TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No. 71
Matul is‑sena skolastika 2018/2019 dan il‑magażin ser jitqassam b’xejn.
April 2019
jar - Year 4 Francesca Cuta dex) Primarja, Għaw ola Sk f, qo l-Is ta (Konservatorju
Saisha Grech -
Grade 1 (Skola
Santa Monika,
il-Gżira)
(V0/1178)
a in
www.missio.org.mt
md t m Mgħaibgħu um Amea‑Jo Re
falo - Kinder
1 (Skola Prim
tfal@missio.org.mt
arja Ta' Kerċ
em )
| www.missio.org.mt | 2123 6962 | 7 Triq il‑Merkanti, Valletta | 7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex
2 Editorjal | 2 Messaġġ Mill‑Koordinaturi | 4 Rendikont Tal‑Ġabra Missjunarja | 6 Il‑Krozzi | 8 Paġna Logħob
RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU
Għeżież tfal, Kif intom? U kif intom sejrin bis‑sagrifiċċji ta’ matul ir‑Randan? Inħeġġeġ lil dawk li ma rnexxilhomx biex jippruvaw imqar jagħmlu xi sagrifiċċji żgħar, filwaqt li ngħid proset lil dawk li rnexxielhom u ninkoraġġihom ikomplu. Issa fadal l‑aħħar ftit jiem sakemm jgħaddi dan iż‑żmien; biss qabel irridu nfakkru avvenimenti oħra mill‑ħajja ta’ Sidna Ġesù Kristu, fosthom Ħadd il‑Palm u l‑passjoni li għadda minnha. Tajjeb li nattendu kemm nistgħu għal dawn il‑funzjonijiet reliġjużi. Lejn l‑aħħar ta’ dan ix‑xahar ser niċċelebraw l‑akbar festa tagħna l‑Insara – il‑Festa tal‑Għid il‑Kbir. Ħafna jsibu din il‑festa bħala l‑Festa ta’ Kristu Rxoxt. F’kelma waħda l‑festa ta’ meta Sidna Ġesù rebaħ fuq il‑mewt biex isalvana mid‑dnub. Kontu tafu li kieku ma niċċelebrawx din il‑festa, la konna niċċelebraw il‑Milied u lanqas festi oħra reliġjużi? Infakkarkom biex ma tinsew qatt lit‑tfal fil‑missjoni; ftakru fihom fit‑talb tagħkom, filwaqt li warrbu xi ħaġa żgħira għalihom, għax dawn la għandhom min iħobbhom, la x’jieklu, la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la mediċini, la skola fejn jitgħallmu u ħafna minnhom lanqas ġenituri! U kontu tafu li huma ħafna dawk li qatt ma semgħu b’Ġesù?! Insellmilkom u niltaqgħu x‑xahar id‑dieħel,
Claudia
Stampa tal‑faċċata: Tlieta mill‑aħjar tpinġijiet li waslulna Missio (Uffiċċju Missjunarju): Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171. Tel: 21236962 Imejl: tfal@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm, Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm Missio (Uffiċċju Missjunarju): Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, Rabat Għawdex. Tel: 21550267 Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi: John Caruana Pubblikazzjoni: Missio [Uffiċċju Missjunarju (V0/1178)]
© Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.
Prezz 50ċ l‑ħarġa. Għal din is‑sena biss ser inkunu qed inqassmu dan il‑magażin b’xejn lit‑tfal kollha ta’ Malta u Għawdex li jattendu fl‑iskejjel primarji u dawk medji.
DONAZZJONIJIET
50617374 – €2.33 | 50618820 – €6.99
2
(Tfal taħt is‑16‑il sena huma mitluba jiksbu permess mingħand il‑ġenituri/ legal guardians tagħhom).
MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATRIĊI TA’ MISSIO TFAL Nancy Camilleri
T
fal, dan l‑aħħar kont qiegħda nagħmel animazzjoni missjunarja f’diversi skejjel. Din tkun veru esperjenza sabiħa għalija kull meta mmur. Matul dawn l‑animazzjonijiet jiena nagħti informazzjoni dwar pajjiżi differenti u dwar il‑kulturi differenti tagħhom. Dan l‑aħħar kont qed inkellem lill‑istudenti li ltqajt magħhom dwar il‑pajjiż sabih tal‑Etjopja. L‑għan tagħna huwa li l‑istudenti jitgħallmu dwar kulturi differenti, għax aħna nemmnu li aħna llkoll
differenti u sbieħ. Għalhekk, iktar ma nitgħallmu fuq kulturi differenti, aktar nifhmu lil xulxin.
wrejniehom kif jagħmlu brazzuletti taż‑żibeġ li jfakkruna fil‑poplu tal‑Etjopja.
Matul l‑animazzjoni li għamilt fil‑Kulleġġ ta’ San Ġorġ Preca, il-Blata l‑Bajda, lill‑istudenti wrejniehom vidjow li kien fih xi tagħrif ġenerali dwar l‑Etjopja, dwar il‑kultura tagħha u dwar il‑fatt li l‑Etjopja huwa wieħed mill‑aktar pajjiżi fqar fid‑dinja. Tkellimt ukoll dwar il‑kultura tal‑insiġ tad‑drapp tal‑ħarir, kif l‑Etjopjani jkabbru d‑dud tal‑ħarir u kif mill‑fosdqa tiegħu jagħmlu l‑ħajt tal‑ħarir. Imbagħad minn dan il‑ħajt jaħdmu
Għalina li naninaw, din l‑esperjenza dejjem tkun sabiħa, l‑aktar għaliex inkunu magħkom u niltaqgħu magħkom. Nixtieq li intom it‑tfal taħsbu ftit f’dawk li huma fil‑bżonn u titolbu ftit għalihom. Nixtieq fl‑aħħar nett nirringrazzja lit‑tfal, lill‑kbar u lill‑iskejjel li għenuna waqt il‑maratona. GRAZZI ĦAFNA MILL‑QALB!
d‑drapp, u b’teknika liema bħalha jiżbgħu dan id‑drapp b’kuluri vivaċi u sbieħ li nsibu fl‑Afrika. Fl‑aħħar, l‑istudenti
Rafiki u jiena nsellu għalikom.
17 ta’ April
Attività għal żmien ir‑Randan ma’ Dun Rueben Vella u Mons. Valent Borg / 9am
24 ta’ April
It‑tfal kollha huma mistednin għal attività f’Jum San Girgor f’Marsaxlokk / 10am
4 u 5 ta’ Mejju
Quddisiet animati mill‑membri tal‑Klabb Missio Tfal u l‑istaff ta’ Missio Malta fil‑parroċċa ta’ San Pawl ir‑Rabat. Wara kull quddiesa jkun hemm bejgħ ta’ oġġetti mill‑ħanut Hope, Faith & Charity. / 4 ta’ Mejju ‑ 6pm 5 ta’ Mejju ‑ 9am ‑ 10:30am ‑ 12pm
12 ta’ Mejju
Ħajk għat‑tfal kollha u l‑familjari tagħhom Aktar dettalji jew biex tibbukkja kkuntattja lil Nancy fuq 2033 0015 jew nancy@missio.org.mt Grazzi u narawkom.
3
RENDIKONT TAL‑ĠABRA B’RISQ IL‑MISSJONI 2018/2019
(V0/1178)
njom:
Isem u Ku
Klassi:
Indirizz:
Mowbajl:
Skola: Imejl:
Primarja Gżira
€62.00
Kulleġġ Santa Klara
Primarja Pembroke
€318.82
Kulleġġ Santa Klara
Primarja A San Ġwann
€530.74
Kulleġġ Santa Klara
Primarja Sliema
€179.42
Kulleġġ San Ġorġ Preca
Primarja Furjana
€231.02
Kulleġġ San Ġorġ Preca
Primarja GP Ħamrun
€327.15
Kulleġġ San Ġorġ Preca
Primarja Marsa
€233.19
Kulleġġ San Ġorġ Preca
Primarja Pietà
€228.76
Kulleġġ San Ġorġ Preca
Primarja Belt Valletta
€131.00
Kulleġġ San Ġorġ Preca
Sekondarja Blata l‑Bajda
Kulleġġ Maria Reġina
Primarja Għargħur
€262.75
Kulleġġ Maria Reġina
Primarja Mellieħa
€94.10
Kulleġġ Maria Reġina
Primarja A Mosta
€813.02
Kulleġġ Maria Reġina
Primarja B Mosta
€227.50
Kulleġġ Maria Reġina
Primarja Naxxar
€1283.82
€93.78
KULLEĠĠ
SKOLA
Kulleġġ San Nikola
Primarja Attard
€686.86
Kulleġġ San Nikola
Primarja Dingli
€230.45
Kulleġġ San Nikola
Primarja Mtarfa
€26.70
Kulleġġ San Benedittu
Primarja Birżebbuġa
€301.00
Kulleġġ San Nikola
Sekondarja Rabat
€111.87
Kulleġġ San Benedittu
Primarja Għaxaq
€325.30
Kulleġġ Sant’Injazju
Primarja Luqa
€321.00
Kulleġġ San Benedittu
Primarja Mqabba
€445.53
Kulleġġ Sant’Injazju
Primarja Qormi S.Bastjan
€637.48
Kulleġġ San Benedittu
Primarja Qrendi
€162.15
Kulleġġ Sant’Injazju
Primarja Siġġiewi
€581.21
Kulleġġ San Benedittu
Primarja Safi
€122.60
Kulleġġ Sant’Injazju
Primarja Żebbuġ
€1056.35
Kulleġġ San Benedittu
Primarja Żurrieq
Kulleġġ Sant’Injazju
Sekondarja Ħandaq
€172.43
Kulleġġ San Benedittu
Sekondarja Kirkop
Kulleġġ San Tumas More
Primarja A Fgura
€573.16
Kulleġġ Santa Tereża
Primarja Lija‑Balzan
€510.50
Kulleġġ San Tumas More
Primarja B Fgura
€171.96
Kulleġġ Santa Tereża
Primarja Msida
€372.27
Kulleġġ San Tumas More
Primarja Marsaskala
€558.63
Kulleġġ Santa Tereża
Primarja Santa Venera
€530.28
Kulleġġ San Tumas More
Primarja Marsaxlokk
€250.50
Kulleġġ Santa Margerita
Primarja Kalkara
€342.07
Kulleġġ San Tumas More
Primarja Tarxien
€546.58
Kulleġġ Santa Margerita
Primarja Isla
€138.00
Kulleġġ San Tumas More
Primarja A Żejtun
€731.61
Kulleġġ Santa Margerita
Primarja Birgu
€192.88
Kulleġġ San Tumas More
Primarja B Żejtun
€303.12
Kulleġġ Santa Margerita
Primarja Xgħajra
4
ĠABRA 2018
Kulleġġ Santa Klara
€1121.72 €50.00
€94.71
Kulleġġ Santa Margerita
Primarja A Żabbar
€673.05
Skola tal‑Knisja
St. Francis Msida
€753.34
Kulleġġ Santa Margerita
Primarja B Żabbar
€493.37
Skola tal‑Knisja
St. Francis Primarja Bormla
€665.00
Kulleġġ Santa Margerita
Sekondarja Verdala
€117.80
Skola tal‑Knisja
St. Joseph Blata l‑Bajda Juniors
€1007.01
Kulleġġ Santa Margerita
Sekondarja Bormla
€99.32
Skola tal‑Knisja
St. Joseph Blata l‑Bajda Seniors
€152.50
Skola tal‑Knisja
St. Joseph Sliema Juniors
€492.40
Skola tal‑Knisja
St. Joseph Sliema Seniors
€100.00
Skola tal‑Knisja
Kulleġġ Għawdex *
€6779.82
Skola tal‑Knisja
Seminarju tal‑Arċisqof Primarja
€830.81
Skola tal‑Knisja
De La Salle Juniors
€508.98
Skola tal‑Knisja
€521.66
Skola tal‑Knisja Skola tal‑Knisja
St. Monica Primarja Gżira
€1349.34
Skola tal‑Knisja
St. Monica Sekondarja Gżira
€27.43
Skola tal‑Knisja
Mater Bon Consilii Primarja u Sekondarja Our Lady Immaculate Primarja u Sekondarja Sacred Heart Junior
St. Monica Birkirkara Primarja u Sekondarja St. Monica Mosta
Skola tal‑Knisja
€629.87
Skola tal‑Knisja
Sacred Heart Seniors
Skola tal‑Knisja
Skola tal‑Knisja
€1026.54 €713.16 €554.10
€88.00
Skola tal‑Knisja
Kulleġġ Stella Maris Primarja Gżira Tereża Nuzzo
St. Albert Valletta Primarja
€491.68
Skola tal‑Knisja
St. Francis Sliema Seniors
€500.00
Skola tal‑Knisja
St. Aloysius Primarja
€423.91
Skola tal‑Knisja
St. Benild’s Sliema
Skola Privata
Thi Lakin
€995.02
Skola tal‑Knisja
St. Dorothy’s Primarja Sliema
€50.00
Skola tal‑Knisja
St. Dorothy’s Sekondarja Żebbuġ
€45.37
Skola tal‑Knisja
St. Dorothy’s Primarja Żebbuġ
€55.00
Skola tal‑Knisja
St. Francis Primarja Birkirkara
€512.30
€1254.93
€1035.92
TOTAL
€870.61
€40504.23
* Lista dettaljata tal‑ġbir minn kull skola dehret fil‑ħarġa ta’ Jannar. Nota: Fl‑iskejjel li mhumiex imsemmijin hawn ma saritx ġabra.
Grazzi mill‑Qalb
5
L‑ISTEJJER TA’ JIMMY Vikki
I
l‑mamà kienet qiegħda titwi l‑ħwejjeġ meta semgħet it‑telefown idoqq. Kienet is‑sinjorina Micallef, il‑kap tal‑iskola ta’ Jimmy. Is‑sinjorina Micallef kienet ċemplet lill‑mamà sabiex tgħidilha li Jimmy kien weġġa’ waqt li kien qiegħed jilgħab il‑futbol fil‑bitħa tal‑iskola. Il‑mamà nħasdet, telqet kollox minn idejha u ġriet lejn l‑isptar. F’kemm ilni ngħidlek kemm‑il mamà kif ukoll il‑papà kienu l‑isptar ħdejn Jimmy. Jimmy kien qiegħed jibki, imma malajr ikkalma xħin ra lill‑ġenituri tiegħu. It‑tabib tal‑isptar qalilhom li Jimmy kien kiser siequ x‑xellugija u għalhekk kienu ser jagħmlulu l‑ġibs. Fit‑triq lura lejn id‑dar Jimmy ma waqafx jibki. Li kieku ma ppruvax jieħu l‑ballun lil Luke ma kienx jaqa’ u ma kienx jikser siequ. Issa kien ser ikollu jimxi bil‑krozzi għal sitt ġimgħat sħaħ. Il‑mamà tgħidx kemm bdiet tfissdu, imma kien kollu għalxejn. Il‑ġibs beda jqabbdu ħafna ħakk u tgħidx kemm beda jħossu skomdu. B’siequ fil‑ġibs Jimmy ma setax jiċċaqlaq kif ġieb u laħaq, u għalhekk kellu bżonn ħafna għajnuna mingħand il‑mamà u l‑papà. Għaddew tlett ijiem 6
IL‑KROZZI u fl‑aħħar Jimmy tgħallem kif għandu jimxi sewwa bil‑krozzi. Għall‑bidu kien ser jaqa’ kemm‑il darba, u mhux darba u tnejn kien ser jeħodha għal wiċċu waqt li kien tiela’ t‑taraġ tad‑dar. Iżda sa mnalla kienu l‑krozzi! Għal dawk is‑sitt ġimgħat ħajtu kienet qed tiddependi fuqhom. Li kieku ma kellux il‑krozzi kif kien ser jirnexxilu jiċċaqlaq minn post għal ieħor? Jimmy baqa’ jaħseb fuq il‑bżonn ta’ dawn l‑imberkin krozzi matul il‑ġurnata kollha. “Pa, kif jagħmlu dawk it‑tfal li ma jkunux jistgħu jimxu u ma jkollhomx krozzi jew siġġu tar‑roti?” staqsa Jimmy lil missieru. “It‑tfal li jitwieldu b’diżabilità f’saqajhom f’pajjiżi foqra, ħafna drabi ma jkollhomx it‑tagħmir li għandhom bżonn sabiex jimxu minn post għal ieħor, u għalhekk ibatu ħafna. Xi wħud minn dawn it‑tfal jużaw listi tal‑injam bħala krozzi u oħrajn li jkunu anqas b’saħħithom jispiċċaw jitkaxkru mal‑art,” wieġbu l‑papà. “Dawn it‑tfal mhux biss ikunu qegħdin ibatu minħabba d‑diżabilità tagħhom, imma ħafna drabi jkunu qegħdin isofru wkoll minħabba n‑nuqqasijiet li jġib miegħu l‑faqar, bħal nuqqas kbir ta’ ikel, xorb u ħwejjeġ, u
ħafna drabi lanqas ikollhom sodda fejn jorqdu,” żied jgħid il‑papà. Dakinhar Jimmy ma setax jorqod bil‑lejl. Ma setax jieqaf jaħseb fuq dawk it‑tfal imsejkna fil‑missjoni li mhux biss ma jkollhomx ikel, xorb, ħwejjeġ u dar komda fejn jgħixu, imma saħansitra lanqas ikollhom
it‑tagħmir li għandhom bżonn sabiex jimxu. Min jaf kemm kienu qed isofru! “Mhux li kien li kieku nista’ nagħti siġġu tar‑roti jew par krozzi lil dawn it‑tfal,” ħaseb Jimmy bejnu u bejn ruħu, filwaqt li pprova jagħlaq għajnejh biex jorqod. L‑għada filgħodu Jimmy qam mimli enerġija. Matul il‑lejl kienet ġietu idea. Jekk jiġbor biżżejjed flus seta’ jixtri siġġu tar‑roti lil tifel jew tifla b’diżabilità li jgħixu fil‑missjoni. “Jekk nistaqsi lin‑nanniet, liz‑zijiet, lill‑ġirien u lil xi ħbieb tal‑familja żgur
li niġbor biżżejjed flus, imqar għal siġġu wieħed tar‑roti,” qal Jimmy lill‑ġenituri tiegħu, filwaqt li poġġa bilqiegħda mal‑mejda biex jieħu l‑kolazzjon. “Il‑Ħadd li ġej nistaqsi lin‑nanna u liz‑zija Doris għal donazzjoni,” żied jgħid Jimmy. Il‑mamà bi tbissima fuq xofftejha qaltlu: “Hawn għandek l‑ewwel €100 mingħandi u mingħand il‑papà. B’€100 oħra jkollok biżżejjed għal siġġu wieħed tar‑roti.” Jimmy kien ser itir bil‑ferħ. Il‑pjan tiegħu kien qed jirnexxi!
EZEMPJI SBIEH GRAZZI MILL‑QALB LIL: • Skola St. Joseph ta' Raħal Ġdid • Maria Elena Pace minn Ħal Qormi • Joseph Debattista minn Marsaskala Li taw bolol użati.
KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL FIL‑MISSJONI: €18 – ‘hamper’ mimli ikel għal familja fil‑bżonn
€25 – 100 kuruna sempliċi lin‑nies fil‑missjoni
€39 – librerija fi skola primarja €50 – programm ta’ ġimgħa
edukazzjoni sportiva għal tfal f’Myanmar
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt/children Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI!
Għandna bżonn
‘soft toys’
f’kundizzjoni tajba u żibeġ. F’każ ta’ ammont kbir niġu għalihom aħna. Ċempel lil Natasha fuq 20330015.
7
PAĠNA LOGĦOB APRIL 2019
Waħda mit‑tweġibiet tajbin ta’ kull kompetizzjoni tirbaħ kupun ta’ €5 mill‑ħanut ta’ Missio Faith, Tfal, Hope & Charity. Ibgħat il‑kelma u/jew is‑soluzzjoni ħudu nota t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u tal‑indirizz l‑indirizz u ibgħathom hekk: il‑ġdid!
Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.
Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.114, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta, MST 4128, Malta.
1. ‘JIGSAW PUZZLE’ Daħħal dawn il‑biċċiet tal‑‘jigsaw puzzle’ fil‑kaxxa ta’ fuq il‑lemin biex tifforma sitt ismijiet tal‑appostli. Xi ittri huma lesti f’posthom biex jgħinuk. D A
U
N D
R
A S
IE T
R
N
U M
K B U
Ġ A Ġ U
I
I
IE
P T X M U
S
Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Jannar 2019 – Ħarġa nru. 68.
2. SIB IT‑TRIQ
Għin lill‑brimba tasal fejn l‑għanqbuta tagħha billi ssib it‑triq it‑tajba fl‑istampa t’hawn:
1. JIGSAW PUZZLE
2. SIB IT‑TRIQ
A
P
R
I
F
R
A
R
Ġ
U
N
J
U
L
U
L
J
U
M A
R
Z
U
M
J
J
U
E
L
Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Pearl Giusti Magro mill‑Qrendi u Jamie Fava minn Buġibba. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom. Isem u Kunjom: _______________________________________________________________________________________________ Età: _______________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________ Kodiċi Postali:___________________________________Skola:________________________________________________________________________________________________________________ 8