NEWSPAPER POST NOVEMBRU 2018 SENA 87
04 Marija U L‑Ferħ Ta’ Qabel
L‑Ewwel Milied
16 24 28
Anġlu Bl‑Isem Ta’ Nonoy Kif Għandek Toqtol Lil Ibnek Sfurzati Jieklu L‑Weraq
għal donazzjoni www.missio.org.mt
|
2123 6962
|
7 Triq il‑Merkanti, Valletta
|
7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex
EDITORJAL ‑ CLAUDIA CINI
Novembru 2018
Il‑midalja mirakoluża
PUBBLIKAZZJONI
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju (V0/1178)], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 4.00pm Is‑Sibt 9.00am ‑ 12.00pm Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri: Membri: Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna Kav. Emmanuel Cutajar KCHS Websajt u Facebook: Matthew Catania
missiomalta
Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Novembru 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mill‑Assistent Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 10 San Pietru Appostlu 16 Santa Infanzja 22 Qaddis tax‑Xahar 24 Aħbarijiet mid‑Dinja Kollha 30 Ktieb ta’ Ġrajjiet 32 Esperjenza Missjunarja 34 Ta’ Min Jaħseb Fuqha 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin u Eżempji Sbieħ Ritratt tal‑faċċata:
Statwa fil-kunvent tal-Kongregazzjoni Ulied il-Karità f 'Pariġi, li tfakkar l-ewwel viżjoni tal-Madonna li Santa Katerina Labouré kellha fis-sena 1830. 2
N
har is‑27 ta’ Novembru l‑Knisja Kottolika Rumana tfakkar il‑bidu tal‑Midalja Mirakoluża magħrufa wkoll bħala l‑Midalja tal‑Madonna tal‑Grazzji. Skont it‑tagħlim tal‑Knisja din il‑midalja hija l‑ftuħ għat‑triq ta’ għoti ta’ grazzji lil kull min jilbisha. Din il‑midalja hija patruna ta’ grazzji speċjali, periti, ħaddiema tal‑minjieri u priġunieri. Kien nhar id‑19 ta’ Lulju tas‑sena 1830, lejlet il‑festa ta’ San Vinċenz de Paul, li Santa Katarina Labouré, soru tal‑Kongregazzjoni Ulied il‑Karità ta’ San Vinċenz de Paul, qamet wara li semgħet vuċi ta’ tfajla ssejħilha mill‑kappella. Hawn il‑Madonna qaltilha: “Alla jixtieq iqabbdek missjoni. Inti ser tkun meruta, iżda tibżax, għaliex ser ikollok il‑grazzja li tagħmel dak li hu neċessarju. Għid lid‑direttur spiritwali tiegħek dak kollu li jgħaddi mingħalik. Huwa żmien ta’ ħażen sew fi Franza kif ukoll fid‑dinja kollha.” Wara dan l‑avveniment, Santa Katarina rrapurtat li nhar is‑27
Novembru 2018
ta’ Novembru 1830, il‑Madonna dehritilha waqt li kienet fil‑meditazzjonijiet ta’ filgħaxija. Il‑Madonna, b’libsa tarmi d‑dawl, uriet lilha nfisha fi kwadru ovali, bilwieqfa fuq globu, b’idejha miftuħin bi dritt qaddha u mlibbsa ħafna ċrieket b’ħaġar prezzjuż li kienu qed jitfgħu raġġi ta’ dawl fuq il‑globu. Madwar ix‑xifer tal‑kwadru, jibdew minn ħdejn l‑id il‑leminija ta’ Marija, iduru fuq rasha u jispiċċaw ħdejn idha x‑xellugija, dehru l‑kliem dehbi: “O Marija, ikkonċeputa mingħajr dnub, itlob għalina li rrikorrejna lejk.” Santa Katarina rat il‑kwadru jdur, u dehru ċirku ta’ 12‑il stilla, l‑ittra M issuperata b’salib, il‑Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù nkurunata bix‑xewk u l‑Qalb Immakulata ta’ Marija minfuda b’sejf. Meta Santa Katarina staqsiet lill‑Madonna għaliex mhux il‑ħaġar prezzjuż kollu kien qed jitfa’ d‑dawl, Marija weġbitha: “Dawk huma l‑grazzji li n‑nies Kurżità:
insew jistaqsu għalihom.” Il‑Madonna mbagħad talbet lil Santa Katarina tieħu dawk l‑immaġni lill‑konfessur tagħha, tgħidlu li kellhom jitpoġġew fuq midaljun u wkoll tgħidlu li: “Dawk kollha li jilbsuhom jirċievu grazzji kbar.” Santa Katarina hekk għamlet, u wara sentejn jinvestiga u josserva l‑imġiba ordinarja ta’ kuljum ta’ Santa Katarina, is‑saċerdot ħa l‑informazzjoni lill‑arċisqof tiegħu bla ma kixef l‑identità tas‑soru. It‑talba ntlaqgħet u l‑medaljuni ġew iddisinjati u magħmula mill‑‘goldsmith’ Adrien Vachette. Papa Ljun XIII approva dan kollu matul il‑pontifikat tiegħu, fis‑sena 1895. Il‑kappella fejn Santa Katarina esperjenzat dan kollu tinsab fil‑kunvent
tal‑Kongregazzjonijiet tas‑Sorijiet Ulied il‑Karità ta’ San Vinċenz de Paul f’Pariġi, Franza. L‑iġsma mhux dekompożitati ta’ Santa Katarina Labouré u San Luwiġi de Marillac, ko‑fundatur tal‑kongregazzjoni tas‑sorijiet, jinsabu midfunin fl‑istess kappella, li ta’ kuljum iżuruha pellegrini Kattoliċi.
Papa San Ġwanni Pawlu II uża varjazzjoni simili ta’ wara tal‑midalja mirakoluża bħala l‑arma tiegħu ‑ is‑Salib Marjan li jikkonsisti f ’salib sempliċi bl‑ittra M taħtu fuq in‑naħa tal‑lemin li jissinifikaw il‑Madonna taħt is‑salib ta’ Ġesù Msallab. 3
Novembru 2018
N
Marija u l‑ferħ ta’ qabel l‑ewwel Milied
insabu fix‑xahar ta’ Novembru u għall‑aħħar ta’ dan ix‑xahar nibdew iż‑żmien tal‑Avvent, żmien ta’ stennija u ferħ għall‑miġja ta’ Ġesù. Il‑ħsieb tagħna jmur fuq Marija li kienet l‑ewwel waħda li għexet din l‑istennija ta’ disa’ xhur. Meta l‑Anġlu Gabrijel deher lil Marija kien
4
MESSAĠĠ MILL‑ASSISTENT DIRETTUR – DUN VICTOR AGIUS
mument ta’ sorpriża kbira għal Marija, mument li qatt ma kienet timmaġina li ser jiġi fuqha. Tirċievi messaġġ mingħand Alla, li aktar minn messaġġ nistgħu ngħidu li kienet domanda jew aħjar xewqa. Alla ħares lejn iċ‑ċokon ta’ Marija u Hu ċekken lilu nnifsu u staqsa lil Marija taċċettax li ssir ommu. Misteru ta’
mħabba hekk kbir u kif nistgħu nifhmuh?
B’SMSB’SMS ta’ €2.33 tkun qed titma’ ta’ €2.33 tkun qed 7 t’itfal7tgħal titma’ itfalġurnata. għal ġurnata.
Fix‑xhur ta’ Settembru u ta’ Ottubru li għaddew, aħna ta’ Missio kellna x‑xorti niġru għand l‑anzjani fid‑djar tagħhom biex inqaddsulhom u nkellmuhom fuq ir‑realtà tal‑missjoni fil‑Knisja tal‑lum. Ngħid għalija kull darba li mort f’dawn id‑djar fommi mtela bi kliem ta’ ferħ u ringrazzjament lil Alla meta rajt il‑ferħ u l‑akkoljenza li wrewna l‑anzjani. “Erġgħu ejjew qaddsulna u oqogħdu ftit magħna”; dan kien il‑kliem li qaluhulna kemm‑il‑darba. Għal dan il‑Milied, flok rigali ta’ ikel jew flus nistgħu nagħtu rigal speċjali lil dawn l‑anzjani li ħafna minnhom qed jgħixu f’solitudni kbira u fi dwejjaq kbar. Nippruvaw insibu persuna oħra jew mill‑familja tagħna jew ħabib/a jew xi ħadd mill‑parroċċa u flimkien immorru nżuru xi dar tal‑anzjani u b’imħabba kbira lejn Ġesù fl‑anzjani ngħaddu mument magħhom biex inferrħuhom bl‑imħabba tagħna. Inpoġġu lill‑Bambin Ġesù qalb l‑anzjani tagħna, li għalkemm ġisimhom u saħħithom sejrin lura, però qalbhom għadha taħraq bl‑imħabba vera ta’ Ġesù Bambin.
B’SMS ta’ €6.99 tkuntkun qedqed B’SMS ta’ €6.99 tixtritixtri l‑kotba għal tifel tiflajew l‑kotba għaljew tifel għal tifla sena għal skolastika. sena skolastika.
bejnietna x‑xewqa li naqdu lil xulxin.
sms fuq 50617374 – €2.33 | sms fuq 50618820 – €6.99
Quddiem l‑umiltà ta’ Marija, Alla jiċċekken u jitlob lill‑ħlejqa tiegħu jistax il‑Kreatur jitwieled minnha. Marija ma fehmitx, imma afdat fih, qalet “iva” u Ġesù tnissel fiha. Min jaf x’ħasset Marija ġo fiha meta Ġesù tnissel fiha? Li nafu hu li hekk kif semgħet li l‑kuġina tagħha Eliżabetta, li kienet anzjana, kienet hi wkoll qed tistenna tarbija, Marija telqet tiġri biex tgħinha. Waslet għand Eliżabetta u t‑tnejn li huma hekk kif sellmu lil xulxin imtlew b’ferħ kbir li żgur qatt ma kienu ħassew bħalu qabel. Erba’ persuni: Eliżabetta, Ġwanni, Marija u Ġesù magħquda flimkien fil‑ferħ ta’ Alla li sar bniedem għax iħobbna. Il‑ferħ uman sar divin. Alla preżenti fosthom. Dan kien il‑ferħ tal‑ewwel ‘Avvent’. Dan il‑ferħ għadna ngħixuh kull darba li din l‑imħabba ta’ Ġesù tiġborna flimkien u hemm
DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI
Novembru 2018
5
Novembru 2018
UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
Intenzjoni Missjunarja: Novembru 2018 “Sabiex il‑lingwaġġ ta’ mħabba u djalogu jirbaħ dejjem fuq il‑lingwaġġ ta’ konflitt.”
