikollkom ‘ħukom’ jew ‘oħtkom’ oħra, araw il‑qoxra tar‑rivista għal aktar dettalji. Din l‑isponsorhip tista’ tintuża minn individwu, minn familja, minn klassi ta’ skola jew minn skola sħiħa.

MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATRIĊI TA’ MISSIO TFAL Nancy Camilleri

Qabel inħallikom infakkarkom sabiex ma tinsew qatt titolbu għat‑tfal fil‑missjoni, għaliex dawn la għandhom min iħobbhom, la x’jieklu, la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la mediċini, la skola fejn jitgħallmu, u ħafna minnhom lanqas ġenituri! U kontu tafu li ħafna minnhom lanqas biss qatt semgħu dwar Ġesù?!

Mill‑ġdid nawguralkom Sena Ġdida mimlija risq, barka u ferħ. Insellmilkom u niltaqgħu x‑xahar id‑dieħel,

Claudia

Ħelow Tfal, Stampa tal‑faċċata: Powster ta’ Child Sponsorship.

Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Missio Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Tel: 21236962 | Imejl: nancy@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 1:00pm Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, Rabat Għawdex. Tel: 21550267 | Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (V0/1178)

Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi: John Caruana Pubblikazzjoni: Missio [Uffiċċju Missjunarju] © Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.

2

Prezz 50ċ l‑ħarġa. Għal din is‑sena biss ser inkunu qed inqassmu dan il‑magażin b’xejn lit‑tfal kollha ta’ Malta u Għawdex li jattendu fl‑iskejjel primarji u dawk medji.

Illum xtaqt naqsam magħkom l‑Enċiklika ta’ Papa Franġisku li kulħadd qed jitkellem dwarha. Għalkemm din inkitbet f’Ottubru li għadda, naħseb li tajjeb naħsbu fuqha f’dan ix‑xahar ta’ Jannar. F’Jannar il‑Papa dejjem jitkellem fuq il‑paċi, għaliex niċċelebraw Jum il‑Paċi nhar l‑Ewwel tas‑Sena. Għalhekk ser nipprova nfisser din l‑enċiklika jew ittra li l‑Papa kiteb fuq dan is‑suġġett.


Enċiklika x’inhi? Enċiklika hija ittra miktuba mill‑Papa għall‑isqfijiet, għall‑kleru u għan‑nies kollha. Din tkun tittratta xi suġġett partikolari. Fit‑3 ta’ Ottubru 2020, il‑Papa ffirma l‑enċiklika l‑ġdida tiegħu ‘Fratelli Tutti’ (Ilkoll Aħwa), fil‑festa ta’ San Franġisk t’Assisi fuq il‑qabar ta’ San Franġisk f’Assisi, l‑Italja.

·

Fuq xiex inhi? Fiha mistoqsijiet dwar fraternità u ħbiberija soċjali li l‑Papa kien qed jaħseb dwarhom f’dawn l‑aħħar snin.

X’fiha? Hija ittra ddedikata għall‑fraternità u ħbiberija soċjali.

· San Franġisk jistieden lin‑nies

· Tgħidilna kif verament irridu

· Il‑mod kif naħsbu fl‑oħrajn u

·

ngħixu fl‑imħabba ma’ xulxin fid‑dinja tal‑lum.

· Modi ġodda kif naraw u ngħixu din il‑ħbiberija.

· Tippreżenta d‑dinja bħala

familja waħda. Noħolmu bħala familja waħda u nimxu flimkien bħala ħbieb vjaġġaturi u li naqsmu kollox flimkien l‑istess.

·

· Temi kif, għalkemm differenti,

Minn fejn ġej it‑titlu? ‘Fratelli Tutti’ hija espressjoni li kien jgħid ħafna San Franġisk t’Assisi (Adm. 6:1).

Lil min hija indirizzata? Lill‑persuni kollha li ser jaċċettaw din l‑ittra bħala stedina biex jiddjalogaw.

· Dan il‑qaddis kien juża din

nistgħu ngħixu flimkien u naħdmu flimkien għall‑paci fid‑dinja.

·

kollha għal imħabba li tmur lil hinn mill‑fruntieri u d‑distanza.

ngħixu ma’ xulxin, sew ma’ dawk viċin u wkoll ma’ dawk ’il bogħod minna.

Narawkom tfal. Nawgurawlkom li s‑sena 2021 tkun sena mimlija saħħa u paċi.

·

il‑frażi biex jurina kif għandna ngħixu l‑Evanġelu fil‑ħajja tagħna. 3


IT‑TIFEL LI JIXTIEQ ISIR TABIB Storja addattata minn Claudia Cini. Illustrazzjoni ta’ Janet Vella. Emmanuel huwa tifel ta’ għaxar snin u jgħix fil‑Kosta tal‑Avorju fil‑Ghana. Bħal ħafna tfal tamparu, Emmanuel ma jmurx skola. Mhux għax ma jixtieqx, imma għax ta’ kuljum ikollu jmur għax‑xogħol sabiex jaqla’ xi ħaġa tal‑flus. Il‑ġenituri tiegħu u żewġ ħutu akbar minnu wkoll imorru għax‑xogħol ta’ kuljum, iżda b’li jaqilgħu bilkemm ikollhom biex jieklu, aħseb u ara biex iħallsu għall‑edukazzjoni.

La nikber nixtieq insir tabib, imma jekk ma mmurx skola mhux ser nitgħallem u ma nistax insir tabib.

Ta’ kuljum, sebat ijiem fil‑ġimgħa, Emmanuel iqum kmieni ħafna biex jipprepara għal ġurnata xogħol. Wara mixja twila, huwa jasal fl‑għelieqi ftit qabel tlugħ ix‑xemx. Emmanuel u ħafna tfal oħra jaħlu saħħithom fl‑għelieqi tal‑kawkaw. Xogħolhom huwa li jaqtgħu l‑imżiewed tal‑kawkaw misjurin mis‑siġar u jaqsmuhom b’sikkina kbira u tqila biex joħorġu l‑fażola. Wara jiġbru din il‑fażola u jpoġġuha fl‑ixkejjer.

Mill‑fażola tal‑kawkaw issir iċ‑ċikkulata. Jgħidu li tajba ħafna, imma jien qatt ma doqtha!

4


Imbagħad, Emmanuel u sħabu jkollhom iġorru l‑ixkejjer tqal mill‑għellieqi għal fuq it‑trakkijiet biex dawn jiġu trasportati lejn il‑fabbriki. Dawn it‑tfal jibqgħu jaħdmu sa ma jidlam, u meta jmorru lura d‑dar, kemm jinħaslu, jieklu xi ħaġa żgħira, li tkun l‑unika ikla tagħhom tal‑ġurnata, u jmorru jorqdu. La jkollhom ċans jilagħbu u lanqas ċans biex jitgħallmu. Huma qed ibatu ħafna.

Jiena naqla’ 84 ċenteżmu tal‑Ewro kuljum. Darba smajt lill‑ġenituri tiegħi jgħidu li dan huwa serq, imma aħna ma nistgħu nagħmlu xejn.

Aktar minn 2 miljun tifel u tifla taħt is-sittax-il sena jaħdmu fl-għelieqi tal-kawkaw li jinsabu fil-Ghana u f’pajjiżi oħra fil-Punent tal-Afrika. Dan l-abbuż fuq it-tfal ilu jsir għal aktar minn għoxrin sena. Minbarra li t-tfal qed ikollhom jużaw għodda tqila u perikoluża, huma qed ikollhom iġorru tagħbijiet wisq tqal għalihom u huma esposti għall-pestiċidi. Dan kollu qed jikkaġuna wġigħ, korrimenti u mard fost it-tfal.

Il-kuġina tiegħi Rakele sabet familja mill-Ewropa li qed tħallsilha biex tkun tista’ tmur l-iskola. Rakele m’għadhiex tiġi xogħol magħna fl-għelieqi, u minflok qed tmur titg ħ allem u tin g ħ ata ikla sustanzjuża kuljum. La tikber hija tixtieq issir għalliema. Ħafna familji Maltin u Għawdxin addottaw tfal minn pajjiżi tal-missjoni, u b’€12.50 biss fix-xahar qed iħallsulhom għall-edukazzjoni għaliex kull tifel u tifla għandhom id-dritt li jitgħallmu.

5


TFAL LI GĦAMLU DIFFERENZA Vikki

ASFAW YEMIRU

A

sfaw Yemiru twieled u għex fl‑Etjopja. Huwa minn dejjem emmen li l‑edukazzjoni hija l‑uniku mod ta’ kif wieħed jista’ jgħin lit‑tfal foqra sabiex itejbu ħajjithom. Missier Asfaw kien qassis Ortodoss. Asfaw qatta’ ħafna mit‑tfulija tiegħu jieħu ħsieb in‑nagħaġ u l‑mogħoż ta’ missieru. Meta kellu tmien snin, il‑familja kollha tiegħu ddeċidew li jerħulha lejn il‑kapitali tal‑Etjopja, Addis Ababa. Hemmhekk, Asfaw ġie ordnat Djaknu flimkien mal‑ħdax‑il aħwa tiegħu. Wara ċ‑ċerimonja, Asfaw irrifjuta li jmur lura u għalhekk spiċċa jgħix fit‑toroq b’ħamsin ċenteżmu fil‑but. Asfaw kellu jaħdem ħafna sabiex jaqla’ xi ħaġa x’jiekol. Huwa qatta’ erbatax‑il xahar jorqod barra fil‑bitħa tal‑knisja sakemm jum fost l‑oħrajn waqaf jgħin mara li kien għadu kif

inqalbilha l‑karettun. Asfaw mar jiġri sabiex jgħinha tiġbor it‑tagħbija tal‑ġobon li kienet imxerrda kollha fl‑art. Din il‑mara offriet lil Asfaw xogħol domestiku fid‑dar tagħha u saqaf fuq rasu matul il‑lejl. Il‑mara offriet ukoll lil Asfaw l‑opportunità li jattendi l‑iskola.

Fl‑iskola Asfaw mar tajjeb ħafna, tant li rebaħ borża ta’ studju b’xejn fl‑iskola ġenerali ‘Wingate Boarding School’ immexxija mill‑‘British Council’. Kien proprju fl‑ewwel sena tiegħu f’din l‑iskola li Asfaw ħass il‑ħtieġa li jagħmel xi ħaġa sabiex jgħin lit‑tfal foqra li bħalu kienu jgħixu fit‑toroq. Fl‑1957, fl‑età ta’ erbatax‑il sena huwa fetaħ l‑ewwel skola tiegħu għat‑tfal li jgħixu fit‑toroq. Huwa beda billi ħa l‑inizjattiva li jiġbor l‑ikel żejjed li kien jifdal wara li l‑istudenti jkunu kielu. Asfaw kien iqassam dan il‑fdal tal‑ikel lit‑tfal tat‑triq li kienu jinġabru barra l‑gradi tal‑iskola. Iktar tard huwa beda jlaqqa’ lit‑tfal taħt siġra tal‑ballut fil‑bitħa tal‑knisja biex jgħallimhom. Asfaw kien kuntent ħafna b’din l‑iskola żgħira li kien ħoloq, tant li meta temm l‑istudji tiegħu stess, huwa m’aċċettax Asfaw iżur xi studenti tiegħu d‑dar tagħhom. il‑post offrut lilu

6

fl‑università, iżda minflok iddeċieda li jiddedika ħajtu kollha sabiex jaħdem bħala għalliem. Huwa kien jirnexxilu jiġbor mijiet ta’ tfal taħt is‑siġar

Asfaw (fuq ix‑xellug), ħafi, qed juri l‑iskola ġdida tiegħu lill‑imperatur.

fil‑bitħa tal‑knisja. L‑awtoritajiet tal‑knisja kienu mħassba u nkwetati dwar dak li kien qed jiġri. Kien wasal iż‑żmien li Asfaw ikollu bini u art minn fejn imexxi l‑programm ta’ tagħlim li kien ħoloq. Jum fost l‑oħrajn l‑Imperatur Haile Selassie żar l‑iskola ġenerali ‘Wingate Boarding School’ fejn kien jgħallem Asfaw. Asfaw kien pront u ħa ċ‑ċans sabiex ikellem lill‑imperatur. Huwa għamel petizzjoni għall‑għajnuna, u

IEQAF IMPERATUR! Tini biċċa art għal skola!


tal‑edukazzjoni, it‑tfal foqra jingħataw iċ‑ċans ta’ ħajja aħjar. Minħabba t‑twemmin u l‑ħidma tiegħu favur it‑tfal foqra, Asfaw spiċċa l‑ħabs diversi drabi.

Asfaw rċieva il‑premju ‘The Children’s Prize’ fl‑2001. Dan il‑premju ngħatalu minħabba li sa l‑2001 huwa kien qatta’ aktar minn 50 sena jiġġieled favur id‑drittijiet tat‑tfal. Huwa ddedika l‑enerġija kollha tiegħu sabiex jeduka lit‑tfal l‑aktar fil‑bżonn. Informazzjoni meħuda minn http://worldschildrensprize.org

KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL FIL‑MISSJONI: Asfaw fuq quddiem nett waqt marċ ta' 1,000 km biex jinġabru fondi għall‑iskejjel tiegħu.

permezz ta’ digriet imperjali, Asfaw ingħata tliet mitt metru kwadru fuq wara tal‑bitħa tal‑knisja sabiex jibni l‑iskola tiegħu. Għexieren ta’ eluf ta’ tfal foqra rċevew l‑edukazzjoni tagħhom fl‑iskejjel ta’ Asfaw, filwaqt li ħafna familji rċevew appoġġ finanzjarju, ikel u xorb. L‑edukazzjoni fl‑iskejjel ta’ Asfaw hija b’xejn u għalhekk l‑ebda tifel, tifla jew ġenitur ma jintalab iħallas għall‑kotba u l‑uniformi tal‑iskola. F’dawn l‑iskejjel it‑tfal jitgħallmu wkoll dwar il‑biedja u ħiliet prattiċi oħra. Li wieħed jiġi kkastigat għal xi żball li jkun wettaq waqt li jkun qiegħed l‑iskola, qatt ma kien permess fl‑iskejjel ta’ Asfaw minkejja li din il‑prassi kienet popolari ħafna f’dawk iż‑żminijiet. Asfaw minn dejjem saħaq dwar id‑dritt li kull tifel u tifla, inkluż dawk foqra, ikollhom edukazzjoni xierqa. Huwa jisħaq li permezz

€ 3 – Par żarbun għal tifel jew tifla fil-missjoni

€ 17 – 2 porzjonijiet ross għal 130 tifel u tifla fit-Tajlandja

€ 55 – Mogħża tal-ħalib għal familja żvantaġġata

€ 66 – Kors intensiv ta’ tagħlim bażiku għal omm biex tgħin lil uliedha

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI! EZEMPJI SBIEH • Kulleġġ San Tumas More – Skola Primarja, Marsaxlokk • Erykah Mordi Sciberras - Kulleġġ Sacred Heart • Cristian u Alex Bezzina Skola St Francis l-Imsida Grazzi mill‑qalb tal‑bolol li tajtu lil Missio Tfal. Dawn jinbiegħu lill‑kollezzjonisti u l‑qligħ minnhom imur b’risq proġetti fil‑missjoni. 7


PAĠNA LOGĦOB JANNAR 2021

Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk: Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128

1. QABBEL ID‑DELL Sib id‑dell ta’ kull umbrella u qabblu mal‑istampa tal‑kulur billi tagħmel linja minn stampa għall‑oħra. Waħda mit‑tweġibiet tajbin tirbaħ basket tal‑iskola.

Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.

2. SIB ID‑DIFFERENZA Ħares sew lejn dawn iż‑żewġ stampi u ara jirnexxilekx issib 10 differenzi bejn stampa u oħra. Immarka dawn id‑differenzi b’ċirku jew salib. Waħda mit‑tweġibiet tajbin tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut Faith, Hope & Charity fil‑Belt Valletta.

Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ NOVEMBRU 2020 – Ħarġa Nru. 81. Isem u Kunjom: ________________________________

1. QABBEL ID‑DELL

2. SIB ID‑DIFFERENZA

_______________________________________________ Età:______________________________________________ Indirizz:__________________________________________________ __________________________________________________ _____________________________________________________

Ir-rebbieħa tal-kompetizzjonijiet huma Maya Sciberras mill-Imtarfa u Matthew Pace minn Marsaskala.

Kodiċi Postali:_______________________________________ Skola: __________________________________________

Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom. 8


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook