TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No.75
Diċembru 2019
Matul is‑sena skolastika 2019/2020 dan il‑magażin ser jitqassam b’xejn.
Mistieden Speċjali Father Christmas
Is-Sibt 21 ta’ Diċembru Ħin mid-9am sa 12pm Ser ikun qiegħed iqassam ir-rigali lit-tfal kollha.
Diversi Korijiet stabbiliti ser ikunu qed ikantaw innijiet tal-Milied. Ejjew u tpaxxew b'dawn l-ilħna ferriħija f'atmosfera mill-isbaħ. Data: Mill-Erbgħa 18 sat-Tnejn 23 ta' Diċembru 2019 Ħin: Mill-4:00pm 'l quddiem Post: Quddiem il-Bini tal-Parlament fil-Belt Valletta tfal@missio.org.mt
(V0/1178)
| www.missio.org.mt | 2123 6962 | 7 Triq il‑Merkanti, Valletta | 7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex
2 Editorjal | 2 Messaġġ Mill‑Koordinaturi | 4 Deffusa L‑Baqra | 6 Mill‑Vjaġġi Ta’ Rafiki | 8 Paġna Logħob
RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU
Għeżież tfal,
Kif intom? Żgur li ħafna minnkom jaqblu miegħi li ninsabu fl‑isbaħ xahar tas‑sena! Dwal ikkuluriti, tiżjin, siġar tal‑Milied, presepji, Bambini, ponsjetti, festini, kejkijiet, rigali u ħafna u ħafna aktar. Dan ix‑xahar iġib miegħu ħafna ferħ, mhux biss fost it‑tfal, imma fil‑kbar ukoll. Bla ma trid tħoss aktar paċi u għaqda, u kulħadd ikun qed jistenna li jaqla’ r‑rigali!
MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATURI TA’ MISSIO TFAL Nancy Camilleri Dun Renato Borg
Dawn kollha huma sbieħ u tajbin, iżda m’għandniex ninsew nattendu u nipparteċipaw fl‑attivitajiet reliġjużi. Il‑Purċissjoni tal‑Bambin hija tradizzjoni sabiħa li ħoloqha San Ġorġ Preca. Din tiġi organizzata madwar Malta u Għawdex mill‑membri tal‑mużew fl‑irħula u fl‑ibliet kollha. Attivitajiet oħra huma t‑tberik tal‑presepji, grotot u bambini, il‑quddiesa ta’ lejlet il‑Milied u l‑prietka tat‑tifel/tifla.
F’dan il‑Milied, inħeġġiġkom biex bħala Tfal Missjunarji tiftakru f’ħutkom tfal fil‑missjoni billi titolbu għalihom u twarrbu xi ħaġa żgħira għalihom, għaliex dawn la għandhom min iħobbhom, la x’jieklu, la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la mediċini, la skola fejn jitgħallmu, u ħafna minnhom lanqas ġenituri! Aħseb u ara kemm jaqilgħu rigali! U kontu tafu li ħafna minnhom lanqas biss qatt semgħu dwar Ġesù?! Insellmilkom u niltaqgħu x‑xahar id‑dieħel,
Claudia
Stampa tal‑faċċata: Powster tal-attività ta’ ‘Star Singing’. Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Missio Nru. 7, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Tel: 21236962 | Imejl: nancy@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 1:00pm Missio Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, Rabat Għawdex. Tel: 21550267 | Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (V0/1178)
Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi: John Caruana Pubblikazzjoni: Missio [Uffiċċju Missjunarju] © Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.
2
Prezz 50ċ l‑ħarġa. Għal din is‑sena biss ser inkunu qed inqassmu dan il‑magażin b’xejn lit‑tfal kollha ta’ Malta u Għawdex li jattendu fl‑iskejjel primarji u dawk medji.
Għ
all‑okkażjoni tax‑Xahar Straordinarju Missjunaru, f’Ottubru li għadda, il‑katekisti taċ‑Ċentru Pastorali r‑Ragħaj it‑Tajjeb fir‑Rabat Għawdex, organizzaw attività għat‑tfal kollha tad‑duttrina. Din l‑attività saret bil‑għan li t‑tfal jifhmu aktar xi tfisser ‘missjoni’. B’konnessjoni mal‑kampanja #Il‑MissjoniTiegħi li kienet għaddejja madwar id‑dinja kollha fuq il‑midja soċjali matul ix‑xhur ta’ Settembru u Ottubru, it‑tfal Għawdxin għamlu powster kbir dwar ‘Il‑Missjoni Tiegħi Hi... ...Tiegħek X’Inhi?” Il‑messaġġ kien wieħed sempliċi, imma ċar: “Biex naqsmu mal‑oħrajn l‑imħabba ta’ Ġesù r‑Ragħaj it‑Tajjeb.” Dun Renato Borg – Missio Tfal Għawdex
har is‑Sibt 5 ta’ Ottubru, N MissioTfal ħadu sehem fin‑Notte Bianca fil‑Belt
Valletta. Kien hemm bejgħ ta’ kannoli tajbin magħmulin mill‑voluntiera tagħna u min ried seta’ jieħu wkoll ritratt mal‑‘life size poster’ ta’ Papa Franġisku. Preżenti quddiem il‑Knisja ta’ San Ġakbu, sabiex iferrħu lill‑pubbliku, kien hem il‑Kor ta’ Roberta Zammit Bugeja – Voces Coelestis. Miegħi dakinhar kien hemm ukoll il‑ħabib tagħna Rafiki. Kemm ħa gost iqassam is‑‘soft toys’ ma’ kull donazzjoni! Kien hemm atmosfera tassew sabiħa. Ħadt gost nara l‑anzjani jagħtu donazzjoni kull wieħed għal ‘soft toy’ sabiex jagħtuh lin‑neputijiet tagħhom. Ħadna gost naraw
MILL‑ITTRI TAGĦKOM
l‑għarajjes; fejn l‑għarus jagħti donazzjoni biex jakkwista ‘soft toy’ għall‑għarusa tiegħu. U ma jonqsux it‑tfal li l‑għaxqa tagħhom jagħżlu r‑rigal tagħhom filwaqt li jieħdu ritratt ma’ Rafiki. Kien hemm ħafna turisti wkoll li taw donazzjoni għal ‘soft toy’ biex jeħduh magħhom f’pajjiżhom u jibqgħu jiftakru permezz tiegħu l‑btala tagħhom f’pajjiżna. Dawn ma naqsux ukoll milli jieħdu ritratt ma’ Rafiki. Din l‑esperjenza kienet sabiħa mhux biss għal dawk li ġew u akkwistaw xi ‘soft toy’ jew ħadu ritratt, imma għalina wkoll li tajna s‑sehem tagħna. Din l‑okkażjoni żgur li ser tibqa’ f’qalbna. Nancy Camilleri – Missio Tfal Malta
India Review Namaste – this word is ‘hello’ in Indian. India is an amazing place. While in India you can visit Goa, Mumbai, Monkey Temple and also a lot of castles. There are many taxis in India. These are called Tuk
Tuk. School children use the Tuk Tuk to go to school and go back home. They put their bags on the roof. I noticed that most Indians have a red dot on their forehead. Aaliyah Stivala – Il‑5 Sena ‑ Skola Tereża Nuzzo, il-Marsa. 3
DEFFUSA L‑BAQRA Storja addattata minn Claudia Cini. Illustrazzjoni ta’ Janet Vella. Ħafna żmien twil ilu kienet tgħix f’Betlem baqra kbira u sabiħa. Ħadd mill‑annimali ma kien jaf x’jisimha din il‑baqra għaliex kulħadd kien isibha bħala Deffusa l‑Baqra. Dan għaliex din il‑baqra kienet tħobb tilħaq salib ħaddieħor, jiġifieri kienet toqgħod tindaħal fl‑affarijiet li l‑annimali l‑oħra kienu jagħmlu. Ma kienet tħalli ’l ħadd jagħmel xejn fl‑għar kbir u fond li fih kienet tgħix Deffusa l‑Baqra.
Sinjorina nagħġa t‑tiben tal‑maxtura tiegħi, tmissux!
Il‑maxtura hija ta’ kulħadd. Sidna jħalli t‑tiben biex nieklu kollha minnu.
Jien ġejt ngħix l‑ewwel f’dan l‑għar u l‑maxtura hija tiegħi u tiegħi biss!
Deffusa l‑Baqra kienet iddejjaq lil kull annimal li kien jgħix f’dak l‑għar kbir. U jekk xi ħadd jipprova mqar jersaq lejn il‑maxtura, tgħidx kemm kienet tgorr u tonfoħ. Iż‑żgħar tal‑annimali kienu jitwerwru minnha u kienu jippreferu joqogħdu jilagħbu barra fil‑kesħa milli ġewwa għas‑sħana tal‑għar. Saħansitra kienet tgerrex ’il bogħod mill‑għar in‑nagħaġ ta’ rgħajja oħra li jinzertaw għaddejjin mill‑inħawi.
Lanqas norqod sew ma nista’ għax irrid noqgħod għassa li ħadd ma jmissli t‑tiben tal‑maxtura.
4
Jum wieħed, f’lejla kiesħa, Deffusa l‑Baqra marret għajnha biha. Tant raqdet fil‑fond li lanqas intebħet li fl‑għar kienu daħlu n‑nies. Xħin stenbħet, lanqas riedet temmen lil għajnejha. Maġenb il‑maxtura tagħha rat raġel u tfajla. U mhux hekk biss, it‑tfajla kienet poġġiet lit‑tarbija tagħha fuq it‑tiben fil‑maxtura! Deffusa l‑Baqra nefħet waħda kbira, imma f’daqqa waħda bdiet tisma’ l‑anġli jkantaw.
Gloria In Excelsis Deo ...
Glorja ’l Alla fil‑għoli tas‑smewwiet ... Twieled is‑Salvatur! Hemm hu fil‑maxtura. Deffusa l‑Baqra tħawdet. La kienet taf x’ser tgħid u lanqas x’ser tagħmel. Hi u tħares lejn dak il‑ġmiel ta’ tarbija ħasset ferħ li qatt ma ħasset bħalu qabel. Marija, omm it‑tarbija, tgħidx kemm irringrazzjatha li kienet qed issaħħnilha lil binha Ġesù, u Ġużeppi, ir‑raġel ta’ Marija, kien kultant imellsilha daharha u jżiegħel biha. Ġew ħafna rgħajja jaraw lit‑tarbija. Deffusa l‑Baqra qatt ma ħassitha daqshekk importanti. U minn dakinhar bidlet l‑attitudni tagħha lejn l‑annimali l‑oħra u bdiet tirrispettahom.
Dan Ġesù żgur li hu xi ħadd importanti. Żgur li hu xi re. Kemm jien kuntenta li ħallejtu jorqod fuq it‑tiben fil‑maxtura tiegħi. Kemm qed inħossni ferħana li ħallejt lil ħaddieħor juża t‑tiben u l‑maxtura tiegħi!
5
MILL‑VJAĠĠI TA’ RAFIKI
ISQOF IMWELLED FIT‑TRIQ Kienet lejla xitwija u kiesħa ħafna kif jaf jagħmel fin‑Nepal, li jinsab f’għoli ta’ 7,000 pied, meta mara fqira Nepaliża kienet miexja fit‑triq flimkien ma’ bintha ċkejkna biex tipprova ssib kenn għal matul il‑lejl. Kien waslilha ż‑żmien biex twelled tarbija, iżda l‑mara ma laħqitx sabet kenn u welldet it‑tarbija, li kienet tifel, fil‑ġenb tat‑triq. Kienu s‑sebgħa ta’ filgħaxija nhar it‑12 ta’ Diċembru 1937. Dak il‑lejl stess, għall‑ħabta tal‑ħdax, miet missier it‑tarbija. Il‑Patrijiet Ġiżwiti fil‑parroċċa tal‑Qalb ta’ Ġesù, semgħu b’dan il‑każ u laqgħu għandhom lill‑familja Sharma; l‑omm, it‑tifla u t‑tarbija, ilkoll iħaddnu r‑reliġjon Ħindu. Il‑Ġiżwiti ħadu ħsieb ukoll jirranġaw għall‑funeral tal‑missier.
K
if intom tfal? Qed tħossu xejn bard u kesħa? Jien għadni ġej min‑Nepal, pajjiż fin‑Nofsinhar tal‑Asja b’popolazzjoni ta’ aktar minn 26 miljun ruħ. Il‑maġġoranza tan‑Nepal jinsab fil‑muntanji tal‑Himalayas. It‑temp 6
fin‑Nepal huwa estrem, għaliex ix‑xtiewi huma kefrin wisq u s‑sjuf ikunu b’xemx tikwi. Żort ħafna rħula fejn tgħallimt ħafna affarijiet interessanti, imma f’raħal partikolari smajt storja li fakkritni ħafna fit‑twelid ta’ Ġesù Bambin.
It‑tifel kiber u beda jistudja fil‑kulleġġ tal‑Ġiżwiti f’Katmandu. Meta sar ġuvnott, talab li jsir Nisrani. Fil‑magħmudija ngħata l‑isem ta’ Anthony Francis. Minkejja li l‑omm baqgħet tħaddan ir‑reliġjon Ħindu, hija xorta kienet tirrispetta ħafna l‑Kristjaneżmu. Anthony daħal mal‑Ġiżwiti nhar it‑28 ta’ Lulju 1956. Wara li studja l‑filosofija, għamel sentejn jgħallem fil‑Kulleġġ San Ġużepp f’Darjeeling, fejn kienu jistudjaw l‑aħwa Prinċpijiet
50ċ
50ċ
l lil dawn it-tfa Int tista’ tgħin xierqa billi: edukazzjoni ba u l-ħbieb. biex ikollhom mingħand il-qra
50ċ
50ċ 50ċ
zjoni ċkejkna ri sbieħ 1) Tiġbor donaz u pinġi b’kulu ktieb wieħed agħti l-kulur lil tal-istampa. 2) Għal kull 50ċ, il-kumplament l-iskola. f’invilopp u ħudu pa itfa’ l-flus l-istam tpinġi nibagħtulek rigal. 3) Meta l-invilopp biex alji tiegħek fuq d-dett timla k. 4) Tinsiex /a tiegħe opp lill-għalliem 5) Agħti l-invil ħ 3 stampi jiġu ha kollha: L-isba narji. Għal min ipinġi Tfal Missju ppubblikati fi
50ċ
50ċ 50ċ
50ċ
50ċ
50ċ 50ċ 50ċ 50ċ
50ċ
50ċ 50ċ 50ċ 50ċ
alb Grazzi mill-q tiegħek u tad-donazzjoni fi Klabb na tinsiex tabbo
(V0/1178)
www.missio.or
Birendra u Gyanendra, li wara saru r‑rejiet tan‑Nepal. Anthony studja wkoll t‑teoloġija fil‑Kulleġġ ta’ Santa Marija f’Kurseong, flimkien ma’ diversi Ġiżwiti Maltin. Fl‑4 ta’ Mejju 1968 Anthony kien ordnat saċerdot u mar il‑Filippini jistudja t‑teoloġija pastorali. Wara, huwa laħaq surmast fil‑Kulleġġ ta’ San Ġużepp u fl‑1981 inħatar Rettur ta’ dan l‑istess kulleġġ f’Darjeeling. Dun Anthony Francis Sharma ntgħażel minn Papa San Ġwanni Pawlu II biex ikun l‑ewwel Superjur Ekkleżjastiku tal‑Missjoni Ekkleżjastika fin‑Nepal, li twaqqfet mill‑Papa stess fl‑1981. Ħmistax‑il sena wara nħatar Prefett Appostoliku u fl‑2007 sar l‑ewwel isqof tan‑Nepal. L‑Isqof Anthony Francis Sharma fetaħ 23 skola u waqqaf il‑Karitas. Bis‑saħħa tal‑ħbiberija li kellu mal‑familja rjali tan‑Nepal, irnexxielu jikseb rikonoxxenza tal‑Knisja Kattolika fil‑pajjiż, fejn ir‑reliġjon hija l‑Ħinduwiżmu. Huwa rtira f’April tas‑sena 2014. Ftit xhur wara, fit‑8 ta’ Diċembru 2015, erbat ijiem qabel għalaq 78 sena, huwa ħalla din id‑dinja u mar jingħaqad mal‑Mulej għall‑ħajja ta’ dejjem.
50ċ
g.mt
Intom tistgħu tgħinu billi tpoġġu d‑donazzjoni tagħkom fl‑invilopp li qassmulkom l‑iskola u tinsewx tpinġu l‑invilopp. L‑aħjar tliet tpinġijiet ser jidhru fi ‘Tfal Missjunarji’ u ser jingħataw rigal sabiħ.
EZEMPJI SBIEH • Martha Zelie Pace – Kulleġġ San Injazju San Bastjan, Ħal Qormi • Nicole Farrugia Wismayer – Sacred Heart Junior School Grazzi mill‑qalb tal‑bolol li tajtu lil Missio Tfal. Dawn jinbiegħu lill‑kollezzjonisti u l‑qligħ minnhom imur b’risq proġetti fil‑missjoni.
KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL FIL-MISSJONI: €12 – 50 kuruna sempliċi lin‑nies fil‑missjoni
€27 – qażquż lil familja kbira fil‑bżonn €35 – rota lil tifel jew tifla biex imorru l‑iskola
€50 – għajnuna lis‑Sorijiet ta’ Madre Tereża biex iżommu trabi u tfal abbandunati
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, Mosta MST 4128 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI! 7
PAĠNA LOGĦOB DIĊEMBRU 2019
Ibgħat is‑soluzzjoni t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u l‑indirizz, hekk:
Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.114, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128
1. ĦADDEM MOĦĦOK
Sib il‑valur ta’ kull stampa t’hawn taħt biex timla l‑valur tal‑kaxxa l‑vojta. Waħda mit‑tweġibiet tajbin tirbaħ kupun ta’ €10 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio: Faith, Hope & Charity tal‑Belt Valletta.
30 = 45 = 45 = 45 =
+ + =
+ +
+
+
+ +
+ +
Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.
2. SUDOKU
Daħħal in‑numri neqsin fil‑kaxxi l‑vojta b’tali mod li kull kolonna u kull ringiela jinkludu n‑numri 1,2,3 u 4. Importanti li l‑ebda numru ma jkun repetut. Waħda mit‑tweġibiet tajbin tirbaħ ‘soft toy’ tal‑Hamleys.
3
4
4
2
1
3 2
1
Isem u Kunjom: ________________________________ _______________________________________________ Età:______________________________________________ Indirizz:__________________________________________________
Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Mejju 2019 – Ħarġa nru. 72. 1. JIGSAW PUZZLE
8
E
R
B
GĦ
A
Ġ
I
M
GĦ
A
Ħ
A
M
I
S
S
I
B
T
T
L
IE
T
A
T
N
E
J
N
2. SIB IT‑TRIQ
__________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali:_______________________________________ Skola: __________________________________________
Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Kelsey Scicluna mill‑Marsa u Luigi Zammit minn Ħaż‑Żebbuġ. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom.