TFAL MISSJUNARJI NEWSPAPER POST No. 70
Matul is‑sena skolastika 2018/2019 dan il‑magażin ser jitqassam b’xejn.
Marzu 2019
Maratona fuq it-TV
b’risq il-Missjoni
IS‑SIBT 16 TA’ MARZU 2019 minn nofsinhar sa nofsillejl
Xandira LIVE fuq it‑televiżjoni mill‑WE Studios L‑Uffiċċju Missjunarju ta’ Għawdex li jinsab ir‑Rabat, ser ikun miftuħ biex jilqa’ d‑donazzjonijiet bejn it‑3pm u t‑8pm.
a in
bis‑sapport ta’:
md t m Mgħaibgħu um
Indja 2018
www.missio.org.mt
(V0/1178)
tfal@missio.org.mt
| www.missio.org.mt | 2123 6962 | 7 Triq il‑Merkanti, Valletta | 7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex
2 Editorjal | 2 Messaġġ Mill‑Koordinaturi | 4 L-Iljunessa u l-Baħnan | 6 Ir‑Randan | 8 Paġna Logħob
RIVISTA GĦAT‑TFAL LI TOĦROĠ BEJN OTTUBRU U MEJJU
Għeżież tfal,
EDITORJAL
Nittama li tinsabu tajbin. Bdejna x‑xahar ta’ Marzu, xahar li din is‑sena jġib miegħu ħafna festi. Fl‑ewwel ħamest ijiem niċċelebraw il‑Karnival, festa li żgur ilkom ħafna tistennew. Min jaf kemm ser tilbsu kostumi sbieħ u min jaf kemm ser tieklu perlini u prinjolata! U l‑karrijiet u l‑maskarati sejrin tarawhom?
Eżatt wara jibda r‑Randan, żmien ta’ sawm u sagrifiċċji. Tajjeb li għalkemm tfal, xorta waħda tagħmlu xi sagrifiċċji żgħar. Pereżempju ma tiklux ħelu, tnaqqsu mill‑ħin li taraw it‑televixin u tilagħbu fuq it‑‘tablet’, u tgħinu aktar fix‑xogħol tad‑dar u lil dawk fil‑bżonn. Tistgħu wkoll iżżuru lil xi ħadd li jinsab waħdu, bħal anzjani u morda. Imbagħad, lejn nofs ix‑xahar niċċelebraw il‑festa ta’ San Ġużepp, raġel twajjeb u umli, li minnu għandna nitgħallmu ħafna. Infakkarkom biex ma tinsew qatt lit‑tfal fil‑missjoni; ftakru fihom fit‑talb tagħkom, filwaqt li warrbu xi ħaġa żgħira għalihom, għax dawn la għandhom min iħobbhom, la x’jieklu, la x’jilbsu, la saqaf fuq rashom, la mediċini, la skola fejn jitgħallmu u ħafna minnhom lanqas ġenituri! U kontu tafu li huma ħafna dawk li qatt ma semgħu b’Ġesù?! Insellmilkom u niltaqgħu x‑xahar id‑dieħel,
Claudia
Stampa tal‑faċċata: Powster uffiċjali tal‑maratona #hopemissiofest. Missio (Uffiċċju Missjunarju): Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171. Tel: 21236962 Imejl: tfal@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9:00am – 4:00pm, Is‑Sibt: 9:00am – 12:00pm Missio (Uffiċċju Missjunarju): Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, Rabat Għawdex. Tel: 21550267 Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8:30am – 12:00pm Editriċi: Claudia Cini, Imejl: claudia@missio.org.mt Grafika: James Trapani, Imejl: gakbu@gakbu.com Qari tal‑Provi: John Caruana Pubblikazzjoni: Missio [Uffiċċju Missjunarju (V0/1178)]
© Copyright: L‑ebda parti minn dan il‑magażin ma tista’ tiġi ppubblikata mingħajr il‑permess tal‑pubblikaturi.
Prezz 50ċ l‑ħarġa. Għal din is‑sena biss ser inkunu qed inqassmu dan il‑magażin b’xejn lit‑tfal kollha ta’ Malta u Għawdex li jattendu fl‑iskejjel primarji u dawk medji.
DONAZZJONIJIET
50617374 – €2.33 | 50618820 – €6.99
2
(Tfal taħt is‑16‑il sena huma mitluba jiksbu permess mingħand il‑ġenituri/ legal guardians tagħhom).
MESSAĠĠ MILL‑KOORDINATRIĊI TA’ MISSIO TFAL Nancy Camilleri
T
fal, Marzu huwa xahar speċjali għal Missio, għaliex fih issir il‑maratona. Din tixxandar fuq l‑istazzjonijiet kollha tat‑televiżjoni Maltin fis‑16 ta’ Marzu, minn nofsinhar sa nofsillejl. Hemm ħafna skejjel li ser jgħinuna f’din il‑maratona u ta’ dan nirringrazzjawhom. Min irid jista’ wkoll jigi biex iwieġeb it‑telefonati jew ikun parti mill‑udjenza. Dan huwa proġett ieħor fejn aħna lkoll nistgħu nagħmlu differenza fil‑ħajja ta’ nies li m’għandhom xejn jew veru ftit. Bil‑ftit li nagħtu nistgħu nibdlu l‑ħajja ta’ persuna waħda u għalhekk inkunu qed nibdlu ftit ftit id‑dinja. F’isem Missio nirringrazzja lil kull min jgħin fil‑ġbir li jsir u anki bil‑preżenza u l‑parteċipazzjoni tiegħu.
ĦOLMA LI SARET REALTÀ
N
har il‑Ħadd 20 ta’ Jannar sebaħ b’ħafna ksieħ u xita. “Imma possibbli!” għedt bejni u bejn ruħi, “li wara tant ħolm, xogħol u eċċitament biex nagħmlu xi ħaġa li tista’ tgħaqqad nies ta’ kulturi differenti flimkien, ser tispiċċa fix‑xejn minħabba l‑maltemp? Ġesù Bambin inħalliha f’idejk. Jekk tridha, ibagħtilna x‑xemx!” Ridna nagħmlu festa popolari Filippina għall‑ewwel darba f’Malta. Il‑ħafna Filippini li qed jaħdmu hawn Malta, xtaqu jagħtu lilna l‑Maltin rigal bil‑festa ta’ ‘Santo
Niño’ (bil~fuq l‑n). Filgħodu kmieni bdew jinġabru fuq iz‑zuntier tal‑knisja parrokkjali ta’ Marsaskala. Aħna l‑Maltin nibżgħu minn ftit xita, imma għall‑Filippini l‑maltemp tagħna huwa bħal tempesta f’tazza ilma. Fl‑10:00am bdejna bil‑purċissjoni u ż‑żfin. Iggustajt żewġ pulizija li kienu hemm biex jikkontrollaw it‑traffiku, li bdew jieħdu r‑ritratti taż‑żfin Filippin. Sa fl‑aħħar ħarġet ix‑xemx u kulħadd, barranin u Maltin, jitbissmu u jifirħu. Il‑purċissjoni spiċċat b’quddiesa li kull nhar ta’ Ħadd niċċelebraw f’kappella żgħira. Imma
din id‑darba kellna nagħmluha taħt tinda kbira biex takkomoda madwar 300 ruħ li kienu preżenti għall‑okkażjoni. Wara, f’xemx sħuna u sabiħa qsamna flimkien l‑ikel Malti u Filippin li n‑nies kienu ġabu magħhom. Kemm hu sabiħ li popli differenti jersqu lejn xulxin u jsiru familja waħda; isiru don għal xulxin. Grazzi ‘Santo Niño’, inti bambin żgħir imqareb li dejjem timliena b’sorpriżi sbieħ biex turina kemm tħobbna! Dun Victor Agius
Assistent Direttur ta’ Missio Malta
Ser issir attività tal‑Karnival organizzata minn MissioTfal nhar it‑Tnejn 4 u t‑Tlieta 5 ta’ Marzu fil‑PAMA Shopping Mall bejn il‑11:30am u t‑3:00pm. Krafts, ‘face painting’, ritratt ma’ Rafiki, ‘refreshements’ u aktar. Ejjew bil‑kostum tal‑Karnival. Min ser jattendi javża lil Nancy fuq 20330015 jew nancy@missio.org.mt. Narawkom! 3
L‑ILJUNESSA U L‑BAĦNAN Leġġenda Indjana addattata minn Claudia Cini. Illustrazzjoni ta’ Janet Vella. Ljunessa kienet għaddejja minn masġar meta waqgħet f’nassa. Kien kollu ta’ xejn li ppruvat titla’ mill‑ħofra għaliex kienet fonda wisq. Ġurnata wara għadda minn ħdejha raġel. Fil‑pront l‑iljunessa talbitu jgħinha titla’ mill‑ħofra. Ir‑raġel ma riedx għaliex kien ċert li hekk kif jeħlisha din tibilgħu. L‑iljunessa ppruvat tikkonvinċi lir‑raġel li hi mhux talli ma kenitx ser tieklu, imma talli kienet ser tkun l‑akbar ħabiba tiegħu.
Qed nitħassrek narak tibki, arani ħa ngħinek titla’ minn hemm isfel.
L‑iljunessa, li kienet ilha ġurnata u lejl bil‑ġuħ, hekk kif sabet ruħha meħlusa, qabżet fuq ir‑raġel, lesta biex tieklu. Kien kollu ta’ xejn li r‑raġel ipprova juriha li kienet ħaġa kiefra li tagħmel hekk miegħu, wara li ħenn għaliha u salvaha. Fl‑aħħar qablu li jistaqsu lill‑ewwel tliet affarijiet li jiltaqgħu magħhom, jekk l‑iljunessa kellhiex tieklu jew le. Ir‑raġel dar u staqsa lil siġra kbira, x’taħseb dwar dan.
Xi trid tgerger. Jiena nagħti d‑dell lir‑ragħajja u dawn, minn fuq, jaqtgħu l‑friegħi tiegħi u jitimgħuhom lill‑merħliet tagħhom!
4
Ir‑raġel kompla miexi u ltaqa’ ma’ barri jdawwar is‑sienja. Dan qallu li ma kienx messu afda lill‑iljunessa. Lilu wkoll kienu qed jistmgħuh ħażin. Wara li tant għenhom fir‑raba’, kif xjaħ tefgħuh idawwar is‑sienja. Ir‑raġel mexa ftit ieħor u ltaqa’ ma’ raġel ieħor li kulħadd kien jafu b’baħnan. L‑ewwel raġel qallu l‑istorja kollha, imma l‑baħnan ma fehem xejn u talab lir‑raġel jerġa’ jirrakkontalu kollox mill‑ġdid. Xorta ma jien nifhem xejn. Ara tridux immorru fuq il‑post fejn ġrat il‑biċċa forsi nifhem.
Isa ħaffu ħa nfittex nibda ċ‑ċena tiegħi.
Ir‑raġel, il‑baħnan u l‑iljunessa marru lura fejn il‑ħofra. Kif waslu r‑raġel reġa’ bil‑paċenzja kollha rrakkonta l‑istorja lill‑baħnan, iżda dan baqa’ jgħid li mhux jifhem. Anzi beda jaħseb li kien ir‑raġel li kien waqa’ fil‑ħofra u mhux l‑iljunessa. L‑iljunessa li kienet mejta bil‑ġuħ, bdiet tirrabja, u biex tfittex teħles, niżlet fil‑ħofra biex tfiehem lill‑baħnan kif ġrat eżatt l‑istorja. L‑iljunessa ma damitx wisq biex intebħet bl‑iżball li kienet għamlet! Jiddispjaċini Sinjura Ljunessa, imma din id‑darba ħadd mhu ser jgħinek titla’.
5
L‑ISTEJJER TA’ JIMMY Vikki
“
E
IR‑RANDAN
vviva, fl‑aħħar waslu l‑vaganzi tal‑Karnival,” għajjat Jimmy, li tgħidx kemm kien iħobb il‑Karnival. Il‑mamà kienet tħietlu kostum differenti kull sena u ma kienx ineħħih minn fuqu sa ma jgħaddu l‑jiem tal‑Karnival. L‑hena tiegħu jmur il‑Belt jara l‑karrijiet ikkuluriti, il‑maskarati ġganteski u l‑kostumi tat‑tfal l‑oħra. Il‑vaganzi malajr għaddew, u l‑Erbgħa t‑tfal marru lura l‑iskola. Kien l‑Erbgħa tal‑Irmied, l‑ewwel ġurnata tar‑Randan, u bħal kull sena t‑tfal kienu miġburin fis‑sala tal‑iskola sabiex jisimgħu l‑quddiesa. Il‑quddiesa ma kenitx bħal dik ta’ nhar ta’ Ħadd, fejn normalment ikun hemm skiet taqtgħu b’sikkina. Is‑sala tal‑iskola kienet qisha barumbara tal‑ħamiem, min igedwed minn taħt l‑ilsien, min jiċċaqlaq u min jisgħol; insomma, storbju kemm trid. L‑għalliema għamlu minn kollox biex isikktu lit‑tfal, imma kien kollu għalxejn. Lanqas jilħqu jgħaddu ħames minuti li ma jerġax jibda t‑tgedwid. Il‑qassis b’leħen għoli kien qiegħed jipprova jispjega t‑tifsira tar‑Randan. “Illum Ras ir‑Randan, u għalhekk għall‑erbgħin jum li ġejjin 6
irridu nħejju lilna nfusna għall‑ġurnata tal‑Gimgħa l‑Kbira meta Ġesù miet għalina biex jaħfrilna d‑dnubiet tagħna, imbagħad qam mill‑imwiet biex isalvana,”, ipprietka Dun Rafel. “Ser inħalli f’idejkom biex tgħiduli xi eżempji ta’ kif nistgħu nippreparaw lilna nfusna f’dawn il‑ġranet,” kompla l‑qassis. Fil‑pront it‑tgedwid waqaf. Kulħadd kien imbeżża’ li Dun Rafel kien ser jistaqsi lilu. Għolliet idejha Susan, studenta intelliġenti u mimlija kunfidenza. Susan ma kinitx tistħi titkellem quddiem sħabha tal‑iskola u l‑hena tagħha tiddiskuti l‑ħsibijiet u l‑opinjonijiet tagħha. “Għidilna Susan,” qal Dun Rafel. “Matul ir‑Randan
irridu nagħmlu xi sagrifiċċju, bħal pereżempju ma niklux ħelu, ma nilagħbux bit‑‘tablet’ jew ma narawx televixin,” qalet Susan. “Brava Susan. Hawn xi student ieħor li jixtieq jgħidilna l‑ħsibijiet tiegħu?” staqsa b’leħen għoli Dun Rafel. Ħadd ma tniffes. Kulħadd kien qiegħed jittama li Dun Rafel ma jgħajjatx ismu. “Jimmy, inti kif taħseb li għandna nħejju ruħna għal dawn iż‑żminijiet,” staqsieh Dun Rafel. Jimmy sar aħmar nar għax xtaq li Dun Rafel m’għażilx lilu. Imma issa
kien tard wisq. Kien ser ikollu jqum bilwieqfa u jitkellem quddiem l‑iskola kollha. Kellu msarnu f’saqajh u bilkemm felaħ iqum bilwieqfa. Dak il‑ħin ftakar x’kienet qaltlu n‑nanna Karm. “Nistgħu nobdu aktar lill‑ġenituri tagħna, nisimgħu aktar mill‑għalliema u ngħinu aktar lil dawk ta’ madwarna, speċjalment lil dawk li qegħdin ibatu fil‑missjoni,” kien pront wieġeb Jimmy. “Prosit ħafna Jimmy. Ħaqqek ċapċipa kbira għaliex dan huwa l‑mod ta’
kif verament għandna nħejju lilna nfusna fi żmien ir‑Randan,” qallu Dun Rafel, filwaqt li t‑tfal kollha nfexxew iċapċpu. Dun Rafel kompla jgħid li fi żmien ir‑Randan mhux biss irridu niċċaħħdu minn xi affarijiet li jogħġbuna ħafna, imma rridu wkoll nagħmlu karità u nkunu ġenerużi ma’ dawk li huma anqas ixxurtjati minna. Dun Rafel stieden lit‑tfal kollha sabiex minflok jonfqu l‑‘pocket money’ biex jixtru affarijiet għalihom, jaħsbu fit‑tfal foqra u jfaddlu l‑flus sabiex
KIF TISTA’ TGĦIN LIT‑TFAL FIL‑MISSJONI: €19 – medikazzjoni għal ġimagħtejn fi
fi żmien il‑Għid il‑Kbir, wara li jkun għadda ir‑Randan, ikollhom biżżejjed biex jagħtu donazzjoni lil xi moviment missjunarju li jgħin lit‑tfal foqra. Jimmy hekk għamel. Matul l‑erbgħin jum tar‑Randan faddal kemm seta’. Wara l‑lezzjonijiet tad‑duttrina ma marx jixtri l‑ħelu mingħand Rita tal‑ħanut u lanqas ma xtara ikel żejjed mit‑‘tuck shop’ tal‑iskola. Jimmy kien faddal dak li suppost nefaq u f’jum il‑Għid kellu aktar minn €30. Dun Rafel qallu li kellu biżżejjed biex jgħin lis‑sorijiet ta’ Madre Tereża jżommu trabi u tfal abbandunati fl‑Indja u l‑Malawi. Jimmy kien ser itir bil‑ferħ!
kliniċi tat‑tfal b’mard serju
€27 – qażquż lil familja kbira fil‑bżonn
€35 – rota lil tifel jew tifla biex imorru l‑iskola biha
€60 – saqqu għal tifel jew tifla torox u muti li jgħixu f’istitut
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt/children Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI!
Għandna bżonn
‘soft toys’
f’kundizzjoni tajba u żibeġ. F’każ ta’ ammont kbir niġu għalihom aħna. Ċempel lil Natasha fuq 20330015.
7
PAĠNA LOGĦOB MARZU 2019
Waħda mit‑tweġibiet tajbin ta’ kull kompetizzjoni tirbaħ kupun ta’ €5 mill‑ħanut ta’ Missio Faith, Tfal, Hope & Charity. Ibgħat il‑kelma u/jew is‑soluzzjoni ħudu nota t‑tajba flimkien ma’ ismek, kunjomok, l‑età u tal‑indirizz l‑indirizz u ibgħathom hekk: il‑ġdid!
Iż‑żewġ kompetizzjonijiet jistgħu jintbagħtu fl‑istess invilopp.
Tfal Missjunarji – Kompetizzjonijiet, Nru.114, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta, MST 4128, Malta.
1. ‘JIGSAW PUZZLE’ Daħħal dawn il‑biċċiet tal‑‘jigsaw puzzle’ fil‑kaxxa ta’ fuq il‑lemin biex tifforma sitt kostumi tal‑Karnival. Xi ittri huma lesti f’posthom biex jgħinuk. I Ż J A
I N P I R
A A N T A
E Ċ I N N A S A D R S U R T
Ħ L D A
J
Ġ I Ħ A
ŻOMM ID‑DATA
16 TA’ MARZU 2019
U
Soluzzjonijiet tal‑Kompetizzjonijiet ta’ Dičembru 2018 – Ħarġa nru. 67.
2. SIB IT‑TRIQ
Għin lir‑ragħaj jasal fir‑razzett billi ssib it‑triq it‑tajba fl‑istampa t’hawn:
1. JIGSAW PUZZLE A
2. SIB IT‑TRIQ
B
J
A
D
A Ħ
D
A
R
A Ħ M A
R
I
K
Ħ A
L
I
S
F
A
R
I
S W E
D
Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjonijiet huma Nicole Farrugia Wismayer minn Pembroke u Aidan Seisun miż‑Żejtun. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa! Huma jirċievu ittra bil‑posta mingħandna biex ikunu jistgħu jiġbru r‑rigal tagħhom. Isem u Kunjom: _______________________________________________________________________________________________ Età: _______________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________ Kodiċi Postali:___________________________________Skola:________________________________________________________________________________________________________________ 8