Skip to main content

Tfal Missjunarji Frar 2021

Page 1

TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No.84

Matul is‑sena skolastika 2020/2021 dan il‑magażin ser jitqassam b’xejn.

Frar 2021

Żuru l-websajt il-ġdida ta’ MissioTfal fuq www.missio.org.mt/MissioTfal Tiltaqa’ ma’ tfal minn pajjiżi tal-missjoni

Issib ħafna logħob u diversi attivitajiet.

Issib informazzjoni dwar il-missjoni, ir-rivisti ta' Tfal Missjunarji tal-passat, kompetizzjonijiet u ħafna aktar ... Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.

(V0/1178)

2 Editorjal | 2 Messaġġ Mill‑Koordinaturi | 4 Rigali Għat‑Tfal Tas‑Sri Lanka | 6 Tfal Li Għamlu Differenza | 8 Paġna Logħob


RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU

Għeżież Tfal,

Għadda xahar ieħor u diġà ninsabu fit‑tieni xahar tas‑sena – Frar. Dan ix‑xahar lili jfakkarni f’Jum San Valentinu u fil‑Karnival. Żgur li din is‑sena ma nistgħux niċċelebraw dawn il‑ġranet kif aħna mdorrijin niċċelebrawhom, iżda żgur li lkoll, kbar u żgħar, ser nagħmlu l‑almu tagħna ħalli kemm jista’ jkun nieħdu gost flimkien bla ma nimirdu aħna jew immarrdu lil ħaddieħor. Fil‑bidu tas‑sena, Missio nieda websajt ġdida li hija ħafna aktar attraenti u informattiva. Missio ħaseb ukoll li jinkludi sezzjoni għal MissioTfal, li minbarra li hija aktar attraenti u informattiva, wieħed jista’ jsib ħafna tagħrif, attivitajiet u stejjer dwar il‑missjoni b’mod partikolari relatati mat‑tfal. Inħeġġiġkom għalhekk biex tidħlu fil‑websajt u tagħtuha daqqa t’għajn. Lilna ta’ Missio dejjem issibuna hawn lesti biex ngħinukom f’li jkollkom bżonn.

Fir‑rivista ta’ dan ix‑xahar ser inlaqqgħukom ma’ aktar stejjer u ma’ aktar tfal li għamlu differenza fil‑ħajja ta’ persuni oħra. L‑istorja tal‑komik hija storja reali u ħafna tfal jinsabu għaddejjin minn sitwazzjonijiet simili. Dawn l‑istejjer aħna nippubblikawhom mhux biss biex issiru tafu bihom, imma wkoll biex tapprezzaw kemm intom ixxurtjati li tistgħu tmorru l‑iskola bla ma għandkom għalfejn tmorru taħdmu. U qabel inħallikom infakkarkom sabiex ma tinsew qatt titolbu għat‑tfal fil‑missjoni, għaliex dawn la għandhom min iħobbhom, la x’jieklu, la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la mediċini, la skola fejn jitgħallmu, u ħafna minnhom lanqas ġenituri! U kontu tafu li ħafna minnhom lanqas biss qatt semgħu dwar Ġesù?!

MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATRIĊI TA’ MISSIO TFAL Nancy Camilleri

Ħelow Tfal, Minkejja ż‑żmien diffiċli li għaddejjin minnu, f’Diċembru li għadda ħejjejna xi attivitajiet li kienu suċċess. Għalhekk illum ħsibt li nirringrazzja lil kull min kien involut.

ph Blata l-Bajda Skola ta’ St Jose

Insellmilkom u niltaqgħu x‑xahar id‑dieħel,

Claudia

Stampa tal‑faċċata: Powster tal‑websajt il‑ġdida ta’ Missio Malta. Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Missio Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Tel: 21236962 | Imejl: nancy@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 1:00pm Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, Rabat Għawdex. Tel: 21550267 | Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm

Skola ta’ Sacred Heart San Ġiljan

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (V0/1178)

Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi: John Caruana Pubblikazzjoni: Missio [Uffiċċju Missjunarju] © Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.

2

Prezz 50ċ l‑ħarġa. Għal din is‑sena biss ser inkunu qed inqassmu dan il‑magażin b’xejn lit‑tfal kollha ta’ Malta u Għawdex li jattendu fl‑iskejjel primarji u dawk medji.

L‑ewwel attività kienet li stedinna lill‑iskejjel biex jirrekordjaw għanja tal‑Milied bil‑Malti. Bla dubju riedu josservaw ir‑regoli kollha tal‑awtoritijiet tas‑saħħa. Kienu ħafna l‑iskejjel li pparteċipaw u t‑tfal kienu entużjasti biex jagħmluha. Ħafna mill‑għalliema


SANTA IN THE CITY ĠEWWA S-SUQ TAL-BELT

Skola Primarja ta’ Pembroke

iġi Birkirkara Skola ta’ San Alw

San Franġisk Villambrosa - Youth

Choir

ta’ Pembroke Kor tal-Parroċċa

u kapijiet tal‑iskejjel kienu kreattivi ħafna u r‑riżultat ħareġ tabilħaqq sabiħ. Ħadu sehem ukoll xi korijiet minn xi parroċċi, sew tal‑kbar, taz‑żgħażagħ u anki tat‑tfal. Dawn kollha tellajniehom fuq il‑paġna ta’ facebook tagħna u servew ukoll bħala awgurju tal‑Milied.

Attività oħra li kellna kienet ‘Santa in the City’ fejn kellna lil ‘Father Christmas’ preżenti s‑Suq Tal‑Belt. Ħafna tfal taw donazzjoni u ħadu rigal tal‑Milied. Din l‑attività kienet mifruxa fuq tlett ijiem. Għalkemm xi drabi għamlet ix‑xita, in‑nies xorta waħda pparteċipaw u taw donazzjoni. It‑tfal tassew ħadu gost ukoll jieħdu r‑ritratti ma’ ‘Father Christmas’ u man‑nani li kellu miegħu. Ħafna mit‑tfal tant ferħu li reġgħu ġew jagħtu iktar donazzjonijiet għal aktar rigali. Għalkemm kienu attivitajiet sempliċi u żgħar, ħallew marka fuqna lkoll għax rajna l‑impenn li ħa kulħadd biex dawn l‑attivitajiet iseħħu. Rajna kif it‑tfal għamlu kemm il‑vidjows bl‑innijiet, imma wkoll taw minn qalbhom, li jixhed il‑ferħ ġenwin li ħassew.

Tfal, jiena qed nimmissjakom ħafna! Iġri nerġa’ nkun nista’ nibda niġi nżurkom fl‑iskola tagħkom!

Nispera li ’l quddiem għad jiġi żmien li nerġgħu niltaqgħu bħal qabel. Kemm Rafiki u kemm jien nixtiequ nerġgħu nkunu magħkom. 3


RIGALI GĦAT‑TFAL TAS‑SRI LANKA Storja vera addattata minn Claudia Cini. Illustrazzjoni ta’ Janet Vella. Nuwan u Anaya huma żewġ aħwa mis‑Sri Lanka. Flimkien mal‑familja tagħhom u familji oħra, huma jgħixu filgħoli qalb il‑muntanji. Dan il‑post huwa diffiċli ħafna li tgħix fih. Ħafna mid‑djar m’għandhomx ‘toilet’ tagħhom stess jew ilma ġieri! Mingħajr dawn iż‑żewġ faċilitajiet it‑tfal huma f’riskju li jimirdu u minħabba li jgħixu ’l bogħod mill‑belt, huwa diffiċli li jżuru tabib meta jimirdu.

Ta’ spiss inkunu ma nifilħux. Il‑ġenituri tagħna jagħmlu minn kollox biex inħossuna tajbin, imma xi kultant ikollna bżonn jarana tabib.

Dawn il‑familji jkollhom jibqgħu jgħixu f’dan il‑post minħabba li jaqilgħu l‑għajxien tagħhom minn fuq il‑muntanji. Fil‑fatt huma jgħixu fi pjantaġġun tat‑te. Fuq il‑muntanji ssib ħamrija addattata ħafna sabiex jitkabbru l‑pjanti tat‑te, filwaqt li x‑xita li tinżel matul is‑sena kollha tkompli tgħin. L‑arbuxelli tat‑te jikbru b’rata mgħaġġla u jtellgħu weraq sbieħ u tawwalin.

Fost it‑tipi ta’ te li nkabbru hemm: it‑te aħdar, it‑te tal‑menta, t‑te tal‑ġiżimin u t‑te abjad li jiswa ħafna flus.

4


Sor Ruby ilha għal dawn l‑aħħar snin taħdem fost dawn il‑familji sabiex tagħmel kemm tista’ magħhom ħalli ttaffilhom xi ftit mit‑tbatijiet tagħhom. Ta’ spiss hija tqassam diversi pakketti lil dawn it‑tfal. Dawn il‑pakketti jkun fihom ħafna affarijiet ta’ kura għas‑saħħa biex it‑tfal jibqgħu qawwijin u b’saħħithom. Fost l‑affarijiet fil‑pakketti jkun hemm: ċereali, sapun, ħalib tat‑trab, toothpaste u għaġin.

Tfal bħal Nuwan u Anaya jifirħu ħafna b’dawn il‑pakketti b’affarijiet tant bżonnjużi għalihom. Bħalma intom tifirħu meta taqilgħu xi rigal, daqstant ieħor jifirħu huma!

It‑tfal li jgħixu fil‑pjantaġġuni tat‑te fis‑Sri Lanka ma jaqilgħux rigali, la ġugarelli, la ħwejjeġ u wisq anqas affarijiet bżonnjużi biex iżommu b’saħħithom. Imma kemm ilha li marret fosthom Sor Ruby, is‑sitwazzjoni marret xi ftit għall‑aħjar. Nuwan, Anaya u t‑tfal l‑oħra tgħidx kemm jifirħu meta jaraw lil Sor Ruby ġejja bil‑pakketti. Għalihom dawn huma l‑aqwa u l‑isbaħ rigal li qatt jistgħu jirċievu.

Grazzi għall‑għajnuna li MissioTfal jibagħtu, jiena nista’ nqassam dawn il‑pakketti lit‑tfal tas‑Sri Lanka. Li kieku ma jkunx hekk żgur li ma jkollix flus biex nixtrilhom l‑affarijiet bażiċi. Grazzi MissioTfal!

5


TFAL LI GĦAMLU DIFFERENZA

ST. MARGARET COLLEGE STUDENTS

A

group of Form 4 (Year 10) students accepted Pope Francis’ invitation to youths and composed some few verses of tenderness to a lonely elderly woman for Christmas as instructed by their teacher Martin Azzopardi sdc. Students were invited to reflect upon the Pope’s Angelus message dated 26th July 2020, and accept the invitation to reach out to their grandparents or the elderly who may be lonely or living on their own. In his message Pope Francis says: “Our invitation to young people is to reach out to the loneliest elderly people in their neighbourhood or parish and send them a hug by means of a phone call, a video call or by sending an image. Wherever possible or whenever the health emergency will allow it, we invite young people to make the embrace even more concrete by visiting the elderly in person.” The students were aware of an elderly widowed woman who lives alone in a village in Malta. As she never had children, she dedicates most of her free time 6

feeding cats in the streets and very often she sleeps outdoors surrounded by cats. Now she is very frail to go outdoors and she has commissioned another person to take care of her cats. Probably she will spend the Christmas festivities indoors. So the students thought it would be a kind gesture to write a few words of comfort to this elderly woman in particular. The following are some of the students’ words of comfort:

“Though you might spend this Christmas alone at home, I wish you a Happy Christmas with lots of joy and heavenly love.” Delisa Zammit. “As you live alone at home remember that God is always with you and he walks with you all the time.” Keane Mizzi. “Best wishes for Christmas and I wish you lots of joy, peace and harmony.” Desiree Camilleri.

“I wish you a Happy Christmas and good health. Remember that God is always with you and he is smiling at you all the time.” Isaac Abo Hasson.

“Keep strong and have courage as God never forgets you. I wish you a holy Christmas.”

“We all want to express to you our love and we keep you in our hearts.”

“My family and I promise you our daily prayers and we will keep you in our heart.”

Thomas Buhagiar.

Chazelle Psaila.

“I admire you for your kindness and generosity in taking care of cats. I’m sure that God will reward you for all your kindness.” Kayleen Busuttil.

“I know that you live alone and I promise you my prayers. I express to you my love and affection.”

Mariah Vella.

Neville Zammit.


“As you might probably spend Christmas alone at home, we are all with you and God is always with you as He is our Emmanuel.” Maya Bartolo. “Keep strong in your hope and trust in God so you can start experiencing the love of heaven from earth.”

for our students to put into practice the Pope’s message for youths. Going through all these brief sentimental words I realize how kind and special are our Maltese youths. I am also glad to see Muslim students participating in this exercise as God’s call for kindness is universal.”

Aidan Muscat.

“May God fill your heart with joy and love. WE LOVE YOU!!!”

As the pandemic is affecting many elderly people, Pope

Francis is inviting all young people to make a concrete gesture of tenderness towards the elderly, especially the loneliest, in their homes and residences, those who have not seen their loved ones for many months, while keep on following the health restrictions to curb the spread of the corona virus. Lars Bahmuller and Elisa Vella

Tristan Vella.

“You and your family are in my thoughts and prayers. Best wishes for Christmas and Happy New Year.” Elisa Vella. “This Christmas I want to share with you my faith in Jesus and wish you peace.” Anon. “As I know that you feed many cats in your village, let me tell you that you have a big golden heart. Best wishes.” Aceline Grixti.

“You are never alone as we are with you and we all wish you a Happy Christmas.” Anastasia Darmanin; “Christmas is a time of joy and so let nothing fill your heart with sadness. Even if now you feel sad, God will change your sadness into joy.”

KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL FIL‑MISSJONI: € 7 – Tiġieġa għal familja fil-bżonn € 25 – Ikla sustanzjuża għal 25 tifel u tifla € 39 – Librerija fi skola primarja € 60 – 6 xhur terapija kontra

t-tuberkulożi għal tifel jew tifla morda

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI!

Kheloud Abdul Rezaq.

“Let us rejoice together this Christmas as Jesus is our SAVIOUR. I wish you peace and joy.” Lars Bahmuller. Teacher Martin said: “This exercise was an opportunity

EZEMPJI SBIEH • Mikhail Camilleri - Skola Primarja San Bastjan, Ħal Qormi Grazzi mill‑qalb tal‑bolol li tajtu lil Missio Tfal. Dawn jinbiegħu lill‑kollezzjonisti u l‑qligħ minnhom imur b’risq proġetti fil‑missjoni. 7


PAĠNA LOGĦOB FRAR 2021

Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk: Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128

Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.

1. QABBEL ID‑DELL

2. SIB ID‑DIFFERENZA

Sib id‑dell ta’ kull stampa u qabblu mal‑istampa tal‑kulur billi tagħmel linja minn stampa għall‑oħra. Waħda mit‑tweġibiet tajbin tirbaħ basket tal‑iskola.

Ħares sew lejn dawn iż‑żewġ stampi u ara jirnexxilekx issib 10 differenzi bejn stampa u oħra. Immarka dawn id‑differenzi b’ċirku jew salib. Waħda mit‑tweġibiet tajbin tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut Faith, Hope & Charity fil‑Belt Valletta.

Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ DIĊEMBRU 2020 – Ħarġa Nru. 82. Isem u Kunjom: ________________________________

1. QABBEL ID‑DELL

2. SIB ID‑DIFFERENZA

x

x x x

x

x

x x x

Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Noreen Pace mill‑Fgura u Giuseppi Falzon mis‑Sannat.

_______________________________________________ Età:______________________________________________

x

Indirizz:__________________________________________________ __________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali:_______________________________________ Skola: __________________________________________

Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom. 8


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Tfal Missjunarji Frar 2021 by Missio Malta - Issuu