TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No.77
Frar 2020
Matul is‑sena skolastika 2019/2020 dan il‑magażin ser jitqassam b’xejn.
(V0/1178)
tfal@missio.org.mt
| www.missio.org.mt | 2123 6962 | 7 Triq il‑Merkanti, Valletta | 7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex
2 Editorjal | 2 Messaġġ Mill‑Koordinaturi | 4 Is‑Siġra Ġeneruża | 6 Mill‑Vjaġġi Ta’ Rafiki | 8 Paġna Logħob
RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU
Għeżież tfal,
Erġajna ltqajna! Ninsabu fit‑tieni xahar tas‑sena. Kif itir iż‑żmien hux? F’dan ix‑xahar niċċelebraw diversi festi, fosthom in‑Nawfraġju ta’ San Pawl, Jum San Valentinu, il‑Karnival u l‑bidu tar‑Randan. Illum xtaqt inkellimkom dwar Jum San Valentinu, jew aħjar il‑festa tal‑maħbubin. Tajjeb li tkunu tafu li bil‑kelma ‘mħabba’ għandna nifhmu mhux biss imħabba bejn raġel u mara, imma wkoll imħabba bejn l‑aħwa, bejn il‑ħbieb, bejn il‑kuġini, bejn l‑għalliema u l‑istudenti u lejn l‑ambjent, fost oħrajn. Għalhekk, bħala tfal missjunarji, inħeġġukom sabiex taħsbu f’xi modi li bihom tkunu tistgħu tgħinu lil tfal bħalkom fil‑bżonn jew anqas ixxurtjati minnkom, kif ukoll turu rispett lejn l‑ambjent. L‑istejjer fuq paġni 4 u 5, u 6 u 7, għandhom jagħtukom idea ta’ dan.
Infakkarkom li bħala Tfal Missjunarji ma tinsewx tiftakru f’ħutkom tfal fil‑missjoni billi titolbu għalihom u twarrbu xi ħaġa żgħira għalihom, għaliex dawn la għandhom min iħobbhom, la x’jieklu, la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la mediċini, la skola fejn jitgħallmu, u ħafna minnhom lanqas ġenituri! U kontu tafu li ħafna minnhom lanqas biss qatt semgħu dwar Ġesù?! Insellmilkom u niltaqgħu x‑xahar id‑dieħel,
Claudia
Stampa tal‑faċċata: Illustrazzjoni ta’ omm l-art tgħannaq lid-dinja mdawra b’xi annimali li jgħixu fuqha. Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Missio Nru. 7, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Tel: 21236962 | Imejl: nancy@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 1:00pm Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, Rabat Għawdex. Tel: 21550267 | Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (V0/1178)
Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi: John Caruana Pubblikazzjoni: Missio [Uffiċċju Missjunarju] © Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.
2
Prezz 50ċ l‑ħarġa. Għal din is‑sena biss ser inkunu qed inqassmu dan il‑magażin b’xejn lit‑tfal kollha ta’ Malta u Għawdex li jattendu fl‑iskejjel primarji u dawk medji.
MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATURI TA’ MISSIO TFAL Nancy Camilleri
NIKBRU U NITGĦALLMU Parti mix‑xogħol tiegħi bħala missjunarja huwa li nżur l‑iskejjel flimkien ma’ Rafiki u niltaqa’ magħkom. Flimkien naraw kif tfal oħra fid‑dinja jgħixu u jitgħallmu. Fl‑iskejjel aħna nagħmlu ħafna affarijiet differenti, fosthom sessjonijiet tal‑kultura. Hawn jien nitkellem u nagħti informazzjoni fuq pajjiż tal‑missjoni u ma’ dan il‑pajjiż jiena ngħaqqad kraft. Dan nagħmlu biex l‑istudenti jkunu jistgħu jirrelataw mat‑tfal ta’ dan il‑pajjiż.
Aħna nħossu li huwa importanti li t‑tfal Maltin jitgħallmu kulturi differenti. Dan sabiex inwessgħu l‑għarfien tagħna. Aħna nemmnu li billi nagħmlu hekk inkunu qed nifhmu iżjed lill‑barranin li jkunu magħna fl‑iskejjel, u nitgħallmu ngħixu iżjed flimkien. Dan huwa tagħlim għall‑ħajja, fejn jekk forsi la nikbru u nżuru pajjiżi differenti, u niltaqgħu ma’ nies differenti, aħna nkunu nafu nikkomunikaw magħhom sabiex ngħixu f’armonija. Dan l‑għarfien jgħinna nikbru, niftħu għajnejna u ninfetħu għal affarijiet ġodda. Jgħinna wkoll nirrispettaw lil xulxin iżjed. Dan huwa aspett wieħed ta’ missjoni. fuq x’inhi missjoni. Hawnhekk missjoni tfisser azzjoni ta’ għaqda fejn kulħadd flimkien kien ser jgħin b’xi mod jew ieħor lill‑pajjiżi anqas ixxurtjati.
Aspett ieħor huwa li niskopru x’inhi l‑missjoni tagħna ‑ kull wieħed u waħda minna. Kif qal Papa Franġisku, kulħadd għandu missjoni. Għalhekk għamilna kampanja flimkien ma’ Missio f’bosta pajjiżi oħra, fejn kulħadd kellu jara x’inhi l‑missjoni tiegħu, jiktibha fuq bord u jieħu ritratt. Dan kien mod biex noħolqu għarfien
Tfal, aħna nistgħu nbiddlu d‑dinja. Jekk ngħinu mqar tifel wieħed jew tifla waħda fid‑dinja f’xi pajjiż ’il bogħod. Dan nistgħu nagħmluh billi nsiru nafu fuq dawn il‑pajjiżi u l‑bżonnijiet tagħhom. B’dan il‑mod inkunu nistgħu ngħinuhom. B’donazzjoni żgħira li aħna nagħtu, forsi tifel jew tifla jkunu jistgħu jixtru mediċina, ktieb jew xi ħaġa x’jieklu. Aħna nkunu salvajna ħajja. L‑ikbar faqar huwa meta xi hadd iħossu mhux maħbub. Meta nagħtu, ħaddieħor iħoss li xi ħadd ħaseb fih ‑ allura jħoss li
huwa maħbub. Madre Tereża tgħid: “L‑akbar faqar huwa meta bniedem iħossu waħdu u mwarrab, u ħadd ma jaħseb fih.” Ma rridx ninsa ħaġa li kulħadd jista’ jagħmel; jitlob. Permezz tat‑talb, aħna wkoll inkunu qed nsostnu lil dawn in‑nies bogħod minna biex Alla jieqaf magħhom, jipproteġihom u jagħtihom dak li għandhom bżonn. B’dan il‑mod, aħna nkunu biddilna d‑dinja ta’ persuna waħda jew iżjed. Allura aħna nkunu biddilna ftit mid‑dinja. 3
IS‑SIĠRA ĠENERUŻA Storja addattata minn Claudia Cini fuq idea ta’ Nancy Camilleri. Illustrazzjoni ta’ Janet Vella.
Żmien twil ilu fil‑Venezwela kien hemm tifel li l‑għaxqa tiegħu kienet li jmur jilgħab qrib siġra kbira tat‑tuffieħ. Xi kultant kien jaqta’ l‑weraq mis‑siġra u jdommu f’kullana mill‑isbaħ, xi daqqiet kien jixxabbat mal‑friegħi sabiex jaqta’ u jiekol il‑frott bnin u xi drabi kien jistaħba qalb il‑friegħi folti biex sħabu ma jsibuhx waqt xi logħba noli. U mhux l‑ewwel darba li raqad xi raqda ħelwa għad‑dell tagħha.
Iż‑żmien għadda, it‑tifel kiber u ma baqax imur ħdejn is‑siġra. Din tnikktet u sewdet qalbha għaliex lit‑tifel kienet tħobbu wisq. Jum wieħed, it‑tifel, li issa kien sar ġuvni, mar iżur lis‑siġra. Dik ferħet ħafna bih u talbitu biex bħal dari joqgħod jilgħab qribha. Iżda l‑ġuvni kien kiber wisq u la xtaq jilgħab u lanqas jorqod, imma xtaq li jkollu l‑flus biex jixtri affarijiet li jogħġbuh. U s‑siġra offrietlu minn dak li kellha.
Itla’ xxabbat mal‑friegħi jew ħu nagħsa għad‑dell tiegħi, ħabib.
Aqta’ l‑weraq u l‑frott tiegħi u mur bigħu. 4
Hekk ser nagħmel. Arani sejjer.
Xi snin wara l‑ġuvni reġa’ mar iżur lis‑siġra. Din ferħet bih u stednitu jibqa’ ħdejha, iżda dan ma riedx. Kulma xtaq kien li jibni dar fejn jgħix. Bla tlaqliq is‑siġra offrietlu z‑zkuk ħoxnin tagħha biex jibni daru u l‑friegħi sbieħ tagħha ħalli jkollu biex jagħmel saqaf għal daru. Ferħan se jtir, il‑ġuvni hekk għamel u l‑imsejkna siġra spiċċat bla friegħi u biz‑zkuk maqtugħin, iżda ferħana li l‑ħabib tagħha kien kuntent.
Itla’ xxabbat mal‑friegħi jew ħu nagħsa għad‑dell tiegħi, ħabib.
Grazzi, grazzi ħafna. Issa nista’ nibni dar kbira u sabiħa! Snin wara, is‑siġra tilmaħ xwejjaħ riesaq bil‑mod il‑mod lejha. Mill‑ewwel għarfet li kien il‑ħabib tal‑qalb tagħha u ferħet ħafna bih. Iżda kienet wisq iddispjaċuta li ma kien fadlilha xejn x’toffrilu, la frott, la weraq, la friegħi u lanqas zkuk. Imma x‑xwejjaħ ma ried xejn ħlief li joqgħod jistrieħ għall‑kwiet maġenbha. Iżda sfortunatment la frott u lanqas dell ma kien baqgħalha x’toffrilu għaliex kienet tagħtu kollox!
Li kieku kulħadd jagħraf japprezza t‑tajjeb kollu li n‑natura għandha x’toffrilu bla ma jkun egoist, żgur li l‑bnedmin jgħixu aktar kuntenti. Li kieku l‑bniedem jiżra’ siġra għal kull waħda li jaqta’, kieku hu stess u ta’ warajh isibu l‑frott x’jieklu u dell fejn jistkennu. Il‑qtugħ bl‑addoċċ tas‑siġar qed iwassal ukoll għal ħafna diżastri naturali, fosthom valangi tat‑tajn li minflok jieqfu mas‑siġar, jibqgħu niżlin dritt fuq id‑djar u jeqirdu rħula sħaħ.
5
MILL‑VJAĠĠI TA’ RAFIKI
GIVE RUNNING
K
if intom tfal? Jiena għadni ġej mill‑Amerika. Ħadt battikata mhux ħażin, imma lanqas jiddispjaċini xejn għaliex kelli x‑xorti niltaqa’ ma’ ġuvni simpatiku, li bl‑inizjattiva tiegħu qed jagħmel żewġ azzjonijiet tajbin; dik li jirreċiklika u fl‑istess ħin jgħin tfal anqas ixxurtjati.
u internazzjonali. Inċident sfortunat ħallieh inkapaċi biex ikompli jipprattika dan l‑isport. Greg irrealizza kemm verament kien iħobb dan l‑isport kemxejn diffiċli u kemm kien diffiċli aktar li taċċetta li ma tistax tkompli tipprattikah! Hawn ġieh il‑ħsieb kemm tfal anqas ixxurtjati ma setgħux jipprattikaw l‑atletika mhux għax weġġgħu bħalu, imma għax m’għandhomx flus sabiex jixtru papoċċ sportiv. Għalhekk, fl‑età ta’ ħmistax‑il sena, il‑ġuvni
Sa minn ċkunitu, Greg Woodburn kien jipprattika l‑atletika sew fl‑iskola fejn kien jattendi kif ukoll f’kompetizzjonijiet lokali Tfal, intom ukoll tistgħu tagħmlu bħal Greg u tgħinu lil tfal anqas ixxurtjati minnkom. Hemm diversi modi kif tistgħu tagħmlu dan. Xi eżempji tistgħu ssibuhom hawn taħt. Nieħdu gost li jekk taħsbu f’xi ħaġa oħra, tibagħtu tgħidulna. Saħħa. 6
waqqaf organizzazzjoni non‑governattiva bl‑isem ‘Give Running’, li tiġbor il‑papoċċi sportivi f’kundizzjoni tajba u tgħaddihom lil tfal u żgħażagħ anqas ixxurtjati. Sa sena wara mit‑twaqqif ta’ ‘Give Running’, Greg irnexxielu jiġbor u jnaddaf 500 par papoċċ sportiv li bagħat lil tfal foqra f’Los Angeles, fis‑Sudan, fl‑Uganda u fil‑Kenja. Ir‑rispons pożittiv li rċieva Greg mingħand iż‑żgħażagħ Afrikani messlu qalbu. Mhux biss kienu dawn l‑ewwel papoċċi sportivi li qalgħu dawn it‑tfal, imma wkoll l‑ewwel żraben li qatt libsu f’saqajhom! S’issa l‑organizzazzjoni tat aktar minn 6,000 par papoċċ lil tfal fil‑Liberja, fil‑Mali, fil‑Messiku u fil‑Ħaiti, fost pajjiżi oħrajn. Greg irnexxielu mhux biss iżomm ambjent aktar nadif u jirreċiklika, imma wkoll jgħin u jferraħ tfal anqas ixxurtjati.
KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL TA’ MYANMAR:
EZEMPJI SBIEH
€15 – ħemper mimli ikel għal familja fil‑bżonn
€30 – uniformi u materjal tal‑iskola għal tfal foqra
€40 – librerija fi skola primarja €50 – programm ta’ ġimgħa edukazzjoni sportiva għat‑tfal
• Christian Bezzina minn San Pawl il‑Baħar.
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, Mosta MST 4128
Grazzi mill‑qalb tal‑bolol li tajtu lil Missio Tfal. Dawn jinbiegħu lill‑kollezzjonisti u l‑qligħ minnhom imur b’risq proġetti fil‑missjoni.
Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI! Rendikont tal-Ġabra fl-Iskejjel t'Għawdex 2019-2020 Jum Dinji Missjunarju – 20 ta’ Ottubru 2019 Jum Dinji Ħelow Tfal,
Intom it‑tfal tistgħu tagħmlu differenza f’Myanmar.
Missjunarju – 20
ta’ Ottub ru 2019
Jien il-ħabib tagħkom li wasslet Rafiki. Bħas-sni il-Ġurna n l-oħra fl-Asja, Myanma ta Missjuna qed infakkar rja. Din r, li qabel partikol kien magħruf is-sena ser ngħinu kom arment lill-Iskol fid-Djoċe pajjiż bħala Burma. a Primarj si ta’ Hakha. Ser ngħinu a ta’ wieħed mill-postijiet Din l-iskola tinsab San Ġwann li tinsab 26% tal-popo fl-istat ta’ l-aktar iżolati lazzjoni Chin li huwa u minħabb a d-diffiku ta’ dan l-istat qatt żvantaġġati f’Myanm ltà li San Ġwann ma ar. qed toffri hemm biex jintlaħaqrċevew edukazz Id-donaz joni . Għalhek zjoni tiegħek l-edukazzjoni k, l-Iskola tal-iskola ta’ din is-sena għall-istudent u biex tinxtara tal-madw ser tkun u lejn l-iskola. ar. karozza oħra sabiex qed tgħin fit-tkabb Ser inkunu t-taħriġ neċessar ir twassal qed ngħinu ju u fil-bini wkoll lill-għalli lit-tfal minn jitrabbew ta’ razzett u jinbiegħu ema jirċievu ’il barra l-qżieqeż Nirringr mill-iskola biex ikunu azzjakom fejn ser jistgħu jmantnu bil‑qudd iem. l-iskola.
Bid‑donazzjoni ċkejkna tagħkom tkunu qed tgħinu lil tfal bħalkom ikollhom edukazzjoni u ħajja aħjar.
(V0/1178)
www.missio.org .mt Isem u Kunjom:
Nirringrazzjakom bil‑quddiem.
Indirizz: Skola: Imejl:
Klassi: Mowbajl:
a in
Kunsens Jiena nagħti tal-Ġenitu l-kunsens ri / Legal tiegħi biex biex jintużaw Guardian it-tifel/tifla għall-promo zzjoni marbuta tiegħi jagħti/tagħt s: i d-dettalji ma’ Missio Isem: ................... matul is-snin t’hawn 2019 u 2020. fuq, ................... Nru. 7, Triq ... Firma: ................... il-Merkanti, ................... il-Belt Valletta ... Data: il‑Mosta VLT 1171, Nru. 7, Triq ................... Malta | Missio: l-Imgħallem MST 4128. | Tel: ................... 2123 6962 , ir-Rabat Nru. 114, ... | Imejl: VCT 9066, info@missio. Triq Lorenzo Gafà, Għawdex | org.mt Tel: 2155 0267 | Imejl: gozo@missio .org.mt
d mm t Mgħaibgħu um
(V0/1178)
tfal@missio.org.mt
Agħti l-invilopp lill-għalliem/a tiegħek | www.missio.org.mt | 2123 6962 | 7 Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta | 7 Triq l-Imgħallem, Ir-Rabat Għawdex
Grazzi mill-Qalb
Skejjel tal-Knisja Konservatorju tal-Isqof - Primarja Santa Tereża, Kerċem Laura Vicuna, Għasri St. Francis Seminarju Konservatorju tal-Isqof - Sekondarja Kulleġġ ta’ Għawdex L-Għarb San Lawrenz Iż-Żebbuġ Il-Kerċem Ir-Rabat Is-Sannat Ix-Xewkija Għajnsielem Il-Qala In-Nadur Ix-Xagħra Skola Medja Skola Sekondarja
TOTAL
€ € € € € €
428.60 808.64 311.01 597.27 107.57 149.00
€ 124.00 € 72.10 € 137.26 € 182.50 € 642.10 € 409.21 € 294.71 € 348.90 € 155.96 € 534.30 € 349.95 € 112.00
€ 5765.08 7
PAĠNA LOGĦOB FRAR 2020
Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk:
Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.114, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128
1. ĦADDEM MOĦĦOK
Sib il‑valur ta’ kull stampa t’hawn taħt biex timla l‑valur tal‑kaxxa l‑vojta. Waħda mit‑tweġibiet tajbin tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio: Faith, Hope & Charity tal‑Belt Valletta
+
+
+ +
+
+
+ + +
+
+
9
=
15
=
30
=
42
Isem u Kunjom: ________________________________
Età:______________________________________________
=
1
15 = 25 = 30 = 50 = 45
+ +
+
+
+ +
+ +
8
4 2
3
2
_______________________________________________
Indirizz:__________________________________________________ __________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali:_______________________________________
1. ĦADDEM MOĦĦOK + + =
2. SUDOKU
Daħħal in‑numri neqsin fil‑kaxxi l‑vojta b’tali mod li kull kolonna u kull ringiela jinkludu n‑numri 1,2,3 u 4. Importanti li l‑ebda numru ma jkun repetut. Waħda mit‑tweġibiet tajbin tirbaħ ‘soft toy’ tal‑Hamleys.
=
Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Novembru 2019 – Ħarġa nru. 74.
Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.
Skola: __________________________________________
2. SUDOKU
3
1
4
2
2
4
1
3
1
3
2
4
4
2
3
1
Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Gabriel Gauci min‑Naxxar u Nina Galea minn Pembroke. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom.