Skip to main content

Malta Missjunarja Settembru 2019

Page 1

a in

NEWSPAPER POST SETTEMBRU 2019 SENA 88

md t m a Mgħ ibgħu um 04 La Tibżgħux  10 Ħajjiet Ta’ Fidi 16 Tfal Maqfula L‑Ħabs Flimkien Mal‑Ġenituri  26 L‑Irħas Libsa Tat‑Tieġ għal donazzjoni www.missio.org.mt

|

2123 6962

|

7 Triq il‑Merkanti, Valletta

|

7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex


EDITORJAL ‑ CLAUDIA CINI

Settembru 2019

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Ħalli kollox u ejja warajja

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri: Membri: Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna Kav. Emmanuel Cutajar KCHS Websajt u Facebook:

missiomalta

Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Novembru 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal

4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 10 San Pietru Appostlu 16 Santa Infanzja 22 Qaddisa tax‑Xahar 24 Ġita Ma’ Missio 26 Aħbarijiet mid‑Dinja Kollha 28 Il‑Padri Kristjani tad‑Deżert 30 Għarfien Fuq il‑Midja Soċjali 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Tfal Indjani minn skola f 'Puduchery, fil-kju biex jisservew ross u bajd. 2

Ħ

afna xwabel u lanez tal‑bronż prezzjużi nstabu f’dawn l‑aħħar mitejn sena midfuna fil‑qigħan ta’ diversi xmajjar maġġuri madwar il‑Majjistral tal‑Ewropa. Dawn imorru lura aktar minn 3,000 sena, proprju għal Żmien il‑Bronż. Studjużi antikwarji kienu jaħsbu li dawn l‑armi u għodod intilfu mill‑ġellieda Ċeltiċi jew waqt xi battalji tul il‑kosta tax‑xmajjar jew meta xi dgħajjes jew kenuri spiċċaw mgħarrqa. Żgur li qatt ħadd ma jgħaddilu minn moħħu li dawn l‑oġġetti bżonnjużi u ta’ valur magħmulin tant sbieħ u b’sengħa liema bħalha setgħu ntremew apposta fix‑xmajjar! Iżda llum il‑ġurnata huwa maħsub li dan hu dak li ġara verament! Bħala parti minn ritwali sagri u reliġjużi, dawn in‑nies tal‑antik kienu jitfgħu x‑xwabel u l‑lanez tagħhom fix‑xmajjar bħala sagrifiċċju lill‑allat sabiex jiksbu mingħandhom sigurtà, protezzjoni u prosperità. F’dawn ir‑ritwali huma kienu


Settembru 2019

jkunu qed iħallu u jitilqu (letting go) dak kollu li hu prezzjuż u għażiż għalihom. Forsi aħna m’għandniex xwabel u lanez, u t‑twemmin

ta’ dawn in‑nies ta’ dari, imma li titlaq u tħalli dak li hu tant għal qalbek, u dak li hu miżmum f ’qalbek u f ’moħħok li jidher prezzjuż u għażiż għalina, jista’ jkun

it‑triq li nħallu lill‑Ispirtu ta’ Alla jidħol ġewwa fina liberament. L‑isfida ta’ ‘tħalli kollox u titlaq’ kienet l‑isfida li Ġesù għamel lir‑raġel għani fil‑Vanġelu. 

Int. Aħna.l‑voluntiera Flimkien. Is‑Sibt 5 ta'Jien. Ottubru ta’

Missio Malta ser ikunu qed ibigħu Kannoli u Mqaret tradizzjonali Maltin fin‑naħa ta’ fuq ta’ Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta, quddiem il‑ħanut Faith, Hope & Charity.

Missio Tfal ser ikun qed jipparteċipa f'Science In The City ‑ 27 ta' Settembru waqt l‑Art Festival u 5 ta' Ottubru waqt Notte Bianca / Fi Triq ir‑Repubblika, il‑Belt Valletta mis‑6pm sa 12am. Fuq l‑istend ser ikunu qed isiru diversi esperimenti tal‑ilma għal tfal ta' bejn il‑ 5 u t‑12‑il sena.

Jien. Int. Aħna. Flimkien. Nhar l‑4 ta' Ottubru, fuq il‑Fosos tal‑Furjana, ser jittella' r‑Radio Italia Live Concert bil‑kollaborazzjoni tal‑Malta Hotels & Restaurants Association, il‑Mediterranean Orchestra u kantanti oħra, li ser ikun 'live' fuq il‑palk prinċipali. Matul il‑festival ser ikun hemm stends tal‑ikel u artiġjanat. Missio ser ikun qed jipparteċipa bil‑preżenza ta' diversi persuni li jirrappreżentaw il‑kultura ta' pajjiżi missjunarji. 3


Settembru 2019

MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG

a in

La Tibżgħux d m m ut a ħ Mg ibgħ um

D

akinhar li Papa Ġwanni Pawlu II kien elett bħala l‑265 suċċessur ta’ San Pietru u ħareġ għall‑ewwel darba fil‑loġġa ewlenija tal‑Bażilika ta’ San Pietru, waħda mill‑ewwel kelmiet li qal kienet: “La Tibżgħux”. Din il‑frażi nsibuha tingħad għal madwar 365 darba fil‑Kotba Mqaddsa. Kull darba li Alla jsejjaħ lil xi 4

ħadd u jafdalu missjoni, tista’ tgħid dejjem jagħmillu din l‑istedina: “La tibżax”. Hekk meta l‑Anġlu Gabrijel deher lil Marija biex iwasslilha l‑aħbar sabiħa li Alla ried li jsir bniedem fil‑ġuf tagħha, mill‑ewwel qalilha: “Tibżax Marija, ...” (Lq. 1:30) Alla għamel l‑istess stedina

lil Gedgħon meta dan kien imsejjaħ biex jeħles lill‑poplu ta’ Iżrael minn idejn il‑Midjanin: “Sliem għalik, la tibżax”. (Mħ. 6:23) Illum Ġesù qiegħed jagħmel din l‑istess stedina lil kull min hu Nisrani u jrid tassew jimxi warajh. Id‑dinja kienet, għadha u tibqa’ ostili għal Ġesù u għad‑dixxipli tiegħu. San Ġwann, fil‑bidu tal‑evanġelu tiegħu, jgħidilna dan b’mod mill‑iżjed ċar: “Ġie f ’daru u niesu ma laqgħuhx”. (Ġw. 1:11) Id‑dinja għadha tagħmel l‑istess ma’ dawk kollha li jxandru lil Kristu u s‑saltna tiegħu. “Għaliex tħobb id‑dlam aktar mid‑dawl? Dan m’għandux jaqtgħalna qalbna għaliex Ġesù hu dejjem magħna.” (Mt. 28:20) Min‑naħa tagħna għandna nfittxu dejjem nitolbu lil Ġesù biex jibgħat ħaddiema


B’SMS B’SMSta’ta’€6.99 €6.99tkun tkunqed qed tixtri l‑kotba għalgħal tifel tifel jew tifla tixtri l‑kotba jew għalgħal senasena skolastika. tifla skolastika. B’SMS ta’ €2.33 tkuntkun qed titma’ B’SMS ta’ €2.33 qed 7 t’itfal għal għal ġurnata. titma’ 7t itfal ġurnata.

dan bil‑ferħ u b’fiduċja kbira fil‑qawwa tas‑salib ta’ Ġesù bla ma jfittex l‑ebda alternattiva oħra għal dan. Aħna qegħdin ingawdu mill‑ħidma ta’ ħafna nies qalbiena li wieġbu b’imħabba u b’ġenerożità għas‑sejħa ta’ Alla. Issa jmiss lilna li nkomplu nkunu ta’ dawl fil‑ħafna dlam li hawn madwarna ħalli tkompli titkebbes fil‑bnedmin kollha l‑imħabba ta’ Alla, l‑għajn u l‑garanti tas‑salvazzjoni tad‑dinja kollha. 

sms fuq 50617374 – €2.33 | sms fuq 50618820 – €6.99

għall‑ħsad tiegħu, għaliex il‑ħsad huwa kbir, imma l‑ħaddiema ftit. (Lq. 10:2) Dawn il‑ħaddiema mhumiex biss dawk li jħallu kollox u jmorru f ’art oħra jxandru lil Kristu, iżda kull min hu mgħammed huwa msejjaħ biex ikun ħaddiem fl‑għalqa tal‑Mulej. Is‑sejħa ta’ kull Nisrani hija dik li jxandar bi kliemu murija f ’għemilu u fl‑istil ta’ ħajja li jgħix li: “Is‑saltna ta’ Alla waslet”. (Lq. 10:9) In‑Nisrani għandu jfittex li jagħmel

DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI

Settembru 2019

50 ġrajja miktuba minn ħutna

missjunarji li b’imħabba kbira taw snin twal u xi wħud għomorhom kollu lill‑missjoni.

Ċempel fuq: 2123 6962/ 2033 0015 PUBBLIKAZZJONI www.missio.org.mt

Prezz:

€ 12 5


Settembru 2019

UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG

Intenzjoni Missjunarja: Settembru 2019 “Nitolbu sabiex il‑politiċi, ix‑xjentisti u l‑ekonomisti jaħdmu flimkien biex jipproteġu l‑ibħra u l‑oċeani tad‑dinja.”

W

ara li żgur ilkoll gawdejna l‑jiem tas‑sajf qrib il‑baħar, tajjeb li nirriflettu wkoll bħala Nsara sabiex nipproteġu l‑baħar ta’ madwarna u l‑oċeani 6

fid‑dinja li jagħmlu l‑parti l‑kbira mill‑pjaneta tagħna. Dan għaliex jekk ikollna baħar inkwinat, baħar marid u baħar maħmuġ, ikollna dinja inkwinata u ambjent marid. Mhux hekk biss, imma l‑baħar fih il‑ħut li jiekol il‑bniedem. Għalhekk importanti li l‑bniedem jiekol ikel tal‑baħar tajjeb. Ilkoll nafu x’ġara fejn sar xi inkwinament li wara kkawża dannu kbir lill‑bniedem, fejn rajna mard bla preċedent u problemi ta’ saħħa fit‑trabi tat‑twelid. F’dan ix‑xahar, fuq ix‑xewqa tal‑Papa, nitolbu sabiex

il‑politiċi, ix‑xjentisti u l‑ekonomisti jinvestu l‑enerġiji tagħhom sabiex insalvaw il‑baħar ta’ madwarna. Nitolbu wkoll biex il‑mexxejja tal‑pajjiżi fid‑dinja jaħdmu bla heda ħalli jsibu soluzzjonijiet meħtieġa għall‑protezzjoni tal‑oċeani. Dan għandu jkun l‑impenn internazzjonali u dak nazzjonali bejn il‑pajjiżi kollha tad‑dinja. Dwar dan, Papa Franġisku jħeġġeġ ħafna għall‑fatti u għall‑azzjoni minn kulħadd, minn kull bniedem, mill‑kbir saż‑żgħir. Il‑Papa jħeġġeġ għal dibattiti iktar sinċiera li jħarsu lejn il‑veru


Settembru 2019

progress tal‑bniedem u l‑ħarsien tal‑ambjent. Il‑Papa jikkundanna kull abbuż ta’ poter u korruzzjoni li jwasslu għat‑tniġġis tal‑ibħra

u tal‑oċeani. Dan l‑għarfien ambjentali dwar il‑baħar huwa importanti għaliex jaffettwa s‑sistema kollha ekoloġika ta’ madwar

il‑bniedem. Naħseb li ħadd ma jieħu pjaċir jgħum f’baħar maħmuġ, imma jippreferi jinżel f’baħar safi u ċar daqs il‑kristall. 

LOTTERIJA B’RISQ IL‑MISSJONI 2019

Permit: MGA/NPG/162/2019

Ġwanni 4:14

Data tat‑Tlugħ: 27 ta’ Settembru 2019 Ħu sehem f’din il‑lotterija billi tixtri l‑biljetti kollha u ibgħathom lil Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 sa mhux aktar tard mis‑26 ta’ Settembru 2019.

Prezz ta’ folja sħiħa (25 biljett) €10 Ċekkijiet għandhom jiġu indirizzati lil Missio Malta.

(V0/1178)

LOTTERY IN AID OF THE MISSIONS ‑ www.missio.org.mt

LOTTERIJA 2019 ‑ B'RISQ MISSIO MALTA

Ibgħat il‑biljetti sa mhux iktar tard mis‑26 ta’ Settembru 2019 ‑ Ħafna premjijiet sbieħ fosthom: Air‑Conditioner, Sailing Days u Hotel Stays.

BAŻAR

a. Grazzi. ħ g im ġ l‑ fi qar ġurnata im id ’ t a q q a ħu jagħtu d g t s ji li a r ie t nn ta’ volun o ż b a n d n a Għ

Q S I R ’ B AKolloxR BA Żgħall‑prezz ta’ €0.50.

I N O J S IL‑MIS

92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN

Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm 7


Settembru 2019

PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS

Familja missjunarja għas‑servizz tal‑oħrajn

T

liet snin ilu Jeanne u Augustine ddeċidew li jmorru jgħixu f’Gabon biex ikunu ta’ servizz għal familji oħra fil‑bżonn. Marru hemm peress li kien hemm ambjent fejn l‑iżvilupp sfrenat kien qed ifixkel ħafna l‑aspetti soċjo‑kulturali tan‑nies li jgħixu hemm. Din il‑koppja ilha miżżewġa għal 28 sena u għandha erbat itfal. L‑ewwel tlett itfal baqgħu f’Lubumbashi l‑Kongo għax kienu għadhom qed jistudjaw l‑università, filwaqt li t‑tifla ż‑żgħira marret mal‑ġenituri tagħha f’Gabon. Din il‑koppja, fil‑bidu taż‑żwieġ tagħhom 8

kienu skoprew li Alla huwa mħabba u għalhekk iddeċidew li jpoġġu lilu bħala l‑ewwel prijorità u preferenza fil‑ħajja tagħhom bħala koppja miżżewġa. Din kienet il‑bażi spiritwali li wasslithom għad‑deċiżjoni li jħallu kollox warajhom u jsegwu s‑sejħa ta’ Ġesù.

għalihom. Qatt qabel ma kienu mifrudin minn uliedhom għal żmien hekk twil. Ma kienx faċli, imma lkoll bħala familja qablu ma’ din id‑deċiżjoni. Ċertament kien se jkun hemm aspetti li wieħed ma setax jipprevedi, imma huma afdaw f’Alla li huwa mħabba.

Fil‑Knisja Afrikana, bħal f’kontinenti oħra, jeżistu diversi movimenti ta’ Nsara lajċi li jgħinu lil xulxin bħala komunità Nisranija biex jikbru fil‑ħajja spiritwali tagħhom. Għalhekk, Jeanne u Augustine ddeċidew li jħallu x‑xogħol tagħhom u jmorru f’art oħra, ġdida

Kif waslu f’Gabon, l‑ewwel ħaġa li ħassew li kellhom jagħmlu kienet li jsaħħu l‑imħabba ta’ bejniethom bħala koppja. Minħabba dan qalu li: “L‑imħabba tagħna ssaħħet u kienet ta’ għajnuna kbira biex kull darba li nonqsu nerġgħu nibdew u li nħobbu b’qalbna kollha


Settembru 2019

lil kull persuna li niltaqghu magħha”. Għalkemm in‑nies li kienu magħhom kienu foqra, xorta sabu komunità sabiħa ħafna lesta l‑ħin kollu biex tgħinhom b’tant ġenerożità. Ivvjaġġaw ħafna mal‑pajjiż kollu u kull fejn marru sabu lil min jilqagħhom b’ħafna mħabba. F’xi rħula saħansitra sabu nies jistennewhom fit‑triq bi friegħi tas‑siġar f’idejhom, ixejrulhom b’ħafna ferħ għax ġew jarawhom. Il‑familji Nsara ta’ Gabon, bħal f’ħafna postijiet oħra fl‑Afrika, batew wisq minn tibdil qawwi soċjo‑kulturali u kien hemm bżonn kbir min‑naħa ta’ din il‑koppja li jirreaġixxu b’mod pożittiv. Bdew jgħinu lil ħafna koppji

jimxu fit‑triq tal‑fidi u ġara li ħafna rċevew is‑sagrament taż‑żwieġ u oħrajn waslu biex. “Ħassejna ħafna l‑providenza ta’ Alla, ibda mid‑dar li konna ngħixu fiha, li kienet ir‑rigal tal‑Arċisqof ta’ Libreville u li fiha konna niltaqgħu ma’ ħafna minn dawn il‑koppji. Kien sabiħ li kulħadd mill‑komunità ġabilna xi ħaġa: sodda, saqqu, lożor, spiritieri, frieket u platti. Fl‑istess ħin, il‑komunitajiet kollha f’Gabon għamlu minn kollox biex jgħinuna fil‑bżonnijiet tagħna ta’ kuljum. Regolarment kienu jibagħtulna ikel bħal kassava, ross jew banana.

Kemm‑il darba kienet iddoqq il‑qanpiena tal‑bieb u b’sorpriża konna nsibu dak li kellna bżonn, hemm fuq it‑tarġa tal‑bieb. L‑għaqda, l‑imħabba u l‑fidi fil‑kliem tal‑Vanġelu għenuna nissuperaw id‑diffikultajiet kollha li konna niltaqgħu magħhom; li tkun bla xogħol, il‑mard, u n‑nuqqas ta’ ftehim.” Wara tliet snin Jeanne u Augustine reġgħu lura lejn Lubumbashi. It‑tfal tagħhom kienu kibru u mmaturaw ħafna. Anki f’dan huma raw kemm il‑vanġelu huwa veru. X’ferħ kbir ħassew li issa reġgħu ngħaqdu ma’ xulxin u jħossuhom tant magħquda bħala familja daqs qatt qabel. 

KNISJA–FAMILJA–MISSJONI K–F–M

Meta: Fejn: Imexxi: Programm:

Laqgħat ta’ formazzjoni li jwassluna biex ngħixu aktar għall‑oħrajn milli għalina nfusna. Kull laqgħa jkollha viżjoni tal‑Knisja tal‑lum, filwaqt li nidħlu fil‑fond fuq punt importanti tal‑fidi tagħna. Kull l‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar Uffiċċju ta’ Missio Malta, il‑Belt Valletta Dun Victor Agius, Assistent Direttur ta’ Missio, li għandu aktar minn 40 sena esperjenza missjunarja 6:00pm – Quddiesa  6:30pm – Taħdita ta’ nofs siegħa 7:00pm – Te, kafè u ‘snack’

Għal aktar tagħrif jew jekk ser tattendi għall‑ewwel darba kkuntattja lil Dun Victor fuq 7923 6114. Grazzi. 9


SAN PIETRU APPOSTLU

Settembru 2019

F

Ħajjiet ta’ fidi

is‑sena 2018, in‑numru ta’ missjunarji maqtula madwar id‑dinja kollha kważi rdoppja lin‑numru ta’ ħajjiet mitlufa fis‑sena 2017. Din hija żieda traġika u drammatika fl‑ammont ta’ vjolenza li dawk li qed ixerrdu l‑Bxara t‑Tajba qegħdin kontinwament jesperjenzaw f’ħafna partijiet tad‑dinja. B’xorti ħażina, fl‑2018, 40 persuna ‑ 35 qassis, seminarista u erba’ lajċi, inqatlu bi vjolenza. Ħafna kienu jgħixu u jieħdu ħsieb persuni u tfal li jgħixu fil‑faqar, filwaqt li jissapportjaw proġetti ta’ żvilupp u ta’ fidi.

21 ta’ Jannar – Therese Deshade Kapangala ta’ 24 sena – Lajka

li sfat milquta b’tiri ta’ arma tan‑nar minn suldati fir‑Repubblika Demokratika tal‑Kongo waqt li kienet qed tipproteġi b’ġisimha stess tarbija milli tintlaqat.

Thelakkat ta’ 52 sena –

05 ta’ Frar – Dun Ivan Jaimes ta’ 37 sena u Dun Germain Muniz Garcia – Inqatlu f’attakk

02 ta’ Marzu – Dun Florent Mbulanthie Tulantshiedi

għal għarrieda minn irġiel armati li fetħu n‑nar fuqhom fil‑Messiku huma u jivvjaġġaw f’karozza.

Miet l‑isptar wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina minn eks ħaddiem ta’ parroċċa fl‑Indja.

ta’ 46 sena – Instab imbiċċer f ’dgħajsa fuq ix‑Xmara Kasai fir‑Repubblika Demokratika tal‑Kongo. Huwa ntgħaraf minn ħwejġu, mill‑kuruna tar‑Rużarju u mill‑arloġġ li kellu.

17 ta’ Jannar ‑ Dun Tony Mukomba – Miet ġimgħa

wara li sofra ġrieħi gravi fil‑Malawi. Huwa safa mgħammad u msawwat u kien aktarx vittma ta’ serqa.

22 ta’ Frar – Dun Alain‑Florent Gandoulou ta’ 54 sena – Inqatel

fil‑Ġermanja aktarx waqt argument vjolenti li nqala’ ftit ħin qabel fl‑uffiċċju tiegħu. 01 ta’ Marzu – Dun Xavier 10

10 ta’ Marzu – Dagoberto Noguera Avendano ta’ 68 sena – Eks qassis li

nqatel fil‑Kolumbja b’diversi daqqiet u li aktarx kien vittma ta’ serqa.


Settembru 2019

22 ta’ Marzu – Dun Joseph Desire Angbabata ta’ 49 sena – Miet ftit wara li safa

aggredit minn persuni armati waqt li kien qed jipproteġi xi refuġjati f ’parroċċa fir‑Repubblika tal‑Afrika Ċentrali.

Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. • Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36 • Paga ta’ għalliem fis‑Seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48

29 ta’ Marzu – Dun Walter Osmin Vasquez ta’ 36 sena – Inqatel

f ’El Salvador b’tir ta’ arma tan‑nar waqt li kien qed jivvjaġġa f ’karozza ma’ persuni oħra li sfaw misruqa minn irġiel mgħammda u armati.

• Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60 • Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha)

08 ta’ April – Dun Etienne Nsengiyumva ta’ 38 sena – Safa assassinat b’arma

tan‑nar minn kriminali li daħlu għal għarrieda f ’bini fir‑Repubblika Demokratika

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 11


SAN PIETRU APPOSTLU

Settembru 2019

tal‑Kongo waqt li kien miġbur flimkien ma’ fidili oħra.

18 ta’ April – Dun Ruben Alcantara Diaz ta’ 50 sena – Inqatel b’daqqiet ta’

sikkina huwa u jissielet ma’ raġel fi knisja fil‑Messiku.

24 ta’ April – Dun Joseph Gor u Dun Felix Tyolaha –

Inqatlu b’tiri ta’ arma tan‑nar minn irġiel armati li sparaw fuqhom waqt li kienu qed iqaddsu fin‑Niġerja. Il‑qattiela ħarbtu wkoll 60 dar fil‑qrib.

Mejju – Dun Albert Toungoumale‑Baba ta’ 71 sena – Inqatel meta grupp ta’

rġiel armati attakkaw il‑parroċċa b’armi tan‑nar u ‘grenades’ waqt li kien qed jiċċelebra l‑quddiesa fir‑Repubblika tal‑Afrika Ċentrali. 05 ta’ Ġunju – Jose Maltez ta’ 22 sena – Sależjan lajk

20 ta’ April – Dun Juan Miguel Contreras Garcia ta’ 33 sena – Inqatel waqt li

kien qed iqarar fil‑Messiku, minn raġel armat li daħal fis‑sagristija tal‑knisja.

23 ta’ April – Dun Bernardin Brou Aka Daniel ta’ 43 sena –

Safa milqut b’tir ta’ arma tan‑nar waqt serqa fil‑Kosta tal‑Avorju. Minkejja li saq lilu nnifsu lejn l‑isptar, huwa miet ftit wara minħabba l‑ġrieħi li ġarrab. 12

25 ta’ April – Dun Moises Fabila Reyes ta’ 83 sena

– Instab mejjet fil‑Messiku wara li safa maħtuf xi jiem qabel, minkejja li l‑familja tiegħu ħallset il‑flus biex seta’ jinħeles.

inqatel b’tir ta’ arma tan‑nar f ’sidru waqt irvell f ’Nicaragua fejn intużaw ‘grenades’, armi tan‑nar u gass tad‑dmugħ.

10 ta’ Ġunju – Dun Richmond Nilo ta’ 44 sena

– Inqatel b’arma tan‑nar sparata mit‑tieqa tal‑kappella waqt li kien qed jipprepara biex iqaddes fil‑Filippini. 29 ta’ April – Dun Mark Yuaga Ventura ta’ 37 sena

– Safa milqut b’tiri ta’ arma tan‑nar f ’rasu u f ’sidru minn raġel armat fil‑Filippini waqt li kien qed jitkellem ma’ membri tal‑kor tal‑parroċċa u jilgħab ma’ xi tfal.

14 ta’ Ġunju – Sandor Dolmus ta’ 15‑il sena –


Settembru 2019

Abbati li xtaq isir qassis u qala’ tir ta’ arma tan‑nar f ’sidru waqt li kien fit‑triq jilgħab ma’ tfal oħra f ’Nicaragua. 25 ta’ Lulju – Dun John Fredy Garcia Jaramillo ta’ 50 sena – Instab mejjet

29 ta’ Ġunju – Dun Firmin Gbagoua – Miet l‑isptar

f ’daru b’70 daqqa ta’ stallett f ’wiċċu u ġismu aktarx waqt attentat ta’ serqa fil‑Kolumbja.

li sofra ġrieħi f ’rasu minn daqqa ta’ mannara waqt serqa fil‑parroċċa tiegħu fin‑Niġerja minn kriminali li kienu qed ifittxu l‑flus u oġġetti ta’ valur.

ftit wara li sofra tir ta’ arma tan‑nar minn ħallelin li talbuh il‑flus, fir‑Repubblika tal‑Afrika Ċentrali. 10 ta’ Awwissu – Dun Carlos Riudavets Montes ta’ 73 sena – Instab mejjet

09 ta’ Lulju – Dun Iraluis Jose Garcia Escobar ta’ 38 sena – Sparawlu xi rġiel li

f ’daru fil‑Perù b’idejh marbutin u b’ġismu mtertaq.

25 ta’ Awwissu – Dun Miguel Gerardo Flores Hernandez ta’ 49 sena

– Instab mejjet f ’bini abbandunat fil‑Messiku wara li xi jiem qabel kien għeb. Il‑karozza tiegħu baqgħet ma nstabitx.

riedu jisirqulu t‑trakk li kien qed isuq fil‑parroċċa tiegħu fil‑Venezwela. 18 ta’ Awwissu – Dun Michael Akawu – Inqatel

20 ta’ Lulju – Dun Alexandre Sob Nougi ta’ 42 sena –

Miet b’tir ta’ arma tan‑nar waqt ġlied bejn suldati u separatisti fil‑Kamerun.

b’tiri ta’ arma tan‑nar minn irġiel li daħlu jisirqu supermarkit fin‑Niġerja minn fejn kien qed jixtri xi provisti għall‑parroċċa. 23 ta’ Awwissu – Dun Stephen Ekakabor ta’ 74 sena – Miet sena wara

10 ta’ Settembru – Dun Jude Egbom – Safa misruq u

maqtul b’tiri ta’ arma tan‑nar minn żewġt irġiel fin‑Niġerja waqt li kien f ’ħanut qed jaqta’ xagħru. 19 ta’ Settembru – Dun Louis Odudu – Miet l‑isptar 13


SAN PIETRU APPOSTLU

Settembru 2019

quddiesa fil‑Messiku. Huwa nstab mejjet tlett ijiem wara b’idejh u b’saqajh marbutin u b’sinjali ta’ vjolenza fuq ġismu.

b’tiri ta’ arma tan‑nar mill‑militar waqt li kien qed jipproteġi xi refuġjati fil‑Kamerun.

14 ta’ Novembru – Dun Victor Luke Odhiambo ta’ 62 sena – Inqatel

10 ta’ Diċembru – Dun John Njoroge Muhia ta’ 56 sena – Inqatel b’tir ta’

fin‑Niġerja erbat ijiem wara li rnexxielu jaħrab lil dawk li ħatfuh jiem qabel. Huwa kien qed isofri minn uġigħ qawwi.

04 ta’ Ottubru – Gerard Anjiangwe ta’ 19‑il sena

– Seminarista li nqatel minn grupp ta’ suldati fil‑Kamerun wara li dawn daħlu fil‑knisja jisparaw fuq min ġie ġie. Il‑parruċċani sabu kenn fis‑sagristija, iżda iż‑żagħżugħ inxteħet fl‑art jitlob it‑talba tar‑Rużarju.

fin‑Nofsinhar tas‑Sudan minn sitt irġiel armati li daħlu f ’daru.

15 ta’ Novembru – Dun Blaise Mada u Dun Celestine Ngoumbango

fl‑Ekwador b’idejh u saqajh marbutin.

– Inqatlu waqt attakk mir‑ribelli li taw in‑nar lill‑Katidral fir‑Repubblika tal‑Afrika Ċentrali. Dakinhar inqatlu wkoll xejn inqas minn 42 refuġjat.

11 ta’ Ottubru – Dun Icmar Arturo Orta ta’ 50 sena – Inħataf wara li qaddes

21 ta’ Novembru – Dun Cosmas Omboto Ondari MHM ta’ 30 sena – Inqatel

09 ta’ Ottubru – Dun Arturo Rene Pozo Sampaz ta’ 62 sena – Instab fgat

14

arma tan‑nar f ’sidru, sparat lejn il‑ħġieġa tal‑karozza li kien qed isuq fil‑Kenja. Huwa kien sejjer il‑bank biex jiddepożita l‑flus miġbura mill‑parroċċa tiegħu meta twaqqaf minn erbat irġiel li talbuh il‑flus.

O Mulej agħtihom il‑mistrieħ ta’ dejjem.

Sors Fides.


Settembru 2019

La nikber nixtieq insir.....

pulizija

inferm

iera

għalliem

a

-Man

Spider

L‑edukazzjoni tagħti s‑setgħa lit‑tfal sabiex iħarsu lejn futur aħjar.

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

a in

Missio jemmen li l‑użu tas‑saħħa tal‑edukazzjoni tittrasforma l‑ħajja tat‑tfal, tnaqqas il‑faqar u ġġib ’il quddiem il‑kundizzjonijiet tal‑għajxien fost il‑komunitajiet. Permezz tal‑programm Missio Child Sponsorship, bi €12.50 fix‑xahar, inti tista’ tibda tagħti lil tifel jew tifla li jgħixu fil‑faqar, edukazzjoni għal ħajjithom.

d mmut a ħ Mg ibgħ um

Tel: 2123 6962 • E-Mail:info@missio.org.mt • w w w.missio.org.mt 15


SANTA INFANZJA – VIKKI

Settembru 2019

Tfal maqfula l‑ħabs flimkien mal‑ġenituri

Ritratt: www.globalcitizen.org

16

tkun f ’xi għalqa tar‑ross tgħaffeġ fit‑tajn waqt li tiġbor iz‑zkuk f ’basket fuq daharha. Il‑feriti f ’saqajn Indira, li kienu l‑kaġun tal‑fatt li kienet timxi ħafja fl‑għelieqi fuq il‑ħamrija u l‑ġebel, ma kinux l‑unika raġuni għall‑weġgħat li kienet tħoss it‑tifla. Indira kienet tħossha ħafna iktar imweġġgħa u ddispjaċuta għaliex ma

Ritratt: www.globalcitizen.org

I

ndira Ranamagar twieldet u trabbiet fin‑Nepal f ’faqar estrem. Minħabba f ’hekk, Indira ma kellhiex opportunità għall‑edukazzjoni bħalma kellhom ħutha s‑subien. Għalhekk kellha tiġġieled u tissielet sabiex tkun tista’ tmur l‑iskola. Ta’ kuljum Indira kienet tara lil bniet oħra, li kienu ġejjin minn familji iktar sinjuri, libsin l‑uniformi u mexjin lejn l‑iskola, filwaqt li hi kienet

Indira Ranamagar

kellhiex l‑opportunità li tistudja bħal tfal oħra. Indira tgħallmet taqra u tikteb billi kienet tpinġi l‑ittri bi stikka fuq it‑trab fil‑bitħa tad‑dar u studjat kemm setgħet mill‑kotba tal‑iskola ta’ ħutha. Wara ħafna pressjoni, Indira ngħatat permess biex tattendi l‑iskola u ggradwat mill‑iskola tal‑lokal fejn spiċċat fil‑quċċata tal‑klassi tagħha. Wara li ggradwat, Indira marret tgħix f ’Kathmandu biex tkompli l‑istudji tagħha hemmhekk. Sabiex setgħet tħallas għall‑istudji hija kienet taħdem lejl u nhar, kemm bħala għalliema u anke


Settembru 2019

Indira għandha l‑professjoni ta’ ‘social worker’. Permezz tax‑xogħol tagħha, Indira

tgħallmet ħafna dwar il‑problemi kontinwi li jiltaqgħu magħhom il‑familjari tal‑priġunieri. Kien għalhekk li fis‑sena 2000, hija fetħet l‑organizzazzjoni ‘Prisoners Assistance Nepal’ (PA). Din l‑organizzazzjoni salvat aktar minn elf tifel u tifla minn ħabsijiet skomdi u maħmuġin. Fin‑Nepal, hija realtà komuni ħafna li t‑tfal jispiċċaw il‑ħabs

bl‑isem ta’ Jankuri. Din id‑dar tinsab fil‑konfini ta’ Kathmandu u tfal mill‑irħula tal‑madwar jitħallew jattendu l‑iskola f ’din id‑dar. Apparti dawn id‑djar Indira fetħet ukoll żewġ skejjel u tmexxi wkoll diversi proġetti soċjali mmirati sabiex jgħinu lill‑priġunieri u lil uliedhom. Indira tisħaq bla waqfien mal‑awtoritajiet ikkonċernati sabiex itejbu l‑kundizzjonijiet fil‑ħabsijiet, fosthom l‑indafa. Hija tisħaq li ħafna priġunieri jispiċċaw il‑ħabs minħabba li huma fqar u mhux għaliex huma nies ħżiena. Waqt li jkunu qed jiskontaw is‑sentenza fil‑ħabs, Indira flimkien mal‑PA jgħallmu lill‑priġunieri kif jaqraw u jiktbu. Dan it‑taħriġ jgħin lill‑priġunieri sabiex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb aħjar ta’ wliedhom u tal‑ħajja tagħhom meta jinħelsu mill‑ħabs. Indira Ranamagar kienet onorata bil‑premju ‘World’s Children’s Prize’ fl‑2014. Indira ngħatat dan il‑premju għall‑ħidma imprezzabbli tagħha ta’ ’l fuq minn għoxrin sena mat‑tfal tal‑priġunieri fin‑Nepal. Ritratt: www.michelezousmer.com

bħala seftura mas‑sinjuri. Minn mindu kienet tifla ċkejkna, Indira kellha x‑xewqa li tgħin lil nies oħra li kellhom ħajja iebsa. Hija kienet issegwi lil Bishnu Kumari Waiba, magħrufa aħjar bħala Parijat. Parijat, kienet kittieba famuża minn Nepal u kitbet ħafna dwar id‑drittijiet tal‑bniedem u ħadmet ħafna favur id‑drittijiet tal‑priġunieri politiċi fin‑Nepal. Indira ngħaqdet mal‑moviment ta’ Parijat u minn hemm tgħallmet ħafna dwar is‑sistema tal‑ġustizzja fin‑Nepal u l‑kundizzjonijiet ħżiena fil‑ħabsijiet. Parijat mietet fl‑1993, iżda Indira kompliet fuq ix‑xogħol li ħalliet warajha Parijat. Hija kompliet iżżur il‑ħabsijiet u tipprovdi l‑ħtiġijiet bażiċi lill‑priġunieri. Minbarra l‑priġunieri politiċi, hija bdiet tgħin ukoll lil dawk il‑priġunieri fqar u żvantaġġjati li ħafna drabi kienu jispiċċaw il‑ħabs inġustament għal reati żgħar imwettqa minħabba disprament konness mal‑faqar.

intortament. Dan jiġri meta l‑ġenituri tagħhom ikunu ngħataw sentenza ta’ piena l‑ħabs u ma jkollhomx min jieħu ħsiebhom. Kien għalhekk li Indira fetħet tlett idjar u fihom bdiet tilqa’ lit‑tfal tal‑ħabsin. F’dawn id‑djar it‑tfal jingħataw l‑opportunità għall‑edukazzjoni u tfulija sigura. It‑tfal jingħataw ukoll taħriġ dwar l‑agrikoltura u kif jieħdu ħsieb l‑annimali. Il‑PA tmexxi wkoll dar oħra

Informazzjoni meħuda minn http://worldschildrensprize.org  17


SANTA INFANZJA – VIKKI

Settembru 2019

CHILD SPONSORSHIP

€150 ‑ edukazzjoni, kura tas‑saħħa u ilma tax‑xorb nadif għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.

Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI! Child Sponsorship iwiegħed li aħna naħdmu id f’id mat‑tfal, il‑ġenituri tagħhom, komunitajiet u oħrajn, sabiex niżguraw illi t‑tfal kollha jkunu mgħajxin u b’saħħithom.

Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:

€27 – qażquż lil familja

€50 – ikel, ħwejjeġ u

kbira fil‑bżonn

saqaf fuq ras tifla jew tifel

€120 – kotba tal‑iskola

€180 – Saqqijiet għal tfal

€500 – tħaffir għal bir fejn

għal 18‑il student għal sena skolastika sħiħa

torox u muti f’dar f’pajjiż Afrikan

m’hemmx ilma nadif għal raħal sħiħ

18


Settembru 2019

L‑edukazzjoni:

Kemm huma sbieħ fuq il‑muntanji r‑riġlejn ta’ min iħabbar il‑ġid, ixandar is‑sliem, iħabbar ir‑risq u jxandar is‑salvazzjoni ...

il‑fejqan

ta’ nazzjon

Isaija 52:7

Modi kif tista’ tgħin  Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.)

 Bank Transfer IBAN: MT88VALL22013000000010202698019 Swift Code: VALLMTMT IBAN: MT47APSB77024000112420000026142 Swift Code: APSBMTMT IBAN: MT18BNIF14502000000000095400101 Swift Code: BNIFMTMT (Min jagħmel donazzjoni f'wieħed minn dawn il‑kontijiet jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)

 Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)

 Jew iżżur il‑websajt www.missio.org.mt

• 51802064 ‑ €25

u kklikkja fil‑parti Donations.

19


Settembru 2019

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

“Is‑sempliċità tagħmlek tassew ferħan.” Alicia Keys

Alicia Augello Cooks (1981 ‑ ) magħrufa bħala Alicia Keys hija mużiċista, kantanta u kittieba Amerikana mwielda f’Manhattan minn omm Taljana u missier Afro‑Amerikan. Fl‑età ta’ 12‑il sena Alicia kienet diġà qed tikkomponi l‑kanzunetti, u ta’ 15‑il sena ffirmat kuntratt mal‑Columbia Records, u aktar tard ma’ Arista Records u ma’ J Records. It‑tfajla tgħid li tħossha komda bi trobbija multirazzjali li kellha għaliex b’hekk tkun kapaċi tirrilata ma’ kulturi differenti, għalkemm għal xi żmien għaddiet minn stima baxxa tagħha nfisha. Alicia kisbet diversi unuri fosthom Grammy Awards. Hija miżżewġa lill‑artist tal‑hip‑hop Swizz Beatz u bejniethom għandhom żewġ subien. 20


Settembru 2019

21


Settembru 2019

QADDISA TAX‑XAHAR – MONS. VALENT BORG

Santa Tereża tal‑Bambin Ġesù

S

anta Tereża tal‑Bambin Ġesù hija magħrufa wkoll bħala Santa Tereża ż‑Żgħira, sabiex ħadd ma jitfixkilha ma’ Santa Tereża t’Avila magħrufa wkoll bħala Santa Tereża l‑Kbira. Santa Tereża tal‑Bambin Ġesù flimkien ma’ San Franġisku Saverju, huma l‑Patruni tal‑Missjoni.

Dati importanti fil‑ħajja ta’ Santa Tereża:

• 02 ta’ Jannar 1873 ‑ twieldet f’Alencon, Franza • 04 ta’ Jannar 1873 ‑ tgħammdet bl‑isem ta’ Marie‑Francoise‑Therese Martin • 28 ta’ Awwissu 1877 – mietet ommha • 08 ta’ Mejju 1884 – irċeviet l‑Ewwel Tqarbina • 14 ta’ Ġunju 1884 – irċeviet is‑Sagrament tal‑Ġriżma tal‑Isqof • 20 ta’ Novembru 1887 – kellha udjenza ma’ Papa Ljun XIII • 09 ta’ April 1888 – daħlet fil‑kunvent tal‑Karmelu • 10 ta’ Jannar 1889 – libset il‑libsa ta’ reliġjuża 22

• 08 ta’ Settembru 1890 – ħadet il‑voti perpetwi • 29 ta’ Lulju 1894 – miet missierha • 08 ta’ Lulju 1897 – daħlet fl‑infermerija tal‑kunvent • 30 ta’ Settembru 1897 – mietet fl‑età ta’ 24 sena • 30 ta’ Settembru 1898 – pubblikazzjoni tal‑awtobijografija tagħha • 10 ta’ Ġunju 1914 – bidu tal‑proċess tal‑beatifikazzjoni • 29 ta’ April 1923 – beatifikata minn Papa Benedittu XV • 17 ta’ Mejju 1925 – kanonizzata minn Papa Piju XI • 14 ta’ Diċembru 1927 – iddikjarata Patruna tal‑Missjoni minn Papa Piju XI • 19 ta’ Ottubru 1997 – iddikjarata Duttura tal‑Knisja minn Papa Ġwanni Pawlu II • 18 ta’ Ottubru 2015 ‑ il‑ġenituri tagħha Louis Martin u Zelie Guerin iddikjarati qaddisin minn Papa Franġisku Santa Tereża qatt ma ħarġet mill‑kunvent tal‑Karmelu. B’danakollu xorta waħda kienet iddikjarata Patruna tal‑Missjoni. Il‑motto tagħha kien: ‘Inħobb lil Ġesù u nagħmel li jkun maħbub’. Hija kkonsagrat ħajjitha kollha biex tgħix b’fedeltà dan il‑motto. F’dak iż‑żmien kien hemm fervur kbir li jmorru jgħixu u jaħdmu man‑nies li kienu għadhom ma jafux b’Ġesù u bis‑salvazzjoni li rebaħ għall‑bnedmin kollha bil‑misteru tal‑Għid tiegħu.

Ħafna kienu dawk li ħallew lil arthom, lil familthom u dak kollu li kien għażiż għalihom biex imorru fl‑artijiet l‑iżjed imbiegħda jgħallmu l‑verità tal‑fidi u jgħinu lin‑nies li kienu jgħammru f ’dawn l‑artijiet membri tal‑Knisja. Santa Tereża kienet talbet biex tmur ixxandar lil Kristu f ’Saigon. It‑talba tagħha kienet milqugħa, iżda qatt ma marret għaliex kienet mardet serjament bit‑tuberkulożi, marda li f ’dak iż‑żmien ma kienx hemm fejqan għaliha. Santa Tereża għarfet tgħaqqad it‑tbatijiet tagħha mat‑tbatija ta’ Ġesù msallab u offriethom għall‑bżonnijiet tal‑missjunarji u għat‑tixrid tal‑Bxara t‑Tajba. Dak li xtaqet tagħmel u m’għamlitx minħabba l‑marda tagħha, għamlitu xorta waħda minn fuq is‑sodda taċ‑ċella tagħha. Hija għarfet il‑qawwa u l‑bżonn tat‑talb sabiex il‑ħidma missjunarja tħalli l‑frott mixtieq. Santa Tereża itlob għall‑poplu Nisrani sabiex ikompli jagħraf ir‑responsabbiltà tiegħu li jxandar l‑Evanġelju u jagħraf jgħaqqad it‑tbatijiet żgħar jew kbar tiegħu ma’ dawk ta’ Ġesù msallab għas‑salvazzjoni tad‑dinja kollha. It‑tifkira ta’ Santa Tereża ssir nhar l‑1 ta’ Ottubru. 


Settembru 2019

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom: Indirizz:

Belt/ Raħal:

Kodiċi Postali:

Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. Fl‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar, Missio jiċċelebra quddiesa li tkun għal ruħ il‑benefatturi, li matul ħajjithom ikunu għenu l‑missjoni u għamlu karità ma’ min hu fil‑bżonn. Din tkun fit‑8:30am fir‑4 sular ta’ Missio l‑Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jattendi. 23


Settembru 2019

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

Ġità ma’ Missio għall‑Fiera dei Morti f’Umbria l‑Italja mill‑1 sal‑5 ta’ Novembru 2019 jżuruha ħafna nies, mimlija bi ħwienet ta’ kwalità. Għandha università u skola magħrufa mal‑barranin li jridu jistudjaw it‑Taljan. Wara jkollna ħin liberu.

Il‑Ġimgħa 1 ta’Novembru

N

iltaqgħu l‑ajruport ta’ Malta fil‑11:30am, intiru lejn Perugia mar‑Ryanair FR 8298 (inkluża bagalja toqol 10 kili u qies 55ċm x 40ċm x 20ċm) u naslu fit‑3pm. Bil‑kowċ nibqgħu sejrin lejn il‑Lukanda La Rosetta u wara li nissetiljaw fil‑kmamar, noħorġu dawra maċ‑ċentru tal‑belt. Perugia hija belt mimlija ħajja, b’ħafna bini storiku u mdawra b’ħitan li jipproteġuha. Belt li 24

Massiano fejn insibu aktar minn 500 esebitur ibiegħu prodotti b’offerti speċjali. Fosthom bjankerija, tapiti, inkwatri, fwieħa, kotba, ġugarelli, oġġetti relatati mas‑sajd, mal‑biedja, mal‑kaċċa u mal‑isport, u oġġetti oħra tad‑dar.

Is‑Sibt 2 ta’ Novembru

J

um li se niddedikawh għall‑Fiera dei Morti, fiera li hi l‑akbar waħda fl‑Umbria u waħda mill‑ikbar fiċ‑ċentru tal‑Italja. Wara l‑kolazzjon, inżuru l‑fabbrika taċ‑ċikkulata PERUGINA. Aktar tard naqbdu l‑kowċ u nitilqu lejn Pian Di

Il‑Ħadd 3 ta’ Novembru

W

ara l‑kolazzjon nitilqu bil‑kowċ mil‑lukanda fid‑9am lejn il‑belt ħelwa ta’ Cascia fejn twieldet Santa Rita (1381‑1457) u fejn hemm devozzjoni


Settembru 2019

kbira lejha. Is‑santwarju tagħha mibni fl‑1947, għandu artal iddisinjat minn Giacomo Manzù. Naraw il‑fdalijiet tagħha u nagħmlu dawra mal‑belt. Inżuru l‑bażilika ddedikata lil Santa Rita u aktar tard inżuru Roccaporena, il‑post tat‑twelid tagħha li qisu post minn ‘fairy tale’. Il‑piramida tal‑blat li tiddomina r‑raħal ta’ Roccaporena ġiet imsejħa Il‑Blata Sagra. Eluf ta’ nies jiġu hawn biex jaraw din il‑blata msejħa Lo Scoglio di Santa Rita. Ikollna ċ‑ċans li niċċelebraw il‑quddiesa tal‑Ħadd flimkien fil‑Kunvent tal‑Patrijiet Agostinjani li hu mmexxi minn patri Malti. Wara mmorru Le Cascate Delle Marmore biex naraw xenarju spettakolari ta’ ilma li jaqa’ mill‑għoli f ’diversi livelli. Spettaklu qisu naturali, imma mibni mill‑bniedem. L‑ewwel xogħol f ’dawn in‑nixxigħat beda fis‑sena 271 Q.K. biex inixxfu għadajjar kbar li kienu jġibu ħafna mard. Saru xogħlijiet oħra fi Żmien ir‑Rumani, fis‑sena 54 Q.K., imma bla suċċess. Fl‑1442, Papa Gregorju XII u fl‑1787, Papa Piju VI tejbu ħafna s‑sistemi biex saru bħalma huma llum. Minnhom jinħoloq l‑elettriku. Naraw l‑ispettaklu tal‑4pm, li jdum sal‑5pm. Lura lejn il‑lukanda f ’Perugia.

It‑Tnejn 4 ta’ Novembru

W

ara l‑kolazzjon, fit‑8.30am nitilqu bil‑bagalji mill‑belt ta’ Perugia lejn Assisi, il‑belt ta’ San Franġisk. Assisi hija meqjusa bħala waħda mill‑isbaħ bliet Medjevali li jinsabu fl‑Italja. Belt żgħira ta’ madwar 25,000 ruħ imperrċa fuq waħda mill‑għoljiet ta’ Umbria, imsemmija sew għax fiha twieled San Franġisk kif ukoll għal ħafna bini u xogħlijiet oħra ta’ arti kbira. Nibdew bil‑Bażilika ta’ San Franġisk mibnija fl‑1253 li tikkonsisti fi tliet knejjes fuq xulxin; dik ta’ fuq miksija b’pittura tal‑famuż Giotto. Minn Piazza Matteotti nimxu lejn il‑Katidral ta’ San Rufino, ngħaddu mill‑pjazza bil‑funtana tal‑iljuni, inżuru Santa Maria sopra Minerva bil‑kolonni Rumani lejn Corso Mazzini, triq mimlija ħwienet sbieħ, u fl‑aħħar lejn il‑Bażilika ta’ Santa Klara fejn hemm il‑kurċifiss li jingħad li kellem lil San Franġisk. Nimxu lejn Chiesa Nuova mibnija fuq id‑dar ta’ San Franġisk u nammiraw il‑ġmiel ta’ knisja ddedikata

lil San Stiefnu, it‑Teatru Metastasio u t‑toroq bil‑ħwienet tas‑‘souvenirs’. Wara, bil‑kowċ nitilqu lejn il‑belt magħrufa ta’ Pisa, mhux biss għat‑torri kbir tagħha, tond tal‑irħam, imxengel u magħruf mad‑dinja kollha, imma wkoll għaċ‑ċentru sabiħ tagħha. Norqdu f ’lukanda f ’Pisa.

It‑Tlieta 5 ta’ Novembru

N

ieħdu kolazzjon fis‑7am u nniżżlu l‑bagalji magħna, biex fit‑8am nitilqu lejn l‑ajruport ta’ Pisa mnejn mat‑titjira tar‑Ryanair FR 9992 naslu lura Malta fis‑1pm. Prezz (jinkludi B&B, biljetti tal‑ajru, taxxi, kowċ, eskursjonijiet u gwida Maltija): Kbar f'kamra doppja ‑ €499 Tfal sa 10 snin ma’ żewġ adulti ‑ €425 Suppliment: 3 ikliet ta’ filgħaxija ‑ €45 Polza ta' assikurazzjoni: 70‑80 sena ‑ €34.50 / 16‑69 sena ‑ €24 3‑15‑il sena ‑ €15 Depożitu: €200 flimkien mal‑ħlas tal‑assikurazzjoni jekk ser tittieħed. Jista’ jkun hemm tibdil fil‑prezz tal‑ajru għal min jibbukkja wara Settembru.

Għall‑aktar informazzjoni jew biex tibbukkja ċempel lil Natasha fuq 2033 0015. Postijiet limitati. 25


AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA

Settembru 2019

Arti fil‑logħob Ritratt: www.bebeblog.it

S

tudenti mill‑Akkademja ta’ Skola tal‑Arti f ’Milan (Nuova Accademia di Belle Arti), ġiethom l‑idea li jagħtu

l‑kontribut tagħhom billi jivvintaw logħob li jista’ jgħin tfal li huma immobbli. Dan il‑logħob jinkludi: tromba għall‑istejjer ta’ qabel l‑irqad, kaxxa tal‑ittri biex tikkomunika ma’ persuni fi kmamar oħra, logħob tal‑injam għal fuq mejda biex tivvinta ir‑riċetti u logħob

ta’ kostruzzjoni bix‑xadini tal‑injam. Dawn l‑istudenti ppreżentaw dan il‑logħob li vvintaw fl‑isptar Gaetano Pini billi pparteċipaw fi proġett bl‑isem ‘Nilagħbu Għall‑Pedjatrija’. Kemm huma ideat sbieħ! Dan huwa wkoll mod kif wieħed ikun missjunarju. 

Fejn tieħdok il‑qalb Akkumpanjati tal‑Komunità ta’ Samarcanda f ’Ġenova. Dawn it‑tfal huma refuġjati li l‑età tagħhom tvarja minn 6 snin sa 18‑il sena li ma jkunux akkumpanjati mill‑ġenituri. Dawn il‑mistednin ta’ Samarcanda setgħu jesprimu l‑emozzjonijiet tagħhom

Ritratt: Samarcanda

B

ejn l‑20 ta’ Marzu u s‑7 ta’ April ta’ din is‑sena, fil‑Mużew tal‑Palazz Irjali f ’Ġenova kien hemm wirja tal‑arti b’differenza. Din il‑wirja bl‑isem ‘Mur Fejn Tieħdok il‑Qalb’, kellha bħala protagonisti tfal miċ‑Ċentru Minuri Mhux

permezz tal‑pittura. Din il‑pittura laqtet il‑qlub ta’ kull min mar iżurha. 

L‑irħas libsa tat‑tieġ Ritratt: Cat Wilkinson

L

‑għada li Mike, l‑għarus ta’ Cat Wilkinson, ipproponielha ż‑żwieġ, it‑tfajla ta’ 29 sena minn York l‑Ingilterra, daħlet tara x’kien hemm għall‑bejgħ 26

f ’charity shop. Iżda qatt ma basret li proprju dakinhar kienet ser tixtri l‑libsa tat‑tieġ tal‑ħolma tagħha. Fis‑sular ta’ fuq għajnejha waqgħu fuq libsa tat‑tieġ antika li kienet immarkata bil‑prezz ta’ €39. Din kienet preċiżament kif dejjem xtaqitha, magħmula mill‑bizzilla u bil‑kmiem twal. U meta ppruvatha sabet li kienet tiġiha perfetta! Cat bagħtet ir‑ritratt tagħha

bil‑libsa lil ommha u lil ħutha bil‑mowbajl dak il‑ħin stess. Ilkoll qablu li l‑libsa kienet maħluqa għaliha. Wara li t‑tfajla għamlet lil‑libsa xi alterazzjonijiet, din ma ġietx tiswa aktar minn €222. Cat irnexxielha wkoll issir taf li l‑libsa nħietet minn ħajjata privata fil‑ħamsinijiet. Hija qed tittama li ssib lill‑għarusa oriġinali li libset il‑libsa l‑ewwel darba. 

Aħbarijiet mibgħuta minn Nancy Camilleri.


Settembru 2019

Xewqa li jżur pajjiżu

F

tit tal‑ġimgħat ilu, Papa Franġisku qal li s‑sena d‑dieħla jixtieq iżur art twelidu. Waqt intervista li ta lill‑gazzetta Arġentina ‘La Nacion’, il‑Papa stqarr din ix‑xewqa li jagħmel żjara appostolika f ’pajjiżu. S’issa dan it‑tagħrif biss ingħata, għalkemm jidher li l‑Papa

diġà ssuġġerixxa d‑data taż‑żjara lis‑Segretarju tal‑Istat tal‑Vatikan, il‑Kardinal Taljan Pietro Parolin. Li hu żgur hu li ż‑żjara ssir meta terġa’ ssaltan il‑kalma fl‑Arġentina wara l‑elezzjoni presidenzjali li jmiss. Skont Joaquin Morales Sola, il‑ġurnalista li xerred din l‑aħbar, din iż‑żjara mhix ser

isseħħ b’kumbinazzjoni, u li aktarx ser tinkludi wkoll żjara fl‑Urugwaj. 

Aħna lkoll bnedmin

F

tit tal‑ġimgħat ilu, fil‑bitħa tal‑Kurja fil‑Furjana, saret ikla li għaliha attenda

l‑Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna. Fuq ix‑xewqa tal‑istess arċisqof, l‑iskop ta’ din l‑ikla, imsejħa ‘The Good Neighbourhood Dinner’, kien li persuni minn razez, kulturi, lingwi u reliġjonijiet differenti, jiltaqgħu u jsiru jafu lil xulxin filwaqt li jaqsmu l‑esperjenzi tagħhom. B’kollox attendew mal‑mitt ruħ, fosthom refuġjati, immigranti u rappreżentanti

ta’ komunitajiet Afrikani li qed jgħixu Malta, żgħażagħ impenjati fil‑Knisja, suldati tal‑AFM u rekluti tal‑Korp tal‑Pulizija. Fid‑diskors tiegħu, l‑arċisqof saħaq li aħna lkoll bnedmin li għandna bżonn nitgħallmu npoġġu bilqiegħda biex insiru nafu lil xulxin, u nieklu flimkien aħna u nisimgħu mużika sabiħa, għaliex b’hekk issaltan l‑paċi fid‑dinja. 

Liġi ġdida fuq ikel mhux mibjugħ

X

i pajjiżi fosthom Franza, diġà qed jagħmlu dan il‑ġest nobbli, dak li jagħtu ikel mhux mibjugħ jew ikel mhux ‘tajjeb’ biżżejjed fid‑dehra biex jinbiegħ, lil dawk fil‑bżonn. Issa kien imiss lill‑Italja li tgħaddi liġi biex ikel mhux mibjugħ, minflok jintrema jingħata lill‑għaqdiet

tal‑karità. Kumpaniji qed ikunu mħeġġa jagħtu dan l‑ikel filwaqt li qed jingħataw tagħrif essenzjali biex l‑użanza

li l‑ikel żejjed jintrema, tispiċċa darba għal dejjem. Iżda l‑approwċ tal‑Italja huwa differenti. Fejn pajjiżi oħra qed jiġu penalizzati jekk jarmu l‑ikel, it‑Taljani qed jagħtu lill‑kumpaniji li jieħdu sehem f ’din l‑inizjattiva tnaqqis fit‑taxxa skont kemm jiġi rrekordjat li taw ikel.  27


Settembru 2019

K

if għedna fl‑ewwel parti ta’ din is‑sensiela qasira, mal‑medda taż‑żmien numru kbir ta’ nies, irġiel u nisa, bdew jinġibdu dejjem aktar lejn il‑ħajja ta’ eremitaġġ fid‑deżert fuq l‑eżempju tal‑eremita Antonius il‑Kbir (San Anton Abbati), magħruf bħala fundatur u missier il‑Monastiċiżmu tad‑deżert. Maż‑żmien, il‑padri Kristjani tad‑deżert kienu taw bidu għal tliet forom ewlenin ta’ Monastiċiżmu. Waħda kienet dik ta’ ħajja awsterika ta’ eremita kif kienet mgħajxa minn San Anton u s‑segwaċi tiegħu fl‑Eġittu t’Isfel; l‑oħra dik ta’ ħajja ċenobitika kif kienet iffurmata mill‑Monaku Pachomius (292‑348AD) u mgħajxa mill‑komunitajiet ta’ Monaċi rġiel u nisa fl‑Eġittu ta’ Fuq; u t‑tielet għamla kienet dik ta’ ħajja semieremitika li dehret l‑aktar fin‑Nitria, il‑Kellia u Scetis fil‑Punent tax‑xmara Nil, li kienet mibdija minn Amun l‑Eremita (294‑357AD). Filwaqt li fl‑ewwel parti tajna xi tagħrif dwar l‑ewwel forma ta’ Monastiċiżmu ta’ San Anton Abbati hawnhekk xieraq li ngħidu xi ħaġa dwar il‑ħajja ċenobitika ta’ 28

IL‑PADRI KRISTJANI TAD‑DEŻERT – EMMANUEL CUTAJAR

It‑Tieni Parti Pachomius u dwar il‑ħajja semieremitika ta’ Amon. Il‑Monastiċiżmu Ċenobitiku Filwaqt li fil‑bidu San Anton Abbati u oħrajn għexu bħala eremiti, u xi kultant kienu jiffurmaw gruppi żgħar ta’ tnejn jew tlieta, maż‑żmien dawn il‑gruppi bdew jiżviluppaw f ’komunitajiet akbar, iżda mingħajr ebda struttura u regoli. Kienet drawwa li dawn l‑axxetiċi jiltaqgħu bħal f’speċi ta’ assoċjazzjonijiet bil‑għan li jgħinu lil xulxin fil‑mixja spiritwali u axxetika tagħhom. Iżda l‑Monastiċiżmu proprju ġie mwaqqaf mhux qabel ir‑Raba’ Seklu fl‑Eġittu. Kien Pachomius li wara li ra l‑ħtieġa li dawn il‑komunitajiet ikollhom struttura aktar formali, waqqaf monasteru b’regoli u direzzjonijiet stabbiliti. Dawn kienu jinkludu dixxiplina Monastika, ubbidjenza, xogħol manwali, silenzju, qari tal‑Iskrittura, sawm u penitenza, u perijodi twal

San Anton Abbati.

ta’ talb u kontemplazzjoni komunitarja. Xi storiċi jsostnu li dawn ir‑regoli ta’ dixxiplina stretta kienu ġew imnebbħa lil Pachomius mill‑esperjenzi li kien kiseb meta żmien qabel kien suldat Ruman, kontra r‑rieda tiegħu. Dan l‑ewwel monasteru organizzat bis‑sħiħ kien jinkludi Monaċi rġiel u nisa, li jgħixu separati, sa tlieta f ’kamra. Huma kienu jaqilgħu l‑għajxien tagħhom billi jaħdmu basktijiet u jinsġu twapet u drappijiet. Kull


Settembru 2019

Monaku ġdid jew Monaka ġdida kien ikollhom perijodu ta’ tliet snin ta’ prova fil‑monasteru. Kull propjetà tagħhom kienet tinżamm fil‑komun, kienu jieklu flimkien u fis‑skiet, kienu jsumu darbtejn fil‑ġimgħa u kienu jilbsu lbies fqir li kien ikun bil‑barnuża. Matul il‑jum kienu jiltaqgħu diversi drabi biex jitolbu flimkien u jaqraw qari spiritwali, u kull persuna kienet mistennija li tqatta’ ħin waħedha biex taqra u timmedita l‑Iskrittura Mqaddsa. Kienu wkoll inħolqu programmi ta’ tagħlim għal dawk li daħlu fil‑monasteru mingħajr ma kienu jafu jaqraw. Pachomius kien waqqaf u fformalizza wkoll il‑ħatra ta’ abba (missier) u amma (omm) li kienu nkarigati bil‑benesseri spiritwali tal‑patrijiet u s-sorijiet taħt il‑ħarsien u r-responsabbiltà tagħhom, bl‑implikazzjoni li dawk kollha li jissieħbu fil‑monasteru kienu qed jingħaqdu ma’ familja ġdida. Il‑membri kienu jiffurmaw ukoll gruppi żgħar, b’xogħlijiet differenti fil‑komunità u bid‑dmir u r‑responsabbiltà li jieħdu ħsieb xulxin spirtwalment kif ukoll materjalment. Din ix‑xejra ġdida ta’ Monastiċiżmu tant ġibdet nies lejha li għexieren ta’ eluf ta’ patrijiet u sorijiet

kienu ngħaqdu f ’dawn il‑komunitajiet fi żmien ta’ deċennji biss, anki wara l‑mewt ta’ Pachomius. Il‑Monastiċiżmu nfirex b’mod mgħaġġel fl‑Eġittu u Din l-ikona turi l-mument li l-Anġlu f ’postijiet tal-Mulej ta l-libsa, l-iskema u r-regoli oħra fil‑Lvant. tal-Ħajja Monastika lil San Pachomius. Kien ġie organizzat aktar minn Basilju l‑Kbir ħajja organizzata flimkien (c.330‑c.379) li fformalizza ma’ negozjanti, bankiera r‑regola li għandha l‑bażi u anki xi turisti li kienu tal‑Monastiċiżmu Ortodoss jiġu mill‑belt ta’ Lixandra. sal‑ġurnata tal‑lum. Aktar Għaldaqstant, kienet tard, Ġwanni Cassian ħajja mhux għalkollox (c.360–c.435), li diġà kellu eremitika. Il‑Monaċi esperjenza tal‑Monastiċiżmu kienu jiffukaw l‑aktar fuq Eġizzjan, wassal din il‑forma is‑servizzi reliġjużi ta’ dawn. ta’ ħajja spiritwali fil‑Punent, Madanakollu, aktar tard xi fejn waqqaf żewġ monasteri Monaċi fittxew aktar żoni fi Franza t’Isfel. Ir‑regola remoti ’l bogħod mit‑turisti tiegħu tifforma l‑bażi u n‑negozjanti, u fis‑sena tal‑monasteru li waqqaf San 388AD waqqfu monasteru Benedittu fis‑seklu ta’ wara. f’Kellia 12‑il mil ’il bogħod. B’dan il‑mod il‑popolazzjoni Il‑Ħajja semieremitika Monastika fin‑Nitria naqset Fis‑sena 330AD, twaqqaf sew matul il‑ħames u s‑sitt monasteru fil‑qalba seklu, u sa nofs is‑seklu tad‑deżert Nitrjan fl‑Eġittu sebgħa sit Monastiku kien minn Amun. Numru kbir ġie abbandunat għalkollox. ta’ Monaċi nġabru f’dan Illum għad fadal biss xi il‑monasteru matul il‑bqija fdalijiet minn dan is‑sit, tar‑raba’ seklu. Fil‑fatt, qrib ir‑raħal modern ta’ Al sas‑sena 390AD għadd ta’ Bamuji.  Monaċi solitarji ngħaqdu f’komunità biex jgħixu (ikompli fil‑ħarġa li jmiss) 29


Settembru 2019

GĦARFIEN FUQ IL‑MIDJA SOĊJALI – DUN VICTOR AGIUS

Insaħħu l‑potenzjal edukattiv tal‑internet

G

ħalkemm l‑internet mhuwiex xi fenomenu ġdid, għadna m’aħniex armati biżżejjed biex nittrattaw miegħu. Għal dawn l‑aħħar snin, il‑ħbiberiji tagħna, ir‑rabtiet familjari u r‑relazzjonijiet fuq bażi professjonali jew emozzjonali ma kinux biss fl‑ambjenti fejn aħna soltu ngħixu, imma seħħew ukoll fuq l‑internet. Kulħadd jaf kemm permezz tal‑midja soċjali, taċ‑chats u ta’ komunitajiet oħra online, aħna nistgħu noħolqu relazzjonijiet ma’ kulħadd, kemm ma’ nies li nafu kif ukoll ma’ nies li ma nafux. U dan li qed ngħid mhux xi ħaġa żgħira, għaliex 30

għalkemm aħna kapaċi mmorru fuq l‑internet, għadna ma tgħallimniex kif ngħumu f’dan il‑baħar ġdid b’mod sigur. Kultant aħna lanqas biss nafu x’inhuma r‑regoli li għandna nħarsu biex aħna nibqgħu ngħumu ‘fil‑wiċċ’, u kif naħarbu nases moħbija li jkun hemm fuq l‑internet, u hekk inkunu nistgħu ngawdu mill‑opportunitajiet li joffri. Dan japplika għall‑adulti, imma japplika fuq kollox għaż‑żgħażagħ u t‑tfal li mhumiex konxji biżżejjed tal‑konsegwenzi ta’ għemilhom. Iż‑żgħażagħ ibatu ħafna minħabba l‑emozzjonijiet tagħhom

waqt li jkunu qed jiżviluppaw il‑personalitajiet tagħhom u jkollhom bżonn direzzjoni u gwida siguri ‑ speċjalment biex jevitaw ir‑riskju konkret ta’ abbuż u ibbuljar fuq l‑internet. Trid teduka liż‑żgħażagħ tal‑lum f ’dik li hi maturità emozzjonali. Din tinkludi wkoll li jitgħallmu jesploraw id‑dinja tar‑relazzjonijiet fuq l‑internet u li mhumiex biss virtwali imma wkoll reali; għalkemm limitati fil‑ħin u fl‑ispazju. Bla dubju, l‑internet biddel in‑natura tar‑relazzjonijiet soċjali. Aħna tlabna l‑għajnuna ta’ Daniela Baudino dwar dan is‑suġġett, esperta tal‑edukazzjoni diġitali u


Settembru 2019

għalliema fil‑proġett Up2Me, li huwa maħsub bħala għajnuna għall‑edukazzjoni emozzjonali fir‑relazzjonijiet għat‑tfal, imnedija mill‑Moviment tal‑Fokolari f ’diversi kontinenti. L‑iktar ħaġa ovvja hi li minħabba r‑realtà tal‑internet, ilkoll kemm aħna sirna ‘ġirien’, u għalhekk huwa aktar faċli li nidħlu f ’relazzjoni, anke ta’ darba, ma’ nies li fid‑dinja reali aħna qatt ma stajna nidħlu f ’relazzjoni magħhom. Madankollu dan ifisser li r‑relazzjonijiet ħafna drabi jirriskjaw li jkunu ta’ malajr u li jispiċċaw malajr ukoll, u għalhekk huma relazzjonijiet aktar frammentati. Hemm ir‑riskju li dan iwassal għal superfiċjalità u li din l‑attitudni mbagħad tinfirex għar‑relazzjonijiet fil‑ħajja reali. X’inhuma wħud mill‑illużjonijiet li jagħtina l‑internet? L‑ewwel nett, hemm l‑idea li aħna niswew skont kemm għandna kwantità ta’ ħbieb (friends), jew ‘likes’. Imbagħad hemm min jaħseb li biex iżżomm relazzjoni m’għandekx għalfejn tagħmel sforzi kbar, m’hemmx għalfejn tinvolvi ruħek. U hemm ukoll min jemmen li jista’ jsir jaf verament persuna

oħra sempliċiment permezz tal‑kuntatt fuq netwerk soċjali. Kif nistgħu nġibu ruħna f’relazzjonijiet online b’mod aktar konxju, informat u pożittiv? Irridu nkunu konxji ta’ dak li tinvolvi kull ħaġa li nagħmlu fuq l‑internet. Pereżempju, fejn tidħol il‑privatezza tagħna, il‑fama tagħna u r‑relazzjonijiet tagħna. Irridu nifhmu li l‑ambjent diġitali huwa biss mod wieħed kif inżommu r‑relazzjonijiet. Jista’ jtejjeb ir‑relazzjonijiet l‑oħra li jkollna, imma mhux jieħu posthom. B’mod partikolari l‑adoloxxenti huma esposti għall‑perikli tal‑internet. Jistgħu jsiru vittmi ta’ dak li jsejħulu cyber bullying, revenge porn, tħajjir sesswali mill‑adulti. Liema tip ta’ edukazzjoni tal‑midja tgħin liż‑żgħażagħ f’dawn is‑sitwazzjonijiet? Nemmen li għandna bżonn

nipproponu mill‑ġdid il‑mudelli li diġà nafu fil‑ħajja reali. Irridu ngħinu liż‑żgħażagħ biex jifhmu li mhux kull persuna li niltaqgħu magħha tridilna l‑ġid, li hemm perikli reali onlajn u li dak kollu li nagħmlu fl‑ambjent diġitali jibqa’ hemm għal dejjem ‑ ma jitħassarx. Irridu ngħallmuhom jaħsbu sewwa qabel ma jagħfsu buttuna u jikklikkjaw. Sexting hija prattika komuni fost iż‑żgħażagħ fejn jieħdu vidjows u ritratti erotiċi u jibagħtuhom lill‑ħbieb. Din il‑logħba issir perikoluża jekk dawk li jirċevuhom, forsi biex jagħmlu vendetta jew għall‑gost, itellgħu dawn ir‑ritratti jew vidjows fuq siti soċjali pubbliċi. Dan ipoġġi f’riskju lil min bagħtilhom ir‑ritratt jew vidjow: dan jgħidulu revenge porn. Ladarba l‑materjal jispiċċa online, dawn l‑istampi/ vidjows jistgħu jġibu 31


Settembru 2019

liż‑żgħażagħ f’riskju, għax il‑materjal jista’ jispiċċa f’idejn nies adulti kriminali. Iżda għaliex it‑tfal u ż‑żgħażagħ jinjoraw dawn il‑perikli? Kif nistgħu nedukawhom biex ikollhom vera rispett lejhom infushom? Dawn il‑perikli huma injorati għaliex iż‑żgħażagħ m’għandhom l‑ebda idea tar‑riskji li qed jieħdu. Ma jafux li l‑azzjonijiet tagħhom fuq l‑internet jista’ jkollhom konsegwenzi reali koroh. Għandna bżonn ngħinuhom jifhmu li l‑ħbiberiji fuq l‑internet jaffettwaw

il‑ħajja kollha tagħhom, u għalhekk il‑konsegwenzi tal‑azzjonijiet li qed jagħmlu huma reali ħafna u ma tistax tħassarhom. Għandna ħafna xogħol x’nagħmlu biex nikkonvinċu liż‑żgħażagħ bl‑importanza ta’ dak kollu li jagħmlu fuq l‑internet. Inti involuta f’attivitajiet edukattivi tal‑midja, inkluż il‑proġett Up2Me promoss mill‑Moviment tal‑Fokolari. Fl‑esperjenza tiegħek, il‑ħin li nagħmlu fuq l‑internet huwa ħin potenzjalment edukattiv jew huwa nassa? Nemmen li l‑internet huwa art

fertili għall‑edukazzjoni għax huwa l‑post fejn jiltaqgħu nies differenti b’ideat differenti, u dan jagħtina l‑opportunità li nikbru fl‑umanità tagħna stess. B’hekk nistgħu niżviluppaw fina l‑kapaċità li nħarsu b’mod kritiku lejn l‑affarijiet, u l‑kapaċità li jien nisfida l‑ideat tiegħi. Jista’ jgħin ukoll biex wieħed jitgħallem jagħżel il‑kliem it‑tajjeb sabiex ma jweġġax is‑sentimenti ta’ ħaddieħor. Dawn huma affarijiet li ħafna drabi l‑adulti ma jafux jagħmluhom, għalhekk huwa tajjeb li ż‑żgħażagħ jistgħu jsiru esperti f’dan. Claudia Di Lorenzi 

AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.

RIEDA LI TAGĦTI Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet

Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha. Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek. Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra. 32

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt


Settembru 2019

Il-Kumpanija Teatrali Dun Mikiel Xerri tippreżenta

DRAMM TA’ NINU BORG

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

a in

VO/1178

md t m a Mgħ ibgħu um

RAPPREŻENTAZZJONI GĦALL-ISKEJJEL IL-ĠIMGĦA 25 T’OTTUBRU FL-10.00am

Sibna fuq

Biljetti għall-istudenti: Donazzjoni ta’ €2

RAPPREŻENTAZZJONI GĦALL-PUBLIKU ĠENERALI - IS-SIBT 26 T’OTTUBRU FIS-7.00pm Biljetti: Kbar Donazzjoni ta’ €8 / Tfal: Donazzjoni ta’ €5  Ċemplu fuq: 2033 0015/ 2123 6962 Post: Fis‑Sala tal‑Iskola Giovanni Curmi Higher Secondary Triq Ġdida fi Triq il‑Kbira, in‑Naxxar NXR 1971 33


Settembru 2019

MARIANNA STATIONERY

147, Triq il‑ParroĊĊa, Mellieħa ‑ MLĦ1060 Tel: 2152 2267  Email:mariannastationery@gmail.com

PRINTING  BINDING  LAMINATION  TOYS  HABERDASHERY  HOUSEHOLD GOODS

DMD Auto Parts IMPORTERS AND DISTRIBUTORS OF ORIGINAL MECHANICAL AND BODY PARTS FOR KIA ‑ HYUNDAI ‑ CHEVROLET MODELS Tel: (+356) 27495752 Fax: (+356) 27495752 Mob: (+356) 99495752 Email: dmdautoparts@onvol.net Website: www.dmdautoparts.com

Opening Hours: Monday ‑ Saturday: 6.00am to 12.30pm ‑ 4.00pm to 7.30pm Sundays and Public Holidays: 6.00am to 12.30pm

Services Ltd. COMPUTERISED 4 WHEEL ALIGNMENT

Christian Meli Mobile: + 356 7966 0487 35, Valletta Road, Qormi, QRM 3616 Tel: + 356 2149 7051 E‑mail: vrt@melivrt.com Web‑site: www.melivrt.com

34

Lifestyle Ltd. 64,Triq Joseph Sciberras, Ħamrun, ĦMR1553 +356 2133 7343 info@haircaremalta.com www.haircaremalta.com


Settembru 2019

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

Int tista’ tista’ tagħti tagħti daqqa Int daqqa t’id. Missio t’id. Missio għandu għandu bżonn il‑voluntiera. bżonn il‑voluntiera. Jekk Jekk int interessat, int interessat, ċempel ċempel

21236962

JIEN. INT. AĦNA. FLIMKIEN.

Programm dwar il-missjoni bi produzzjoni ta’ Missio Malta.

Minn Ottubru fuq Radju Marija. Frekwenza: Malta 102.3FM / Għawdex 107.8FM. Kull nhar ta’ Ħamis fil-11am b'ripetizzjoni kull nhar ta' Sibt fin-12:30am u kull nhar ta' Tnejn fis-1:30pm.

Jien. Int. Aħna. Flimkien. VO/1178

‑

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:

Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena

Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt

35


RIĊETTA TRADIZZJONALI

Settembru 2019

LANĠAS IL‑FORN MIĊ‑ĊINA

Metodu:

• Saħħan il‑forn fuq temperatura ta’ 350 grad • Qaxxar il‑lanġas, neħħilu ż‑żerriegħa u

aqsmu f ’erbgħa

• Poġġi l‑lanġas f ’dixx tal‑forn • Xarrab il‑lanġas bil‑meraq tar‑rummien/

X’għandek bżonn (għal 4 persuni): • 4 lanġasiet misjurin, imma weqfin • Kikkra u nofs meraq tar‑rummien jew

inbid aħmar

• 4 mgħaref mirtilli (cranberries) nixfin • 8 ġewżiet imqattgħin • Jowgart jew ġelat tal‑vanilja

inbid aħmar

Ferrex fuq kollox il‑mirtilli u l‑ġewż • Aħmi fil‑forn għal madwar 20 minuta,

sakemm il‑lanġas jirtab

• Servi flimkien ma’ jowgart jew ġelat

tal‑vanilja

好胃口 (L‑Ikla t‑Tajba)

Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil:

Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171

Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)


Settembru 2019

37


KOMPETIZZJONI ‑ SETTEMBRU 2019

Settembru 2019

TISLIBA BIN‑NUMRI

Sib in‑numri kollha t’hawn taħt fil‑kaxxa l‑kbira. In‑numri jistgħu jkun orizzontali mix‑xellug għal‑lemin jew vertikali ’l isfel. Ibgħat il‑kaxxa kompluta flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.114, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta. 7

6

4

5

0

0

1

8

8

2

4

8

6

4

5

6

2

1

5

8

0

5

8

3

4

4

7

4

6

6

2

5

6

7

3

2

3

3

1

8

2

1

5

1

5

6

6

8

7

6

3

4

0

2

2

3

4

3

1

1

2

2

8

1

1

6

8

1

0

3

1

9

7

1

5

2

2

1

3

5

3

0

7

1

8

0

3

6

0

7

431

2811

7180

506

3213

8645

3

1

1

0

2

3

5

0

6

0

642

3712

9715

102

1515

4022

286

1273

5617

357

2213

6450

Isem u Kunjom: _________________________________________________________________________________________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: _____________________________________

Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Lulju 2019: Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Rosaria Cassar minn Ħaż‑Żabbar. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.

T

“Illaħwa x’kumbinazzjoni!” qalilha dak. “Jiena naħdem ma’ kumpanija tat‑Twin Pack Toilet Paper.” Wara ftit reġgħet ħarġet in‑ners u għajtet: “ Sur Sammut, nifraħlek għax għandek triplets.” 38

3 4 9 2 6 3 8 9 1 6 9 1 2 7 3

3 4 7 9 5 1 3 6 2 0 4 9 5 5 3 1 9 6 4 7 3 2 3 4 1 0

1 0 7 2 6 0 7 5 5 4 2 7 6 8 8 4 2 1 9 5 3 8 3 4 9 7 5 6

2 8 1 8 6 4 8 3 0 7 2 9 8 7 3 5

Nitbissmu ftit:

lett irġiel kienu barra mis‑sala tal‑ħlas fl‑isptar jistennew lill‑mara tixtri tarbija. Wara ftit ħarġet ners mis‑sala u għajtet: “Sur Borg, nifraħlek għandek twins.”

“Tassew? X’kumbinazzjoni! Jiena

4 2 5 9 1 6 9 0 4 3 7 6 3 4 0 2 9 8 8 1 5 2 3 6 2 4 5 7 9 2 0 5 4 2 7 4 3 2

naħdem ma’ fabbrika li tagħmel it‑Triply,” qalilha l‑missier. Ir‑raġel l‑ieħor li kien għadu jistenna, beda jippassiġġa minn rokna għall‑oħra tal‑kamra, igiddem dufrejh, kollu nervi. Ftit wara ħarġet in‑ners u ratu anzjuż u staqsietu: “Xi ġralek, sinjur, kemm tidher anzjuż?” “Għax sinjorina, jiena naħdem ma’ tas‑7 Up!”


Settembru 2019

Eżempji sbieħ • Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • Franco Micallef mill‑Mosta • Silvana Vella mill‑Gudja • Ana Sultana f ’isem l‑Azzjoni Kattolika tan‑Nisa ta’ Ħal Lija

Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb • 01 ta’ Awwissu 2019 Helen Micallef minn Ħaż‑Żabbar

Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki. Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni. L‑għajnuna tagħkom hija siewja ħafna.

• 08 ta’ Awwissu 2019 Charlie Turner mill‑Marsa Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.

Avviż:

Kull tielet Ħadd tax‑xahar fil‑11am qed issir quddiesa bl‑Ispanjol għal dawk li jitkellmu b’din il‑lingwa u huma residenti Malta, fil‑Kappella tal‑Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, ir‑Rabat fi Triq Emmanuele Vitale, minn Patri Vincente Magro MSSP. Mob. 9957 4264 Kull nhar ta’ Ħadd fit‑8pm qed issir quddiesa bl‑Urdu fil‑Kappella ta’ ħdejn il‑grawnd ta’ San Ġużepp f ’Santa Venera għall‑Pakistani li huma residenti Malta, minn Patri Bernard Mangion MSSP. Mob. 7742 6927 ‑ Parking fl‑istess grawnd.

S e g w i l‑ e sp er jen z i u l‑avventuri ta’ ħutna l‑Maltin u l‑Għawdxin f l‑artijiet tal‑missjoni, esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall‑kuraġġ ta’ dawn l‑eroj tas‑skiet! Kun af bil‑proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għal miljuni ta’ nies fil‑bżonn imxerrda fl‑erba’ naħat tad‑dinja. Issir taf dan kollu u ħafna aktar fil‑programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid‑9:00pm fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Sibt fil‑5:00pm, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut.

Għandna bżonn fajjenża, oġġetti tal‑ħġieġ u kull tip ta’ tiżjin tad‑dar, f’kundizzjoni tajba, biex jinbiegħu fil‑bażar ta’ Missio Malta. F’każ ta’ ammont kbir niġu aħna stess niġbruhom minn djarkom. Għal aktar tagħrif ċemplu lil Natasha fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. Kull għotja hija apprezzata. Grazzi ħafna mill‑qalb. 39


Settembru 2019

#Il‑Missjoni Tiegħi Hi ...

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

a in

VO/1178

md t m Mgħaibgħu um

P

apa Franġisku għażel ix‑xahar ta’ Ottubru 2019 biex jiċċelebra x‑‘Xahar Missjunarju Straordinarju’ sabiex ifakkar il‑100 sena anniversarju tal‑missjunarji.

F’dinja fejn:

• il‑faqar għadu kwistjoni dinjija, • 67 miljun tifel u tifla m’għandhomx edukazzjoni,

#Flimkien aħna wkoll missjoni Ingħaqad magħna f’katina dinjija ta’ messaġġi missjunarji u kliem ta’ intenzzjonijiet tajbin u ħu azzjoni. Kif? #Il-missjoni tiegħi hi ...

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

#MyMission is... Me. You. Us. Together.

d a in

• hawn differenzi razzjali, politiċi u ekonomiċi, m am ut Mgħ ibgħ um

• il‑bidla fil‑klima qed twassal għal degradazzjoni ambjentali u • hawn l‑individwaliżmu u l‑materjaliżmu

...tiegħek x’inhi?

...what’s yours?

#Il‑Missjoni Tiegħi

• Niżżel il‑mudell minn www.missio.org.mt/emm jew agħmlu inti stess fuq karta.

• ... iġiegħluna nemmnu li m’għandna xejn komuni bejnietna. Imma aħna naqsmu bejnietna l‑umanità u darna – ID‑DINJA!

• Ħu ritratt jew vidjow.

#Tama

• Innomina 3 persuni biex jagħmlu l‑istess.

Flimkien nistgħu ningħaqdu u kull wieħed u waħda minna jista’ jxandar kliem u azzjonijiet ta’ mħabba, tama u unità, u nkunu ta’ spalla għal xulxin. 40

• Tellgħu fuq Facebook.

• Poġġi l‑intenzjoni missjunarja tiegħek fl‑azzjoni.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Malta Missjunarja Settembru 2019 by Missio Malta - Issuu