NEWSPAPER POST SETTEMBRU 2018 SENA 87
Ġurnata Missjunarja 21 ta’ Ottubru 2018
02 Il‑Qanpiena Tal‑Paċi 08 Tfal Mibdula Ma’ Oġġetti 13 Skjavi F’Fabbriki Tat‑Twapet 24 Tewmin Maqfulin F’Gaġġa
għal donazzjoni www.missio.org.mt
|
2123 6962
|
7 Triq il‑Merkanti, Valletta
|
7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex
EDITORJAL ‑ CLAUDIA CINI
Settembru 2018
Il‑qanpiena tal‑paċi
PUBBLIKAZZJONI
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju (V0/1178)], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 4.00pm Is‑Sibt 9.00am ‑ 12.00pm Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri: Membri: Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna Kav. Emmanuel Cutajar KCHS Websajt u Facebook: Matthew Catania
missiomalta
Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Stampar: EuroPrint Limited ‑ San Ġwann Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Novembru 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mill‑Assistent Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 10 San Pietru Appostlu 13 Santa Infanzja 16 Rispett Lejn Reliġjonijiet Oħra 22 Qaddis tax‑Xahar 24 Aħbarijiet mid‑Dinja Kollha 30 Kultura Maltija 34 Ta’ Min Jaħseb Fuqha 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin u Eżempji Sbieħ Ritratt tal‑faċċata: Ħamiema bajda; simbolu tal‑paċi, ħelsien u spiritwalità. 2
T
a’ kull sena, nhar il‑21 ta’ Settembru, il‑Qanpiena tal‑Paċi tan‑Nazzjonjiet Uniti tindaqq fil‑bażi li għandhom fil‑belt ta’ New York biex tfakkar il‑Jum Internazzjonali tal‑Paċi. Din il‑qanpiena hija magħmula minn muniti li ngħataw b’donazzjoni minn tfal mill‑kontinenti kollha minbarra dak Afrikan. B’kollox it‑tfal delegati kienu ġejjn minn 60 nazzjon differenti u taw dawn il‑flus waqt it‑13‑il Konferenza Ġenerali tal‑Assoċjazzjonijiet tan‑Nazzjonijiet Uniti li kienet saret f’Pariġi fi Franza fis‑sena 1951. Il‑qanpiena kienet rigal mingħand l‑Assoċjazzjoni tan‑Nazzjonijiet Uniti tal‑Ġappun bħala tfakkira tal‑konsegwenzi li l‑gwerra ġġib fuq il‑bniedem. Mal‑ġnubijiet tal‑Qanpiena tal‑Paċi hemm imnaqqxa bil‑lingwa Ġappuniża l‑kliem: Jalla tirrenja paċi dinjija assoluta. Il‑Qanpiena tal‑Paċi bdiet tiġi maħduma nhar l‑24 ta’ Novembru 1952 fil‑fabbrika Tada minn Chiyoji Nakagawa, u ngħatat lin‑Nazzjonijiet Uniti nhar it‑8 ta’ Ġunju 1954, fi żmien meta l‑Ġappun kien għadu ma jiffurmax parti minn din l‑għaqda.
Settembru 2018
Il‑qanpiena tiżen 116‑il kilo, għolja metru u għandha dijametru ta’ 60 ċentimetru. Fl‑1977 martell tal‑injam kien ippreżentat lin‑Nazzjonijiet Uniti, filwaqt li l‑ħabel, imbierek mill‑qassisin Shinto, ngħata fis‑sena 1990. Il‑qanpiena tinsab taħt struttura li tixbah niċċa tradizzjonali ta’ Shinto magħmula minn injam taċ‑ċipress Ġappuniż, filwaqt li l‑bażi tal‑ġebel kienet irregalata minn Iżrael. Minbarra fil‑Jum Internazzjonali tal‑Paċi, il‑qanpiena tindaqq ukoll fl‑ewwel jum tar‑rebbiegħa bħala parti miċ‑ċelebrazzjonijiet ta’ Jum id‑Dinja. Nhar l‑4 ta’ Ottubru 1966, festa ta’ San Franġisk, il‑qanpiena
ndaqqet biex timmarka l‑ewwel anniversarju minn meta Papa Pawlu VI żar uffiċjalment il‑bażi tan‑Nazzjonijiet Uniti. Kultant, il‑Qanpiena tal‑Paċi tindaqq ukoll f ’xi okkażjonijiet speċjali. Il‑Jum Internazzjonali tal‑Paċi, li m’għandux jiġi mħawwad ma’ Jum il‑Paċi li jiġi ċċelebrat fl‑ewwel jum tas‑sena, huwa jum osservat mill‑istati kollha membri tan‑Nazzjonijiet Uniti, minn gruppi politiċi, minn gruppi militari u minn ħafna nies oħra. Dan il‑jum huwa ddedikat għall‑paċi fid‑dinja u speċifikament biex jonqsu l‑gwerer u l‑vjolenza. L‑ewwel darba li ġie mfakkar dan il‑jum kien fis‑sena 1982
Ġurnata Missjunarja 21 ta’ Ottubru 2018
u t‑tema magħżula kienet Id‑Dritt għall‑Paċi tal‑Popli. Skont statistika li saret, fl‑2017, madwar id‑dinja kollha saru madwar 562 ċelebrazzjoni fl‑okkażjoni tal‑Jum Internazzjonali tal‑Paċi f’127 pajjiż differenti. 128 avveniment minnhom seħħew fil‑Kanada u fl‑Istati Uniti, 104 ċelebrazzjonijiet saru f’pajjiżi li jiffurmaw parti mill‑Unjoni Sovjetika, 96 avveniment seħħew f’27 pajjiż Ewropew, 81 ċelebrazzjoni saru f’29 pajjiż Afrikan, 67 avveniment seħħew f’20 pajjiż Asjatiku, 16‑il ċelebrazzjoni saru f’pajjiżi tal‑Amerika Latina u tal‑Karibew, u 28 avveniment ieħor seħħew f’21 pajjiż Għarbi u tal‑Lvant Nofsani.
3
Settembru 2018
MESSAĠĠ MILL‑ASSISTENT DIRETTUR – DUN VICTOR AGIUS
Merħba lill‑Assistent Direttur il‑Ġdid ta’ Missio …“għax fejn hemm tnejn jew tlieta miġburin f’ismi hemm jien f’nofshom.” Mt.18:20
T
welidt wara li spiċċat it‑Tieni Gwerra Dinija u għalhekk it‑tfulija tiegħi għextha fi żmien ta’ paċi; żmien fejn ilkoll konna ngħixu ħajja sempliċi u fqira bla ma konna nindunaw. Konna ħafna tfal u allura kellna ħafna ħbieb u konna nħobbu l‑ħajja, waqt li konna bdejna naraw dinja ġdida titwieled. Il‑ġenituri tagħna, marbuta mal‑passat tagħhom, kienu jinkwetaw għalina li ser inkunu parti
4
minn dinja ta’ ġenn u storbju ta’ mużika li ma setgħux jifhmu. L‑infanzja tiegħi għextha l‑Birgu; kont abbati fil‑knisja ta’ San Lawrenz u missieri kien ‘shipwright’, ħaddiem it‑tarzna u hekk kienu wkoll ħut missieri u ħut ommi. Minn missieri, li kont inħobb ħafna, tgħallimt inħobb l‑għaqda tal‑familja, il‑ħajja Nisranija, il‑Knisja u x‑xogħol manwali. Meta kelli 9 snin ġarrejna u morna noqogħdu Raħal Ġdid. Konna noqogħdu fl‑istess triq fejn kienu joqogħdu l‑kugini tiegħi u li minħabba fihom dħalt il‑mużew fejn apparti
l‑ħbiberija sabiħa ma’ ħafna minn sħabi, ħadt stil ta’ ħajja Nisranija li fetħitli aktar qalbi lejn dak kollu li kien tajjeb u sabiħ. Kemm kont nieħu gost immur il‑knisja ta’ Kristu Re u nara fis‑saċerdoti tal‑parroċċa mudell ta’ ħajja sabiħa li jiena wkoll xtaqt ngħix! Grazzi Dun Vinċenz... Grazzi Dun Mario... Erbat ijiem qabel ma għalaqt is‑17‑il sena miet missieri u f ’daqqa waħda minn tifel sirt raġel. Kont l‑iżgħar fost 4 wlied u l‑uniku tifel. Għaddietli minn rasi li ’l quddiem nifforma
Settembru 2018
B’SMS ta’ tkun qed B’SMS ta’ €6.99 €6.99 tkun qed tixtri għal tifeltifel jewjew tifla tixtril‑kotba l‑kotba għal għal sena skolastika. tifla għal sena skolastika.
21 ta’ Ottubru 2018
sms fuq 50617374 – €2.33 | sms fuq 50618820 – €6.99
Mhux il‑waqt li ngħid x’kienu t‑tletin sena li segwew, għaliex hemm wisq x’ngħid. Li ngħid biss hu li Alla hu wisq ġeneruż magħna. Tagħtih ħaġa żgħira b’qalbek kollha u jimliek b’mitt elf aktar bi providenza li ma tieqaf qatt. Il‑ħajja tal‑missjunarju mhi xejn aktar milli toħloq kull fejn tinsab għaqda ta’ mħabba bejn tnejn jew tlieta, u hemm tikber il‑Knisja. Tnejn jew tlieta jistgħu jkunu kollox, Maltin, Asjatiċi, somor jew bojod, Amerikani jew Afrikani, sinjuri jew foqra, qaddisin jew midinbin... kulħadd hu kandidat għal din ix‑xewqa ta’ Ġesù.
Ġurnata Missjunarja
B’SMS ta’ €2.33 tkun qedqed titma’ B’SMS ta’ €2.33 tkun 7 t’itfal għalgħal ġurnata. titma’ 7t itfal ġurnata.
Qaddist u bdejt naħdem ġo parroċċa. Ngħidha kif inhi, kien żmien diffiċli ħafna għalija u kważi bdejt niddubita mill‑vokazzjoni tiegħi. Sħabi s‑saċerdoti li magħhom bqajt nikkomunika regolarment fakkruni li Ġesù kien qassis l‑aktar minn fuq is‑Salib u kien hemm li għex il‑massimu tas‑saċerdozju tiegħu. Kien il‑mument li kelli nerġa’ nagħmel
l‑għażla tiegħi u ngħid iva, u noqgħod fejn Alla riedni. Ftit ġranet wara, bla ma kont qed nistennieha, l‑isqof tani permess biex immur għal kors ta’ spiritwalità għal sitt xhur f ’Frascati fl‑inħawi ta’ Ruma. Kien il‑qamar il‑għasel tiegħi bħala saċerdot, mument ta’ dawl kbir fejn ħassejt lil Alla qrib ħafna fil‑preżenza ta’ sħabi saċerdoti u seminaristi li kienu miegħi. Konna fuq il‑mija minn 25 pajjiż differenti. Hemmhekk, ix‑xewqa li nservi l‑Knisja fejn hemm bżonn kibret ħafna u wara tliet snin tlaqt lejn il‑Filippini.
DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI
familja għax xtaqt inkun bħal missieri, imma dak iż‑żmien kont nistudja fl‑iskola sekondarja tas‑Seminarju u kont nattendi il‑‘vocation courses’ li b’ħafna kura kien jagħmilhomlna Dun Victor Grech. Kien hu li fetaħli qalbi għall‑possibilità li jkolli familja ferm akbar li għaliha kont nista’ nagħti ħajti bħala saċerdot. Sfidi bħal dawn kienu dejjem jogħġbuni u b’ħafna ġenerożità dħalt għaliha. Is‑sejħa għas‑saċerdozju kienet dejjem ċara li mmur fejn Alla jurini. Ippruvajt bħala seminarista mmur f ’diversi postijiet tal‑missjoni, imma dejjem inqalgħet xi ħaġa li ma ħallitnix immur, sakemm saret ċara li Alla kien qiegħed jgħidli li jekk verament irrid inservi lilu għandi nkun ukoll lest li naħdem ukoll f ’Malta.
5
Settembru 2018
UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
Intenzjoni Missjunarja: Settembru 2018 “Sabiex iż‑żgħażagħ fl‑Afrika jkollhom aċċess għal edukazzjoni u xogħol f’pajjiżhom stess.”
I
x‑xahar ta’ Settembru jfakkarna li issa kważi għaddew il‑vaganzi u resqin il‑jiem tal‑edukazzjoni fl‑iskejjel tagħna. Niftakru li San Ġorġ Preca kien jgħid li t‑tagħlim huwa l‑għajn ta’ kull ġid. Iżda dan forsi
6
għadu mhux possibbli f’xi pajjiżi, pereżempju fl‑Afrika fejn hemm nuqqas ta’ edukazzjoni u xogħol. Għalhekk, jeħtieġ li għandna nkomplu nitolbu għall‑popli tal‑Afrika, speċjalment għat‑tfal u għaż‑żgħażagħ sabiex ikollhom futur aħjar. Il‑popolazzjoni qiegħda tiżdied fl‑Afrika b’madwar 27 miljun ruħ kull sena. Dan ifisser dejjem iktar faqar u ġuħ, u nuqqas ta’ xogħol, li jwassal sabiex popli sħaħ ikollhom bla ma jridu jaħarbu mill‑kundizzjonjiet ħżiena ta’ pajjiżhom. Il‑kontinent Afrikan li dejjem kien maħkum ukoll mill‑ġlied u mill‑konflitti
fejn miljun ruħ kienu nqatlu fl‑1994 f ’Rwanda fl‑Afrika, filwaqt li 10,000 ruħ ġew maqtula fl‑Alġerija mill‑grupp Iżlamiku GIA. Kellna wkoll il‑‘Bush War’ fl‑Afrika Ċentali bejn l‑2004 u l‑2007 u dan l‑aħħar kellna vjolenza persistenti f ’Darfur mill‑2003 sal‑2010, fil‑Kongo, f ’Chad, fl‑Afrika Ċentrali, fis‑Somalja, fil‑Kenja, fin‑Niġerja, fiż‑Żimbabwe u fil‑Mali. Ta’ min isemmi wkoll il‑ġenoċidji li seħħew fil‑Kenja fl‑2007, fejn madwar 1,000 persuna kienu nqatlu. F’April tal‑2015 sfaw maqtula 150 student Nisrani f ’Garissa l‑Kenja mill‑al‑Shabab u
Settembru 2018
F’Marzu tal‑2016 gew maqtula fil‑Jemen erba’ sorijiet missjunarji tal‑Karità flimkien ma’ 12‑il persuna oħra. Huwa stmat li fis‑sena 2014, il‑Boko Haram, li bil‑lingwa ‘Hausa’ jfisser ‘il‑punent huwa dnub’, oriġinarjament kien jissejjaħ bl‑Għarbi: ‘jama‑atu Ahis Sunna Lidda‑awati Wal jihad’, qatlu 4,000 Nisrani u ferew 3,500 persuna oħra fit‑Tramuntana tan‑Niġerja fejn hemm l‑Iżlamiċi radikali.
12‑il Nisrani min‑Niġerja u mill‑Ghana ntefgħu l‑baħar u mietu fil‑Mediterran.
Nitolbu fuq kollox sabiex tittaffa dejjem il‑problema tal‑faqar fl‑Afrika, li jibqa’ l‑pjaga ewlenija tal‑Knisja fl‑Afrika fejn dan qiegħed
Ġurnata Missjunarja 21 ta’ Ottubru 2018
iwassal għal diversi mwiet bikrija. Pereżempju l‑età medja ta’ dawk li jmutu f ’Angola hija ta’ 38.8 sena, fin‑Niġerja 47.6 sena u fis‑Somalja 50.5 sena, imqabbla ma’ dawk il‑pajjiżi żviluppati li l‑età ta’ mwiet hija ‘l fuq minn 78 sena. 86 fil‑mija tal‑poplu taż‑Żambja huwa fqir segwit minn 80 fil‑mija foqra fiż‑Żimbabwe, f ’Chad u fil‑Liberja, u 70 fil‑mija foqra fil‑Kongo, f ’Sierra Leone, fin‑Niġerja, fil‑Możambik, fi Sważiland u fil‑Burundi. Nitolbu mela għal din il‑Knisja li tinsab verament fil‑bżonn.
I N I O N J S O S J I S S M ‑ I L M I ‑ L Q SQ I I R S ’ I B ’ R A Ż A Ż B A B BAŻAR ĠDID
ta' Missio fi Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 12.00pm
Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta
(Ħinijiet Ġodda) It‑Tnejn, l‑Erbgħa u l‑Ġimgħa: 9:00am‑11:00am It‑Tlieta u l‑Ħamis: 9:00am‑12:30pm
7
Settembru 2018
PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – VIKKI
Tfal mibdula ma’ oġġetti
C
ecilia Flores‑Oebanda hija l‑fundatriċi tal‑organizzazzjoni Visayan Forum. Din l‑organizzazzjoni nħolqot bil‑għan li tgħin lill‑eluf ta’ bniet li ta’ kuljum jiġu sfruttati permezz ta’ xogħol iebes fil‑Filippini. Dawn it‑tfal jiġu ttrattati ħażin u ħafna drabi jitħallew jaħdmu f ’kundizzjonijiet ta’ skjavitù. Cecilia u l‑organizzazzjoni tagħha jaħdmu wkoll kontra t‑traffikar tat‑tfal. Fil‑Filippini, it‑tfal li huma l‑aktar foqra u vulnerabbli jispiċċaw jitqiesu daqslikieku huma oġġetti u saħansitra jinbiegħu jew jiġu mibdula ma’ affarijiet materjali. Cecilia tista’ tifhem sew it‑tbatija li jgħaddu minnha dawn it‑tfal għaliex hija stess bdiet taħdem minn meta kellha biss ħames snin. Bis‑saħħa tax‑xogħol 8
tagħha li twettaq fl‑irħula rurali, Cecilia rnexxielha tgħin u ssalva eluf kbar ta’ tfal, li l‑biċċa l‑kbira minnhom huma bniet. Visayan Forum għandha bosta djar u ċentri li fihom jilqgħu lill‑bniet li jkunu sfaw vittmi tat‑traffikar jew abbuż fuq il‑post tax‑xogħol. Flimkien ma’ Visayan Forum, Cecilia rnexxielha tinfluwenza lill‑politiċi u l‑liġijiet fil‑Filippini. Bis‑saħħa ta’ Cecilia l‑liġijiet inbidlu għall‑benefiċċju
tat‑tfal u favur il‑protezzjoni tagħhom. Fl‑irħula l‑aktar foqra Visayan Forum fetħu ċentri fejn joffru edukazzjoni u sapport partikolarment lill‑ommijiet sabiex jagħrfu aħjar kif jipproteġu d‑drittijiet ta’ wliedhom. Huma jassistu wkoll lill‑eluf ta’ msieħba billi jħarrġuhom sabiex ikunu f’pożizzjoni aħjar biex jikkumbattu t‑traffikar tat‑tfal. Fosthom imħallfin, prosekuturi, pulizija, aġenziji tal‑ivvjaġġar u awtoritajiet governattivi. Visayan Forum jaħdmu wkoll id f’id mal‑ħaddiema tal‑portijiet u l‑ajruporti fejn iħarrġuhom sabiex ikunu kapaċi jidentifikaw il‑każijiet tat‑traffikar tat‑tfal. Minkejja li kienet mhedda b’ħajjitha aktar minn darba, Cecilia qatt ma qagħdet lura milli twettaq operazzjonijiet ta’ salvataġġ sabiex teħles it‑tfal li jkunu qed jiġu sfruttati fi
Settembru 2018
Ġurnata Missjunarja 21 ta’ Ottubru 2018
djar tas‑sinjuri jew f’burdelli. It‑tfal li jiġu salvati jingħataw il‑protezzjoni immedjatament fiċ‑ċentri u fid‑djar ta’ Visayan Forum. Uħud mit‑tfal jintbagħtu lura mal‑familjari tagħhom, filwaqt li oħrajn jibqgħu jgħixu u jingħataw l‑edukazzjoni fid‑djar ta’ Visayan Forum.
Cecilia temmen li kulħadd, mill‑iktar persuna li għandha poter fil‑pajjiż sal‑iċken tifel jew tifla, għandu jissielet fil‑ġlieda sabiex jintemm darba għal dejjem it‑traffikar tat‑tfal u x‑xogħol tat‑tfal. Cecilia tisħaq li ma jistax ikun li t‑tfal jibqgħu jiġu ttrattati
daqslikieku huma oġġetti. Il‑ġlieda kontra t‑traffikar tat‑tfal tista’ tintrebaħ biss meta l‑liġijiet li jipproteġu t‑tfal jiġu infurzati u meta l‑liġijiet jagħmluha aktar faċli sabiex it‑traffikanti jintbagħtu l‑ħabs. Fl‑2011, Cecilia Flores‑Oebanda ngħatat il‑premju ‘World’s Children’s Prize’ għall‑ħidma kontinwa tagħha kontra t‑traffikar u x‑xogħol tat‑tfal. Meta ġiet onorata b’dan il‑premju, Cecilia kien ilha għoxrin sena taħdem f ’dan il‑qasam. Informazzjoni meħuda minn http://worldschildrensprize.org
INVESTI FIL‑MISSJONI FIT‑TESTMENT TIEGĦEK • Ħu ħsieb agħmel it‑testment fil‑ħin u kun ġust fil‑mod kif ser tqassam dak li ser tħalli warajk • Tinsiex l‑opri ta’ karità li tista’ twettaq wara mewtek • Tinsiex tinvesti wkoll fil‑missjoni. Meta tħalli propjetà jew flus lill‑Opri Pontifiċji għandek garanzija mill‑organizzazzjoni uffiċjali tal‑Knisja għall‑missjoni, li bi flusek ser twassal l‑aħbar it‑tajba f’xi pajjiż jew ieħor fid‑dinja u ser tgħin persuni li għadhom bla knisja, bla dar, bla skola, bla sptar kif ukoll bla ikel u xorb • Tista’ wkoll tħalli xi fondi fil‑Missio għall‑quddies b’suffraġji għal ruħek u/jew membri tal‑familja tiegħek. Dawn il‑fondi jmorru għall‑missjunarji Maltin u missjunarji lokali fl‑artijiet tal‑missjoni. 9
Settembru 2018
SAN PIETRU APPOSTLU – NATASHA FARRUGIA BASON
Esperjenza ta’ Saċerdot Missjunarju
O
ne of the most memorable experiences in my life, especially as a missionary priest in my first year of priesthood, has been the time spent as a chaplain undergoing a chaplaincy program at the University of Santo Tomas Hospital in Manila, the Philippines. One
10
of the tasks when rostered as the chaplain‑on‑call, was to meet patients on the eve of their surgical procedure to be undergone the following day. This can be a time of intense emotional distress for patients, because of the uncertainty of what lies ahead. It’s probably, at this time if not any other, that a chaplain’s presence is appreciated. On one of my last such evenings at the hospital, I had a memorable encounter that still lingers in my mind till this day. I came across
a middle‑aged woman who was to undergo breast‑removal surgery due to cancer. Though in our first exchange of words she said she was fine, I could see fear written all over her face. To lose any part or organ of your body is by no means an easy loss. Aware of this fact, I took the effort to spend a while with her asking her about herself. I remember her telling me she was a lapsed Catholic and had undergone a divorce. I remember telling myself this would have been painful. What startled me was when I asked her if she felt like crying, because of the surgery the following day, she replied in the negative. She seemed to say that she had never cried. I found this to be strange especially
Settembru 2018
after her sharing of various troubling events she had experienced in life. The only conclusion I could arrive at was that she had bottled up all her pain over the years. I realized she was possibly trying to avoid pain and somehow stuck in not knowing how to grieve. I slowly brought her attention to this possibility along with the truth of a compassionate God who suffers with us and loves us unconditionally. After about a considerable period of time of speaking and praying with her, I saw her defences slowly begin to crumble and she started letting out the tears that had been bottled up for a long time. In just mirroring her true condition at the time and reassuring her that it was alright to cry, as our compassionate Lord Jesus himself cried, than did tears started coming down. I believe the Lord used me to initiate emotional healing in this lady’s life by getting her in touch with her emotions. Her words to me as I left her testify to that. “I will never forget you.” It continues to be a wonderful ministry to the sick for me. Father Alliston Fernandes ICPE Mission
Ġurnata Missjunarja 21 ta’ Ottubru 2018
Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:
• Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36 • Paga ta’ għalliem fis‑Seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48 • Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60 • Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) U tinsiex titlob għalihom ukoll, u huma jibqgħu jiftakruna fit‑talb tagħhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB
11
SANTA INFANZJA ‑ VIKKI
Settembru 2018
Skjavi f’fabbriki tat‑twapet
M
eta Iqbal Masih kellu biss ħames jew sitt snin beda jaħdem ġo fabbrika tat‑twapet fil‑Pakistan. Kien jaħdem minn filgħodu kmieni sa tard filgħaxija u ta’ spiss kien jiġi ttrattat verament ħażin. Omm Iqbal, Anayat, kellha bżonn tagħmel operazzjoni, iżda ma kellhiex flus biżżejjed. Għalhekk, hija issellfet il‑flus mingħand l‑imgħallem ta’ binha Iqbal, jiġifieri mingħand is‑sid tal‑fabbrika tat‑twapet. Iqbal kellu jagħmel tajjeb għal dan is‑self ta’ mitt dollaru Amerikan permezz tax‑xogħol tiegħu u għalhekk minħabba dan is‑self it‑tifel sar skjav tad‑dejn li ommu kellha mas‑sid tal‑fabbrika. 12
Ħajtu issa kienet f’idejn is‑sid tal‑fabbrika tat‑twapet. Ibqal ħarab kemm‑il darba minn fuq il‑post tax‑xogħol flimkien ma’ tfal oħra, iżda s‑sid tal‑fabbrika kien isibhom, isawwathom u jerġa’ jeħodhom lura. Għaddew ħames snin u ġurnata fost l‑oħrajn Ibqal ħarab ma’ xi tfal oħra u rikeb fuq trakk li ħadu barra r‑raħal. Barra r‑raħal Iqbal iltaqa’ ma’ Ehsan Ullah Khan, li kien imexxi grupp bl‑isem ta’ ‘Bonded Labour Liberation Front’, magħruf aħjar bħala l‑BLLF. Dan il‑grupp kien jaħdem kontra l‑fatt li n‑nies kienu jissellfu flus u jħallsu dejnhom lura permezz
tax‑xogħol li kienu jagħmlu wliedhom. Hemmhekk huwa beda jitkellem ma’ tfal oħra li bħalu kienu jaħdmu fil‑fabbriki tat‑twapet. Permezz tal‑laqgħat huwa kien iħeġġiġhom sabiex isibu l‑kuraġġ biex jitilqu minn fuq il‑postijiet tax‑xogħol tagħhom meta jkunu qegħdin jiġu ttrattati ħażin. Is‑sidien tal‑fabbriki xejn ma kienu qegħdin jieħdu gost bl‑aġir ta’ Iqbal u għalhekk bdew jhedduh. Ommu u oħtu Sobia wkoll kienu qed jiġu mhedda li jekk Iqbal ma kienx ser jerġa’ lura r‑raħal u jkompli b’xogħlu fil‑fabbriki huma kienu ser ibatu miegħu. Iżda t‑theddid ma waqqafx lil Iqbal milli jkompli jiftaħ għajnejn sħabu. Ibqal mar l‑Iżvezja u l‑Istati Uniti sabiex ixandar dak li kien qiegħed jiġri fil‑Pakistan. Huwa ngħata ħafna importanza mill‑ġurnalisti u deher kemm‑il darba fuq mezzi differenti tal‑aħbarijiet. Fl‑Istati Uniti Ibqal ingħata premju għax‑xogħol siewi li kien qiegħed iwettaq. Meta mar lura l‑Pakistan Ibqal ġie maqtul. Huwa nqatel permezz ta’ tiri ta’ arma tan‑nar fis‑16 ta’ April tal‑1995 waqt li kien qiegħed fuq r‑rota ma’ sħabu.
Settembru 2018
Ġurnata Missjunarja 21 ta’ Ottubru 2018
Biex jipproteġu lis‑sidien tal‑fabbriki, li kellhom poter kbir fil‑pajjiż, il‑pulizija arrestaw u akkużaw bidwi innoċenti bil‑qtil ta’ Ibqal. Il‑gidba li Ibqal kien inqatel mill‑bidwi xterdet mal‑erbat irjieħ tad‑dinja. Iventwalment il‑bidwi ma kienx instab ħati mill‑Qrati tal‑pajjiż. Fis‑sena 2000, Ibqal Masih irċieva unur bl‑isem ta’ ‘The World’s Children’s Honorary Award’. Għalkemm ingħatalu wara mewtu, dan l‑unur kompla jikkonferma li Ibqal kien
vittma tal‑abbuż fuq it‑tfal minħabba s‑self ta’ flus. Ibqal ma waqaf qatt jaħdem u jistinka favur id‑drittijiet tat‑tfal li jiġu maqbuda
bħala skjavi minħabba s‑self tal‑flus.
€7– tiġieġa għal familja
€25 – 100 kuruna sempliċi
fil‑bżonn
lin‑nies fil‑missjoni
€50 – xiri ta’ kotba inkluż
€160 – ħobż kuljum għal
€300 – 12‑il ‘hamper’
materjal reliġjuż lil tfal tal‑iskola
xahar sħiħ għal 100 tifel u tifla abbandunati jew orfni
bl‑ikel għal 12‑il familja fqira
Kif tista’ tista’ Kif tgħin tgħin lit‑tfal lit‑tfal fil‑missjoni: fil‑missjoni:
Informazzjoni meħuda minn http://worldschildrensprize.org
13
Settembru 2018
SANTA INFANZJA ‑ VIKKI
CHILD SPONSORSHIP €150 ‑ edukazzjoni, kura tas‑saħħa u ilma tax‑xorb nadif għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn. Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI!
Child Sponsorship iwiegħed li aħna naħdmu id f’id mat‑tfal, il‑ġenituri tagħhom, komunitajiet u oħrajn, sabiex niżguraw illi t‑tfal kollha jkunu mgħajxin u b’saħħithom.
14
Settembru 2018
Ġurnata Missjunarja 21 ta’ Ottubru 2018
Modi kif tista’ tgħin Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.)
Bank Transfer IBAN: MT88VALL22013000000010202698019 Swift Code: VALLMTMT IBAN: MT47APSB77024000112420000026142 Swift Code: APSBMTMT IBAN: MT26MMEB44336000000033079070001 Swift Code: MMEBMTMT IBAN: MT18BNIF14502000000000095400101 Swift Code: BNIFMTMT (Min jagħmel donazzjoni f'wieħed minn dawn il‑kontijiet jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)
Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)
Jew iżżur il‑websajt www.missio.org.mt
• 51802064 ‑ €25 u kklikkja fil‑parti Donations. 15
Settembru 2018
RISPETT LEJN RELIĠJONIJIET OĦRA – MARTIN AZZOPARDI S.D.C.
It‑tempju Buddista ta’ Putuo Zhongcheng f’Chengde, iċ‑Ċina mimlija mħabba tar‑reliġjon Nisranija u allura xhieda awtentiċi tal‑Evanġelju.
Waħda min‑niċeċ tal‑Buddha fit‑Tempju Buddista ta’ Putuo Zhongcheng.
I
s‑sejħa tal‑Konċilju Vatikan II, permezz tad‑dokument ‘Nostra Aetate’, isejjaħ lilna l‑Insara biex ngħixu kontinwament fi djalogu ta’ mħabba u rispett lejn id‑diversi reliġjonijiet li niltaqgħu magħhom. Iktar ma d‑dinja qed issir soċjetà mħallta u multi‑kulturali, iktar jeħtiġilna bħala Nsara, li nieħdu bis‑serjetà din is‑sejħa tal‑Konċilju Vatikan II. Jekk wieħed iħares lejn l‑eżempji diversi li qed jagħtuna l‑papiet, jirrealizza kemm għandu jkollna rispett mhux biss lejn il‑persuni li jħaddnu reliġjonijiet diversi minn tagħna, iżda 16
wkoll rispett lejn l‑imkien li fih dawn ir‑reliġjonijiet jiċċelebraw il‑kult tagħhom. Hekk inkunu ċertament qed nagħtu immaġini sabiħa
Tul il‑missjoni tiegħi fiċ‑Ċina kelli bosta stediniet minn komunitajiet Buddisti biex nipparteċipa fit‑talb u l‑ħajja tagħhom ta’ kuljum, u għalkemm ilqajt bosta minn dawn l‑istediniet, dejjem żammejt parteċipazzjoni passiva ta’ osservatur. Min‑naħa l‑oħra dejjem urejt interess li nifhem, u fl‑istess ħin, apprezzament ta’ dak kollu li hu ritwal reliġjuż. L‑istess apprezzament jitlob li nuru wkoll rispett lejn kull lok reliġjuż li dawn il‑komunitajiet Buddisti jgħożżu f ’ħajjithom. Is‑sejħa
Waħda min‑niċeċ tal‑Buddha fit‑Tempju Buddista ta’ Putuo Zhongcheng.
Settembru 2018
Ġurnata Missjunarja 21 ta’ Ottubru 2018
Waħda mill‑entraturi tat‑Tempju Buddista ta' Putuo Zhongcheng.
tan‑Nisrani mhix dik li jiġġudika u jikkritika lil dawn il‑persuni, iżda li jħobb u jipprova jifhem filwaqt li jibqa’ jgħanni l‑innu ta’ Kristu Rxoxt; li bata, miet u rxoxta biex jifdi lill‑umanità kollha. Minn dejjem kelli xewqa kbira li xi darba f ’ħajti mmur inżur it‑tempju Buddista ta’ Potala f ’Lhasa fit‑Tibet, u meta wrejt din ix‑xewqa lil xi ħbieb tiegħi
patrijiet Buddisti f ’Beijing, dawn offrewli alternattiva oħra, dik li mmur fil‑belt ta’ Chengde u nżur it‑Tempju Maestuż Buddista ta’ Putuo Zhongcheng li jixbah ħafna lil dak tat‑Tibet. Ta’ min jgħid li l‑belt ta’ Chengde għandha importanza speċjali fl‑istorja taċ‑Ċina proprju għaliex fl‑1703 din il‑belt ġiet
Il‑ġonna silenzjużi tat‑Tempju Buddista ta' Putuo Zhongcheng.
L‑arblu tal‑bnadar tat‑talb.
magħżula mill‑Imperatur Ċiniż Kangxi biex tkun ir‑residenza tas‑sajf tiegħu. Tant hu hekk li sal‑lum il‑muntanja jew l‑għolja li fuqha hemm ir‑residenza tal‑Imperatur, għadha tissejjah ‘Mountain Resort’, u dan il‑post baqa’ jintuża mill‑Imperatur Yongzheng u Qianlong. Illum dan l‑imkien huwa sit kulturali dinji tal‑UNESCO, speċjalment għall‑fatt li f ’din il‑belt jinsab it‑tempju maestuż Buddista ta’ Putuo Zhongcheng. Dan it‑tempju ġie nbena fi żmien l‑Imperatur Qianlong li saltan bejn l‑1735 u l‑1796, għaliex imbagħad miet 17
Settembru 2018
RISPETT LEJN RELIĠJONIJIET OĦRA – MARTIN AZZOPARDI S.D.C.
żewġ ismijiet simili għal ta’ qabilhom. It‑tempju Buddista ta’ Putuo Zhongcheng jinsab mibni viċin ‘Mountain Resort’, fejn kien jgħammar l‑Imperatur taċ‑Ċina, u mhuwiex l‑uniku tempju Buddista li nsibu f ’Chengde, anzi It‑taraġ ewlieni tat‑Tempju Buddista ta' Putuo Zhongcheng. jagħmel parti minn tmien fl‑1799. It‑tempju ta’ Putuo tempji maestużi li jsebbħu ’l Zhongcheng dam jinbena din il‑belt. Peress li t‑Tempju biss erba’ snin u tlesta ta’ Putuo Zhongcheng inbena kompletament fl‑1771. fuq l‑istess stil tat‑tempju ta’ Huwa mibni fuq l‑istess Potala f ’Lhasa, fih wieħed stil tat‑Tempju Buddista ta’ jista’ jitpaxxa b’arkitettura Potala f ’Lhasa, fit‑Tibet. kemm Ċiniża kif ukoll L‑imperatur għoġbu jsebbaħ Tibetana. Dan it‑tempju huwa mifrux fuq spazju ta’ dan it‑tempju b’ħafna 220,000 metru kwadru, dekorazzjonijiet tad‑deheb u kien personalment jitlob li jagħmel dan it‑tempju wieħed mill‑ikbar tempji fl‑hekk imsejjaħ paviljun tad‑deheb fl‑istess tempju. Buddisti fiċ‑Ċina. Ħafna Qabel ma tlaqt minn Beijing mis‑soqfa ta’ dan it‑tempju huma magħmula mir‑ram u għall‑belt ta’ Chengde li tinsab fil‑provinċja ta’ Hebei, d‑deheb li tant ilewnu dan l‑imkien. Dan it‑tempju ma ħadt ħsieb li fl‑istazzjon kienx biss għall‑użu ritwali tal‑ferrovija nagħżel id‑direzzjoni t‑tajba, għaliex reliġjuż u festiv Buddista, iżda wkoll biex fih l‑Imperatur ta’ min jgħid li fiċ‑Ċina hemm belt oħra li għandha innifsu jlaqqa’ diversi gruppi l‑isem ta’ Chengdu, li tinsab u personaġġi etniċi mill‑istess imperu taċ‑Ċina. fil‑provinċja ta’ Hubei; 18
Wara din iż‑żjara tant storika u spiritwali fit‑Tempju Buddista ta’ Putuo Zhongcheng, irħejtilha lura lejn l‑istazzjon tal‑ferrovija ta’ Chengde biex nirkeb l‑ewwel ferrovija lura lejn il‑Belt ta’ Beijing. Il‑patrijiet Buddisti ta’ Chengde talbuni bil‑ħerqa biex inqatta’ erbat ijiem magħhom fil‑monasteru Buddista, però ħassejt li kelli mmur lura lejn Beijing biex inkompli nwettaq il‑missjoni tiegħi mat‑tfal fl‑iskola. Interessanti ngħid, li waqt li kont qed nistenna l‑ferrovija barra mill‑istazzjon, poġġejt bilqiegħda fuq kaxxa tal‑injam biex nistrieħ mis‑sħana tax‑xemx u fil‑pront raġel Ċiniż qasam it‑triq b’siġġu f ’idu biex jien inpoġġi komdu fuqu u mhux fuq il‑kaxxa. Terġa’ u tgħid, dan ir‑raġel daħal f ’ħanut
Is‑Sedja Imperjali.
Settembru 2018
Il‑Paviljun Imperjali.
u ġabli xarba friska Ċiniża flimkien ma’ borża lewż u ħejjieli basket tal‑plastik li fih kelli xi ‘noodles’ u flixkun luminata biex ikolli x’niekol u x’nixrob tul il‑vjaġġ lejn Beijing. Hawn irriflettejt ħafna fuq il‑kliem ta’ Sidna Ġesù Kristu: “Mhux kull
min jgħidli Mulej Mulej ser jidħol fis‑Saltna tas‑Smewwiet, iżda min jagħmel ir‑rieda ta’ Missieri”. Ċertament li dak ir‑raġel ma kienx
Nisrani, iżda kien sensittiv għall‑bżonnijiet tiegħi mingħajr ma kien jafni u aġixxa miegħi b’imħabba u rispett liema bħalu. Din
Ġurnata Missjunarja 21 ta’ Ottubru 2018
għandha tkun riflessjoni profonda għalina l‑Insara biex nibqgħu fidili lejn il‑vera essenza tal‑ħajja Nisranija: “Kont bil‑ġuħ u tmajtuni, kont bil‑għatx u sqejtuni, kont għeri u libbistuni, kont il‑ħabs u l‑isptar u ġejtu żżuruni”.
Ir‑rombli tat‑talb.
Bħal kull sena, Missio, ser ikun qiegħed jieħu sehem fin‑'Notte Bianca' li ser tiġi organizzata nhar is‑Sibt 6 ta' Ottubru fil‑Belt Valletta. Inħeġġukom tattendu. Grazzi. 19
Settembru 2018
Maya Angelou (1928‑2014), imwielda Marguerite Annie Johnson, kienet poetessa u kantanta Amerikana. Kienet ukoll attivista favur id‑drittijiet ċivili u ħadmet ma’ Martin Luther King Jr. u Malcolm X. Hija ppubblikat diversi awto‑bijografiji, poeżiji, drammi, films u wirjiet televiżivi. It‑temi prinċipali tal‑kitbiet tagħha kienu r‑razziżmu, l‑identità, il‑familja u l‑ivvjaġġar. Ħafna mix‑xogħlijiet tagħha jintużaw fi skejjel u universitajiet madwar id‑dinja kollha, għalkemm saru diversi tentattivi biex il‑kotba tagħha jkunu pprojbiti minn xi libreriji Amerikani. Maya rċeviet ħafna unuri u digrieti onorarji. Kienet mara rispettata ħafna bħala kelliema favur in‑nies suwed u favur in‑nisa. Maya kienet miżżewġa darbtejn u kellha wild wieħed.
Ritratt: Qawsalla doppja fuq għelieqi mimlijin fjuri f 'wied qalb il-muntanji 20
Settembru 2018
Ġurnata Missjunarja 21 ta’ Ottubru 2018
“Ipprova kun qawsalla fi sħaba griża ta’ xi ħadd.” Maya Angelou
21
Settembru 2018
QADDIS TAX‑XAHAR – EMANUEL MICALLEF
San Girgor il‑Kbir u l‑flaġell tal‑pesta għamel ħerba kbira.
G
regorju twieled f ’familja sinjura f ’Ruma madwar is‑sena 540. Familtu kellha konnessjoni mal‑Knisja fejn missieru Ġordjanu kien senatur u prefett ta’ Ruma. Ommu, Santa Silvja, flimkien ma’ żewġ zijiet min‑naħa ta’ missieru, għexu l‑ħajja monastika u huma vvenerati bħala qaddisin. Meta twieled Gregorju kien hemm taqlib kbir fl‑Italja 22
Gregorju tgħallem bosta suġġetti li eċċella fihom. Aktar ’il quddiem huwa laħaq prefett ta’ Ruma bħalma kien missieru. Huwa beda jinġibed lejn ħajja kontemplattiva u għalhekk iddispona mill‑beni li kellu sabiex jgħix ħajja ta’ għotja lil Alla bħala Patri Benedittin f ’monasteru li waqqaf huwa stess f ’ġieħ Sant’ Andrija. Gregorju kien ordnat djaknu minn Papa Pelaġju II, filwaqt li għen biex titfejjaq xiżma fl‑Italja. Meta ġie lura sab li wieħed mill‑imseħbin li kien fl‑afja tal‑mewt stqarrlu żball li għamel. Gregorju ċanfru u meta miet offrielu 30 quddiesa konsekuttiva li għadhom isiru sal‑lum u msejħin
Quddies Gregorjan. Taħt it‑tmexxija tiegħu l‑patrijiet Benedittini saru rinomati għall‑qdusija, għat‑tagħlim u għall‑karità tagħhom. Il‑jiem ta’ talb fil‑kwiet u l‑ħidma kontemplattiva ma kellhomx jagħmlu sehem aktar mill‑porzjon f ’ħajjet Gregorju. L‑ewwel ġie ordnat saċerdot u kellu jħaddan b’ubbidjenza l‑missjoni sublimi ta’ Papa u Isqof ta’ Ruma. Minkejja s‑saħħa dgħajfa tiegħu huwa mexxa b’mod qalbieni d‑dgħajsa ta’ Pietru fi żminijiet xejn sbieħ. Xhieda ta’ dan hija ittra milli kiteb lil San Lejander ta’ Sevilja, fejn jgħidlu li kellu aktar aptit jibki milli jikteb kif ser idaħħal ix‑xini (il‑Knisja) fil‑port bis‑sliem. Lil dan il‑qaddis nafuh ukoll għall‑kant Gregorjan. Din it‑tip ta’ mużika kellha tipprovdi biss, u xejn iżjed minn sfond ta’ reverenza profonda lejn Alla fis‑sagrifiċċju tal‑Kalvarju ‑ il‑quddiesa. F’Tas‑Sliema nsibu parroċċa ddedikata lil dan il‑qaddis. San Papa Gregorju I miet nhar it‑12 ta’ Marzu 604. Il‑festa tiegħu titfakkar nhar it‑3 ta’ Settembru.
Settembru 2018
Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ Ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:
Isem u kunjom: Indirizz:
Belt/ Raħal:
Kodiċi Postali:
Tel: NB. kull Quddiesa tiswa €5 u l‑Quddies jitqaddes kollu fil‑pajjiżi tal‑missjoni. Fl‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar, Missio jiċċelebra quddiesa li tkun għal ruħ il‑benefatturi, li matul ħajjithom ikunu għenu l‑missjoni u għamlu karità ma’ min hu fil‑bżonn. Din tkun fit‑8:30am fir‑4 sular ta’ Missio l‑Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jattendi. 23
AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA
Settembru 2018
Il‑Papa jagħmel sorpriża oħra
Q
rajna u smajna diversi drabi fejn Papa Franġisku, bla mistenni, imur iżur lil xi ħadd. Tant hu hekk li huwa mlaqqam il‑Papa tas‑Sorpriżi. Dan l‑aħħar kien imiss jagħti sorpriża lil wieħed mill‑Gwardjani Svizzeri u lill‑għarusa tiegħu li kienu waslu biex jiżżewġu. Iż‑żwieġ kellu jkun xi ħaġa żgħira bejn il‑Gwardjan, l‑għarusa tiegħu u xi ħbieb li kienu miġburin fil‑knisja ta’ San Stiefnu fil‑Vatikan nhar l‑14 ta’ Lulju 2018. Waqt li l‑grupp flimkien mal‑qassis Brażiljan Dun Renato dos Santos, kienu qed iħejju għaċ‑ċerimonja, daħal
fis‑sagristija kleriku ieħor li talab biex jiċċelebra s‑sagrament hu. Dan iċ‑ċelebrant mhux mistenni ma kien ħadd ħlief Papa Franġisku nnifsu. Ħadd minn dawk preżenti ma kien jaf bil‑miġja tiegħu, tant li dawk preżenti bdew jistaqsu jekk dak iċ‑ċelebrant kienx tassew Papa Franġisku. Dun dos Santos qal li kien sorpriż ħafna u qatt f ’mitt qamar ma stenna li ser isib ma’ wiċċu fis‑sagristija
lill‑Papa. Is‑saċerdot żied jgħid li huwa jara lill‑Papa bħala l‑kappillan veru li jieħu ħsieb lin‑nagħaġ tiegħu. Dan l‑aġir wera kemm verament il‑Papa għandu għal qalbu s‑sagrament taż‑żwieġ li huwa l‑bidu ta’ familja li trid tpoġġi lil Alla fiċ‑ċentru tagħha.
Tewmin maqfulin f’gaġġa
Ġ
enituri Brażiljani ta’ kuljum kienu jaqflu lil uliedhom, tewmin subien ta’ tliet snin, biex ikunu jistgħu jmorru jaħdmu fl‑għelieqi u jagħmlu x‑xogħol tad‑dar bla ma jkunu distratti. Il‑pulizija Brażiljana sabet lis‑subien maqfulin f ’gaġġa ċkejkna magħmula minn pelits tal‑injam u msakkra b’katina u katnazz, wara li
24
daħlitilhom telefonata anonima. Il‑gaġġa kienet saħansitra maqsuma fi tnejn biex l‑aħwa ma jkollhomx kuntatt ma’ xuxlin, filwaqt li la kellhom imħadda u wisq anqas xi ġugarell. L‑omm ta’ 37 sena u l‑missier ta’ 40 sena, ġew arrestati fuq suspett ta’ maltrattament fuq it‑tfal, u wara li ġew interrogati nħelsu. Mill‑banda l‑oħra, it‑tewmin ittieħdu fil‑kura tas‑servizzi soċjali. Il‑pulizija qalet li ma nstabu l‑ebda sinjali ta’ abbużi fiżiċi fuq it‑tfal. ikompli f’paġna 26
Settembru 2018
CHOICE The Curtain Emporium Marthese Mifsud Director 822, St Joseph High Street Ħamrun ‑ ĦMR1018 Tel: 2745 2315 Mob: 2745 2315
Where you and your home matter most
chyc.choice@hotmail.com www.chyc.com.mt Facebook: ChycChoice
25
Settembru 2018
AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA
Kċina oħra miftuħa għal dawk fil‑bżonn
M
assimo Bottura, kok ta’ fama internazzjonali qed jiġġieled il‑ġuħ u l‑ħela tal‑ikel. Fis‑sena 2015, huwa fetaħ f’Milan stabbiliment bl‑isem ‘Refettorio Ambrosiano’ biex jitma’ lil dawk foqra u bil‑ġuħ. Diversi supermarkits u ħwienet tal‑merċa u tal‑ħaxix jagħtu b’donazzjoni ikel mhux mibjugħ li jkun wasal biex jiskadi, filwaqt li koki famużi b’mod volontarju, isajru u jippreparaw diversi ikliet delizzjużi. Massimo jgħid, li għalihom kull ħaġa tal‑ikel
li taslilhom hija sfida biex juru l‑kreattività tagħhom fl‑ikel; minn banana kważi sewda sa tadam misjur iżżejjed. Il‑konsumaturi huma mistednin jiġu għall‑ikel fir‑restorant ħames darbiet fil‑ġimgħa, u għall‑kuntrarju ta’ kċejjen oħra, dawn m’għandhomx għalfejn joqogħdu jistennew fil‑kju biex jinqdew, għaliex jingħataw mejda mill‑ewwel. B’dan l‑aġir, Massimo u sħabu qed jibnu dinjità fil‑konsumaturi tagħhom huma u joffrulhom ikel
bnin. S’issa fir‑Refettorio Ambrosiano ssajru ’l fuq minn 16,000 ikla ‘5 star’ u ġew salvati mal‑25 tunnellata ta’ ikel, minflok intrema. Massimo saħansitra ppubblika ktieb bir‑riċetti ivvintati mill‑koki famużi li jaħdmu fil‑kċina tiegħu. Il‑qligħ minn dan il‑ktieb imur b’risq proġetti simili madwar id‑dinja kollha.
Ritratt: www.carloacutis.com
Ġuvni u tfajla fi triq lejn il‑Qdusija 15‑il sena, kawża tal‑lukimja. Il‑ġuvni kien poġġa l‑Ewkaristija fiċ‑ċentru ta’ ħajtu u kien isejħilha ‘It‑Triq Tiegħi Għall‑Ġenna’. Carlo offra s‑sofferenzi aqt laqgħa tiegħu għall‑Knisja u mal‑Kardinal għall‑Papa Benedittu XVI. Angelo Amato, prefett Alexia, imwielda Madrid tal‑Kongregazzjoni fl‑1971, offriet is‑sofferenzi għall‑Kawżi tal‑Qaddisin, tagħha ġejjin minn tumur, Papa Franġisku ffirma digriet għall‑Knisja u għall‑Papa. li jirrikonoxxi l‑virtujiet Il‑ġenituri tagħha kienu erojċi ta’ Carlo Acutis u membri tal‑Opus Dei u Alexia Gonzalez‑Barros. għaddew il‑fidi tagħha lil Carlo, żagħżugħ li kien juża ħames uliedhom. It‑tfajla t‑talent tal‑kompjuter biex rċeviet l‑Ewwel Tqarbina ixerred il‑mirakli Ewkaristiċi f’Ruma u l‑għada, nhar id‑9 madwar id‑dinja kollha, ta’ Mejju 1979, attendiet miet fis‑sena 2006 fl‑età ta’ għal udjenza ġenerali. Hija
W
26
ġriet lejn Papa Ġwanni Pawlu II huwa u jilqa’ l‑pellegrini u rċeviet mingħandu l‑barka u bewsa. Snin wara ħajjitha nbidlet ta’ taħt fuq, meta t‑tobba sabulha tumur li spiċċa pparalizzaha. Ta’ spiss, Alexia kienet titlob lil Ġesù biex ifejjaqha u tkun aħjar, dejjem jekk dan kien dak li ried minnha. Hija mietet fl‑età ta’ 14‑il sena nhar il‑5 ta’ Diċembru 1985. ikompli f’paġna 28
Settembru 2018
Debbie’s Baby Centre
Your one stop shop!
Sole agents of
Our Lady of Sorrows Street, Zejtun Telephone: 27694815 or 27803270 Mobile: 99809825 E‑mail: dbc@onvol.net Website: www.debbiesbabycentre.net
St. Mary’s Bakery ...freshly baked daily 72, Sacred Heart Street, B’Kara Mob 9947 5459/ 7723 7702 27
Settembru 2018
AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA
Qligħ mit‑Tazza tad‑Dinja għall‑Karità
I
l‑Franċiż Kylain Mbappè ta’ 19‑il sena, skurja 4 gowls fit‑Tazza tad‑Dinja ta’ din is‑sena, u b’hekk għen biex għat‑tieni darba Franza tirbaħ dan it‑turnament. Huwa qed jippjana li dak kollu li jdaħħal minn din ir‑rebħa jagħtih karità lit‑tfal Franċiżi. Kylain kien imħallas 17,000 lira Sterlina ta’ kull logħba. Dawn il‑flus ser imorru għand diversi assoċjazzjonijiet differenti, fosthom Premiers de Cordèe, li hija organizzazzjoni li toffri sports b’xejn lil tfal diżabbli jew fi sptarijiet. Din l‑aħbar ma kenitx ta’ sorpriża, għaliex Kylain, li huwa l‑iżgħar ġuvni li qatt skorja fit‑Tazza tad‑Dinja, ilu sa minn Ġunju 2017 jgħin lil din l‑organizzazzjoni. Mill‑banda l‑oħra, it‑tim
kollu Ingliż li lagħab fit‑Tazza tad‑Dinja ser jagħti l‑pagi kollha lill‑karità. Dan mhu xejn ġdid, għaliex din mhix l‑ewwel darba li t‑tim għamel dan l‑att ta’ karità, anzi t‑tim ilu jagħmel dan għal dawn l‑aħħar 15‑il sena. Saħansitra l‑futbolers Ingliżi, fis‑sena 2007, taħt it‑tmexxija ta’ David Beckham, waqqfu l‑‘England Footballers’
Foundation (EFF)’. Din il‑fondazzjoni għenet u ħadmet ma’ ħafna karitajiet fosthom il‑UNICEF, u b’kollox tul dawn l‑aħħar 11‑il sena ġabru ’l fuq minn 5 miljun lira Sterlina. F’2013 Beckham kien ta wkoll il‑paga li kellu meta kien jilgħab ma’ Paris‑Saint‑Germain, li kienet tammonta madwar €200,000 fil‑ġimgħa.
In‑niċċa tar‑Redentur tal‑Isla
F
l‑aħħar xhur sar xi xogħol ta’ restawr fuq in‑niċċa tar‑Redentur tal‑Isla li tinsab fl‑Oratorju tal‑Fratellanza tal‑Kurċifiss. Waqt ix‑xogħol 28
instabu xi disinji mal‑ħitan tan‑niċċa li kienu jżejnuha qabel ma din inksiet b’damask aħmar. Id‑dekorazzjonijiet ivarjaw minn simboli tal‑passjoni, magħmulin bi stensil, u sfumaturi differenti ta’ kulur bħall‑kannella u l‑griż. L‑Arċipriet, Dun Robin Camilleri, qal li din is‑sejba ma kenitx mistennija
la minnu u wisq anqas mis‑Sengleani, għax ħadd minnhom ma jiftakar dawn id‑disinji u lanqas ma nstabu dokumenti dwarhom. Mhux magħruf min kien għamel dawn id‑dekorazzjonijiet jew meta saru eżatt. Għalhekk ittieħdu xi kampjuni minnhom għal analiżi għand Heritage Malta.
Settembru 2018
Services Ltd. COMPUTERISED 4 WHEEL ALIGNMENT
A.N.G. BORG LTD. COFFEE DEALERS
Opening Hours: Mon to Fri ‑ 8.30am to 4pm Sat ‑ 9am to 1pm Factory/Shop: Tal‑Balal Road, San Ġwann SGN07 ‑ Malta Tel: (00356) 2137 1626 E‑mail: gb864@go.net.mt Web: www.kafeborg.com facebook: Kafe Borg
JAPANESE AUTO PARTS FOR ALL KINDS OF JAPANESE VEHICLES AGENTS FOR
SUN TIMING BELTS
SPARK PLUGS
KP
SAFETY & 555
VIC
TOKICO
GASKETS
BALL JOINTS
FILTERS
SHOCK ABSORBERS
Christian Meli Mobile: + 356 7966 0487 35, Valletta Road, Qormi, QRM 3616 Tel: + 356 2149 7051 E‑mail: vrttest@maltanet.net Web‑site: www.melivrt.com
DITTA DARMANIN
Gilders and Restorers since 1949
DENSO KYOSAN HDK FUEL PUMPS
CV/JOINTS
MK DAIKIN GMB SBK BRAKE PADS & CLUTCHES WATER PUMPS & BRAKE CABLES &
BRAKE SHOES
U/V JOINTS
CLUTCH CABLES
We also stock body & lighting parts The people who really know what your needs are! Triq is‑Sebħ, Qormi QRM 9053 Tel: 2149 2770 Fax: 2749 0795 Email: birmingham@onvol.net website: www.japanautoparts.info
22, St. Christopher Street, Valletta 215, St Paul Street, Valletta E: dittadarmanin@gmail.com W: dittadarmanin.weebly.com T: 99822281, M: 99590764 29
Settembru 2018
KULTURA MALTIJA Joseph C. Camilleri BA, DEAM, M.Ed (Pl & Mgt)
Il‑Festa tal‑Madonna tal‑Grazzja f’Ħaż‑Żabbar
Ritratt: thechurchinmalta.org
K
ull festa titulari u sekondarja għandha l‑wirt folkloristiku marbut magħha. Dan il‑folklor jibda mix‑xogħol tas‑sagristan u ta’ ċorma żgħira ta’ nies li jaħdmu id f’id miegħu għall‑preparazzjonijiet għall‑festa minn xi xahar u nofs qabel il‑festa. L‑ewwel pass huwa li s‑sagristan u xi nies volontieri jibdew ifarfru l‑ħitan tas‑santwarju biex wara jkun jista’ jiddendel id‑damask. Sal‑festa ta’ Santa Marija, jiġifieri sal‑ħmistax ta’ Awwissu, ikun diġà ddendel id‑damask tal‑korsija u dak tal‑kappelluni. Mad‑damask jitniżżlu l‑linef tan‑navi, 30
filwaqt li l‑kuntrattur tad‑dawl ikun beda jaħseb biex idawwal il‑faċċata tas‑santwarju minn barra, inkluż il‑koppletti, il‑kampnari min‑naħat kollha u l‑koppla. Ċorma nies oħra tkun qiegħda taħseb fl‑armar ta’ barra, li jinqasam fi tnejn ‑ parti f ’idejn il‑kappillan u parti f ’idejn il‑membri tal‑Każin tal‑Banda San Mikiel. Dawn tal‑aħħar jieħdu ħsieb il‑misraħ. Ma’ nofs Awwissu jibdew jitwaħħlu l‑antaljoli fit‑toroq u jiddendlu ċ‑ċimi għall‑pavaljuni. Il‑poplu jidħol fl‑ispirtu li dalwaqt tasal il‑festa. Dan huwa manifestat
b’numru kbir ta’ bnadar, fustuni u liedna mal‑arbli tad‑djar. Hawn wieħed jara ma’ liema każin hu sid id‑dar. Jekk tagħti daqqa t’għajn lejn il‑kuluri ta’ dan it‑tiżjin tara żewġ kuluri ewlenin – blu u aħdar. Min iżomm mal‑Banda M. M. Gratiae aktarx li jkollu l‑liedna ta’ lewn blu, u dawk li jżommu mal‑Banda San Mikiel ikollu l‑liedna ta’ lewn aħdar. Kien hemm żmien meta din tal‑kuluri kienet saret problema kbira f ’Ħaż‑Żabbar, tant li l‑kappillan ordna li jinżebgħu l‑antaljoli kollha kemm huma griżi minflok ċelesti, biex ma jidhirx ixaqleb mal‑ebda każin. Aktar ma jgħaddi ż‑żmien, iż‑Żabbarin jibdew iżejnu l‑frontispizju tal‑arbli tagħhom b’xi xbieha tal‑Madonna tal‑Grazzja. Issib min juża wkoll xi liedna u dwal. Aktar ma toqrob il‑festa aktar jiżdied l‑armar. Fil‑knisja jinħarġu l‑gandlieri, jiddendlu l‑lampieri bil‑fjakkli, jitwaħħal it‑tużell, jiddendlu s‑sopraporti fuq il‑bibien u fuq l‑inkwatru titulari, u jitwaħħal il‑mant tal‑bellus fin‑nava tan‑nofs fil‑korsija biex quddiemu titqiegħed il‑vara tal‑Madonna tal‑Grazzja. Il‑ħruġ tal‑vara min‑niċċa huwa l‑bidu
Settembru 2018
tal‑qofol tal‑folklor. Il‑ħruġ isir il‑Ħamis, ħdax‑il ġurnata qabel jum il‑festa. Fl‑imgħoddi l‑ħruġ kien isir filgħodu, iżda dawn iż‑żminijiet il‑ħruġ isir filgħaxija biex iż‑Żabbarin ikollhom iċ‑ċans li jattendu. L‑ewwel ħaġa li wieħed jinnota hija d‑daqq tal‑mota li tagħti bidu għall‑festa titulari. Din issir bit‑tokki tal‑qanpiena l‑kbira u warajha l‑qniepen l‑oħra. Fiċ‑ċerimonja tal‑ħruġ tal‑vara jieħdu sehem iż‑żewġ baned li jdoqqu diversi innijiet fuq iz‑zuntier. Il‑Ħadd ta’ qabel il‑festa jitfakkar l‑anniversarju ta’ meta l‑kwadru tal‑Madonna tal‑Grazzja ġiet inkurunata mill‑Arċisqof Monsinjur Mikiel Gonzi, fis‑sena 1951. Wara dan il‑jum speċjali, il‑folklor Żabbari beda jinkludi drawwa speċjali li ssir f ’dan is‑santwarju biss. Il‑Ħamis ta’ qabel il‑festa jsir pellegrinaġġ tal‑ommijiet li jkollhom magħhom it‑trabi li jkunu ppreżentati lill‑Madonna tal‑Grazzja. Jum wara, jiġifieri l‑Ġimgħa, iż‑żewġ baned Żabbarin jagħmlu l‑marċijiet tradizzjonali tagħhom, li matulhom jittellgħu xi statwi fuq pedestalli kbar. Il‑Banda M. M. Gratiae ttella’ l‑istatwa ta’ Malta Rebbiegħa fil‑pjazza tas‑santwarju, filwaqt li l‑Banda San Mikiel
itella’ l‑istatwa tal‑Madonna tal‑Assedju f ’Misraħ San Ġakbu. L‑ispirtu tal‑festa jkompli s‑Sibt lejlet il‑festa. Filgħodu ssir l‑aħħar quddiesa tan‑novena mmexxija mill‑kappillan. Wara jitkanta t‑Te Deum. Sadanittant, quddiem is‑santwarju kienu jinġabru ż‑żewġ baned bil‑partitarji tagħhom; ilkoll bil‑kuluri tipiċi tagħhom, il‑blu u l‑aħdar. Wara li jindaqqu iż‑żewġ marċi u l‑innu tal‑Madonna, iż‑żewġ baned jaqbdu rotot differenti biex ikomplu bil‑marċ msejjaħ tat‑Te Deum. Illum l‑ewwel toħroġ banda u wara toħroġ l‑oħra. Ta’ San Mikiel jiġbdu lejn il‑misraħ, filwaqt li tal‑Grazzja jmorru lejn il‑Biċċieni. Fl‑imgħoddi, għall‑ħabta ta’ xi l‑għaxra ta’ filgħodu l‑banda San Mikiel kienet tiżbokka fi Triq is‑Santwarju, is‑salott taż‑Żabbarin. Hawn il‑bandisti jsibu tistenniehom il‑kannizzata biex jistkennu mix‑xemx ta’ Settembru. Għall‑ħabta tal‑ħdax il‑banda tal‑Grazzja kienet tidħol fl‑istess triq armata wkoll bil‑kannizzata. It‑triq kienet tieħu atmosfera tassew karnivaleska, mimlja daqs bajda bil‑partitarji bil‑briju jikber kull minuta li tgħaddi. Waqt li dan il‑briju jkun għaddej, fil‑knisja jibdew jaslu l‑bukketti tal‑fjuri li jitpoġġew
Ġurnata Missjunarja 21 ta’ Ottubru 2018
quddiem il‑vara tal‑Madonna tal‑Grazzja. Sa filgħaxija l‑vara tkun imdawra b’għadd kbir ta’ bukketti, tant li xi wħud minnhom jitpoġġew fuq l‑artali tal‑ġnub. Biswit is‑santwarju fl‑imgħoddi kienu jibdew jinġabru r‑roti biex jitgħabbew fuq it‑trakkijiet u jittieħdu r‑Rabat Malta, biex jieħdu sehem fil‑pellegrinaġġ tar‑roti. Waqt li l‑baned ikunu qed itemmu l‑marċi, għadd kbir ta’ żgħażagħ fuq ir‑roti jkunu bdew resqin lejn Ħaż‑Żabbar. Magħhom ikun hemm vann bi kwadru tal‑Madonna tal‑Grazzja, li jkollu l‑‘ispeakers’. Mill‑Mosta jitlaq pellegrinaġġ ieħor magħmul minn muturi u karozzi. Dawn iż‑żewġ pellegrinaġġi, li kienu bdew fis‑snin ħamsin, ifakkru lil kulħadd li l‑Madonna tal‑Grazzja hija l‑patruna tas‑sewwieqa. Iż‑żewġ pellegrinaġġi jidħlu Ħaż‑Żabbar flimkien bi briju kbir bid‑daqq tal‑ħornijiet, ħruq ta’ suffarelli u daqq tal‑qniepen. Kollox jispiċċa quddiem is‑santwarju fi Triq is‑Santwarju fejn jitbierku mill‑kappillan u jinqara l‑messaġġ tal‑Papa. Illum dawn iż‑żewġ pellegrinaġġi qed isiru f ’jum il‑festa. Wara l‑pellegrinaġġi tibda t‑transulazzjoni, li matulha r‑relikwa tinġarr mill‑kappella tal‑Lunzjata għas‑Santwarju 31
Settembru 2018
tal‑Madonna tal‑Grazzja. Filgħaxija l‑ħajja Żabbarija tkompli b’kunċerti minn baned mistiedna, kif ukoll bil‑ħruq ta’ logħob tan‑nar. Il‑Ħadd filgħodu ssir l‑quddiesa pontifikali bil‑paniġierku. Fil‑ħdax issir quddiesa letta għal ruħ is‑surmast Lorenzo Galea li kien ta l‑mużika tal‑antifona lis‑santwarju. Fil‑ħamsa ta’ waranofsinhar jibda l‑għasar, u wara jibda l‑ħruġ tal‑vara, il‑purċissjoni. Hawn il‑foklor ikun fl‑aqwa tiegħu. Iż‑Żabbarin jafu sewwa li l‑ħruġ tal‑vara huwa mmarkat bid‑daqq ta’ mota partikolari li tibda bit‑tokki tal‑qanpiena l‑kbira, imbagħad tindaqq dik li tissejjaħ il‑qanpiena l‑qadima. Wara jkun imiss il‑qanpiena l‑fustanija u wara ż‑żgħira. It‑tokki tal‑qanpiena l‑kbira jibdew hekk kif
32
KULTURA MALTIJA Joseph C. Camilleri BA, DEAM, M.Ed (Pl & Mgt)
tfeġġ fil‑bieb tas‑santwarju l‑bandalora tal‑Konfraternità tas‑Sagrament. Wara jibdew ħerġin il‑bandalori tal‑fratellanzi l‑oħra – tas‑Sagrament, tad‑Duluri, taċ‑Ċintura u fl‑aħħar ta’ San Mikiel. Kull fratellanza jkollha numru ta’ fratelli. Malli tfeġġ il‑vara tal‑Madonna tal‑Grazzja n‑nies miġbura jinfexxu f ’ċapċip kbir. Hawn jitwaqqfu l‑qniepen u ssir tislima bil‑qari ta’ test. Wara jindaqq l‑innu lill‑Madonna. Il‑qniepen jerġgħu jibdew idoqqu u l‑purċissjoni tibda t‑triq tagħha madwar Ħaż‑Żabbar. Xi nies jimxu wara l‑vara, xi wħud minnhom ħafjin. Dan jagħmluh bħala wegħda. Il‑qofol tal‑purċissjoni jintlaħaq hekk kif il‑vara tasal fl‑aħħar ta’ Triq is‑Santwarju quddiem l‑istatwa tal‑ġebel tal‑Madonna tal‑Grazzja.
Banda mistiedna tidħol fil‑purċissjoni u tibda timxi quddiem il‑vara u tikkumpanjaha sad‑dħul. Hawn ikun hemm id‑daqq tal‑marċi, u l‑ħruq tas‑suffarelli u tal‑murali tal‑kulur. Hekk kif il‑vara tasal fuq iz‑zuntier tiddawwar b’wiċċha lejn il‑pubbliku u jindaqq l‑innu fost iċ‑ċapċip tan‑nies. Il‑vara tidħol fis‑santwarju biex terġa’ toħroġ is‑sena ta’ wara. Ta’ min jgħid li waqt il‑lejl ta’ bejn il‑Ħadd u t‑Tnejn in‑nies tal‑armar jibdew iżarmaw il‑pavaljuni u l‑bandalori li jkun hemm fit‑toroq. L‑għada, is‑santwarju jiżżarma ħaġa ħaġa mit‑tiżjin tiegħu. Referenza: Anon, Tal‑Grazzja f ’Ħaż‑Żabbar, Il‑Ġens 11‑IX‑92
Settembru 2018
50 ġrajja miktuba minn ħutna
missjunarji li b’imħabba kbira taw snin twal u xi wħud għomorhom kollu lill‑missjoni. PUBBLIKAZZJONI www.missio.org.mt
(V0/1178)
Dan il‑ktieb ta’ 268 paġna jinsab għall‑bejgħ bil‑prezz ta’ €12. Jista’ jinkiseb mill‑ħanut ta’ Missio ‘Faith, Hope & Charity’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta (Tel. 21234328), mid‑Dar ta’ Missio Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta (Tel. 20330015) jew mill‑Uffiċċju Missjunarju, Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex (Tel: 21550267). Ikun hemm ħlas addizzjonali għal min jixtieq jirċevih bil‑posta. Kull Malti u Għawdxi li jħobb il‑missjoni għandu jfittex li jaqra dawn il‑ĠRAJJIET.
Isem: Indirizz: Kodiċi Postali: Imejl:
Data:
Numru ta’ kotba: (€12 kull kopja) Posta: (€4.50 kull kopja) TOTAL:
Qiegħed nibgħat ċekk bl‑ammont ta’: € .............................................................. bħala pagament għal ..................
ktieb/ kotba bil‑posta. Firma: .............................................................................................................................. Din l‑informazzjoni hija għall‑użu ta’ Missio biss. 33
TA’ MIN JAĦSEB FUQHA!
Settembru 2018
“Ġentilment infakkarkom li ...,” Papa Franġisku
D
“
in il‑ħajja tispiċċa malajr wisq!
• Tiġġildux ma’ xulxin;
tmaqdrux wisq ’il ġisimkom stess; tgergrux wisq!
• Titilfux l‑irqad minħabba
l‑kontijiet li għandkom; tinkwetawx iżżejjed biex tixtru l‑lussu u l‑kumdità għal djarkom.
• Fittxu lil dawk il‑persuni li
jagħmlukom kuntenti; jekk tiżbaljaw tħabblux raskom wisq u komplu fittxu l‑kuntentizza.
• Qatt tieqfu tkunu ġenituri
tajbin; toqtlux lilkom infuskom bix‑xogħol biex tħallu wirt sabiħ warajkom, għaliex il‑flus għandhom jiġu maqlugħa minn kull individwu.
• Gawdu, siefru u ħudu
gost, żuru postijiet ġodda u agħtu lilkom infuskom il‑gost li jistħoqqilkom.
• Twarrbux it‑tazzi l‑fini, u
użaw is‑sett il‑ġdid tal‑ikel għal kuljum; tiċċaħħdux mill‑fwieħa favorita
34
tagħkom; użawha biex togħġbu lilkom infuskom. • Ilbsu ż‑żarbun u l‑ħwejjeġ
favoriti tagħkom ta’ spiss.
• B’daqshekk? Din mhix xi
ħaġa ħażina, allura għaliex le? Għaliex ma tgħidx talba issa minflok toqgħod tistenna sa qabel torqod? Għaliex ma ċċempilx issa lil min ilek ma tkellem? Għaliex ma taħfirx issa? Aħna nistennew ħafna ... ... sa ma jasal il‑Milied, tmiem il‑ġimgħa, sena ġdida, laqgħat, u meta
issa jkollna l‑flus, u meta nsibu l‑imħabba, u meta kollox ikun perfett ... ... Imma kollox perfett ma jeżistix! Il‑bniedem ma jistax jakkwista l‑perfezzjoni għaliex din mhix intenzjonata li tintlaħaq hawn – fid‑dinja. Hawn (id‑dinja) hija opportunità biex nitgħallmu. Għalhekk, ħudu din l‑isfida li hija l‑ħajja u ibdew minn issa – ħobbu aktar, aħfru aktar, tgħannqu aktar u l‑bqija ħalluh f ’idejn Alla. Ammen.”
Settembru 2018
Int daqqa Int tista’ tista’ tagħti daqqa t’id. għandu t’id. Missio Missio għandu bżonn Jekk bżonn il‑voluntiera. Jekk int ċempel int interessat, interessat, ċempel
21236962 AGĦTI RIGAL LIT‑TFAL JEW NEPUTIJIET TIEGĦEK
‘TFAL MISSJUNARJI’ huwa l‑uniku magażin bil‑Malti għat‑tfal fl‑iskejjel primarji. Fih issibu tagħrif dwar il‑Missjoni, aħbarijiet, esperjenzi, ġografija, logħob, krafts u tisjir, fost oħrajn. Abbona billi timla l‑formola t’hawn taħt. Ħu gost aqra u tgħallem, u fl‑istess ħin tkun qed tgħin lit‑tfal fil‑Missjoni.
FORMOLA TA’ ABBONAMENT FI TFAL MISSJUNARJI GĦAS‑SENA 2018/2019 Isem u kunjom: _____________________________________________________________ Età: _______________ Indirizz: ___________________________________________________________________________________________________ ___________________________________________________________Kodiċi Postali: _______________________ Tel:______________________________________________ Mob: ______________________________________________ Imejl:____________________________________________ Skola:___________________________ Sena:__________ Nixtieq nirċievi l‑magażin l‑iskola
Nixtieq nirċievi l‑magażin id‑dar bil‑posta
Prezz ta’ 8 ħarġiet: €5 bl‑idejn jew €7 bil‑posta. Jingħata rigal ta’ tifkira lil kull min jabbona għal sena. Imla l‑formola u ibgħatha ma’ ċekk pagabbli lil Missio Malta fuq: Abbonamenti Tfal Missjunarji Nru. 7, Missio, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171
‑
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena
Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt
35
RIĊETTA TRADIZZJONALI
Settembru 2018
DEŻERTA TAL‑BETTIEĦ MILL‑ĦAWAJ
Metodu:
• Aqsam il‑bettieħ min‑nofs, neħħilu ż‑żerriegħa u aqla’ l‑qalba b’kuċċarina biex jiġu qishom blalen żgħar. Il‑qoxra tal‑bettieħ tarmihiex. • Qaxxar il‑ħawħ u aqtgħu f ’dadi, u aqta’ l‑għeneb waħda waħda. • Aqta’ l‑200 gramma frawli f ’roti u poġġihom f ’reċipjent flimkien mal‑qalba tal‑bettieħ, il‑ħawħ u l‑għeneb.
Għandek bżonn:
• 2 bettiħiet żgħar • 200 gramma frawli • 4 frawliet kbar • 3 ħawħiet • Ftit għeneb • 2 mgħaref zokkor ‘castor’ • Mgħarfa ilma żahar • Mgħarfa meraq tal‑lumi • Ftit nagħniegħ frisk
• Żid iz‑zokkor, l‑ilma żahar u l‑meraq tal‑lumi u ħawwadhom bil‑mod. • Imla l‑erbat iqxur tal‑bettieħ bit‑taħlita tal‑frott u poġġihom għal madwar sagħtejn fil‑friġġ. • Żejjen il‑bettieħ bi frawla sħiħa kull waħda u ftit weraq tan‑nagħniegħ.
Loaa ia oukou ‘ai (L‑Ikla t‑Tajba!)
Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil: Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36
Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171
Settembru 2018
37
KOMPETIZZJONI ‑ SETTEMBRU 2018
Settembru 2018
SUDOKU
2
7 8
Imla l‑vojt kollu b’mod li l‑kolonni, il‑linji u kull kaxxa ta’ disgħa jimtlew bin‑numri 1 sa 9. Ibgħat il‑kaxxa kompluta sa mhux aktar tard mill‑15 tax‑xahar flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.
9 4
4
7
6
6
5
8
8
9
3
2
9
3
2
9 7 3
1
4
2
4
2 1 4
5 8
3
7
Isem u Kunjom: _________________________________________________________________________________________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: _____________________________________ 9
8
7
2
1
5
6
3
4
Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Lulju 2018:
5
3
1
6
8
4
7
2
9
6
2
4
9
3
7
5
1
8
Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Daniela Agius Cachia minn Ħal Lija. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.
8
6
3
7
5
9
2
4
1
2
1
9
4
6
8
3
7
5
4
7
5
3
2
1
8
9
6
3
5
2
1
4
6
9
8
7
7
4
8
5
9
3
1
6
2
1
9
6
8
7
2
4
5
3
O
Nitbissmu ftit:
mm kienet qed issajjar il‑‘pancakes’. Uliedha bdew jargumentaw min minnhom kien ser jieħu l‑ewwel ‘pancake’. L‑omm ħatfet l‑opportunità biex tagħtihom lezzjoni u qaltilhom: “Li kieku kien hawn Ġesù, kien jgħid: “Ħalli lil ħija jieħu l‑ewwel ‘pancake’. Jien nista’ nistenna.” It‑tifel il‑kbir dar lejn ħuh u qallu: “Mela inti kun Ġesù.
B
int: “Ma, Pa, iltqajt ma’ ġuvni gustuż u ser niżżewġu!”
38
Omm: “Proset binti, jalla jkollkom żwieġ hieni.” Missier: “Għandu xejn flus dal‑ġuvni?” Bint: “Kif intom l‑irġiel kollha xorta! Taf li anke hu, dik l‑ewwel mistoqsija li staqsieni dwarek?”
Settembru 2018
Eżempji sbieħ • Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • Parroċċa Stella Maris Tas‑Sliema • MUSEUM tal‑Bniet ta’ Marsaskala • Mġarr Farmers Co‑Op Soc. Ltd. taż‑Żebbiegħ • Joe Grech minn Santa Venera • Doris Azzopardi mill‑Imtarfa • Rita Bonello mill‑Ibraġġ
Mulej ilqa’ f’saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb
• Sur Vella mill‑Mosta Taw bolol u ‘telecards’ użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.
• 11 ta’ Ġunju 2018 Ġużeppi Dimech mill‑Manikata • 22 ta’ Lulju 2018 Liberata Vella mill‑Manikata
Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.
Voluntiera Missio għandhom bżonn Kobob tas‑Suf sabiex jaħdmu: Ingwanti ‑ Skufji ‑ Xalel ‑ Kutri biex jintbagħtu lit‑tfal foqra li jgħixu f’artijiet kesħin.
GRAZZI.
Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni. L‑għajnuna tagħkom hija siewja ħafna.
Segwi l‑esperjenzi u l‑avventuri ta’ ħutna l‑Maltin u l‑Għawdxin fl‑artijiet tal‑missjoni, esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall‑kuraġġ ta’ dawn l‑eroj tas‑skiet! Kun af bil‑proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għal miljuni ta’ nies fil‑bżonn imxerrda fl‑erba’ naħat tad‑dinja. Issir taf dan kollu u ħafna aktar fil‑programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid‑9:00pm fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Sibt fil‑5:00pm, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut.
IS‑SOLTU X’TAGĦMEL BIHOM IL‑BOLOL U T‑TELECARDS UŻATI, FORSI TARMIHOM?
Minflok tarmihom, ġibhom jew ibgħathom lil Missio u aħna nbigħuhom lill‑kollezzjonisti. Bil‑flus inkunu nistgħu ngħinu lil ħutna li jinsabu fil‑bżonn. 39
Settembru 2018
Services provided: Chauffeur-drive service Car rental Leasing Wedding service Executive VIP service All cars are fully air-conditioned and with uniformed drivers. 185, Annibale Preca Street, Lija. Telephone: 21442530 / 21447564 Mobile: 99424098 / 99884049 Website: www.percius.com Email: info@percius.com
Lorem Elementary Science F 40