Skip to main content

Malta Missjunarja - October 2018

Page 1

NEWSPAPER POST OTTUBRU 2018 SENA 87

Ġurnata Missjunarja 21 ta’ Ottubru 2018

Ġwanni 4:14

02 Il‑Pajjiż T’Isfel Nett 08 Ċirku Ta’ Prostituzzjoni

Fil‑Kambodja

10

Min Jgħix Għall‑Oħrajn Ma Jixjieħ Qatt

30 Pupi Maltin Imorru l‑Gambja għal donazzjoni www.missio.org.mt

|

2123 6962

|

7 Triq il‑Merkanti, Valletta

|

7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex


EDITORJAL ‑ CLAUDIA CINI

Ottubru 2018

Il‑pajjiż t’isfel nett

PUBBLIKAZZJONI

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju (V0/1178)], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 4.00pm Is‑Sibt 9.00am ‑ 12.00pm Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri: Membri: Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna Kav. Emmanuel Cutajar KCHS Websajt u Facebook: Matthew Catania

missiomalta

Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Novembru 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 10 San Pietru Appostlu 12 Santa Infanzja 15 Messaġġ tal‑Papa 18 Messaġġ tal‑Isqfijiet 22 Qaddisa tax‑Xahar 24 Fejn Marru l‑Flus 26 Aħbarijiet mid‑Dinja Kollha 32 Esperjenza Żagħżugħa 34 Ta’ Min Jaħseb Fuqha 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin u Eżempji Sbieħ Ritratt tal‑faċċata:

Il‑powster uffiċjali tal‑Ġurnata Missjunarja 2018 bit‑tema: Min Jixrob Mill‑Ilma Li Nagħtih Jien, Qatt Iżjed Ma Jkun Bil‑Għatx. (Ġw. 4:14) 2

N

am Viêt huwa l‑isem oriġinali tal‑Vjetnam, li jfisser ‘Litteralment in‑naħa t’isfel’. Il‑Vjetnam jinsab in‑naħa tax‑Xlokk tal‑Asja fuq il‑Baħar tan‑Nofsinhar taċ‑Ċina. Dan il‑pajjiż b’popolazzjoni ta’ ’l fuq minn 94.6 miljun ruħ, huwa l‑15‑il pajjiż l‑aktar popolat fid‑dinja u d‑9 l‑aktar popolat fil‑kontinent Asjatiku. Il‑Vjetnam imiss maċ‑Ċina, ma’ Laos, mal‑Kambodja, mat‑Tajlandja, mal‑Filippini, mal‑Malasja u mal‑Indoneżja. Il‑belt kapitali sa mill‑1976, hija Hanoi, filwaqt li l‑akbar belt hija Ho Chi Minh. Il‑Vjetnam huwa magħruf l‑aktar għas‑sbuħija tal‑bajjiet, tax‑xmajjar u tal‑pagodas Buddisti. 73.2% tal‑popolazzjoni jħaddnu reliġjon folkloristika, filwaqt li 8.3% biss huma Kristjani. Il‑lingwa uffiċjali hija dik Vjetnamiża.


Ottubru 2018

It‑Tramuntana tal‑Vjetnam kienet tagħmel parti mill‑Imperu Ċiniż, sakemm fis‑sena 939 saret stat indipendenti u rebħet ukoll in‑Nofsinhar tal‑pajjiż. Lejn nofs is‑seklu 19, il‑Franċiżi ħadu taħt idejhom lill‑Vjetnam u fl‑1945 il‑President Vjetnamiż iddikjara l‑indipendenza minn ma’ Franza. Fl‑1954, inqalgħet gwerra u l‑Vjetnam inqasam fi tnejn, in‑naħa ta’ fuq u n‑naħa t’isfel. Il‑kunflitti bejn iż‑żewġ naħat kienu magħrufa bħala l‑Gwerra tal‑Vjetnam. L‑Istati Uniti intervjenew u kienu jiffavorixxu lin‑naħa t’isfel. Fis‑sena 1975 il‑gwerra ntemmet bin‑naħa ta’ fuq joħorġu rebbiħin. Il‑Vjetnam kien taħt gvern Kommunista u baqa’ sas‑sena

Kurżitajiet: • Il‑kċina Vjetnamiża hija meqjusa bħala

1986 pajjiż fqir u iżolat, sakemm bdew isiru diversi riformi ekonomiċi u politiċi. Sas‑sena 2000, il‑Vjetnam kellu relazzjonijiet diplomatiċi man‑nazzjonijiet kollha u r‑rata tal‑ekonomija kienet fost l‑ogħla fid‑dinja. Sas‑sena 2009, 85% tal‑popolazzjoni kellhom aċċess għal ilma nadif. Madanakollu, il‑malnutrizzjoni hija komuni ħafna fil‑provinċji rurali. Lejn l‑aħħar tas‑snin 80, il‑kura tas‑saħħa ħadet daqqa ta’ ħarta ’l isfel, minħabba, fost oħrajn, introduzzjoni ta’ taxxi. Dan wassal ukoll għal nuqqas ta’ infermiera, qwiebel u sodod fl‑isptarijiet. Fis‑sena 2000, il‑Vjetnam kellu biss 250,000 sodda fl‑isptarijiet, waħda mill‑aktar sustanzjuża fid‑dinja, minħabba l‑ammont ta’ ħxejjex aromatiċi, ħaxix u frott tal‑baħar li jużaw fir‑riċetti tagħhom, filwaqt li ma jużawx żjut u lanqas jaqlu.

• Il‑Vjetnam huwa l‑aktar pajjiż li jesporta

Ġurnata Missjunarja 21 ta’ Ottubru 2018

li jammonta għal sodda għal kull 676 persuna. L‑użu ta’ kimika mill‑Istati Uniti matul il‑Gwerra tal‑Vjetnam ħalliet impatt qawwi għal tul ta’ snin fuq il‑Vjetnamiżi. Fost dawn, 3 miljun ruħ soffrew mard tas‑saħħa, miljun tarbija twieldu b’diżabilità u 24 fil‑mija tal‑art spiċċaw meqruda kompletament. Dan minbarra l‑problemi tal‑malarja li toqtol 5 fil‑mija tal‑popolazzjoni, l‑HIV u l‑AIDS. Iżda l‑marda tat‑tuberkulożi qiegħda dejjem tiżdied b’madwar 57 mewt kuljum. Grazzi għal programm intensiv ta’ vaċċini, iġene aħjar u assistenza medika, il‑każijiet tat‑tuberkulożi qed jonqsu xi ftit.  bżar iswed u ġewż tal‑anakardju (‘cashew nuts’).

• Huwa kkunsidrat xorti ħażina jekk tagħti bħala rigal xi maktur, xi ħaġa sewda jew fjuri sofor. 3


Ottubru 2018

MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG

Ottubru – Ix‑xahar tal‑Missjoni

mal‑Missjoni, għaliex fil‑Ħadd ta’ qabel l‑aħħar Ħadd ta’ dan ix‑xahar, tkun iċċelebrata l‑Ġurnata Missjunarja. Din il‑ġurnata twaqqfet minn Papa Piju XI fl‑1926 fuq talba tas‑Soċjetà

I

x‑xahar ta’ Ottubru huwa xahar marbut mal‑festa tal‑Madonna tar‑Rużarju. Dan għaliex l‑Insara ħarġu rebbiħin fuq l‑armata Ottomana fil‑battalja ta’ Lepanto, fl‑1571. Il‑Papa ta’ dak iż‑żmien, San Piju V, għaraf li din il‑battalja, li kienet deċisiva għall‑pajjiżi kollha 4

tal‑Ewropa, intrebħet bl‑interċessjoni tal‑Madonna tar‑Rużarju. Minn dak iż‑żmien sal‑lum, il‑Papiet kollha ħeġġew lill‑poplu Nisrani sabiex jitlob din it‑talba tant għażiża għal Marija. Barra minn dan, ix‑xahar ta’ Ottubru huwa marbut

Pontifiċja għall‑Propagazzjoni tal‑Fidi. Din is‑sena, il‑Ġurnata Missjunarja ser tkun iċċelebrata mad‑dinja kollha l‑Ħadd 21 ta’ Ottubru. L‑iskop ta’ din il‑ġurnata huwa li nitolbu lil Alla sabiex iseħħ il‑kmand ta’ Ġesù li ta lill‑Knisja qabel ma tela’ s‑sema: “Morru fid‑dinja kollha, xandru


Ottubru 2018

Il‑Papa, biex jgħinna ngħixu din il‑Ġurnata, jibgħat messaġġ lill‑Insara kollha. Għal dan il‑messaġġ il‑Papa għażel bħala suġġett: ‘Flimkien maż‑żgħażagħ inwasslu l‑Evanġelju lil kulħadd’. Dan huwa suġġett attwali ħafna għaliex il‑Papa nnifsu ser ikun qed jiddiskuti dan is‑suġġett mal‑isqfijiet

Ġurnata Missjunarja

B’SMS ta’ €2.33 tkun qedqed titma’ B’SMS ta’ €2.33 tkun 7 t’itfal għalgħal ġurnata. titma’ 7t itfal ġurnata.

B’SMS ta’ tkun qed B’SMS ta’ €6.99 €6.99 tkun qed tixtri għal tifeltifel jewjew tifla tixtril‑kotba l‑kotba għal għal sena skolastika. tifla għal sena skolastika.

21 ta’ Ottubru 2018

sms fuq 50617374 – €2.33 | sms fuq 50618820 – €6.99

miġbura għas‑sinodu. Fost ħwejjeġ oħra, il‑Papa, f ’dan il‑messaġġ qalilna li ħadd ma ġie fid‑dinja għax ried jew għażel hu li jiġi. Dan il‑fatt għandu jgħinna biex nirriflettu li lkoll kemm aħna għandna missjoni x’inwettqu, li hija r‑raġuni waħdanija tal‑eżistenza tagħna fuq din l‑art. Kif nistgħu nwettqu din il‑missjoni? L‑ewwel u qabel kollox, billi nfittxu nitolbu lill‑Ispirtu s‑Santu sabiex idawwalna ħalli nagħrfu r‑rieda tal‑Missier, u fl‑istess waqt sabiex jagħtina l‑qawwa u l‑kuraġġ biex inwettquha. It‑tieni, li nkunu xhieda ħajja ta’ dak li nemmnu fih. L‑ewwel Insara rnexxielhom jirbħu d‑dinja pagana bl‑istil ġdid ta’ ħajjithom. “Araw kemm tassew iħobbu lil xulxin”, kienu jgħidu l‑pagani bejniethom. Din il‑ħajja ġdida ta’ dawn l‑Insara kienet ukoll mixtla ta’ tant u tant vokazzjonijiet missjunarji. It‑tielet, billi naqsmu mal‑oħrajn il‑ġid li l‑Mulej għoġbu jipprovdilna. Il‑karità mal‑fqir u mal‑batut qatt ma għamlet nies foqra, iżda tgħinna biex nidhru b’kotra ta’ frott f ’idejna la nidhru quddiem il‑Mulej. “Tassew ngħidilkom kulma għamiltu ma’ wieħed mill‑iżgħar fost ħuti, għamiltuh miegħi.” (Mt. 25, 40) 

DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI

l‑Bxara t‑Tajba lill‑ħolqien kollu.” (Mk 16,15) Il‑Knisja mwaqqfa minn Ġesù hija min‑natura tagħha Knisja Missjunarja. Jekk ma tkunx hekk, allura ma tkunx il‑Knisja ta’ Ġesù. Il‑messaġġ imxandar mill‑Knisja huwa essenzjalment wieħed: “Alla hekk ħabb lid‑dinja li ta lill‑ibnu l‑waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l‑ħajja ta’ dejjem.” (Ġw. 3,16) F’din il‑ħidma l‑Knisja mhix waħedha, għaliex Ġesù taha l‑Ispirtu Qaddis Tiegħu biex jibqa’ magħha sal‑aħħar taż‑żminijiet. (Ġw. 14,25; Mt. 38,20)

5


Ottubru 2018

UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG

Intenzjoni Missjunarja: Ottubru2018 “Sabiex irġiel u nisa kkonsagrati għall‑ħajja reliġjuża, jimpenjaw dejjem aktar lilhom infushom u jkunu dejjem preżenti qalb il‑foqra, l‑imwarrbin u dawk li m’għandhom l‑ebda vuċi.”

I

x‑xahar ta’ Ottubru huwa x‑xahar tal‑qaddis umli ta’ Assisi, San

6

Franġisk, li huwa xempju kbir tal‑ħajja kkonsagrata permezz tal‑voti evanġeliċi li huma l‑faqar, il‑kastità u l‑ubbidjenza. Żgur li dawn it‑tliet virtujiet ikomplu jgħinu ta’ kuljum lill‑persuni kollha kkonsagrati sabiex dejjem jiskopru fil‑vokazzjoni sabiħa tagħhom id‑djakonija lejn il‑foqra u l‑batuti. Il‑ħajja kkonsagrata tfakkar lilna wkoll kemm reliġjużi kif ukoll Insara kollha kkonsagrati fil‑Magħmudija, fil‑kliem ta’ Kristu, fl‑episodju tas‑sinagoga ta’ Nażaret fejn kien trabba fid‑dar ta’ Ġużeppi u Marija, meta beda jaqra silta mill‑ktieb

tal‑profeta Iżaija: “L‑Ispirtu tal‑Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani biex inwassal il‑Bxara t‑Tajba lill‑fqajrin. Bagħatni nħabbar il‑ħelsien lill‑imjassrin u d‑dawl mill‑ġdid lill‑għomja, irrodd il‑ħelsien lill‑maħqurin u nxandar is‑sena tal‑grazzja tal‑Mulej.” (Lq. 4:18‑19) Kristu l‑Messija huwa għalhekk il‑Midluk, ‘per eċċellenza’ mill‑Ispirtu ta’ Alla, u għalhekk isejjaħ lil dawk magħżulin minnu sabiex huma jkunu tassew ikkonsagrati bħala ‘bnedmin’ ta’ Alla, kif inhu mfisser tajjeb fil‑konsagrazzjoni bid‑dilka biż‑żejt, fil‑Bibbja. Iż‑żejt juri fuq kollox is‑sens sagru bħala appartenenza lil Alla, kif naraw


Ottubru 2018

fid‑dedikazzjoni tal‑oġġetti sagri u fil‑konsagrazzjoni ta’ diversi personaġġi bibliċi. Nitolbu mela sabiex niġġeddu lkoll fil‑ħajja kkonsagrata u tas‑sejħa tagħna reliġjuża u Nisranija: “Sa mill‑bidu nett tagħha, fil‑Knisja kien hawn irġiel u nisa li bit‑taħriġ tagħhom fil‑kunsilli evanġeliċi, fittxew li jimxu b’libertà akbar wara Kristu u jsiru jixbħuh aktar mil‑qrib; kull wieħed u waħda minnhom, skond il‑mod proprju tagħhom, għaddew ħajja mogħtija lil Alla u ħafna minnhom, bid‑dawl li tahom l‑Ispirtu s‑Santu, għexu

ħajja solitarja jew waqqfu familji reliġjużi, li mbagħad il‑Knisja fl‑awtorità tagħha, laqgħethom bil‑qalb u approvathom. B’hekk ġara li, skond il‑pjan ta’ Alla, kibret varjetà tal‑għaġeb ta’ komunitajiet reliġjużi li għenet ħafna biex il‑Knisja mhux biss ikollha l‑mezzi għal kull ħidma tajba u tkun imrawma għax‑xogħol tal‑ministeru għall‑bini tal‑ġisem ta’ Kristu, iżda wkoll tkun tidher mogħnija bil‑ħafna xorta ta’ doni f ’uliedha, bħal għarusa mżejna għall‑għarus tagħha, u permezz tagħha jkun imgħarraf l‑għerf ta’ Alla, għerf ta’ kull xorta ta’ mezzi.”

Ġurnata Missjunarja 21 ta’ Ottubru 2018

(‘Perfectae Caritatis’ Nru. 1) Fuq il‑virtujiet reliġjużi tal‑kastità, tal‑faqar u tal‑ubbidjenza, ir‑reliġjużi kollha huma msejħin sabiex jikkonsagraw ħajjithom lil Alla u lill‑ħwejjeġ tiegħu: “Irridkom tkunu bla ħsibijiet. Min mhux miżżewweġ jaħseb fil‑ħwejjeġ tal‑Mulej, kif jogħġob lill‑Mulej.” (1 Korintin 7:32) Nagħlaq bi frazi meħuda mill‑Beatitudnijiet fid‑diskors tal‑muntanja: “Imberkin dawk li huma foqra f ’qalbhom, għax għalihom hi s‑Saltna tas‑Smewwiet.” (Mtw. 5:3) 

I N I O N J S O S J I S S M ‑ I L M I ‑ L Q SQ I I R S ’ I B ’ R A Ż A Ż B A B Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta

(Ħinijiet Ġodda) It‑Tnejn, l‑Erbgħa u l‑Ġimgħa: 9:00am‑11:00am It‑Tlieta u l‑Ħamis: 9:00am‑12:30pm

7


PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – VIKKI

Ottubru 2018

Ċirku ta’ prostituzzjoni fil‑Kambodja

S

omaly Mam hija attivista kbira kontra t‑traffikar tat‑tfajliet fil‑Kambodja. Hija tiffoka primarjament fuq it‑traffikar tat‑tfajliet għal skopijiet sesswali. Fil‑Kambodja ħafna bniet u tfajliet jiġu ttraffikati għall‑skopijiet ta’ prostituzzjoni. Huma jinbiegħu lis‑sidien ta’ stabbilimenti fejn jiġu organizzati l‑burdelli.

8

Mill‑1996 sal‑2004, hija ħadmet bis‑sħiħ u kienet involuta f ’kampanji kontra t‑traffikar tat‑tfajliet għall‑prostituzzjoni. Somaly minn dejjem saħqet li n‑nisa fil‑Kambodja għandu jkollhom l‑istess opportunitajiet tal‑ħajja bħal u daqs nisa oħra madwar id‑dinja kollha.

Fl‑1996, Somaly waqqfet l‑organizzazzjoni AFESIP.

Din l‑organizzazzjoni infetħet bil‑għan li taħdem sabiex issalva lill‑bniet u t‑tfajliet mill‑prostituzzjoni, filwaqt li tagħti kenn lil dawk in‑nisa kollha li jkunu sfaw sfruttati minn età żgħira, u li wara li jkunu kibru jispiċċaw barra t‑triq mingħajr saqaf fuq rashom. Permezz tal‑organizzazzjoni AFESIP, Somaly bniet tlett idjar għall‑bniet li jsalvaw mill‑iskjavitù, fil‑Kambodja, f’Laos u fil‑Vjetnam rispettivament. F’dawn id‑djar il‑bniet jingħataw ikel, kura tas‑saħħa, saqaf fuq rashom, sodda fejn jorqdu, ċans li jmorru l‑iskola u taħriġ għal impjieg meta jkunu adulti. L‑organizzazzjoni tgħin ukoll lill‑pulizija meta dawn ikunu qed iwettqu


Ottubru 2018

tfittxijiet fl‑istabbilimenti tal‑prostituzzjoni sabiex tiġi infurzata l‑liġi. Fl‑2007, Somaly waqqfet il‑Fondazzjoni Somaly Mam fl‑Istati Uniti. Din l‑għaqda tappoġġja gruppi li jaħdmu kontra t‑traffikar u tgħin lin‑nisa, lit‑tfajliet u lill‑bniet li jkunu ġew imġiegħla jidħlu fiċ‑ċirku tal‑prostituzzjoni. Il‑Fondazzjoni Somaly Mam ġibdet l‑attenzjoni ta’ bosta mexxejja fin‑negozju fl‑Istati Uniti u anke ta’ bosta stilel ta’ Hollywood. Matul il‑karriera tagħha, Somaly ġabret fondi għal dan il‑għan, dehret fuq bosta programmi televiżivi u

Ġurnata Missjunarja 21 ta’ Ottubru 2018

tkellmet dwar dan is‑suġġett f’ħafna avvenimenti internazzjonali. Minkejja li ma kenitx imħarrġa fil‑qasam tas‑saħħa, fil‑ħin liberu tagħha, Somaly ħadmet ukoll id

f’id mal‑‘Médecins Sans Frontières’. Hija għenet sabiex tiġi kkomunikata informazzjoni utli lin‑nisa li jkunu qed jaħdmu bħala prostituti u sabiex jitqassmu kondoms u sapun lil dawn l‑istess nisa. Fl‑2008, Somaly Mam kienet onorata bil‑premju ‘The World’s Children’s Prize’ għall‑ħidma tagħha sabiex teħles lill‑bniet, tfajliet u nisa miċ‑ċirku tal‑prostituzzjoni fil‑Kambodja. Informazzjoni meħuda minn http://worldschildrensprize.org 

INVESTI FIL‑MISSJONI FIT‑TESTMENT TIEGĦEK • Ħu ħsieb agħmel it‑testment fil‑ħin u kun ġust fil‑mod kif ser tqassam dak li ser tħalli warajk • Tinsiex l‑opri ta’ karità li tista’ twettaq wara mewtek • Tinsiex tinvesti wkoll fil‑missjoni. Meta tħalli propjetà jew flus lill‑Opri Pontifiċji għandek garanzija mill‑organizzazzjoni uffiċjali tal‑Knisja għall‑missjoni, li bi flusek ser twassal l‑aħbar it‑tajba f’xi pajjiż jew ieħor fid‑dinja u ser tgħin persuni li għadhom bla knisja, bla dar, bla skola, bla sptar kif ukoll bla ikel u xorb • Tista’ wkoll tħalli xi fondi fil‑Missio għall‑quddies b’suffraġji għal ruħek u/jew membri tal‑familja tiegħek. Dawn il‑fondi jmorru għall‑missjunarji Maltin u missjunarji lokali fl‑artijiet tal‑missjoni. 9


Ottubru 2018

SAN PIETRU APPOSTLU – DUN VICTOR AGIUS

Min jgħix għall‑oħrajn ma jixjieħ qatt

K

elli x‑xorti niltaqa’ u nitkellem fit‑tul ma’ Sor Josephine Borg, soru tal‑Kongregazzjoni tas‑Sorijiet Franġiskani Missjunarji ta’ Marija, li fost l‑oħrajn irrakkontatli l‑istorja sempliċi, imma sabiħa ħafna ta’ ħajjitha. Sor Josephine twieldet u għexet it‑tfulija tagħha fir‑raħal ċkejken u grazzjuż tal‑Kalkara ġol‑Port il‑Kbir ta’ Malta. Raħal trankwill fejn jgħixu nies sempliċi li fil‑maġġoranza tagħhom kienu ħaddiema jew fit‑Tarzna jew fil‑Port il‑Kbir. Fiż‑żgħożija tagħha, Josephine, bħal sħabha kienet qrib ħafna tal‑parroċċa ta’ San Ġużepp, u allura l‑kappillan li kien raha tikber u timmatura, induna li kien hemm teżor kbir f ’qalbha. Kienet tqerr għandu u miegħu bdiet

10

tara xi triq kienet ser tieħu f ’ħajjitha. Il‑kappillan taghha, bniedem magħruf għall‑qdusija tiegħu, kien staqsieha tixtieqx issir soru, u Josephine wieġbet iva. Aktar minn kongregazzjoni, hi xtaqet issir soru u tmur fost il‑foqra fil‑missjoni. Għalhekk, il‑kappillan ħadha għand is‑sorijiet ta’ Ħal‑Balzan, is‑Sorijiet Franġiskani Missjunarji ta’ Marija. Hekk Josephine sabet il‑familja ġdida tagħha li ffurmatha f ’ħajja Nisranija tajba, fejn l‑aktar ħaġa importanti kienet li tikber fl‑imħabba personali tagħha lejn Ġesù u lejn il‑proxxmu, l‑aktar dawk li huma foqra, huma x’inhuma, bojod jew suwed, Insara jew mhux; kull persuna li jibagħtilha Ġesù biex tħobbha jew tħobbu fih. Ta’ min jgħid li s‑sorijiet tul ħajjithom kollha, ta’

kuljum jagħmlu nofs siegħa adorazzjoni quddiem Ġesù fl‑Ewkaristija u talb ieħor. Josephine kienet kuntenta, u wara snin ta’ formazzjoni fi Grottaferrata fl‑Italja ma’ ħafna tfajliet oħra bħala ġejjin mid‑dinja kollha, telqet ma’ grupp żgħir ta’ sorijiet oħra, kollha żgħażagħ, lejn il‑missjoni fil‑Pakistan. Dan kien fis‑sittinijiet; telqu minn Malta bil‑vapur fuq vjaġġ ta’ 11‑il ġurnata, waslu Karachi u minn hemm telqu lejn Layipur, illum Faisalabad, biex jaħdmu ġo klinika fqira mal‑foqra, fil‑maġġoranza assoluta tagħhom Musulmani. Kellhom jaħdmu fi sħana tremenda, dejjem madwar 40 grad selsjus, bla dawl elettriku u bi ftit ilma. Ta’ kuljum is‑superjura kienet tagħti


Ottubru 2018

lil kull soru friskatur ilma li bih is‑soru setgħet tinħasel, taħsel snienha u bl‑ilma użat tnaddaf it‑‘toilet’. Sor Josephine għandha ħafna stejjer x’tirrakkonta fit‑52 sena li ilha l‑Pakistan. Hawnhekk jiena kelli l‑kuraġġ nistaqsiha kemm għandha snin u hi mill‑ewwel weġbitni: “82 sena”. Ma ridtx nemmen lil widnejja, għaliex Sor Josephine mhux biss ma tidhirhomx, għax qisha farfett, imma tidħak u tirrakkontali kif kull darba li tidhol lura l‑Pakistan, l‑Uffiċjali tal‑Immigrazzjoni, meta jaraw il‑passaport tagħha ma jemmnux li hi għandha dik l‑età kollha u għadha tivvjaġġa waħedha! Kemm hu minnu l‑kliem tal‑Vanġelu: “Min jitlef ħajtu jsibha, min jagħti jirċievi mitt darba aktar”. Min jgħix għalih innifsu jitlef ħajtu u jixjieħ qabel iż‑żmien. Min jgħix għall‑oħrajn isib il‑veru gost tal‑ħajja u jibqa’ żagħżugħ! Grazzi Sor Josephine. Inti tagħmel unur lill‑Knisja u lill‑umanità, u jalla ħafna żgħażagħ li jsiru jafuk, isibu l‑kuraġġ u bħalek ma jibżgħux jgħidu ‘iva’ għall‑imħabba ta’ Ġesù meta jsejħilhom. 

Ġurnata Missjunarja 21 ta’ Ottubru 2018

Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. • Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 • Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35 • Kotba għal semestru lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43 • Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 11


SANTA INFANZJA ‑ VIKKI

Ottubru 2018

Tfal imsawta u attakkati mill‑klieb tal‑pulizija

I

l‑Professoressa Ann Skelton taħdem favur id‑drittijiet tat‑tfal. Hija trabbiet fl‑Afrika ta’ Isfel fi żmien meta l‑gvern beda jinforza politika ta’ segregazzjoni razzjali taħt sistema ta’ leġiżlazzjoni li kienet imsejħa ‘apartheid’.

12

Ann kellha ħmistax‑il sena meta t‑tfal b’kulur tal‑ġilda skura bdew jipprotestaw kontra din il‑politika. Mijiet ta’ tfal, ta’ kuljum kienu qed jinqatlu jew mibgħutin il‑ħabs. Ann rat b’għajnejha stess eluf ta’ tfal jiġu msawta mill‑pulizija, oħrajn attakkati mill‑klieb tal‑pulizija stess u oħrajn jiġu kkundannati għas‑swat. Kien għalhekk li Ann iddeċidiet li ssir avukatessa bil‑għan li tiġġieled għad‑drittijiet ta’ dawn it‑tfal vulnerabbli.

Bħala avukatessa Ann irrappreżentat fil‑qrati lit‑tfal li kienu jiġu abbużati jew ittrattati ħażin. Meta kienet tirbaħ xi każ il‑qorti, indirettament hija kienet tkun għenet ukoll lit‑tfal li jkunu għaddejjin mill‑istess sitwazzjonijiet. Ann temmen li t‑tfal huma nies u għalhekk għandu jkollhom l‑opportunità li jipparteċipaw fid‑deċiżjonijiet li jaffettwaw il‑ħajja tagħhom. Ann fasslet ukoll bosta liġijiet li jipproteġu lit‑tfal. Fil‑fatt, meta Nelson Mandela laħaq President tal‑Afrika ta’ Isfel, Ann ġiet inkarigata sabiex tmexxi l‑proċess biex tiġi abbozzata l‑liġi li tipproteġi lit‑tfal li jkollhom problemi mal‑ġustizzja. Fost il‑ħafna xogħol li għamlet, hija ħadmet favur id‑drittijiet tat‑tfal li l‑ġenituri tagħhom kienu qed jiddivorzjaw, għenet lit‑tfal li kienu qed jiġu abbużati fl‑istituti u fid‑djar tat‑tfal, ipproteġiet lit‑tfal refuġjati u għenet lit‑tfal li kienu qed


Ottubru 2018

Ġurnata Missjunarja 21 ta’ Ottubru 2018

jiġu ttrattati ħażin fil‑ħabsijiet u fl‑iskejjel. Illum il‑ġurnata, il‑Professoressa Ann Skelton hija d‑Direttriċi taċ‑Ċentru tal‑Liġijiet tat‑Tfal

Kif tista’ tista’ Kif tgħin tgħin lit‑tfal lit‑tfal fil‑missjoni: fil‑missjoni:

fl‑Università ta’ Pretorja fl‑Afrika ta’ Isfel.

‘The World’s Children’s Prize’. Dak iż‑żmien hija kienet ilha taħdem ’il fuq minn għoxrin sena kontra l‑inġustizzji li jħabbtu wiċċhom magħhom it‑tfal. Fl‑Afrika ta’ Isfel, ix‑xogħol ta’ Ann mhux biss kien strumentali ġewwa s‑swali tal‑qorti, iżda ħalla wkoll impatt qawwi fuq il‑liġijiet li jipproteġu lit‑tfal u l‑interessi tagħhom.

Fl‑2012, Ann Skelton ingħatat il‑premju bl‑isem

Informazzjoni meħuda minn http://worldschildrensprize.org 

€19 – medikazzjoni għal

€50 – programm ta’

ġimagħtejn fi kliniċi li jikkuraw mard serju

ġimgħa edukazzjoni sportiva għal tfal f’Myanmar

€104 – lavanja tal‑‘braille’

€200 – Xirja qamħ biex

€318 – faxex u

għal 40 tifel u tifla neqsin mid‑dawl

jinħema l‑ħobż għal tfal orfni fil‑Pakistan

medikazzjoni għal 6 persuni bil‑lebbra għal sena sħiħa 13


SANTA INFANZJA ‑ VIKKI

Ottubru 2018

Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl

CHILD SPONSORSHIP €150 ‑ edukazzjoni, kura tas‑saħħa u ilma tax‑xorb nadif għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.

fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI!

Child Sponsorship iwiegħed li aħna naħdmu id f’id mat‑tfal, il‑ġenituri tagħhom, komunitajiet u oħrajn, sabiex niżguraw illi t‑tfal kollha jkunu mgħajxin u b’saħħithom. 14


MESSAĠĠ TAL‑QDUSIJA TIEGĦU PAPA FRANĠISKU GĦALL‑ĠURNATA MISSJUNARJA DINJIJA 2018

Ottubru 2018

Ġurnata Missjunarja 21 ta’ Ottubru 2018

Flimkien maż‑żgħażagħ inwasslu l‑Evanġelju lil kulħadd.

Għ

eżież żgħażagħ, nixtieq li flimkien magħkom nirrifletti fuq il‑missjoni li Ġesù fdalna f ’idejna. Filwaqt li nkellem lilkom, irrid li nindirizza wkoll lill‑Insara kollha li qed jgħixu l‑avventura ta’ ħajjithom fil‑Knisja bħala wlied Alla. Dak li qanqalni biex inkellem lil kulħadd, filwaqt li niddjaloga magħkom, hi ċ‑ċertezza li

l‑fidi Nisranija tibqa’ dejjem żagħżugħa meta tkun miftuħa għall‑missjoni li Kristu fdalna f ’idejna. “Il‑missjoni tagħti ħajja ġdida lill‑fidi” (Redemptoris missio, 2), kiteb il‑Qaddis Ġwanni Pawlu II, Papa li tant ħabb liż‑żgħażagħ u li tant iddedika ruħu għalihom. L‑okkażjoni tas‑sinodu, li ser niċċelebraw f ’Ruma f ’Ottubru li ġej, fix‑xahar tal‑missjoni, toffrilna l‑opportunità biex, fid‑dawl tal‑fidi, nifhmu aħjar dak li l‑Mulej Ġesù jrid jgħid lilkom iż‑żgħażagħ, u dak, li permezz tagħkom, irid jgħid lill‑komunitajiet Insara.

Il‑ħajja hi missjoni Kull raġel u mara huma missjoni, u għalhekk jinsabu hawn fl‑art. Il‑qalb, l‑aktar f ’età żagħżugħa, tħoss żewġ tqanqiliet: tħossha ‘attirata’ u tħossha ‘mibgħuta’. Inħossu fina l‑qawwa tal‑imħabba li twegħedna futur u timbuttana ’l quddiem fil‑ħajja. Ħadd daqs iż‑żgħażagħ ma jħossx dik il‑qawwa tal‑ħajja li tinfed u tattira. Hi sfida kbira li ngħixu b’ferħ ir‑responsabbiltà li għandna lejn id‑dinja. Nifhem sew il‑waqtiet ta’ dawl u ta’ dlam li jgħixu ż‑żgħażagħ. Meta naħseb f ’żgħożiti u fil‑familja 15


Ottubru 2018

tiegħi niftakar kemm kienet qawwija t‑tama f ’ġejjieni aħjar. Il‑fatt li ninsabu f ’din id‑dinja mhux għax iddeċidejna aħna, iwassalna biex nagħrfu li kien hemm inizjattiva li ġiet qabilna u li wasslet għall‑eżistenza tagħna. Kull wieħed minna hu msejjaħ biex jirrifletti fuq din ir‑realtà: “Jien missjoni fuq din l‑art, u għalhekk ninsab f ’din id‑dinja”(Evangelii gaudium, 273). Inħabbrulkom lil Ġesù Kristu Filwaqt li tħabbar dak li ġie mogħti lilha b’mod gratwit (ara Mt 10,8; Atti 3,6), il‑Knisja tista’ taqsam magħkom iż‑żgħażagħ it‑triq u l‑verità li jagħtu tifsira lill‑ħajja fuq din l‑art. Ġesù Kristu, li miet u rxoxta għalina, joffri lilu nnifsu lil‑libertà tagħna u jipprovokaha biex tfittex, tiskopri u tħabbar dan is‑sens veru tal‑ħajja fil‑milja tagħha. Għeżież żgħażagħ tibżgħux minn Kristu u mill‑Knisja tiegħu! Fihom issibu t‑teżor li jimla l‑ħajja bil‑ferħ. Qed ngħidilkom dan b’esperjenza: Huwa grazzi għall‑fidi li jien sibt il‑bażi soda tal‑ħolm tiegħi u l‑qawwa biex inwettaq dan il‑ħolm. Rajt ħafna tbatija u ħafna faqar jisfiguraw il‑wiċċ ta’ bosta minn ħutna l‑bnedmin. B’danakollu, meta tibqa’ ma’ Ġesù, il‑ħażen iqanqlek biex tħobb dejjem aktar. Ħafna rġiel u nisa, ħafna żgħażagħ taw 16

MESSAĠĠ TAL‑QDUSIJA TIEGĦU PAPA FRANĠISKU GĦALL‑ĠURNATA MISSJUNARJA DINJIJA 2018

lilhom infushom b’ġenerożità – xi drabi anki sal‑martirju – għall‑imħabba tal‑Evanġelju, fil‑qadi ta’ ħuthom il‑bnedmin. Mis‑salib ta’ Ġesù nitgħallmu l‑loġika divina li twassalna biex noffru lilna nfusna (ara1 Kor 1,17‑25) bħala tħabbira tal‑Evanġelju għall‑ħajja tad‑dinja (ara Ġw 3,16). Meta nitkebbsu bl‑imħabba għal Kristu, nikkunsmaw lilna nfusna f ’dan in‑nar, u dan ikabbarna, idawwalna u jsaħħan lil qlubna (ara 2 Kor 5,14). Nistedinkom għall‑iskola tal‑qaddisin li jiftħulna orizzonti kbar li jwasslu għand Alla, u f’kull ċirkustanza staqsu lilkom infuskom: “X’kien jagħmel Kristu kieku kien minfloki?” Nittrażmettu l‑fidi sa trufijiet l‑art Intom ukoll, għeżież żgħażagħ, sirtu membri ħajjin tal‑Knisja permezz tal‑Magħmudija, u flimkien irċevejna l‑missjoni li nwasslu l‑Evanġelju lil kulħadd. Intom tinsabu fil‑fjur ta’ ħajjitkom. Filwaqt li nikbru fil‑grazzja tal‑fidi mgħoddija lilna mis‑Sagramenti tal‑Knisja, aħna nidħlu f ’dik ix‑xmara kbira ta’ xhieda li tħaddan fiha l‑ġenerazzjonijiet, fejn l‑għerf ta’ min għandu esperjenza jsir xhieda u jimla b’kuraġġ lil min qed iħares lejn il‑ġejjieni. Mill‑banda l‑oħra, l‑entużjażmu ġdid taż‑żgħażagħ hu sostenn u

tama għal min qed joqrob lejn it‑tmiem tal‑vjaġġ tiegħu fuq l‑art. Filwaqt li nies ta’ etajiet differenti jimxu flimkien, il‑missjoni tal‑Knisja tibni pontijiet bejn il‑ġenerazzjonijiet, u l‑fidi f ’Alla u l‑imħabba għall‑proxxmu jibnu għaqda profonda. Din it‑trażmissjoni tal‑fidi, il‑qalba tal‑missjoni tal‑Knisja, isseħħ billi wieħed ‘jittieħed’ mill‑imħabba, fejn il‑ferħ u l‑entużjażmu juru s‑sens u l‑milja tal‑ħajja li wieħed ikun sab mill‑ġdid. It‑tixrid tal‑fidi permezz tal‑attrazzjoni jitlob qlub miftuħa, imfawra bl‑imħabba. L‑imħabba ma tistax tpoġġilha limitu: Għaliex l‑imħabba hi qawwija bħall‑mewt (ara Għan 8,6). Dan it‑tixrid tal‑fidi jiġġenera ‘encounter’, xhieda, tħabbira; jiġġenera l‑qsim fil‑karità ma’ dawk kollha li huma ’l bogħod mill‑fidi, li huma indifferenti u xi drabi forsi anki ostili u kontra l‑fidi. Ambjenti umani, kulturali u reliġjużi li huma barranija għall‑Evanġelju ta’ Ġesù u għall‑preżenza sagramentali tal‑Knisja jirrappreżentaw il‑periferiji estremi. Dawn huma ‘it‑trufijiet tal‑art’ fejn Ġesù bagħat lid‑dixxipli missjunarji tiegħu sa minn meta qam mill‑mewt, filwaqt li żgurahom li l‑Mulej ser jibqa’ dejjem magħhom (ara Mt 28,20; Atti 1,8). Dan hu dak li aħna nsejħulu ‘missio


Ottubru 2018

ad gentes’. Il‑periferija l‑aktar deżolata tal‑umanità, li tant għandha bżonn ta’ Kristu, hija dik fejn hemm l‑indifferenza lejn il‑fidi, u jekk mhux ukoll il‑mibegħda kontra il‑milja divina tal‑ħajja. Kull faqar materjali u spiritwali, kull diskriminazzjoni lejn ħutna huma dejjem konsegwenza taċ‑ċaħda t’Alla u tal‑imħabba tiegħu. Għeżież żgħażagħ, it‑trufijiet tal‑art kollha llum saru għalikom xi ħaġa relattiva u faċli taslu biex ‘tinnavigaw’ fiha. Id‑dinja diġitali ‑ in‑netwerks soċjali li faċli ssibhom u li xterdu ma’ kullimkien – xejnu l‑fruntieri, eliminaw id‑distanzi u naqqsu d‑differenzi. Kollox jidher li tista’ tasal għalih malajr, kollox qrib u immedjat. Iżda mingħajr ir‑rigal sinċier tal‑ħajja jista’ jkollna eluf u eluf ta’ kuntatti, iżda qatt ma naslu għal vera komunjoni tal‑ħajja. Fil‑vokazzjoni mogħtija lilna minn dak li poġġiena fuq din l‑art, il‑missjoni sa trufijiet l‑art titlob minna r‑rigal tagħna nfusna (ara Lq 9,23‑25). Nazzarda ngħid li għal żagħżugħ li jrid jimxi wara Kristu, l‑aktar ħaġa essenzjali hi li jfittex x’inhi il‑vokazzjoni tiegħu u jippersevera fiha. Xhieda tal‑imħabba Nirringrazzja lir‑realtajiet ekkleżjali kollha li jgħinukom personalment biex tiltaqgħu ma’ Kristu ħaj fil‑Knisja tiegħu;

il‑parroċċi, l‑assoċjazzjonijiet, il‑movimenti, il‑komunitajiet reliġjużi u tant espressjonijiet oħra ta’ servizz missjunarju. Ħafna żgħażagħ isibu fil‑volontarjat missjunarju forma biex jaqdu ‘lill‑iżgħar’ fost ħutna l‑bnedmin (ara Mt 25,40), filwaqt li jippromwovu d‑dinjità umana u jagħtu xhieda tal‑ferħ li jiġi mill‑imħabba u mill‑ħajja Nisranija. Dawn l‑esperjenzi ekkleżjali jwasslu biex il‑formazzjoni taż‑żgħażagħ ma tkunx biss tħejjija għas‑suċċess professjonali, iżda wkoll biex jiżviluppaw u jieħdu ħsieb dak id‑don li l‑Mulej tahom biex jaqdu aħjar lill‑oħrajn. Dawn il‑forom ta’ servizz missjunarju temporanju, li tassew ta’ min ifaħħarhom, huma bidu li jagħti l‑frott, u fid‑dixxerniment vokazzjonali jistgħu jgħinukom biex tiddeċiedu tagħtu lilkom infuskom b’mod sħiħ bħala missjunarji. L‑Opri Missjunarji Pontifiċji twieldu minn qlub żagħżugħa biex jgħinu ħalli t‑tħabbira tal‑Evanġelju tasal għand il‑bnedmin kollha, filwaqt li jagħtu sehemhom għal żvilupp uman u kulturali ta’ tant ġnus bil‑għatx għall‑Verità. It‑talb u l‑għajnuna materjali, mogħtija b’tant ġenerożità u mqassmin mill‑OMP, jgħinu lis‑Santa Sede biex, filwaqt li twassal l‑għajnuna lil dawk li jeħtiġuha,

Ġurnata Missjunarja 21 ta’ Ottubru 2018

tara li dawn ukoll ikunu kapaċi jagħtu xhieda fl‑ambjenti fejn jgħixu. Ħadd mhu daqshekk fqir li ma jista’ jagħti xejn minn dak li għandu, u qabel kollox minn dak li hu. Nixtieq nerġa’ ntenni l‑kliem li għedt liż‑żgħażagħ taċ‑Ċili: “Qatt m’għandek taħseb li m’għandek xejn x’tagħti jew li m’għandek bżonn ħadd. Kun af li ħafna nies għandhom bżonnok. Kull wieħed jgħid f ’qalbu: Ħafna nies għandhom bżonni”. (Laqgħa maż‑żgħażagħ fis‑Santwarju ta’ Maipu, 17/01/2018) Għeżież żgħażagħ, fix‑xahar tal‑missjoni li ġej, f ’Ottubru, meta ser isir is‑sinodu ddedikat għalikom, ser ikollna okkażjoni oħra biex insiru dixxipli missjunarji dejjem aktar imħeġġa bl‑imħabba għal Ġesù u għall‑missjoni tiegħu sa truf l‑artijiet kollha. Nitlob lil Marija Sultana tal‑Appostli, lil San Franġisk Saverju, lil Santa Tereża tal‑Bambin Ġesù u lill‑Beatu Paolo Manna biex jidħlu għalina lkoll u biex jakkumpanjawna dejjem. Mill‑Vatikan 20 ta’ Mejju 2018, is‑Solennità tal‑Pentekoste

Miġ jub għall‑Malti minn Vivienne Attard  17


MESSAĠĠ TA’ MONSINJUR ARĊISQOF

Ottubru 2018

Messaġġ Ġurnata Missjunarja 2018

D

in is‑sena l‑Ġurnata Missjunarja qed tiġi ċċelebrata fix‑xahar ta’ Ottubru meta l‑isqfijiet ta’ madwar id‑dinja jinsabu miġburin fil‑Vatikan ma’ Papa Franġisku jitolbu u jiddixxernu dwar tema importanti ħafna: Iż‑żgħażagħ, il‑vokazzjonijiet u d‑dixxerniment. Nixtieq li l‑messaġġ tiegħi għal din il‑Ġurnata Missjunarja ta’ din is‑sena jkun marbut ma’ din l‑esperjenza ekkleżjali qawwija. Il‑Papa stess fil‑messaġġ li offra għal din il‑ġurnata jfakkar li

18

ż‑żgħażagħ huma wkoll imsejħa għall‑vokazzjoni missjunarja fl‑ambjent tagħhom: Fl‑ambjent tal‑istudju, tad‑divertiment, tal‑arti u tal‑kultura. Iż‑żgħażagħ iridu jkunu missjunarji tal‑ferħ tal‑Evanġelju, missjunarji tas‑safa li jirrispettaw wieħed lill‑ieħor, missjunarji tal‑ġustizzja soċjali, missjunarji tal‑imħabba lejn il‑fqir. Fl‑istess ħin nixtieq li f’din il‑Ġurnata Missjunarja aħna l‑membri tad‑djoċesi f’Malta nitolbu ħafna għall‑vokazzjonijiet missjunarji. Għandna tradizzjoni sabiħa kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex ta’ saċerdoti, reliġjużi, u anke ta’ lajċi li jitilqu kollox biex imorru f’artijiet u ambjenti missjunarji ħalli jxandru l‑ferħ tal‑Evanġelju. Hija tradizzjoni li tagħmlilna ġieħ u li hemm bżonn tkompli. It‑talba tiegħi hija li iżjed żgħażagħ jitqanqlu bl‑ispirtu ta’ ġenerożità u wara li

jkunu għamlu esperjenzi qosra ta’ volontarjat f ’artijiet tal‑missjoni jitħajru jagħtu ħajjithom biex il‑ferħ tal‑Evanġelju jixxandar madwar id‑dinja. Il‑vokazzjoni missjunarja mhix vokazzjoni faċli, imma hija vokazzjoni li tagħti ferħ qaddis u qawwi, li tagħti barka lill‑familji tal‑missjunarji tagħna. Kull meta ltqajt ma’ komunitajiet li kellhom missjunarju Malti jieħu ħsiebhom għal diversi snin, indunajt bl‑effett sabiħ tal‑ħidma tal‑missjunarji reliġjużi, djoċesani, sorijiet u anke katekisti tagħna, bħalma huma s‑soċji tal‑M.U.S.E.U.M. imma wkoll diversi lajċi oħra impenjati fil‑missjoni. Nitolbu biex dan l‑ispirtu li ħalla fostna l‑Appostlu Missierna San Pawl, ikollu futur u jkompli jkun ta’ ġieħ għall‑Knisja f ’Malta u f ’Għawdex.  Charles Jude Scicluna Arċisqof ta’ Malta 


MESSAĠĠ MILL‑ISQOF TA’ GĦAWDEX

I

iktar x’inhi tassew is‑sejħa tal‑missjunarju. Forsi drajna żżejjed li malli nisimgħu bil‑missjoni ndaħħlu jdejna fil‑but (u sew nagħmlu), imma bla ma nkunu lesti biżżejjed biex nisimgħu x’inhi l‑ħidma reliġjuża u soċjali tal‑missjunarju. Xogħol il‑missjunarju mhuwiex sempliċiment li jqassam l‑ikel jew affarijiet oħra b’xejn. Is‑sejħa tiegħu hi li jxettel il‑fidi qalb in‑nies li jgħix magħhom u jgħinhom jiksbu dinjità biex għada pitgħada jkunu jistgħu jaqdfu għal rashom.

Wara iktar minn 50 sena li ilha tiġi ċċelebrata, il‑Ġurnata Missjunarja ma tilfet xejn mill‑importanza oriġinali tagħha. Illum inħoss li l‑Knisja f ’Malta u f ’Għawdex għandha bżonn tapprofondixxi

Għalhekk nisħaq li kull meta nitkellmu ‘min‑nies tal‑missjoni’ nisħqu dejjem fuq id‑dinjità tagħhom bħala persuni bħalna. Dan ifisser li jkun hemm attenzjoni anki għall‑mod kif jiġu ippreżentati fil‑mezzi tax‑xandir tagħna u l‑mod kif inpittru r‑realtà missjunarja. Dan mhux dejjem seħħ. U frott t’hekk qed ngħixu fil‑kontradizzjoni li min‑naħa aħna pajjiż li konna ġenerużi ħafna mal‑artijiet tal‑missjoni, u min‑naħa l‑oħra ma jonqsux fostna episodji ta’ razziżmu, preġudizzji u rifjut lejn dawn ħutna ‘tal‑missjoni’ li qed ifittxu futur aħjar. Fl‑omelija tiegħi tat‑8 ta’ Lulju li għaddiet, tkellimt ċar dwar x’inhu l‑atteġġjament Kristjan lejn l‑immigranti, u li mhux biżżejjed li wieħed jgħid li għandna sempliċiment

Messaġġ Ġurnata Missjunarja 2018 l‑Ġurnata Missjunarja Dinjija kienet xi ħaġa li żviluppat fil‑Knisja wara l‑għeluq tal‑Konċilju Vatikan II. Il‑Konċilju laqqa’ flimkien lill‑isqfijiet kollha, u ħafna minnhom saru iktar konxji tal‑bżonnijiet kbar tal‑Knisja fl‑artijiet tal‑missjoni, speċjalment il‑ħidma biex tixxettel il‑fidi qalb popolazzjonijiet li setgħu jilqgħuha bil‑ħerqa. Kienet ir‑rieda ta’ Papa Pawlu VI, li se jkun ikkanonizzat fl‑14 ta’ Ottubru li ġej, li jkun hemm Ħadd fis‑sena li fih il‑Kattoliċi jsiru iktar konxji tal‑ħidma missjunarja tal‑Knisja, isostnuha bit‑talb tagħhom, u jgħinuha bil‑mezzi li għandhom.

Ottubru 2018

Ġurnata Missjunarja 21 ta’ Ottubru 2018

‘ngħinuhom f ’darhom’ (ħaġa li l‑Knisja ilha sekli tagħmel). L‑aħħar punt li nixtieq naqsam magħkom huwa li din is‑sena l‑Ġurnata Missjunarja ser taħbat fil‑qalba tas‑sinodu dwar iż‑żgħażagħ, il‑fidi, u l‑vokazzjoni. Nistennew li l‑Knisja se tkompli tisħaq iktar minn qatt qabel li kull Nisrani huwa missjunarju, u mhux biss dawk li jħallu art twelidhom biex jaħdmu f ’artijiet fejn hemm ħtiġijiet partikulari. Huwa ċar għalhekk li n‑Nisrani li għandu għal qalbu l‑missjoni huwa dak li jimpenja ruħu biex ikun missjunarju fil‑Knisja tiegħu. Huwa minn ħajja dinamika u awtentika ta’ fidi li tinbet l‑imħabba lejn il‑missjoni u l‑vokazzjonijiet missjunarji. Għalhekk, il‑ħidma missjunarja mhijiex biss waħda filantropika jew sforz għal ġbir ta’ fondi, imma l‑ewwel u qabel kollox hija mixja biex il‑komunitajiet tagħna stess jikbru fil‑fidi tagħhom. Il‑mistoqsija dwar b’liema mod aħna qed inkunu missjunarji f ’Malta u f ’Għawdex tibqa’ waħda ċentrali. B’dawn ix‑xewqat f ’qalbi nitlob għalikom biex il‑Mulej iwettaqkom. 24 ta’ Lulju 2018  Mario Grech Isqof ta’ Għawdex  19


Ottubru 2018

“Jekk nistgħu, sempliċiment nixtiequ niksbu dan il‑bżonn ġdid ta’ ilma għal din il‑komunità iżolata. Dan ser jippermettilna naqtgħu b’mod drammatiku r‑riżultati negattivi tas‑saħħa fost it‑tfal u l‑familji li jinsabu taħt il‑kura tagħna,” Sor Mary Hoaian

Sor Mary Hoaian mill‑Kongregazzjoni tas‑Sorijiet Missjunarji tal‑Immakulata Qalb ta’ Marija, f’Nha Trang il‑Vjetnam, flimkien ma’ sħabha s‑sorijiet jaħdmu bla heda biex jipprovdu riżorsi skarsi, bħal ilma tax‑xorb nadif, kura medika u edukazzjoni għall‑komunità ta’ familji bdiewa minsija li jgħixu fir‑reġjuni kostali tal‑muntanji. Dawn jammontaw għal aktar minn 12‑il miljun familja li jgħixu b’inqas minn €2 kuljum.

Ritratt: Tfal mill‑grupp etniku H'mong li jgħixu f 'Sa Pa, raħal qalb il‑muntanji Vjetnamiżi. Il‑grupp etniku H'mong huwa it‑8 l‑akbar fil‑pajjiż. 20


Ottubru 2018

Ä urnata Missjunarja 21 ta’ Ottubru 2018

21


Ottubru 2018

QADDISA TAX‑XAHAR – EMANUEL MICALLEF

Santa Margerita Marija Alacoque

S

anta Margerita twieldet fl‑1647 f ’Burgundy Franza. Kienet l‑unika tifla qalb ħafna tfal subien ta’ Claude u Philiberte Lamy Alacoque. Sa mill‑bidu tat‑tfulija tagħha, Margerita bdiet turi li kellha ġibda speċjali lejn it‑talb, l‑aktar dawk il‑mumenti quddiem Ġesù Sagramentat. Ta’ 9 snin bdiet teżerċita penitenzi ħorox fuq ġisimha. Dan wassal għal marda qalila li Margerita kellha ssofri f ’qiegħ ta’ sodda għal madwar 4 snin. Hija kkonsagrat ruħha lill‑Verġni Mbierka f ’ħajja reliġjuża. 22

Il‑mewt serqet il‑ħajja ta’ missierha meta Margerita Marija kienet għadha żgħira. Meta kellha 17‑il sena, ommha ħajritha biex issib ġuvni. Bdiet toħroġ ma’ ħutha s‑subien u kienu jattendu diversi ballijiet. Darba minnhom hija u ġejja minn ballu tal‑Karnival kellha viżjoni ta’ Kristu marbut kollu dmija u fissrilha kif hi kienet insietu, imma hu xorta waħda kellu qalbu mimlija mħabba għaliha. Ta’ 24 sena daħlet biex tipprepara għall‑ħajja ta’ soru fil‑kunvent tal‑Viżitazzjoni. Fil‑kunvent għaddiet minn diversi provi. Kellha wkoll diversi viżjonijiet fuq

Ġesù. Fil‑viżjoni tas‑27 ta’ Diċembru 1673, festa ta’ San Ġwann Evanġelista, li fl‑Aħħar Ċena mtedd fuq Qalb Kristu u sema’ t‑taħbit tagħha, Ġesù ppermetta li din is‑soru twajba timtedd hi wkoll fuq qalbu. Hija kienet il‑magħżula biex xewqtu mimlija mħabba, tgħarraf biha lill‑umanità li mingħandha jirċievi l‑ingratitudni. Hekk kif l‑azzar l‑aktar iebes jinħall fis‑sħana tan‑nar qawwi, hekk ukoll il‑qalb l‑aktar iebsa tal‑bnedmin tirtab fil‑fjammi ta’ Leħen il‑Maħbub. Waqt il‑viżjonijiet Ġesù dejjem insista mal‑għarusa tiegħu biex l‑umanità tersaq tirċievi t‑tqarbin ta’ spiss, speċjalment fl‑Ewwel Ġimgħa tax‑Xahar u fis‑Siegħa Adorazzjoni tal‑Ħamis. Margerita Marija kellha provi tqal biex tikkonvinċi grupp ta’ teologi fuq il‑validità tal‑viżjonijiet. Din l‑Appostlu tal‑Qalb ta’ Ġesù mietet nhar is‑17 ta’ Ottubru tal‑1690. Fl‑1920 hija ġiet ikkanonizzata minn Papa Benedittu XV. “Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù ħenn għad‑dinja mifruda u bla sabar!” Santa Margerita Marija Alacoque. 


Ottubru 2018

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ Ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom: Indirizz:

Belt/ Raħal:

Kodiċi Postali:

Tel: NB. kull Quddiesa tiswa €5 u l‑Quddies jitqaddes kollu fil‑pajjiżi tal‑missjoni. Fl‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar, Missio jiċċelebra quddiesa li tkun għal ruħ il‑benefatturi, li matul ħajjithom ikunu għenu l‑missjoni u għamlu karità ma’ min hu fil‑bżonn. Din tkun fit‑8:30am fir‑4 sular ta’ Missio l‑Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jattendi. 23


Ottubru 2018

Fejn marru l-flus Donazzjonijiet mogħtija lill‑Missjunarji matul l‑2018 miġbura fl‑2017

Il‑flus miġbura waqt il‑Ġurnata Missjunarja 2017 ġew użati għal proġetti varji skont il‑ħtieġa u l‑ftehim li hemm bejn Missio Malta u l‑missjunarji. Ħafna minn dawn il‑proġetti huma: • Għajnuna f’boroż ta’ studju lil seminaristi/ novizzi li ġejjin minn familji fil‑bżonn • Għajnuna biex jinbnew kappelli f’żoni remoti fil‑missjoni kif ukoll ċentri pastorali fil‑komunità 24

• Għajnuna lill-orfanatrofji tat‑tfal kif ukoll dawk lill-orfanatrofji bi tfal bi bżonnijiet speċjali • Għajnuna lill-anzjani • Għajnuna għat‑tmexxija ta’ kliniċi, sptarijiet, interventi mediċi, tilqim u assistenza medika lill-pazjenti morda bl‑AIDS • Tħaffir ta’ spieri, bjar u xiri ta’ tankijiet tal‑ilma • Materjal edukattiv bħal kotba, pitazzi, uniformijiet u miżati

sabiex tfal foqra jkunu jistgħu jmorru skola, kif ukoll ħlasijiet ta’ pagi lill-għalliema • Għajnuna għat‑tmexxija ta’ diversi djoċesijiet fil‑missjoni • Ċentri biex jiffurmaw l‑edukazzjoni ta’ tfal li jiġġerrew fit‑toroq • Xogħlijiet ta’ manutenzjoni f’kappelli, knejjes u ċentri pastorali • Għajnuna lill-familji foqra


Ottubru 2018

KALENDARJU MISSJUNARJU 2019

(Jingħata b’XEJN bħala rigal lil kull abbonat ta’ Malta Missjunarja.) • Stampa b’tema missjunarja kull xahar • Qaddis għal kull ġurnata • L‑intenzjoni missjunarja ta’ kull xahar Tista’ takkwista kopja minn Missio kif ukoll mill‑Ħanut Faith Hope & Charity Gift Shop li jinsabu f’Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta.

Għall-iktar informazzjoni dwar proġetti ffinanzjati minn Missio żur il-websajt: www.missio.org.mt

Bħal kull sena, Missio, ser ikun qiegħed jieħu sehem fin‑'Notte Bianca' li ser tiġi organizzata nhar is‑Sibt 6 ta' Ottubru fil‑Belt Valletta. Inħeġġukom tattendu. Grazzi.

25


AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA

Ottubru 2018

L‑akbar struttura ħajja fid‑dinja

F

l‑Afrika qed jinbena l‑Akbar Ħajt Aħdar magħmul minn miljuni ta’ siġar imħawlin. Din l‑istruttura ħajja ser taqsam l‑Afrika kollha mis‑Senegal fuq in‑naħa tal‑Punent sal‑Eritrea u s‑Somalja fuq in‑naħa ta’ Lvant. Il‑ħajt ser ikun 15‑il kilometru wiesa’ u ser ikun l‑akbar struttura ħajja fid‑dinja. It‑tħawwil tas‑siġar beda fis‑sena 2007 u s’issa s‑Senegal l‑aktar li għamlu progress, billi żerrgħu 11‑il miljun siġra tal‑Akaċja li kapaċi tgħix f ’kundizzjonijiet xotti ħafna. Ta’ kull sena s‑Senegal

qed iżidu maż‑2 miljun siġra. S’issa dan kollu sewa lis‑Senegal 2 biljun dollaru, iżda diġà qed jibbenefikaw ħafna billi qed ikabbru żrieragħ fejn qabel kienet art xotta u qed jieħdu

l‑prodotti. Barra minn hekk dan il‑proġett qed joħloq l‑impjiegi u jwaqqaf id‑deżertifikazzjoni (proċess fejn art fertili ssir deżert, minħabba nixfa u qtugħ ta’ siġar bl‑addoċċ). 

Żewġ bolol tal‑Papa

A

n Post ħarġet żewġ bolol ġodda biex tfakkar iż‑żjara storika tal‑Papa fl‑okkażjoni tal‑Laqgħa Dinjija tal‑Familji fl‑Irlanda. Kien hemm domanda kbira għall‑500,000 bolla tal‑ewro (€1)u għall‑100,000 bolla tal‑ewro u nofs (€1.50) li ġew stampati. Fuq il‑bolla tal‑€1 hemm immaġni ta’ Papa Franġisku qed itajjar ħamiema bajda, filwaqt

26

li l‑bolla tal‑€1.50 turi familja miexja flimkien fuq ir‑ramel. Il‑bolol internazzjonali, li ġew iddisinjati minn Vermillion Design f’Dublin, jinsabu għall‑bejgħ f’diversi ħwienet tal‑posta madwar id‑dinja kollha. L‑Arċisqof Diarmuid Martin irringrazzja lil An

Post, filwaqt li laqa’ b’ferħa l‑pubblikazzjoni ta’ dawn il‑bolol ġodda. Huwa qal li jittama li permezz ta’ dawn il‑bolol tibqa’ memorabbli ż‑żjara ta’ Papa Franġisku fl‑Irlanda; żjara li tippreżenta opportunità kbira sew għall‑Knisja kif ukoll għall‑pajjiż.  ikompli f’paġna 28


Ottubru 2018

Mediterranean cuisine Mon ‑ Sun 18:00 ‑ 22:30 Address: 58, Triq il‑Kbira, Mellieħa, Malta MLĦ 2313 Email: info@mithna.com Tel: +356 2152 0404 | Mob: +356 7947 8896 www.mithna.com

27


AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA

Ottubru 2018

Iwelldu d‑dar minkejja li Ewropej

T

immaġina li għad hawn nisa li qed ikollhom iwelldu lit‑trabi tagħhom id‑dar? U mhux hekk biss, imma mingħajr assistenza medika! Din hija xi ħaġa komuni ħafna f’pajjiżi sotto‑żviluppati, iżda sfortunatament hija realtà fl‑Ewropa wkoll. Ħafna nisa Rumeni li jgħixu fil‑kampanja ta’ spiss iwelldu lil uliedhom f’darhom, bħal fi żmien il‑bużnanniet, xi kultant waqt li l‑kumplament tal‑familja jkunu reqdin. Għal dawn in‑nies, li jgħixu ’l bogħod wisq mill‑eqreb sptar, hija lussu li jaraw tabib. Ir‑Rumanija tinsab l‑ewwel post fl‑Unjoni Ewropea ta’ tqala fost ommijiet minorenni. Huwa stmat li 2,000 tifla Rumena taħt is‑16‑il sena jwelldu fis‑sena.

Uħud minn dawn it‑tfal għad għandhom biss 12‑il sena. Fir‑Rumanija kollha, omm minn kull ħamsa twelled id‑dar bla ebda assistenza. Kawża t’hekk imutu 11‑il omm minn kull 100,000 twelid u sebat itfal minn kull 1,000 li jitwieldu jmutu qabel jagħlqu s‑sena. L‑għaqda non‑governattiva ‘Moms for life, life for mothers’ laħqet 30 komunità fir‑reġjuni ta’ Dolj, Vaslui u Valcea fejn tipprovdi lit‑tfajliet u lin‑nisa sessjonijiet ta’ informazzjoni utli. F’Dolj ir‑rata ta’ mewt fost l‑ommijiet hija erba’ darbiet aktar għolja

mir‑rata nazzjonali, filwaqt li f’Vaslui u f’Valcea hija d‑doppju. S’issa ntlaħqu 15,000 mara. Fir‑Rumanija, 42 fil‑mija tal‑popolazzjoni huma foqra ħafna u f’riskju ta’ povertà. Fis‑sena 2007, meta r‑Rumanija ssieħbet fl‑Unjoni Ewropea, tabib minn kull erbgħa ħalla l‑pajjiż. Dan ħalla lir‑Rumanija b’tabib għal kull 417‑il persuna, li huwa ferm inqas mir‑rata medja tal‑Unjoni Ewropea. 

Tazza tal‑futbol ippreżentata lill‑Madonna

W

ara r‑rebħa tagħhom fiċ‑‘Champions League’ nhar is‑26 ta’ Mejju li għadda, Zinedine 28

Zidane u sħabu l‑plejers mill‑klabb tat‑tim tal‑futbol Spanjol Real Madrid, marru fil‑Katidral ta’ Santa Marija La Real f ’Almudena f ’Madrid u ppreżentaw it‑trofew tagħhom lill‑Madonna. Dan il‑ġest ma kienx l‑ewwel darba, imma t‑tielet darba li dan it‑tim ippreżenta t‑tazza

tiegħu lill‑Madonna. Il‑plejers, libsin l‑aħjar ilbies, kellhom iċ‑ċans jieħdu b’idejn diversi isqfijiet u reliġjużi oħra fid‑daħla tal‑katidral. Wara li semgħu d‑diskors tal‑President tagħhom Florentino Perez, ippreżentaw it‑trofew lill‑Madonna fil‑preżenza ta’ ħafna partitarji tagħhom.  ikompli f’paġna 30


Ottubru 2018

Kurt Zerafa zerafakurt@gmail.com

MARBLE INNOVATIONS Marble, Granite & Quartz KW601 Industrial Estate Kordin, Malta. M: +356 99498466

Kitchen Tops, Staircases, Monuments Pavements, Facades & More.

DMD Auto Parts

Nadine Zahra BEAUTY THERAPIST

IMPORTERS AND DISTRIBUTORS OF ORIGINAL MECHANICAL AND BODY PARTS FOR KIA ‑ HYUNDAI ‑ CHEVROLET MODELS Tel: (+356) 27495752 Fax: (+356) 27495752 Mob: (+356) 99495752 Email: dmdautoparts@onvol.net Website: www.dmdautoparts.com

147, RUE D’Argens, Msida ‑ Malta Tel: 2133 2463 • Mob: 7905 8206 • Semi-permanent Make-up. • Laser treatments for hair removal, anti ‑ pigmentation facial treatments and leg vein removal. • Radio frequency treatments for Anti‑ageing facial treatments, anti ‑Cellulite treatments and sagging skin. • Fat freezing slimming treatments and much more 29


AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA

Ottubru 2018

Skart mibdul f’enerġija u minflok jipproduċu 185 GWHr ta’ enerġija fis‑sena. Din l‑enerġija ser tintbagħat lill‑Etjopjani u ser tkun biżżejjed biex tissuplixxi 25 fil‑mija tad‑djar f ’Addis Ababa. Dan qed ikun possibbli bis‑saħħa ta’ ’Awwissu li għadda fl‑Etjopja ġiet inawgurata Cambridge Industries li l‑ewwel faċilità fl‑Afrika li ngħaqdu mal‑Etjopja biex tirriċikla l‑iskart f ’enerġija. bnew ir‑Reppie Waste Ta’ kuljum 1,400 tunnellata Facility. L‑Etjopja tinsab fi ta’ skart jiġu pproċessati stat ħażin ħafna ta’ ammont

F

kbir ta’ skart li jitħalla mxerred fit‑toroq tal‑ibliet u tal‑irħula. Dan qed ikun ta’ ħsara għall‑ambjent u għall‑atmosfera. Il‑faċilità taħdem billi taħraq l‑iskart f ’kontenitur apposta. Dan il‑proċess jipproduċi s‑sħana li tgħalli l‑ilma u jinħoloq il‑fwar. L‑istess fwar idawwar turbina li toħloq l‑elettriku. Bejn wieħed u ieħor, ta’ kuljum din il‑faċilità ser tkun qed taħraq 80 fil‑mija tal‑iskart globali tal‑belt. Dan jista’ jkun ta’ mudell għal pajjiżi oħra li qed iħabbtu wiċċhom ma’ sitwazzjonijiet simili. 

Pupi Maltin imorru l‑Gambja

M

ara Maltija għandha passatemp xi ftit jew wisq differenti minn tas‑soltu. Din tiġbor b’donazzjoni pupi tal‑plastik ta’ kull daqs u għamla, ġodda u qodma, basta f ’kundizzjoni tajba, u tagħmlilhom ‘make‑over’. Dan tagħmlu billi tħitilhom ħwejjeġ ġodda u tlibbishom xi ċoff jew beritta biex jidhru sbieħ. U lil dawk il‑pupi bniet bil‑qargħa, saħansitra tagħmlilhom ix‑xagħar ukoll! Wara tiġborhom ġo kaxxa u tibgħathom il‑Gambja biex 30

jilagħbu bihom it‑tfal foqra u/jew orfni. Hija qiegħda tiġbor ukoll karozzi li ma jaħdmux bil‑batterija biex jintbagħtu lit‑tfal subien. Proset Doris! Jalla kulħadd jimxi fuq l‑eżempju tiegħek u juża t‑talenti tiegħu biex jgħin lill‑oħrajn. Dan huwa eżempju ta’ kif aħna lkoll

nistgħu nkunu missjunarji minn djarna stess! 


Ottubru 2018

Nick’s Agricultural Supplies All you need for agriculture

Jonathan Callus tel: 21465869 mob: 79296399 Mons Mikiel Azzopardi Str., Siggiewi www.nickagriculture.com nickagriculture@hotmail.com

MARIANNA STATIONERY 147, Triq il‑ParroĊĊa, Mellieħa ‑ MLĦ1060 Tel: 2152 2267  Email:mariannastationery@gmail.com

PRINTING  BINDING  LAMINATION  TOYS  HABERDASHERY  HOUSEHOLD GOODS Opening Hours: Monday ‑ Saturday: 6.00am to 12.30pm ‑ 4.00pm to 7.30pm Sundays and Public Holidays: 6.00am to 12.30pm

Director: Tommy 79 218 080 xiezili1226@gmail.com Qormi Shop

No 7 Four Saints Road, Qormi Malta 27 132 788 27 456 358 77 218 080

We Supply Tiles, Mosaic, Cabinets, Mirrors, Toilets, Natural Stone & much more... with reasonable prices & good quality 31


Ottubru 2018

ESPERJENZA ŻAGĦŻUGĦA – Dun Victor Agius

Vjaġġ twil ta’ elf kilometru jibda mill‑ewwel pass!

“Jiena minn El Salvador, pajjiż fl‑Amerika Ċentrali. Hu nazzjon żgħir bi storja kbira u b’ħafna rikkezzi naturali. Għal ħafna snin pajjiżi ilu għaddej minn instabbilità politika, inġustizzji kbar u faqar tremend, li ikkawżaw vjolenza tremenda u ambjent ta’ ħajja fejn ħadd ma jafda lil ħadd. F’sitwazzjoni bħal

32

din huwa faċli li taqta’ qalbek u tħossok mingħajr kapaċità li tagħmel xi ħaġa. Fl‑2014, mort għal ftit ta’ żmien ma’ żgħażagħ oħra minn Moviment Żgħażagħ Għal Dinja Magħquda, f ’post fl‑Arġentina magħruf bħala Mariapolis Lia. F’dan il‑post kulħadd jipprova jgħix l‑hekk imsejħa ‘liġi tad‑deheb’: “Agħmel lill‑oħrajn dak li trid li huma jagħmlu lilek”. Hemm rajt kemm ikun sabiħ li toħloq soċjetà fejn kulħadd huwa kapaċi jieħu ħsieb xulxin. Imma meta mort lura f ’El Salvador, sibt ruħi mill‑ġdid wiċċ imb wiċċ mal‑problemi enormi ta’ pajjiżi. Is‑sitwazzjoni ggravat u ma setgħetx tkun agħar. Kull mument tħossok fil‑periklu, lejl u nhar, u ma tissugrax toħroġ mid‑dar. Jekk ikollok toħroġ m’intix

Ritratt: www.focolare.org

D

in hija l‑istorja ta’ Jaime Sayas minn El Salvador, hekk kif irrakkontaha waqt laqgħa ta’ 6,000 żagħżugħ u żagħżugħa li sar riċentement f ’Manila l‑Filippini. F’pajjiż fejn hemm vjolenza kbira u nuqqas serju ta’ sigurtà għall‑poplu, Jamie flimkien ma’ żgħażagħ oħra meddew għonqhom biex jaħdmu għall‑paċi fl‑inħawi ta’ fejn joqogħdu.

(Proverbju Ċiniż)

żgur li se terġa’ lura d‑dar. Minħabba din is‑sitwazzjoni, il‑ġenituri tiegħi u oħti ddeċidew li joħorġu barra mill‑pajjiż. Imma meta ħsibnieha aktar, iddeċidejna li nibqgħu u nkunu bħal dawl f ’dak id‑dlam kbir. Kont għadni kemm qrajt artiklu miktub minn żagħżugħ mil‑Lvant Nofsani li rrakkonta kif huma kienu ddeċidew li jibqgħu f’pajjiżhom anki jekk kien hemm il‑gwerra, biex ikunu jistgħu jgħinu lill‑feruti mill‑attakki ħorox ta’ kuljum. L‑esperjenza tagħhom ġegħlitni naħseb u ddeċidejt li nibqa’ f’El Salvador, u noħroġ u niffaċċja t‑tbatijiet ta’ niesi. Hekk ġara, sħabi u jiena ddeċidejna


Ottubru 2018

li nagħmlu kampanja li sejjaħnieha: “Biddel il‑metru kwadru tieghek”, bl‑iskop li nibnu l‑paċi fil‑post fejn ngħixu. Aħna nafu kemm is‑sitwazzjoni f’artna hija kkumplikata, imma aħna nistgħu nagħmlu differenza jekk nibdew mill‑ħajja tagħna stess, man‑nies li niltaqgħu magħhom kuljum u permezz ta’ dak li nagħmlu. Jiena, pereżempju, nipprova ngħin lil sħabi tal‑klassi għall‑eżami

diffiċli tal‑matematika jew billi noħloq rapport pożittiv mal‑ġirien. Dan beda jagħmel effett fuq skala akbar. Għenna lil xi wħud jibnu ġnien pubbliku, post ħelu bi tpinġijiet mal‑ħitan. Għamilna kampanja biex niġbru l‑kotba u nibagħtuhom f’postijiet oħra fejn huwa għoli ħafna li tissellef il‑kotba tal‑iskola. Bdejna wkoll kollaborazzjoni ma’ movimenti oħra biex

inżuru lill‑anzjani fid‑djar tal‑gvern, kif ukoll djar fejn iqassmu l‑ikel u jagħtu kenn lil dawk bla saqaf fuq rashom. Diversi nies għenuna niġbru l‑ikel u nsajruh fid‑djar tagħhom. Kien impressjonanti kif l‑ikel dejjem wasal u kien biżżejjed għal kulħadd. Forsi ma jkunx possibbli nbiddlu lil pajjiżna f’daqqa, imma metru kwadru wara l‑ieħor fl‑aħħar naslu.”

Ġurnata Missjunarja 21 ta’ Ottubru 2018

Ġwanni 4:14

Fil‑weekend tal‑20 u 21 ta’ Ottubru l‑Uffiċċju Missjunarju ser ikun qed jagħmel animazzjoni waqt il‑quddies f’dawn il‑parroċċi:

• Santa Luċija

(imxandra fuq it‑televixin)

• Il‑Furjana ‑ San Publiju • Raħal Ġdid ‑ Kristu Re • Ħ'Attard ‑ Santa Marija • Ħaż‑Żebbuġ ‑ San Filep • Tas‑Sliema ‑ Stella Maris • Matul ix‑xhur ta’ Ottubru u Novembru Missio ser ikun qed jagħmel Animazzjoni Missjunarja fil‑parroċċi tal‑Ħamrun u ta’ Birkirkara.

33


TA’ MIN JAĦSEB FUQHA!

Ottubru 2018

Definizzjoni tal‑ħin • Il‑ħin jimxi bil‑mod meta tkun qed tistenna! • Il‑ħin jaħrab jiġri meta tkun tard! • Il‑ħin ma jgħaddi qatt meta tkun muġugħ! • Il‑ħin huwa qasir wisq meta tkun ferħan! • Il‑ħin huwa twil wisq meta tkun imdejjaq! • Il‑ħin huwa sabiħ wisq meta tħossok maħbub! Ħafna drabi huma l‑emozzjonijiet tagħna u s‑sitwazzjonijiet li nkunu fihom li jġiegħlu l‑ħin jgħaddi, u mhux l‑arloġġi!

‑ IKRAH

SABIĦ

1. Jien veru ikrah! 2. Għalhekk tippruvax tikkonvinċini li 3. Jien persuna tassew sabiħa 4. Għaliex fl‑aħħar mill‑aħħar, 5. Jien nobgħod lili nnifsi f ’kull sens 6. U mhux ser nigdeb lili nnifsi billi ngħid 7. Li hemm is‑sabiħ ġewwa fija, li jagħmel id‑differenza 8. Għalhekk jien infakkar lili nnifsi 9. Li ma jien tajjeb għalxejn, li jien persuna terribbli 10. U xejn milli tgħid inti mhu ser iġagħalni nemmen li 11. Jistħoqqli l‑imħabba 12. Għaliex jiġri x’jiġri jien 13. M’iniex tajjeb biżżejjed biex inkun maħbub 14. U ma jien fl‑ebda pożizzjoni li nemmen li 15. Is‑sbuħija teżisti ġewwa fija 16. Għax kull meta nħares fil‑mera, dejjem naħseb li: 17. “Jien ikrah daqs kemm jgħidu n‑nies li jien?” Issa erġa’ aqra s‑sentenzi minn isfel għal fuq (mis‑17 sal‑1). Għalkemm il‑paragrafu ma nbidel xejn minnu, il‑mod kif jinqara jagħmel differenza kbira. Hekk ukoll xi kultant il‑mod kif naraw il‑ħajja tagħna, taf jagħmel differenza kbira. Għaliex mhux dejjem kollox dritt u perfett; xi kultant trid tbati u toħroġ mill‑kumdità tiegħek biex issib il‑kuntentizza!  34

Riċetta biex tgħix tajjeb Ingredjenti:

• Kilo paċenzja • Kilo umiltà • 2 kili tbissim • 10 kili ta’ ‘nilħaq salibi biss’ • 15‑il kilo ta’ ‘ma ngħidx fuq in‑nies’

Metodu:

• Ħawwad sew flimkien il‑paċenzja, l‑umiltà u t‑tbissim. • Żid l‑10 kili ta’ ‘nilħaq salibi biss’ u l‑15‑il kilo ta’ ‘ma ngħidx fuq in‑nies’. • Erġa’ ħawwad sew flimkien. • U hekk ikollok ġurnata tassew sabiħa!


Ottubru 2018

Int daqqa Int tista’ tista’ tagħti daqqa t’id. għandu t’id. Missio Missio għandu bżonn Jekk bżonn il‑voluntiera. Jekk int ċempel int interessat, interessat, ċempel

21236962

AGĦTI RIGAL LIT‑TFAL JEW NEPUTIJIET TIEGĦEK

Abbona issa fi Klabb Missio Tfal għal €5 biss fis‑sena. Mhux biss tkun qed tgħin lit‑tfal anqas ixxurtjati, imma wkoll tieħu pjaċir tiltaqa' ma' tfal ġodda. Niltaqgħu darba fix‑xahar biex flimkien nitgħallmu, norganizzaw xi attivitajiet, nagħmlu l‑krafts u ntellgħu xi drammi. Dan filwaqt li nitolbu għal tfal oħra madwar id‑dinja kollha. Ma' kull abbonament ta' sena tingħata 'discount card' li tissarraf f'diversi ħwienet popolari.

FORMOLA TA’ ABBONAMENT FI KLABB MISSIO TFAL GĦAS‑SENA 2018/2019 Isem u kunjom: _____________________________________________________________ Età: _______________ Indirizz: ___________________________________________________________________________________________________ ___________________________________________________________Kodiċi Postali: _______________________ Tel:______________________________________________ Mob: ______________________________________________ Imejl:____________________________________________ Skola:___________________________ Sena:__________ Imla l‑formola u ibgħatha ma’ ċekk pagabbli lil Missio Malta fuq: Abbonamenti Klabb Missio Tfal, Nru. 7, Missio, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171

‑

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:

Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena

Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt

35


RIĊETTA TRADIZZJONALI

Ottubru 2018

MÃM TÔM (ROSS BIL‑GAMBLI) MILL‑VJETNAM

Metodu:

• Ġo taġen ‘non‑stick’ qalli l‑basla u t‑tuffieħa. • Meta jiħmaru żid il‑gambli u l‑bżar, u sajjar sakemm ikunu nofs sajran. • Żid ir‑ross u kompli sajjar, filwaqt li tħawwad ta’ spiss.

Għandek bżonn:

• Tuffieħa mqaxxra u mqattgħa • Basla mqattgħa • 100 gramma gambli • Nofs bżaru aħmar imqatta’ • Nofs bżaru aħdar imqatta’ • 50 gramma ross ismar • Mgħarfa soy sos • 2 bajdiet imħabbta • Ftit melħ (jekk trid) • Gambli u tursin biex iżżejjen il‑platt

• Meta t‑taħlita tkun sħuna, żid is‑soy sos u wara ftit żid il‑bajd u l‑melħ (jekk trid), u kompli sajjar għal xi 2 minuti oħra; sakemm tara li saru l‑ingredjenti. • Poġġi t‑taħlita ġo dixx u żejjen bil‑gambli u t‑tursin.

Chúc Ngon Miệng (L‑Ikla t‑Tajba!)

Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil: Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36

Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171


Ottubru 2018

For that Perfect Christmas Gift, visit us....

37


KOMPETIZZJONI ‑ OTTUBRU 2018

Ottubru 2018

SUDOKU

8

Imla l‑vojt kollu b’mod li l‑kolonni, il‑linji u kull kaxxa ta’ disgħa jimtlew bin‑numri 1 sa 9. Ibgħat il‑kaxxa kompluta sa mhux aktar tard mill‑15 tax‑xahar flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.

4

1

5

9

7

5

2 4

3 7

3

6

9

1

2

1

3 9

2 5

9

6

7

8

5

1

6

7

3

8

4

2 7

Isem u Kunjom: _________________________________________________________________________________________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: _____________________________________ 8

7

5

2

9

1

4

3

6

Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Awwissu 2018:

6

9

3

5

7

4

8

1

2

4

1

2

8

6

3

7

9

5

Ir‑rebbieħ tal‑kompetizzjoni huwa Noel Dimech minn San Ġwann. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħ. Huwa jirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex ikun jista’ jsarraf il‑kupun.

2

4

7

3

1

9

6

5

8

1

6

9

7

5

8

2

4

3

3

5

8

6

4

2

9

7

1

5

3

6

4

2

7

1

8

9

9

8

4

1

3

6

5

2

7

7

2

1

9

8

5

3

6

4

M

Nitbissmu ftit:

ark kien quddiem l‑imgħallem il‑ġdid tiegħu, biex jiftiehmu dwar il‑paga u dwar meta kien jista’ jibda x‑xogħol il‑ġdid. Mgħallem: Ara għall‑ewwel 3 xhur ser nagħtik €800 fix‑xahar, imbagħad wara nżidek għal €1,000 fix‑xahar. Meta taħseb li tista’ tibda? Mark: Mela nibda 3 xhur oħra, Sinjur!

G

ħalliema: Nadja, taf tgħidli min hu l‑eqreb tagħna? L‑Ingilterra jew il‑qamar?

38

Nadja: Il‑qamar Miss. Għalliema: Ħażin Nadja. Kif tista’ qatt tgħid li l‑qamar hu eqreb tagħna mill‑Ingilterra? Nadja: Sempliċi Miss. Għax il‑qamar nistgħu narawh minn hawn filwaqt li l-Ingilterra ma narawhiex!


Ottubru 2018

Eżempji sbieħ • Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq

Mulej ilqa’ f’saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb

• John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • Parroċċa Stella Maris Tas‑Sliema • Parroċċa Santa Marija Mġarr • Agnes Pirotta minn Ħaż‑Żebbuġ

• 23 ta’ Frar 2018 Maria Carmela Bugeja minn Raħal Ġdid

• Anthony Azzopardi mill‑Furjana • Parruċċani Knisja ta' San Pawl, Bormla

• 22 ta’ April 2018 Anna Vella mill‑Imġarr • 11 ta’ Mejju 2018 Giovanna Mifsud minn Ħal Għargħur • 25 ta’ Mejju 2018 Ian Portelli mir‑Rabat, Għawdex • 25 ta’ Lulju 2018 Gino Bugeja mill‑Imġarr • 11 ta’ Awwissu 2018 Paulina Mifsud miż‑Żejtun • 27 ta’ Awwissu 2018 Nikolina Bugeja mix‑Xewkija • Awwissu 2018 Maria Dolores Mangion minn Ħal Safi

Taw bolol u ‘telecards’ użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki. • Kempinski Hotel ta’ San Lawrenz u Marija Fenech minn Ħ’Attard taw oġġetti għall‑bażar. Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni. L‑għajnuna tagħkom hija siewja ħafna.

Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem. Segwi l‑esperjenzi u l‑avventuri ta’ ħutna l‑Maltin u l‑Għawdxin fl‑artijiet tal‑missjoni, esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall‑kuraġġ ta’ dawn l‑eroj tas‑skiet! Kun af bil‑proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għal miljuni ta’ nies fil‑bżonn imxerrda fl‑erba’ naħat tad‑dinja.

Voluntiera Missio għandhom bżonn Kobob tas‑Suf sabiex jaħdmu: Ingwanti ‑ Skufji ‑ Xalel ‑ Kutri biex jintbagħtu lit‑tfal foqra li jgħixu f’artijiet kesħin.

GRAZZI.

Issir taf dan kollu u ħafna aktar fil‑programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid‑9:00pm fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Sibt fil‑5:00pm, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut.

IS‑SOLTU X’TAGĦMEL BIHOM IL‑BOLOL U T‑TELECARDS UŻATI, FORSI TARMIHOM?

Minflok tarmihom, ġibhom jew ibgħathom lil Missio u aħna nbigħuhom lill‑kollezzjonisti. Bil‑flus inkunu nistgħu ngħinu lil ħutna li jinsabu fil‑bżonn. 39


Ottubru 2018

Well Crafted Well Priced

Cash For Gold

7, St John Square Valletta 8, Merchants Str, Valletta

40


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Malta Missjunarja - October 2018 by Missio Malta - Issuu