K
uljum nisimgħu dwar gwerer, ġlied, attakki terroristiċi u kunflitti fid‑dinja li jissarrfu fil‑qtil ta’ eluf ta’ persuni ċivili innoċenti. Attwalment, 65 pajjiz fid‑dinja qegħdin fi gwerra, b’663 grupp militari involut. Il‑gruppi ta’ terroristi dejjem qiegħed jikber fid‑dinja fejn attwalment jeżistu mal‑155 6
organizzazzjoni differenti. Id‑dinja tinsab kuljum mhedda mill‑gwerra. Dak li qalet il‑Madonna iktar minn mitt sena ilu sabiex nitolbu għall‑paċi għadu japplika llum ukoll. Fenomenu ferm negattiv f ’dawn il‑gwerer huwa l‑istupru sistematiku ta’ eluf u eluf ta’ nisa bħala dominju assolut u rebħa assoluta fuq il‑komunità etnika li jwassal lil ħafna sabiex jabbandunaw jew joqtlu lil uliedhom (bad memory babies) imnisslin minn dawn l‑istupri tal‑biża’ u fuq kollox imnisslin mill‑‘isperma’ tal‑għadu. Dan ġara fil‑ġenoċidju tal‑Balkani fis‑snin disgħin fejn inqatlu 5,000 tarbija u fl‑Irwanda
fejn inqatlu mal‑2,500 tarbija. Kittieb tas‑seklu dsatax, Sertinlanges, kien kiteb li mis‑seklu 15 qabel Kristu sas‑seklu dsatax wara Kristu kien hemm 3,130 sena ta’ gwerer u 227 sena biss ta’ paċi. Dan ifisser li għal kull sena ta’ paċi kien hawn fid‑dinja erbatax–il sena ta’ gwerra. Hemm bżonn għalhekk li d‑dinja tħares lejn Kristu li twieled fiż‑żmien ta’ paci u sliem. Kristu jgħallimna l‑imħabba vera li lesta tilqa’ lil kulħadd, anke li taħfer lill‑għadu tiegħek. Hemm bżonn ukoll niskopru l‑lingwaġġ tad‑djalogu u tat‑talb. Il‑familja li titlob flimkien
Novembru 2018
tibqa’ magħquda flimkien, u d‑dinja li titlob flimkien tibqa’ flimkien. Nitolbu fuq kollox għall‑mexxejja tal‑pajjiżi sabiex jinżgħu s‑suppervji tagħhom u jtawlu l‑id tal‑paċi lil xulxin. L‑armi jġibu l‑gwerra, il‑gwerra ġġib il‑firda, il‑firda twassal għall‑mewt. Dan żgur imur kontra l‑ispirtu tat‑twelid ta’ Kristu fil‑grotta ta’ Betlehem. Tajjeb ukoll li f ’dan ix‑xahar, filwaqt li nitolbu dejjem għall‑għeżież tagħna mejtin, nitolbu għal tant miljuni minsija li nqatlu fil‑moħbi u b’mod mill‑iktar innoċenti fil‑gwerer tad‑dinja.
Coffee Morning B’risq il‑missjoni
• Data: 8 ta’ Novembru 2018. • Ħin: 9:30am • Post: Sala Dar Nazareth, Triq It‑Tamal, Ħal Tarxien. • Prezz: €10‑ Jinkludi l‑platt tal‑ikel u 10 logħbiet tombla. Tingħata Borża ta’ San Martin b’xejn lil kull min jattendi. •
Trasport ‑ €5 • Il‑Ħamrun – Ħdejn il‑Knisja ta’ San Gejtanu • Msida – Ħdejn Marina Home • Il‑Mosta – Ħdejn il‑Knisja Rotunda tal‑Mosta (Il‑Bażilika ta’ Santa Marija) • Trasport provdut minn diversi lokalitajiet f’Malta. Ibbukkja post billi ċċempel fuq 21236962 sat‑Tnejn 5 ta’ Novembru 2018.
RUN M A -Ħ L I NI FSJONI O J S S I M Q IL‑ IL‑ MIS S I R ’ B DID B’ RISQ A Ż AR Ġ
BA Ż AR
B
92, Triq Ħal Qormi, Ħamrun
Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm Għandna bżonn ta' voluntiera li jistgħu jagħtu daqqa t'id imqar ġurnata fil‑ġimgħa. Grazzi. 7
Novembru 2018
F
PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – VIKKI
Post it‑tfal huwa l‑iskola
pajjiżi li ’ħafna mhumiex żviluppati
dwar il‑periklu jekk it‑tfal joħorġu jaħdmu. Din għal kollox, it‑tfal il‑prattika mhux biss huma sfurzati jibdew jaħdmu iċċaħħad lit‑tfal mit‑tfulija ta’ età żgħira. Il‑faqar, tagħhom, iżda hija wkoll ta’ in‑nuqqas ta’ skejjel tajbin ħsara kbira għall‑iżvilupp u t‑tkabbir tal‑ekonomija fiżiku u mentali tagħhom. informali huma kkunsidrati L‑organizzazzjoni ‘Peace bħala l‑kawżi prinċipali li Trust’ tgħin lill‑ġenituri qed jimbuttaw lit‑tfal sabiex biex jiksbu x‑xogħol huma joħorġu jaħdmu. wkoll u b’hekk ikunu jistgħu
tagħhom. Dawn il‑gruppi jiddjalogaw bla waqfien mas‑sidien tal‑fabbriki sabiex ma jimpjegawx tfal, u jorganizzaw dimostrazzjonijiet favur id‑drittijiet tat‑tfal, fosthom id‑dritt li ma jkollhomx għalfejn jaħdmu. Huma kontinwament jagħmlu pressjoni fuq il‑politikanti sabiex jaħdmu favur il‑ħarsien tad‑drittijiet tat‑tfal u jaraw li jiġu infurzati liġijiet li jipprojbixxu x‑xogħol fost it‑tfal. Fl‑2004, Paul u Mercy Baskar ingħataw unur bit‑titlu ‘The World’s Children’s Prize’ għall‑ħidma kontinwa tagħhom kontra l‑isfruttament qawwi tat‑tfal fid‑dinja tax‑xogħol.
Paul u Mercy Baskar jemmnu bis‑sħiħ fid‑dritt li t‑tfal igawdu t‑tfulija tagħhom, u għalhekk jaħdmu sabiex it‑tfal li jgħixu fin‑naħa t’isfel tal‑Indja ma jibdewx jaħdmu minn età żgħira. Permezz tal‑organizzazzjoni ‘Peace Trust’, Paul u Mercy jħallsu l‑ispejjeż sabiex it‑tfal jiksbu l‑edukazzjoni u t‑taħriġ neċessarju għall‑ħajja. It‑tfal u l‑adulti jiġu mgħallma 8
jaffordjaw li jżommu lit‑tfal tagħhom fl‑iskola. Matul dawn l‑aħħar snin, proprju ’l fuq minn għoxrin sena, Paul u Mercy diġà kienu ta’ għajnuna għal aktar minn sitt elef tifel u tifla li jaħdmu ġol‑fabbriki fin‑naħa t’isfel tal‑Indja. L‑organizzazzjoni tappoġġja wkoll lil dawn it‑tfal billi tmexxi numru ta’ gruppi li jaħdmu favur id‑drittijiet
J
ames Aguer Alic jaħdem bla waqfien favur il‑ħelsien tat‑tfal
Novembru 2018
f’kundizzjonijiet ta’ skjavitù. Dawn it‑tfal jorqdu barra mal‑annimali, jieklu l‑fdal tal‑ikel u jiġu msawta kontinwament.
mill‑iskjavitù. Il‑ħtif tat‑tfal huwa traġedja komuni ħafna fis‑Sudan t’Isfel, pajjiż fil‑kontinent tal‑Afrika ta’ Fuq. Ta’ kuljum ħafna tfal jinħatfu mid‑djar tagħhom minn forzi militari u jiġu sfurzati jaħdmu lejl u nhar
James ilu aktar minn tletin sena jaħdem sabiex iħarrab eluf ta’ tfal minn taħt idejn il‑forzi militari. Minkejja li James intbagħat il‑ħabs iktar minn tletin darba, u minkejja li erbgħa mill‑kollegi tiegħu ġew maqtula waqt il‑ħidma tagħhom biex jippruvaw
jeħilsu lit‑tfal ilsiera, il‑ġlieda ta’ James kontra din ir‑realtà kerha mhux ser tieqaf hawn. James ser ikompli jaħdem u jissielet sabiex aktar tfal jiġu meħlusa mill‑iskjavitù. Illum James u sħabu għandhom l‑appoġġ tal‑gvern tas‑Sudan sabiex ikomplu jaħdmu favur il‑ħelsien tat‑tfal mill‑iskjavitù. Fl‑2003, James Aguer Alic kien onorat mill‑‘World’s Children’s Prize’ għall‑ġlieda kuraġġuża tiegħu kontra l‑iskjavitù tat‑tfal fis‑Sudan t’Isfel. Informazzjoni meħuda minn http://worldschildrensprize.org
INVESTI FIL‑MISSJONI FIT‑TESTMENT TIEGĦEK • Ħu ħsieb agħmel it‑testment fil‑ħin u kun ġust fil‑mod kif ser tqassam dak li ser tħalli warajk • Tinsiex l‑opri ta’ karità li tista’ twettaq wara mewtek • Tinsiex tinvesti wkoll fil‑missjoni. Meta tħalli propjetà jew flus lill‑Opri Pontifiċji għandek garanzija mill‑organizzazzjoni uffiċjali tal‑Knisja għall‑missjoni, li bi flusek ser twassal l‑aħbar it‑tajba f’xi pajjiż jew ieħor fid‑dinja u ser tgħin persuni li għadhom bla knisja, bla dar, bla skola, bla sptar kif ukoll bla ikel u xorb • Tista’ wkoll tħalli xi fondi fil‑Missio għall‑quddies b’suffraġji għal ruħek u/jew membri tal‑familja tiegħek. Dawn il‑fondi jmorru għall‑missjunarji Maltin u missjunarji lokali fl‑artijiet tal‑missjoni. 9
Novembru 2018
A
SAN PIETRU APPOSTLU – DUN VICTOR AGIUS
Bniedem li tgħallem il‑lingwa tal‑lum – Id‑djalogu
lla huwa mħabba, u għal kull bniedem li ħalaq Alla għandu pjan mill‑isbaħ. Aħna niskopru dan il‑pjan sabiħ kull darba li nippreferu li nagħmlu l‑volontà ta’ Alla fuqna milli nagħmlu dak li naħsbu aħna. Hekk issib mhux biss il‑libertà u s‑serenità f ’ħajtek, imma jiġri li kuljum tara din l‑avventura divina tisvolġi f ’ħajtek. Dan rajtu ċar ħafna meta kont qed nisma’ lil Patri Luciano Borg OSA jirrakkontali dak li għex f ’dawn l‑aħħar
50 sena bħala saċerdot fl‑ordni Agostinjan u b’mod speċjali fl‑Alġerija, fil‑Kenja u f ’Kuba, fejn bħalissa qed jgħix u jaħdem. Minn meta Patri Luciano kien għadu student, is‑superjuri tiegħu ntebħu mill‑ewwel li kellu kwalitajiet u kapaċitajiet kbar għall‑istudju, b’mod partikolari fil‑filosofija. Wara l‑ordinazzjoni saċerdotali tiegħu, is‑superjuri tiegħu bagħtuh jistudja fl‑Università ta’ Louvain fejn
qabel ma spiċċa d‑dottorat kien diġà mistieden isir assistent lekċerer fl‑istess università. Imma Alla kellu pjanijiet isbaħ għal Patri Luciano, u fuq stedina tal‑isqof il‑ġdid tad‑djoċesi ta’ Ippona fl‑Alġerija, is‑superjuri bagħtuh jaħdem hemm fejn dam mill‑1972 sal‑2001. L‑Alġerija huwa pajjiż Musulman, u ta’ storja u kultura twila u sabiħa. Patri Luciano fehem li huwa seta’ jkun ta’ għajnuna kbira
Żjara mill-Arcisqof Paul Cremona O.P. u Dun Alfred Vella. 10
Novembru 2018
fil‑kamp akkademiku, u hekk ikun strument ta’ għaqda u mħabba vera lejn dan il‑poplu li fl‑iżvilupp tiegħu kien qed ifittex il‑vera identità tiegħu bħala Alġerini. Bħal ħafna pajjiżi oħra, wara t‑Tieni Gwerra Dinija, l‑Alġerija bdiet tfittex sistemi ġodda ta’ politika biex iżommu s‑sovranità tagħha bħala nazzjon. Għażlu li jitħarrġu fis‑sistema politika Russa u qagħdu ħafna attenti li ma jaqgħux fl‑ateiżmu, imma jżommu l‑fidi u l‑kultura tagħhom tal‑Iżlam. L‑Iżlam huwa fundamentali għal dan in‑nazzjon u anki fl‑istorja tagħhom jippreferu jqisu l‑bidu tal‑kultura tagħhom minn meta daħal l‑Iżlam f ’pajjiżhom. Patri Luciano, bħala professur tal‑filosofija kien organizza grupp akkademiku, u fi djalogu magħhom kienu jfittxu r‑realtà storika ta’ Ippona, li bħala belt dejjem kellha l‑importanza tagħha minn żmien twil qabel il‑ħakma Rumana. Huwa l‑post fejn twieled u għex Santu Wistin li influwenza ħafna lill‑Knisja ta’ dak iż‑żmien bit‑tagħlim tiegħu. Huwa kien parti importanti mill‑istorja tal‑Kristjaneżmu fl‑ewwel seba’ sekli tal‑Kristjaneżmu qabel ma
Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:
Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. • Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36 • Paga ta’ għalliem fis‑Seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48 • Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60 • Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB 11
SAN PIETRU APPOSTLU – DUN VICTOR AGIUS
Novembru 2018
Purċissjoni ta' Ħadd‑il Palm 2017.
beda l‑Iżlam. Id‑djalogu mal‑kultura kontemporanja huwa importanti ħafna. Waqt id‑djalogu, aktar milli targumenta, irid ikollok il‑kapaċità li tisma’ lill‑ieħor, u li tisma’ jfisser li għal dak il‑mument tiżvojta lilek innifsek biex tilqa’ lill‑ieħor. U dan tagħmlu b’imħabba kbira lejn Ġesù fil‑persuna li magħha tkun qiegħed tiddjaloga. Huwa hawn li l‑Ispirtu s‑Santu jsib l‑ispazju biex jaħdem u jwassal għall‑verità. Huwa dan il‑pastorali li Patri Luciano għamel fil‑kamp akkademiku. L‑istudenti u n‑nies akkademiċi ħabbewh u aċċettawh meta wriehom ir‑rikkezzi storiċi li huma għandhom bħala poplu. B’dan il‑mod ta’ djalogu sinċier, il‑kultura serviet biex b’mod seren il‑kultura Nisranija u Musulmana resqu aktar lejn xulxin fil‑verità. 12
Wara din l‑esperjenza, Patri Luciano kien elett Provinċjal ta’ Malta, u wara li serva t‑term tiegħu, talbuh imur jaħdem f ’ċentru ta’ formazzjoni Panafrikana għal studenti reliġjużi u djoċesani fil‑Kenja. Wara xi snin mar jaħdem in‑naħa l‑oħra tad‑dinja, f ’Kuba, fl‑Amerika Ċentrali. Għalkemm is‑sitwazzjoni ta’ Kuba hija differenti ħafna minn dik Musulmana u Afrikana, anki hawn Patri Luciano kellu jerġa’ jħabbat wiċċu ma’ kultura wisq differenti minn dik Kristjana. Kien qiegħed jaħdem f ’soċjetà li kienet iffurmata f ’ħajja ta’ Kommuniżmu bi prinċipji qawwija ta’ Marksiżmu u Leniniżmu, u wkoll f ’faqar kbir kemm materjali u wisq aktar morali. Is‑salarju tal‑maġġoranza huwa madwar US$15, u biex
nifhmu dan xi jfisser, tajjeb ngħidu li flixkun birra jiswa US$1. Fil‑maġġoranza tal‑familji, it‑tfal jgħixu ma’ ‘single mothers’, għaliex f ’ħafna każijiet il‑missier jabbanduna l‑familja tiegħu. Minn fejn tibda biex tgħin poplu bħal dan? Domanda li kull missjunarju jistaqsi hekk kif jibda jifhem x’inhi s‑sitwazzjoni tal‑pajjiż li jkun wasal fih. U Patri Luciano mill‑ġdid emmen li l‑ewwel għajnuna hija l‑edukazzjoni tal‑bniedem; edukazzjoni tal‑moħħ u tal‑qalb. Qabel ikel, bini ta’ sptarijiet u knejjes, edukazzjoni tajba hija l‑arma li taqta’ l‑ktajjen tal‑faqar veru. Għalhekk, Patri Luciano reġa’ daħlilha għax‑xogħol ta’ formazzjoni lir‑reliġjużi u seminaristi djoċesani, li huma miġbura f ’kulleġġ wieħed f ’Kuba kollha. Is‑seminaristi jibdew minn sena prepedewtika fejn jingħataw l‑ewwel formazzjoni. Bħal żgħażagħ oħra, huma ġejjin minn familji mfarrka u allura trid tibda mill‑bidu nett: It‑tagħlim tal‑Katekiżmu, l‑istorja tal‑Knisja, il‑lingwa Spanjola, tliet snin ta’ filosofija, fejn jistudjaw l‑istorja tal‑filosofija biex jitgħallmu kif ifittxu l‑verità, u wara, erba’ snin ta’ teoloġija. Patri Luciano
Novembru 2018
qalli li l‑aktar edukazzjoni effettiva għal dawn iż‑żgħażagħ hija l‑eżempju. Fis‑seminarju u fil‑Knisja Kubana dawn iż‑żgħażagħ jiskopru l‑figura tal‑missier li jħobb u jħenn fis‑superjuri tagħhom. Is‑superjuri fis‑seminarju, fil‑kunventi, fil‑parroċċi u fid‑djoċesi jagħtu eżempju bis‑servizz tagħhom lejn kulħadd. Min huwa fl‑awtorità qiegħed hemm biex iservi. Kemm hu sabiħ dak li qalli, li pereżempju s‑saċerdoti jidħlu fid‑dar tal‑isqof tagħhom u jitkellmu miegħu, jew jieklu miegħu bl‑ebda formalità, imma f ’ambjent ta’ familja vera. Il‑ġerarkija li taqdi, u kif dan l‑eżempju mbagħad jgħaddi għas‑saċerdoti, u mis‑saċerdoti jgħaddi għal‑lajċi. Knisja Familja ta’ mħabba u servizz li tħalli
Il‑Ġurnata tal‑Gradwazzjoni 2017 fl‑Istitut Pontifiċju.
t‑togħma ta’ Ġesù ħaj li jidħol fil‑qlub tan‑nies, u hekk il‑Knisja tikber. F’pajjiż Kommunistà bħal Kuba, il‑messaġġ tal‑Vanġelu jasal f ’ħajja ta’ komunjoni u għaqda vera ta’ mħabba Nisranija li tagħti dinjità lil kull persuna.
l‑intervista b’appell għall‑poplu Malti u Għawdxi biex jibqa’ poplu b’qalb missjunarja, għax dan huwa l‑wirt prezzjuż li ħallielna Missierna San Pawl. Jekk aħna wkoll insiru Knisja Familja, min jaf kemm jitwieldu vokazzjonijiet missjunarji Maltin?
Patri Luciano spiċċa
KALENDARJU MISSJUNARJU 2019
(Jingħata b’XEJN bħala rigal lil kull abbonat ta’ Malta Missjunarja.) NEWSPAPER POST
Jannar 2019
Marzu 2019
Jekk wieħed għandu biex jgħix fid‑dinja u jara ‘l ħuh fil‑bżonn u jagħlaq qalbu għalih, kif tista’ l‑imħabba ta’ Alla tgħammar fih? Uliedi, ma nħobbux bil‑kliem u t‑tpaċpiċ, imma bl‑għemil u bis‑sewwa.
IL-ĦADD
IT-TNEJN
B’għotja ta’ €45 tkun qed tlibbes student minn familja numeruża u fqira b’uniformi, basket tal‑iskola, kotba u ‘stationery’.
IT-TLIETA
1
Jum is‑Santa Infanzja f’Malta u Għawdex L‑Epifanija tal‑Mulej
13 Il‑Magħmudija tal‑Mulej
20 It‑Tieni Ħadd taż‑Żmien ta’ Matul is‑Sena, San Sebastjan, martri
27 It‑Tielet Ħadd taż‑Żmien ta’ Matul is‑Sena, S. Anġla Meriċi, verġni
7
8
S. Rajmond ta’ Peñafort, presbiteru
14
S. Lawrenz Giustiniani, isqof
S. Feliċ ta’ Nola, isqof u martri (Bidu taż‑żmien ta’ matul is‑sena)
21
S. Mawru, raheb
22
S. Anjeże, verġni
28 S. Tumas ta’ Aquino, presbiteru u duttur tal‑Knisja
16
S. Publiju
S. Valerju ta’ Treviri
S. Emerenzjana, verġni u martri
S. Ġaċinta Marescotti, reliġjuża
4
10
17 S. Anton Abbati
24 S. Franġisk ta’ Sales, isqof u duttur tal‑Knisja
31
Beatu Bernard Scammacca, Dumnikan
18 S. Margerita tal‑Ungerija, prinċipessa u reliġjuża (Bidu Ġimgħa ta’ talb għall‑Għaqda tal‑insara)
25 Il‑Konverżjoni tal‑Appostlu Missierna S. Pawl
www.missio.org.mt
ikun jista’ B’għotja ta’ €300 għal ilma jitħaffer ‘borehole’ raħal. nadif fi skola jew
IL-ĦADD
IT-TNEJN
IT-TNEJN
IL-ĦADD
12 S. Bernard ta’ Corleone
19
S. Ġwann Bosco, presbiteru
Nitolbu sabiex iż‑żgħażagħ, Latina, jimxu mal‑eżempju speċjalment dawk fl‑Amerika ta’ ta’ Alla biex ixandru l‑ferħ Marija u jwieġbu għas‑sejħa tal‑Evanġelu lid‑dinja kollha.
1 S. Anjeże Cao Kuiying,
ta’
S. Kasmiru, Prinċep
17 It‑Tieni Ħadd tar‑Randan
24 It‑Tielet Ħadd tar‑Randan
Beatu Ġeremija ta’
mill‑Polonja
11
10
Jum ta’ L‑Erbgħa tal‑Irmied, Sawm u Astinenza
Valacchia
Beatu Ġwann Kearney, presbiteru u martri
S. Ċirillu ta’ Ġerusalemm, isqof u duttur tal‑Knisja
25 It‑Tħabbira tal‑Mulej Marija lill‑Imqaddsa Verġni
Beata Franġiska Trehet, verġni u martri
S. Alwiġ Orione, presbiteru
Marija
Beatu Battista Spagnoli
Beata Madalena Katerina
Morano
follow us
missiomalta
Beatu Franġisku Faa’ presbiteru
di Bruno,
S. Ġużepp Bastjan
Is‑Sebgħa u Għoxrin Ħadd taż‑Żmien ta’ Matul is‑Sena
13
S. Franġiska Rumana,
S. Ġwann ta’ Alla, reliġjuż
It‑Tmienja u Għoxrin Ħadd taż‑Żmien ta’ Matul is‑Sena
20
Ġurnata Missjunarja Kun ġeneruż
S. Ġwann de Brebeuf, Ġiżwita martri
S. Żakkarija, Papa
S. Nikola Owen, Ġiżwita
3
IL-ĠIMGĦA
8
4
S. Dioniġi l‑Aeropagita, dixxiplu ta’ S. Pawl
L‑Anġli Kustodji Mqaddsa
9
Id‑Disgħa u Għoxrin Ħadd taż‑Żmien ta’ Matul is‑Sena,
23 martri
29
L‑Imqaddsa Verġni Marija tar‑Rużarju
14
Il‑Konsagrazzjoni tal‑Katidral tal‑Imdina
15
10
S. Dijonisju, isqof u matri u S. Ġwann Leonardi
16
S. Franġisk ta’ Assisi
11
S. Daniel Comboni, isqof
17
Il‑Konsagrazzjoni tal‑Katidral ta’ Għawdex, S. Ġwann XXIII Papa
18
IS-SIBT
27
S. Kallistu, Papa u martri
21 Beatu Ġużeppi Puglisi, presbiteru
28
S. Tereża ta’ Ġesù, verġni u
22 S. Ġwann Pawlu II, Papa
29
martri
S. Margerita Marija Alacoque,
23
verġni S. Injazju ta’ Antjokja, isqof
S. Ġwann ta’ Kapistrano, presbiteru
30
u martri
24 S. Anton Marija Claret, isqof
31
S. Luqa, evanġelista
25
Beatu Ġwann Hambley, presbiteru u martri
reliġjuż
19
S. Bernard Calvo’, isqof
San Iżakk Jogues, martri Ġiżwita
26
30
S. Xmun u S. Ġuda, appostli
S. Ġejtanu Errico, presbiteru
Beatu Anġlu ta’ Acri, Kapuċċin
S. Bonaventura ta’ Potenza, Franġiskan Konventwal
S. Alfons Rodriguez, ġiżwita
follow us
Pelczar, isqof
verġni
12 S. Serafin ta’ Montegranaro,
S. Turibju ta’ Mogrovejo It‑Tletin Ħadd taż‑żmien ta’ matul is‑sena
S. Leonardu Murialdo,
presbiteru
dawk li t Kristjani, speċjalment Nitolbu sabiex il‑komunitajieli huma qrib ta’ Kristu u jkollhom i, iħossu huma ppersegwitat rispettati. id‑drittijiet tagħhom
missiomalta
KALENDARJU
2019
5 S. Marija Fawstina Kowalska,
reliġjuża
16
22
S. Wistin Zhao Rong, presbiteru u martri
7
S. Anġla tas‑Salib
15
Beatu Ġakbu Cusmano, presbiteru
IL-ĦAMIS
2
S. Tereża tal‑Bambin Ġesù, verġni u duttur tal‑Knisja, Patruna tal‑Missjoni
6
9
28
27
26
martri
21
20
19 S. Ġużepp, l‑għarus tal‑Verġni
S. Perpetwa u S. Feliċita,
14
13
12
18
L-ERBGĦA
IS-SIBT
2
martri
8
7
6
5
4
3
L‑Ewwel Ħadd tar‑Randan S. Titu u S. Timotju, isqfijiet
IL-ĠIMGĦA
IL-ĦAMIS
L-ERBGĦA
IT-TLIETA
31
It‑Tmien Ħadd taż‑Żmien Matul is‑Sena S. Remiġ, isqof ta’ Rouen
26
IT-TLIETA
1
.mt www.missio.org S. Emiljana, verġni
follow us
missiomalta
(Ġwanni 28: 18‑20)
B’għotja ġeneruża ta’ €8,000 tkun qed tagħmilha possibbli li komunità Nisranija f’żona imbiegħda jkollha l‑kappella ‘mission station’ tagħha għat‑talb u t‑tagħlim tal‑Katekiżmu .
lill‑Korintin)
IS-SIBT
5
S. Anġla ta’ Foligno, terzjarja Franġiskana
11
(Papa Klement 1
Ir‑Raba’ Ħadd tar‑Randan (Jum il‑Ħelsien) S. Agatone, Papa
S. Marċellu I, Papa
30
IL-ĠIMGĦA
L‑Isem Imqaddes ta’ Ġesù
S. Marċellinu ta’ Ancona, isqof
23
29
3
S. Bażilju u S. Girgor Nazjanzenu, isqfijiet u dutturi tal‑Knisja
9
15
IL-ĦAMIS
2
L‑Imqaddsa Verġni Marija, Omm Alla
6
L-ERBGĦA
“Morru, mela, agħmlu dixxipli mill‑ġnus kollha, u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien. U ara jiena magħkom dejjem, sal‑aħħar taż‑żmien.”
jaqbeż għal Min hu b’saħħtu l‑għani jgħin min hu dgħajjef; juri għerfu lill‑fqir, l‑għaref l imma bl‑għemi mhux bil‑kliem it‑tajjeb.
(1 Ġwanni 3: 17 – 18)
www.missio.org.mt
Ottubru 2019
Nitolbu sabiex in‑nifs tal‑Ispirtu s‑Santu jnissel ‘rebbiegħa’ missjunarja ġdida fi ħdan il‑Knisja.
• Stampa b’tema missjunarja kull xahar • Qaddis għal kull ġurnata • L‑intenzjoni missjunarja ta’ kull xahar
Tista’ tikseb kopja minn Missio kif ukoll mill‑Ħanut Faith Hope & Charity Gift Shop li jinsabu f’Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta. 13
Novembru 2018
Appell għall‑għajnuna minn żewġ isqfijiet mill‑Indja
M
issio rċieva dawn iż‑żewġ ittri mingħand żewġ isqfijiet li jaħdmu f ’żewġ djoċesijiet differenti fl‑Indja. Fihom huma qed jitolbu l‑għajnuna tal‑Maltin u l‑Għawdxin biex jgħinuhom iwettqu l‑proġetti tagħhom. Dan għaliex huma jafu kemm il‑poplu Malti u Għawdxi huwa ġeneruż. Kull għajnuna hija apprezzata, għaliex kif jgħid il‑qawl Malti: Bil‑qatra l‑qatra timtela l‑ġarra! Kull min jixtieq jagħti donazzjoni b’risq dawn il‑proġetti għandu jgħaddiha lil Missio fl‑indirizzi li jidhru f ’paġna 2. Grazzi mill‑qalb.
14
Novembru 2018
15
Novembru 2018
SANTA INFANZJA – DUN VICTOR AGIUS
Anġlu bl‑isem ta’ Nonoy
K
emm hu kbir il‑ferħ meta l‑missjunarju jħares lura lejn l‑avventuri li jkun għadda minnhom u hemm jara ċar kif atti sempliċi, l‑aktar umani, li kien għamel għax emmen u għex il‑Vanġelju, isiru divini u għalhekk jibqgħu għal dejjem u jħallu ħafna frott. L‑atti ta’ mħabba bħal dawn jagħtu spazju lill‑Ispirtu s‑Santu biex jaġixxi bil‑qawwa tiegħu. Kien żmien il‑Milied 16
fil‑Filippini. Il‑Milied fil‑Filippini jibda kmieni ħafna. Mill‑bidu ta’ Settembru tibda tara sinjali tal‑Milied; innijiet u dekorazzjonijiet tal‑Milied tipiċi tal‑post. Kont naħdem f’parroċċa kbira f’Manila b’madwar 60,000 ruħ li fil‑maġġoranza kienu foqra ħafna. Waħda miż‑żoni ta’ din il‑parroċċa kienet kollha nies li jgħixu fuq l‑art illegalment, li xtaqu li niċċelebrawlhom quddiesa filgħaxija bħala preparazzjoni
għall‑Milied. Jiena mort inqaddes din il‑quddiesa, anki jekk kienet għadha kif għamlet ħafna xita u l‑art kienet kollha tajn u ċaflis. Il‑quddiesa kienet fil‑miftuħ peress li ma kienx hemm kappella f’dik iż‑żona. Inħobb li qabel nibda l‑quddiesa nitkellem ftit man‑nies biex jinħoloq sens ta’ ħbiberija u familja, u anki waqt il‑quddiesa kont inżomm kuntatt man‑nies. Anki dan huwa mod sabiħ kif tħobb lil dawk
Novembru 2018
preżenti. Jiena u nagħmel hekk, għajnejja bdew dejjem jieqfu fuq tifel ta’ madwar sentejn f’dirgħajn ommu, li beda jħares lejja u b’mistħija jagħtini nofs tbissima. Kellu wiċċ ta’ anġlu u ma stajtx ma nħarisx lejh. Spiċċajt il‑quddiesa u bħas‑soltu n‑nies ġew biex jagħmlu l‑‘mano po’, sinjal ta’ rispett li minflok ibusulek idejk, ipoġġu jdejk ma’ moħħhom. Hekk jagħmlu t‑tfal kollha u ħafna mill‑adulti lill‑qassis wara l‑quddiesa. Ġiet ukoll dik il‑mara li kellha dak it‑tifel li kont iggustajt u staqsejtha x’jismu. “Nonoy,” qaltli, u hekk kif qbadt id it‑tifel dan dawwar wiċċu u b’xokk kbir rajt li n‑naħa l‑oħra ta’ wiċċu kienet immarkata b’tumur kbir li għalaqlu għajnu
kompletament. Nonoy kellu kanċer terminali u ma tantx kien baqagħlu ħajja x’jgħix. It‑tabib kien issuġġerixxa mediċina, imma l‑paga kollha ta’ missieru ma kinetx biżżejjed biex tixtriha. Jiena għedt lil ommu li kellna ħafna parruċċani twajba u żgur li konna ser ngħinuha. Fil‑fatt, kull ġimgħa konna niġbru flus biżżejjed biex nixtru din il‑mediċina għal
Nonoy; sakemm miet wara sena. Il‑mewt ġo familja ġġib magħha mhux biss it‑tbatija tas‑separazzjoni, imma wkoll il‑miżerja għall‑familja biex issib il‑flus ħalli tħallas il‑funeral. Il‑parroċċa baqgħet qrib tal‑familja ta’ Nonoy, u għenet biex jixtru ftit injam ħalli huma stess jagħmlu t‑tebut għat‑tifel. Meta wasal il‑jum
BAŻAR B’RISQ IL‑MISSJONI Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta
(Ħinijiet Ġodda) It‑Tnejn, l‑Erbgħa u l‑Ġimgħa: 9:00am‑11:00am It‑Tlieta u l‑Ħamis: 9:00am‑12:30pm 17
Novembru 2018
tad‑difna ħadnieh bil‑karozza tiegħi stess u ma’ missieru ppruvajna nsibu spazju vojt fejn stajna nniżżlu t‑tebut fiċ‑ċimiterju tal‑foqra. Niftakar il‑qsim ta’ qalb li ħassejt f ’dan il‑funeral. Kienet l‑istampa ta’ kuljum ta’ ħafna nies foqra u l‑familji tagħhom li jgħaddu minn dawn il‑mumenti hekk ibsin. Tibki u tibqa’ tħobb b’dik l‑imħabba ta’ Ġesù li tagħti t‑tama lil dawn in‑nies li ma jirnexxilhom qatt joħorġu mill‑morsa tal‑faqar.
Kif tista’ tista’ Kif tgħin tgħin lit‑tfal lit‑tfal fil‑missjoni: fil‑missjoni:
SANTA INFANZJA – DUN VICTOR AGIUS
Għadda l‑funeral u Henry, missier it‑tifel, ommu u oħtu bdew jiġu regolarment il‑knisja. Ftit taż‑żmien wara, Henry sab xogħol ġdid bħala xufier tal‑‘jeepneys’, it‑trasport pubbliku l‑aktar komuni għan‑nies, u li kien jirrendi aktar. It‑tifla kibret u baqgħet bilgħaqal, spiċċat l‑iskola sal‑livell tal‑kulleġġ, sabet xogħol tajjeb, u bdiet ukoll taħdem bħala katekista fil‑parroċċa, u fil‑ħin liberu bħala segretarja tal‑kappillan. Kemm hija sabiħa l‑ħajja
tal‑parroċċa meta n‑nies taħseb fl‑oħrajn, u tagħti u taqsam magħhom. U l‑Vanġelu jerġa’ jsir realtà u juri lil kulħadd li huwa veru: “…u kollox jingħatalkom lura mitt darba aktar.” U kollox beda minn tbissima waqt quddiesa. Xejn speċjali, imma fuq att sempliċi ta’ mħabba, l‑Ispirtu s‑Santu sab biżżejjed spazju biex joħloq u jagħti l‑ħajja lil din il‑familja, u min jaf lil kemm persuni oħra li għenu lil din il‑familja b’imħabba ġenwina.
€35 – uniformi, basket
€50 – ikla sħuna għal 30 anzjan li ta’ kuljum iħabbtu d‑djar tas‑sorijiet għall‑ikel
tal‑iskola, kotba u ‘stationery’ lil student/a minn familja fqira
€60 – rota għal missier ta’
€120 – Għajnuna
€146 – siġġu tar‑roti għal
familja biex imur ix‑xogħol biha
lis‑sorijiet ta’ Madre Tereża biex iżommu trabi u tfal abbandunati
tifel jew tifla b’diżabilità
18
Novembru 2018
CHILD SPONSORSHIP €150 ‑ edukazzjoni, kura tas‑saħħa u ilma tax‑xorb nadif għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn. Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI! Child Sponsorship iwiegħed li aħna naħdmu id f’id mat‑tfal, il‑ġenituri tagħhom, komunitajiet u oħrajn, sabiex niżguraw illi t‑tfal kollha jkunu mgħajxin u b’saħħithom.
Ġwanni 4:14
Modi kif tista’ tgħin Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.)
Bank Transfer IBAN: MT88VALL22013000000010202698019 Swift Code: VALLMTMT IBAN: MT47APSB77024000112420000026142 Swift Code: APSBMTMT IBAN: MT26MMEB44336000000033079070001 Swift Code: MMEBMTMT IBAN: MT18BNIF14502000000000095400101 Swift Code: BNIFMTMT (Min jagħmel donazzjoni f'wieħed minn dawn il‑kontijiet jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)
Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)
Jew iżżur il‑websajt www.missio.org.mt
• 51802064 ‑ €25
u kklikkja fil‑parti Donations.
19
Novembru 2018
“Ħadd qatt ma ftaqar għax għamel karità.” Anne Frank
Anne Frank (1929‑1945), imwielda Annelies Marie Frank fi Frankfurt il‑Ġermanja, hija waħda mill‑aktar vittmi Lhud tal‑Ħolokawst li baqgħet tissemma’. Hija kisbet il‑popolarità wara mewtha bil‑pubblikazzjoni tal‑ktieb ‘The Diary of a Young Girl’. Fih hija kienet iddokumentat ħajjitha fil‑moħbi bejn l‑1942 u l‑1944 matul l‑okkupazzjoni Ġermaniża fl‑Olanda tul it‑Tieni Gwerra Dinjija. Id‑djarju ta’ Anne huwa wieħed mill‑aktar kotba popolari fid‑dinja, u kien suġġett għal diversi drammi u films. Il‑familja Frank, li kienu qed jistaħbew flimkien ma’ xi nies oħra f’appartament moħbi wara xi xkaffi tal‑kotba, instabu u sfaw arrestati flimkien ma’ dawk li kienu ta’ kuljum inewlulhom l‑ikel. Id‑data eżatta tal‑mewt ta’ Anne mhix magħrufa, iżda huwa maħsub li mietet fi Frar jew Marzu tal‑1945. 20
Novembru 2018
21
QADDISA TAX‑XAHAR
Novembru 2018
San Martin Isqof ta’ Tours tah nofsu. Billejl kellu viżjoni li dak il‑fqir kien Ġesù stess. Ġesù nstema’ jgħid lill‑anġli: “Hawn hu Martin is‑suldat Ruman li mhuwiex mgħammed; huwa libbisni.” Fi storja oħra jingħad li meta l‑festa ta’ San Martin Martin qam, il‑mantell sabu Isqof ta’ Tours tiġi kif kien qabel. Wara l‑ħolma ċċelebrata fil‑11 Martin, li kellu 18‑il sena, ta’ Novembru. Martin tgħammed. Xi sentejn wara, twieled fis‑sena 316 minn ftit qabel battalja, Martin ġenituri pagani f ’Sabarija, ħalla l‑Armata għaliex qal li l‑Ungerija, fejn missieru, huwa kien: “Suldat ta’ Kristu fizzjal fl‑Armata Rumana, u ma setax jiġġieled.” Martin kien stazzjonat. Ftit wara, ġie mgħajjar beżżiegħ u missieru ġie trasferit f ’Pavija, ntbagħat il‑ħabs. Bħala turija l‑Italja, fejn Martin trabba. ta’ qlubija u biex tinħafirlu Ta’ 10 snin mar il‑knisja s‑sentenza tal‑ħabs, huwa kontra x‑xewqa tal‑ġenituri offra li jmur jiġġieled fuq tiegħu u sar kandidat biex quddiem nett bla armi. jirċievi l‑magħmudija. Ta’ Is‑superjuri tiegħu aċċettaw, 15‑il sena, bħala t‑tifel iżda qabel bdiet il‑battalja ta’ uffiċjal veteran kien ntlaħaq ftehim ta’ paċi u mistenni jidħol fl‑Armata l‑battalja ma seħħet qatt. Rumana. Xi sentejn wara Wara mar Poitiers, fejn ġie ntbagħat f ’Amiens, fi ordnat saċerdot minn San Franza. Hawnhekk iltaqa’ Ilarju Isqof tal‑post. Martin ma’ wieħed fqir iterter talbu jagħtih biċċa art biex bil‑bard, ġietu ħniena ikun jista’ jgħix fis‑solitudni. minnu, qabad il‑mantell li Ingħaqdu miegħu xi eremiti kellu fuqu, qasmu fi tnejn u oħrajn u bil‑mod bena dak li
I
22
kellu jkun l‑ewwel monasteru ta’ Franza, ġo Linuge’, li malajr iffjorixxa. Meta miet San Ilarju, in‑nies bi ħġarhom marru għal Martin, ġabuh u għamluh isqof tagħhom, fis‑sena 371. Bħala isqof baqa’ jgħix ħajja umli u sempliċi, iżda kien sod ħafna kontra l‑eretiċi, għalkemm, flimkien ma’ San Ambroġ kien kontra li dawn jiġu kkundannati għall‑mewt. Is‑segwaċi ta’ Martin inħasdu meta darba qalilhom li kien wasal biex imut, imma l‑qaddis intelaq f ’idejn il‑Mulej bil‑kliem: “Mulej, jekk in‑nies tiegħek għad għandhom bżonni, jiena ma nirrifjutax xogħli; ikun dak li tixtieq inti.” San Martin miet fit‑8 ta’ Novembru 397, fl‑età ta’ 81 sena u ndifen fil‑11 ta’ Novembru, f ’Tours. San Martin huwa l‑ewwel qaddis fil‑Knisja tal‑Punent, li ġie pubblikament ivvenerat qaddis, għalkemm ma mietx martri. Huwa l‑qaddis patrun ta’ Franza u tas‑suldati kollha. Fi Franza hemm madwar erbat elef knisja ddedikati għalih. F’Malta l‑knisja tal‑Baħrija hija ddedikata lil San Martin.
Novembru 2018
Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:
Isem u kunjom: Indirizz:
Belt/ Raħal:
Kodiċi Postali:
Tel: N.B. Napprezzaw il-kontribuzzjoni ta’ mill-inqas €5 għal kull quddiesa. Il-quddies kollu jitqaddes fil-pajjiżi tal-missjoni. Fl‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar, Missio jiċċelebra quddiesa li tkun għal ruħ il‑benefatturi, li matul ħajjithom ikunu għenu l‑missjoni u għamlu karità ma’ min hu fil‑bżonn. Din tkun fit‑8:30am fir‑4 sular ta’ Missio l‑Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jattendi. 23
Novembru 2018
AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA
Kif għandek toqtol lil ibnek
Ritratt: BBC
L
ydia Njoki ta’ 56 sena hija omm ta’ erbat itfal min‑Narok il‑Kenja. Binha ż‑żgħir Samwell, li għandu diżabilità fiżika u jbati mill‑epilepsija, m’għadux ħaj li kieku Lydia semgħet mill‑familjari tagħha. Nannitha stess urietha kif kellha tinjetta liċ‑ċkejken fil‑vini biex imut ftit ftit, “U hekk ħadd ma jkun jaf x’ġara,” qaltilha l‑anzjana. L‑omm tgħid li n‑nies jgħidulha li hi ġiet misħuta u b’hekk tweldilha tifel b’diżabilità. Lydia mhux l‑ewwel darba li tmur torqod imbikkma, kemm minħabba dawn il‑kummenti, imma l‑aktar meta tiftakar li l‑familjari tagħha stess riduha toqtol lil binha! 24
Florence Kipchumba, ukoll mill‑Kenja, għaddiet minn sitwazzjoni simili għal dik ta’ Lydia. Binha Meshack kien jibki ħafna meta kien għadu tarbija, tant li dejjaq lill‑familjari ta’ Florence. Dawn ma ħasbuhiex darbtejn u keċċew ’il barra lil Florence u lil Meshack, wara li l‑omm irrifjutat li tissagrifika lit‑tarbija tagħha. Florence sabet kenn għand ħabiba, iżda din wara xahar, ukoll issuġġeritilha li toqtol lil Meshack billi titfagħlu l‑aċtu mal‑ikel. “U hekk ħadd ma jkun jaf x’ġara,” tennitilha ħabibtha. Florence kellha taħrab mill‑komunità tagħha u llum il‑ġurnata tgħix ġo biċċa kamra tal‑landa u tagħmel xi xogħol li jiġi għal idejha biex jgħixu
hi u binha. Meshack għandu s‑sinsla ta’ dahru dgħajfa u rasu ma jżommhiex. Florence kienet tpoġġi lil binha f’ħofra fl‑art u tuża l‑ħamrija bħala kuxin madwaru. Illum Meshack għandu 8 snin u kapaċi joqgħod bilqiegħda u jimxi distanzi qosra. Florence qatt ma ddispjaċiha mid‑deċizjoni li ħadet. Dawn iż‑żewġ ommijiet mhux l‑uniċi li kellhom jgħaddu minn dawn iċ‑ċirkostanzi. Studju li sar juri li 45% tal‑ommijiet li għandhom tfal b’xi forma ta’ diżabilità, kellhom pressjoni biex joqtlu lit‑trabi tagħhom. Din is‑sitwazzjoni hija ferm agħar f’żoni rurali, fejn ir‑residenti jemmnu li l‑qtil ta’ tarbija b’diżabilità huwa att ta’ mħabba lejn il‑wild. ikompli f’paġna 26
Novembru 2018
You Name It. We Bake It! Fresh Made Cakes, Doughnuts & More Chocolates & Ice‑Cream Extensive Choice Of Food
Large Variety Of Bread Baked Fresh Daily Large Variety Of Daily Fresh Fruit & Vegetables Also Available: • Gluten‑Free Foods • Ready‑Packed Produce Including Cheese & Ham, • Milk, Frozen Foods & Pasta • Spirits, Wines & Soft Drinks • Detergents & More.
EL PANADERO
www.elpanaderomalta.com Tel: 27 424 386 Triq il‑Pitkali, Attard ATD 2216 E: elpanaderomalta@hotmail.com
Opening Hours: Monday to Sunday From 5:00am to 9:00pm Open also on Public Holidays
Theuma House, 302, St. Paul Street, Valletta VLT 1213 Tel: 21234075 / 21236605 Fax: 21244201 Email: info@etheuma.com www.etheuma.com
25
Novembru 2018
AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA
B’diżabilità u qed tgħin lil dawk b’diżabilità
Ritratt: BBC
A
nne Njeri mill‑Kenja, li twieldet b’diżabilità, tħajret tiftaħ ċentru ta’ matul il‑jum għal tfal b’diżabilità mentali u fiżika. Hija qatt
ma kellha f ’moħħha dar residenzjali, iżda fl‑ewwel ġimgħa spiċċat tieħu ħsieb 11‑il tarbija abbandunata u sa xahar wara kellha 30 tifel u tifla. Anne ppruvat kemm‑il darba tfittex lill‑ġenituri ta’ dawn it‑tfal abbandunati, iżda kien kollu ta’ xejn.
Dawn kienu jieħdu lit‑tfal fiċ‑ċentru u ma jmorru qatt għalihom. Bħalissa Anne tieħu ħsieb 86 tifel u tifla. Ix‑xewqa tagħha hi li jkollha l‑finanzi biex tagħmel iktar ma’ dawn it‑tfal, għajr li toffrilhom saqaf fuq rashom, ikel u mħabba. Riċerkaturi qed isostnu li l‑fatt li dawn it‑tfal qed jinżammu dejjem ġewwa u ħafna drabi bla ma jiċċaqalqu, qed issirilhom aktar ħsara milli ġid. Sfortunatament il‑gvern Kenjan ma jridx jgħin.
Mietet biex binha jgħix
26
Ritratt: www.papaboys.orw
C
hiara Corbella, omm żagħżugħa mill‑Italja, mietet nhar it‑13 ta’ Ġunju 2012, wara li rrifjutat it‑trattament tal‑kanċer biex ma tipperikolax lit‑tarbija tagħha fil‑ġuf. Chiara kienet iltaqgħet ma’ żewġha Enrico Petrillo f ’Medjugorje, u wara relazzjoni normali żżewġu. L‑ewwel żewġ ulied li kellhom, tifla u tifel, mietu ftit sigħat biss wara li twieldu. Meta kellha ħames xhur tqala bit‑tielet wild, Chiara saret taf li kellha kanċer u l‑unika tama kienet kura immedjata. Iżda Chiara ma riditx tieħu kura u dan sabiex issalva lit‑tarbija tagħha. It‑tifel, li ssemma Francesco, twieled b’saħħtu,
iżda ftit wara l‑omm mietet fl‑età ta’ 28 sena. Ftit ġimgħat ilu beda l‑proċess għall‑beatifikazzjoni u l‑kanonizzazzjoni ta’ Chiara. Il‑ftuħ uffiċjali sar nhar il‑21 ta’ Settembru, fl‑10 anniversarju taż‑żwieġ ta’ Chiara u Enrico, fil‑Bażilika ta’ San Ġwann Lateran f ’Ruma, li hija kbira biżżejjed biex setgħet tilqa’
n‑numru kbir ta’ persuni li attendew għall‑quddiesa tal‑okkażjoni. Dakinhar tal‑funeral tagħha, aktar minn elf ruħ kienu attendew biex jiċċelebraw il‑memorja ta’ din l‑omm li tat ħajjitha għal binha. Sal‑lum huma ħafna dawk li jmorru f ’pellegrinaġġ fuq il‑qabar tagħha fiċ‑ċimiterju ta’ Verano f ’Ruma. ikompli f’paġna 28
Novembru 2018
Beauty ‑ Nails ‑ Tanning John F.Marks Street, SAN GWANN t‑27014144 m‑79319129/ 79293183
George Żammit HERBS, SPICES, ESSENCES, FOODSTUFFS & DOMESTIC CATERING
Ronnie Sive Petrus (Prop.) Ronnie Spiteri Funeral undertaker Day & Night Service
TAL‑ĦWAWAR
Office: Residence: Quarry Square, 89, Msida Road, St. Venera St. Venera (Near Romeo Romano Garden) Tel: 2148 4489 Tel: 2122 4181 Mob: 9949 8105
15, St. John Str., VLT 1168, Valletta Tel: 21236553
Johann Farrugia Proprietor
27
AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA
Novembru 2018
Ħaddiema f’fabbrika tat‑tessuti mhux imħallsa
Ħ
ames snin ilu l‑kumpanija tat‑tessuti H&M, kienet wiegħdet li sas‑sena 2018 kienet ser tħallas lill‑ħaddiema tagħha kif inhu bi dritthom. S’issa, xahrejn biss qabel tintemm is‑sena 2018, dan għadu ma sarx, u li kieku kellu jseħħ żgur li tittejjeb il‑ħajja ta’ mijiet ta’ ħaddiema u
l‑familji tagħhom. Minħabba l‑fatt li dawn il‑ħaddiema huma mħallsa ftit li xejn, qed ikollhom jaħdmu sigħat aktar twal u jagħmlu aktar minn xogħol wieħed biex ikollhom biżżejjed flus biex jgħixu huma u l‑familja tagħhom. Dan minbarra li ħafna minnhom qed jaħdmu f ’kundizzjonijiet
ħżiena. Ħafna minn dawn il‑ħaddiema qed ikollhom jibagħtu lil uliedhom jaħdmu minflok l‑iskola.
Sfurzati jieklu l‑weraq
T
fal mejtin bil‑ġuħ fi stat iddisprat li jibqgħu ħajjin, qed jiġu sfurzati jieklu l‑weraq. Infern fid‑dinja hija s‑sitwazzjoni bħalissa fil‑Jemen. Il‑ġuħ qed jaħkem
fid‑distrett ta’ Aslam, u l‑aktar li qed isofru huma t‑tfal żgħar. Il‑familji f ’dan id‑distrett m’għandhom xejn x’jieklu għajr weraq mgħolli u mgħaffeġ maxx. It‑trabi ta’ taħt is‑sena għadhom qatt ma xorbu ħalib jew kielu ikel sustanzjuż. Iċ‑ċentru tas‑saħħa tal‑lokal huwa mballat bi tfal li jinsabu fl‑aħħar fażi ta’ malnutrizzjoni. Kull ġimgħa jidħlu mas‑17‑il każ
ġdid ta’ tfal li huma skeletri ħajjin. Dan huwa perikoluż ħafna għas‑saħħa ta’ dawn iċ‑ċkejknin. Madwar il‑pajjiż kollu mal‑1.8 miljun tifel u tifla huma malnutriti. Il‑kawża ta’ dan kollu hija snin ta’ kunflitti bejn ribelli Houthi u koalizzjoni mmexxija mis‑Sawdi li mhux qed iħallu l‑importazzjoni ta’ ikel, mediċina u għajnuniet oħra.
Tuffieħ żejjed Bħal f ’kull pajjiż żviluppat, jiġri li ħafna prodotti tal‑ikel ikunu fl‑abbundanza u ħadd ma jkun jaf x’ser jagħmel bihom. Qrajna kemm‑il darba b’ristoranti u kċejjen li jinfetħu f ’ċerti bliet u rħula fejn jissajjar ikel 28
għal dawk li m’għandhomx biex jieklu ikla sustanzjuża mqar darba kuljum. Sfortunatament ħafna minn dan l‑ikel jintrema, għax ħadd ma jridu u mhux għax hu ħażin. Hekk jiġri pereżempju bit‑tuffieħ żejjed fi Franza; jitħalla jitħassar fl‑art taħt is‑siġar. Iżda n‑Norveġiżi għandhom
soluzzjoni ta’ min isegwiha. Dawn, meta jkollhom ħafna tuffieħ jew xi frott ieħor li ma jridux, minflok iħalluh fl‑art, jiġbruh u jpoġġuh f ’boroż tal‑plastik. Imbagħad dawn il‑boroż bil‑frott jiddendlu ’l hawn u ’l hinn fl‑ibliet u l‑irħula biex igawdu minnhom dawk li jinħtiġuhom.
Novembru 2018
BEST PRODUCTS ‑ BEST PRICES Sales & Import of TV’s, Hi‑Fi & Appliances David Azzopardi Director Tel: +356 27570916 Mob: +356 99445723 Email: info@sathobby.com
21417830/ 79417830 rosaire@straightcutsalon.com
Sathobby, St. Paul’s Road, St. Paul’s Bay SPB3300, Malta.
www.straightcutsalon.com
www.sathobby.com
Triq Iż‑Żraġen, Attard ATD 2952
Triq ir‑Riħan, San Ġwann ‑ Malta. tel: +356 2766 1166 info@thecyclistmalta.com www.thecyclistmalta.com Qormi Road, Hamrun Tel: 21 242494, 21 239534
ALSO DISTRIBUTORS FOR GOVERMENT VOUCHER ENERGY SAVERS FREE SCHEME. PRESENT YOUR VOUCHER AT OUR PREMISES 29
Novembru 2018
KTIEB TA’ ĠRAJJIET ‑ DUN LAWRENZ GAUCI, MISSJUNARJU
Tfajla Indemonjata
F
is‑sena 1994, meta kont fil‑parroċċa ta’ Kristu Operario f’São Paulo, ġiet mara titlobni biex immur inberkilha d‑dar, ghax qalet li t‑tifla tagħha għandha fiha xi demonju. Jien mort magħha bil‑mixi. X’ħin wasalt id‑dar tagħha, smajt l‑għajjat tan‑nies. Staqsejtha x’kien qed jiġri. Qaltli: “Il‑‘Pastor’ u n‑nies tiegħu ilhom tlett ijiem jippruvaw ineħħu d‑demonju mit‑tifla tiegħi.” Għedtilha li jekk
30
huma ma joħorġux minn darha, jien ma nidħolx. Qaltilhom biex joħorġu. Ħarġu 12‑il‑persuna. Kienu irrabjati, kemm għax ma rnexxilhomx ‘joħorġu d‑demonju’ u, iżjed u iżjed, għax il‑mara sejħet ‘il‑kappillan fid‑dar tagħha. Meta dħalt, rajt tfajla ta’ 16‑il sena fuq sodda, kollha mdemmija u mitlufa minn sensiha. Ir‑raġuni kienet għax skont il‑‘Pastor’id‑demonju seta’ joħroġ biss minnha bid‑daqqiet fuqha. Jien irriflettejt. Għedt lil ommha li ma kontx se nbierek għax ma kontx qed nemmen li t‑tifla għandha demonju. L‑omm qaltli: “Imma int mhux il‑kappillan? Kif ma temminx? Ilhom tlett ijiem jitolbu fuqha u jsawtuha”.
Ma nafx kif, ġieni f’moħħi isem ta’ tabib. Jien mort inġib il‑karozza u l‑omm għenitni npoġġu lil bintha fiha. Ħallejtha għand it‑tabib. Wara tlett ijiem, il‑mara ġiet tirringrazzjani. Staqsejtha: “Fl‑aħħar mill‑aħħar, it‑tifla x’kellha?” Qaltli: “Se jkollha tarbija u kieku ma ġibnihiex f’dak il‑ħin żgur li kienet titlifha. Għandha ġuvni ħabib, imma jien ma kontx naf. Ġejt nirringrazzjak, għax salvajtilha ħajjitha.” Tista’ taqra aktar stejjer simili bħal din t’hawn fuq fil‑ktieb ‘Ġrajjiet Minn Fomm il‑Missjunarji Maltin u Għawdxin’. Aktar dettalji fil‑paġna li jmiss.
Novembru 2018
50 ġrajja miktuba minn ħutna
missjunarji li b’imħabba kbira taw snin twal u xi wħud għomorhom kollu lill‑missjoni. PUBBLIKAZZJONI www.missio.org.mt
(V0/1178)
Dan il‑ktieb ta’ 268 paġna jinsab għall‑bejgħ bil‑prezz ta’ €12. Jista’ jinkiseb mill‑ħanut ta’ Missio ‘Faith, Hope & Charity’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta (Tel. 21234328), mid‑Dar ta’ Missio Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta (Tel. 20330015) jew mill‑Uffiċċju Missjunarju, Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex (Tel: 21550267). Ikun hemm ħlas addizzjonali għal min jixtieq jirċevih bil‑posta. Kull Malti u Għawdxi li jħobb il‑missjoni għandu jfittex li jaqra dawn il‑ĠRAJJIET.
Isem: Indirizz: Kodiċi Postali: Imejl:
Data:
Numru ta’ kotba: (€12 kull kopja) Posta: (€4.50 kull kopja) TOTAL:
Qiegħed nibgħat ċekk bl‑ammont ta’: € .............................................................. bħala pagament għal ..................
ktieb/ kotba bil‑posta. Firma: .............................................................................................................................. Din l‑informazzjoni hija għall‑użu ta’ Missio biss. 31
Novembru 2018
ESPERJENZA MISSJUNARJA – Martin Azzopardi S.D.C.
Għalfejn għandi bżonn lil Alla fil‑ħajja tiegħi?
S
entejn ilu kelli l‑opportunità u l‑istedina li nitla’ Dresden fil‑Ġermanja fuq missjoni edukattiva f ’żewġ skejjel sekondarji u post‑sekondarji, waħda tal‑Knisja u l‑oħra tal‑Istat. Hawn kelli laqgħat formali mal‑kapijiet tal‑iskejjel, fejn magħhom stajt niddiskuti mhux biss l‑andament tal‑iskola tagħhom, imma wkoll is‑sistema edukattiva wżata fir‑reġjun tas‑Sassonja. Kelli wkoll laqgħat mal‑istudenti fejn, fost l‑oħrajn iddiskutejna diversi temi li jolqtu l‑ħajja tagħhom ta’ kuljum. Waħda mit‑temi kienet it‑tagħlim tar‑Reliġjon fl‑iskejjel fejn is‑sitwazzjoni preżenti fil‑Ġermanja titlob li l‑istudenti Kattolici jridu joqogħdu għat‑tagħlim tar‑Reliġjon Kattolika, dawk Protestanti għat‑tagħlim tar‑Reliġjon Protestanta u
L‑Isqof u l‑Amministratur tal‑Kurja tal‑Arċidjoċesi ta' Dresden u Meissen. 32
dawk l‑istudenti li jħaddnu twemmin ieħor jew li jiddikjaraw li ma jħaddnu l‑ebda twemmin, iridu joqogħdu għat‑tagħlim tal‑Etika offrut lilhom bħala sostitwit.
tal‑Punent huma biss 10.3% li jistqarru dan. L‑ateiżmu fil‑maġġoranza tal‑Ġermaniżi tal‑Lvant jikkuntrasta bil‑kbir ma’ pajjiżi oħrajn, fejn fir‑Russja 6.8% jistqarru li huma atei, fl‑Olanda 15.3%, fl‑Istati Jingħad li l‑Ġermanja Uniti 3%, fl‑Italja 1.7% u tal‑Lvant hija l‑iktar reġjun fil‑Filippini 0.7%. Terġa’ u ateu fid‑dinja, fejn 71% ta’ tgħid l‑ateiżmu fil‑Ġermanja taħt it‑28 sena jistqarru li tal‑Lvant ra żieda ta’ 3.4% ma jemmnux f ’Alla. L‑istess bejn l‑1991 u 2008. Din ċifra tista’ tapplika għal dawk is‑sitwazzjoni twassalna biex ta’ bejn it‑38 u s‑47 sena, nifhmu l‑bżonn u l‑urġenza fejn 72.6% jiddikjaraw li ta’ re‑evanġelizzazzjoni huma atei. Dan juri li fejn fil‑Ġermanja, speċjalment tidhol prattika reliġjuża u fil‑Lvant. Minkejja fidi, fil‑Ġermanja tal‑Lvant l‑maġġoranza atea is‑sitwazzjoni hija serja fir‑reġjun, l‑istudenti ħafna għax il‑maġġoranza fl‑iskejjel huma ħerqanin taż‑zgħażagħ u persuni li jisimgħu u jiddiskutu. ta’ mezza età jsostnu li F’waħda mil‑laqghat huma atei. Hawn wieħed li kelli mal‑istudenti fi irid iżomm f ’moħħu li skola post‑sekondarja l‑Ġermanja tal‑Lvant tal‑Istat, studenta staqsietni għamlet snin twal immexxija l‑mistoqsija: “Għalfejn minn kultura Kommunista għandi bżonn lil Alla Atea għall‑aħħar, u li din fil‑ħajja tiegħi?” Hawn jien ħalliet l‑effett tagħha tul ħadt l‑okkażjoni nistaqsiha is‑snin. Fil‑fatt, is‑sitwazzjoni tixtieqx li qalbha tkun hija pjuttost kontrastanti mimlija kollha bil‑ferħ, u ħafna meta wieħed iqabbel ċertament li wiegbet: “Iva, il‑Ġermanja tal‑Lvant dażgur”. Ir‑risposta tiegħi mal‑Ġermanja tal‑Punent. kienet sempliċi ħafna: Filwaqt li fil‑Ġermanja “Il‑qalb tal‑bniedem tant tal‑Lvant 52.1% jistqarru hi kbira li ħadd u xejn ma’ li huma atei, fil‑Ġermanja jista’ jimlieha kollha ħlief
Novembru 2018
tal‑Punent, għax fil‑fehma tiegħu l‑mewġa ta’ ateiżmu qed tkun ta’ sfida għall‑knejjes kollha fl‑Ewropa. F’dan Studenti mill‑Iskola Kattolika St. Benno ir‑rigward, Gymnasium. il‑Professur Alla”. Għal din it‑tweġiba tat‑Teoloġija fl‑Università l‑istudenti ħadu l‑ħin ta’ Erfurt, Eberhard tagħhom jirriflettu fuq Tiefensee, jistqarr li jekk dak li kont qed nipprova il‑Ġermanja tal‑Lvant saret ngħidilhom u rajt uħud pajjiż b’urġenza missjunarja, minnhom b’demgħa allura l‑Insara ma jistgħux f ’għajnejhom. Imbagħad jibqgħu jiddiskutu biss ir‑relazzjonijiet ma’ tlabthom ifittxu l‑għeruq reliġjużi tal‑pajjiż u reliġjonijiet oħra, iżda jerġgħu jiskopru l‑ġmiel jridu jibdew jindirizzaw tal‑Kristjaneżmu Ġermaniż bis‑serjetà l‑kultura atea li għal ħafna snin ħalla ostili u jfasslu pjan serju ta’ re‑evanġelizzazzjoni. ħafna paċi u armonija fost il‑poplu, kif ukoll arkitettura Fi Dresden il‑Ġermanja mill‑isbaħ fid‑diversi knejjes. kelli wkoll l‑opportunità ta’ laqgħat formali Il‑Viċi‑president tal‑Knisja mal‑Amministratur tal‑Kurja Kattolika, kif ukoll Evanġelika Protestanta fil‑Ġermanja, Thies mad‑Direttur responsabbli Gundlach, jgħid li mhux mill‑iskejjel tal‑Knisja relevanti li noqogħdu f ’Dresden u f ’Meissen. Kelli nqabblu r‑reliġjożità bejn wkoll l‑okkażjoni li nattendi għad‑diversi funzjonijiet il‑Ġermanja tal‑Lvant u
reliġjużi fil‑Katidral ta’ Dresden fejn l‑impressjoni tiegħi hija waħda pożittiva ħafna. Fil‑fatt, fid‑diversi laqgħat mal‑isqof tal‑post stqarrejt kemm‑il darba l‑ferħ tiegħi għall‑ġmiel ta’ liturġija u ta’ kant korali fil‑knisja, kif ukoll għall‑konkorrenza kbira ta’ Nsara Kattoliċi għad‑diversi servizzi reliġjużi offruti tul il‑perijodu tal‑Ġimgħa l‑Kbira u l‑Għid Imqaddes. Tibqa’ mmeraviljat bl‑għadd kbir ta’ Nsara li jattendu għas‑servizzi reliġjużi fil‑Katidral, speċjalment bin‑numru kbir ta’ familji u żgħażagħ. L‑isfidi huma kbar u s‑sitwazzjoni ta’ ostilità atea hi dik li hi, imma f ’dawn iċ‑ċirkustanzi rridu nagħmlu l‑parti tagħna waqt li nħossu l‑urġenza ta’ re‑evanġelizzazzjoni, speċjalment fil‑Ġermanja tal‑Lvant. Ċertament li l‑operat fl‑iskejjel jista’ jkun mezz qawwi ta’ qawmien reliġjuż fost il‑ġenerazzjoni żagħżugħa li għadha tielgħa.
Errata Corrige Fl‑artiklu li deher fir‑rivista
mill‑knisja u miż‑żewġ każini
Nixtieq nirringrazzja lis‑Sur
Malta Missjunarja ta’ Settembru
tal‑lokalità ‑ San Mikiel u Maria
Carmel Mizzi li ġibidli
2018 ‑ Il‑Festa tal‑Madonna
Mater Gratiae. Il‑Każin ta’ San
l‑attenzjoni.
tal‑Grazzja f’Ħaż‑Żabbar ‑ kien
Mikiel jarma n‑naħa tal‑Misraħ
fih żball. L‑armar tat‑toroq
u l‑Każin Maria Mater Gratiae
Grazzi
għal din il‑festa titulari jsir
jarma n‑naħa tal‑Biċċieni.
Joseph C. Camilleri 33
TA’ MIN JAĦSEB FUQHA!
Novembru 2018
“Nista’ jien ninbidel minħabba dak li għaddejt minnu, imma għaliex għandi niċċekken daqshekk?” MAYA ANGELOU
“Ma jimpurtax min inti, ma jimpurtax x’għamilt, ma jimpurtax min fejn int, għaliex dejjem tista’ tinbidel f’persuna aħjar.” MADONNA
“It‑taħbit tinsab fih illuli qed ikabbarlem k is‑saħħa li għandek bżo nn għada.”
“Dak li hemm warajna u dak li hemm quddiemna mhux importanti mqabbel ma’ dak li hemm ġewwa fina.”
BUDDHA
34
STEVE JOBS
“L‑akbar a sodisfazzjon tagħn għandu jkun mhux li ma naqgħu qatt, imma li nerġgħu li nqumu kull darba naqgħu.” CONFUCIUS
RALPH WALDO EMERSON
ROBERT TEW
“Dak li jirbaħ lilu nnifsu huwa bil‑wisq aqwa minn dak li rebaħ elf ruħ f’battalja.”
“Iż‑żmien tagħna fid‑dinja huwa limitat; għalhekk taħlix ħin tgħix il‑ħajja ta’ xi ħaddieħor. Għandu jkollok il‑kuraġġ li timxi b’qalbek u b’intuwizzjoni.”
“Il‑ħolma tiegħi mhux li nkun aħjar minn ħaddieħor, imma li nkun aħjar milli jien issa.”
“Meta missejt il‑qiegħ nett, dan kien il‑pedament sod li fuqu rġajt bnejt ħajti.” J.K. ROWLING
DR. WAYNE W. DYER
tieq, xi ħaġa li verament tix q fu ek lb qa a’ qt ta t at “Q tistenna, imma huwa għaliex veru li diffiċli jiddispjaċik.” ANONIMU li r ta ak a fn ħa i ċl ffi di
Novembru 2018
Int daqqa Int tista’ tista’ tagħti daqqa t’id. għandu t’id. Missio Missio għandu bżonn Jekk bżonn il‑voluntiera. Jekk int ċempel int interessat, interessat, ċempel
21236962
AGĦTI RIGAL LIT‑TFAL JEW NEPUTIJIET TIEGĦEK
Abbona issa fi Klabb Missio Tfal għal €5 biss fis‑sena. Mhux biss tkun qed tgħin lit‑tfal anqas ixxurtjati, imma wkoll tieħu pjaċir tiltaqa' ma' tfal ġodda. Niltaqgħu darba fix‑xahar biex flimkien nitgħallmu, norganizzaw xi attivitajiet, nagħmlu l‑krafts u ntellgħu xi drammi. Dan filwaqt li nitolbu għal tfal oħra madwar id‑dinja kollha. Ma' kull abbonament ta' sena tingħata 'discount card' li tissarraf f'diversi ħwienet popolari.
FORMOLA TA’ ABBONAMENT FI KLABB MISSIO TFAL GĦAS‑SENA 2018/2019 Isem u kunjom: _____________________________________________________________ Età: _______________ Indirizz: ___________________________________________________________________________________________________ ___________________________________________________________Kodiċi Postali: _______________________ Tel:______________________________________________ Mob: ______________________________________________ Imejl:____________________________________________ Skola:___________________________ Sena:__________ Imla l‑formola u ibgħatha ma’ ċekk pagabbli lil Missio Malta fuq: Abbonamenti Klabb Missio Tfal, Nru. 7, Missio, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171
‑
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena
Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt
35
RIĊETTA TRADIZZJONALI
Novembru 2018
ROLL TAD‑DUNDJAN U L‑BEJKEN MINN BELIZE
Metodu:
• Saħħan il‑forn fuq in‑numru 4 (180ºC jew 350ºF) • Iksi landa tal‑kejkijiet tawwalija bil‑karti tal‑forn. • Farrak il‑laħam tad‑dundjan f ’kapuljat. • Ġebbed l‑istrixxi tal‑bejken b’wara ta’ sikkina u rranġahom fil‑landa. • Qatta’ l‑bajd iebes f ’roti u ppustjahom fuq il‑bejken. • Saħħan iż‑żejt, aqli l‑basla u xħin tiħmar neħħiha minn fuq in‑nar. • Żid il‑frak tal‑ħobż, is‑salvja, il‑bżar u l‑melħ, il‑bajda u ftit ħalib, u ħawwad flimkien.
Għandek bżonn:
• 350 gramma laħam tad‑dundjan imsajjar • 75 gramma frak tal‑ħobż frisk • Basla kbira mqattgħa fina • 10 millilitri żejt • 2 bajdiet ibsin • 2.5 millilitri salvja niexfa • 8 strixxi bejken • Bajda mħabbta • Ftit ħalib • Bżar u melħ (kemm tiggosta)
• Itfa’ t‑taħlita fil‑landa u ppressaha ’l isfel. • Għatti l‑landa bil‑fojl, u poġġiha ġo landa ikbar. • Imla l‑landa l‑kbira b’ilma jagħli sa nofs il‑ġnubijiet tal‑landa ż‑żgħira. • Sajjar fil‑forn għal madwar siegħa. • Servi sħuna mal‑patata l‑forn u ħaxix mgħolli. • Għal min jiggosta jista’ jkessaħ ir‑roll fil‑friġġ matul illejl, iqattgħu roti u jservih mal‑insalata.
Bon Appetit! (L‑Ikla t‑Tajba!)
Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil: Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36
Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171
Novembru 2018
For that Perfect Christmas Gift, visit us....
37
KOMPETIZZJONI ‑ NOVEMBRU 2018
Novembru 2018
SUDOKU
8
Imla l‑vojt kollu b’mod li l‑kolonni, il‑linji u kull kaxxa ta’ disgħa jimtlew bin‑numri 1 sa 9. Ibgħat il‑kaxxa kompluta sa mhux aktar tard mill‑15 tax‑xahar flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.
3 6
7 5 1
6
7
3
4 5
8
1
2
4 4
7 9
3 8
3
1
7
4
5
3
5
1
5 9
6
9 6 4
2
Isem u Kunjom: _________________________________________________________________________________________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: _____________________________________
Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Settembru 2018: Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Winnefred Sajan mill‑Gżira. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.
Ż
Nitbissmu ftit:
ewġt iħbieb, wieħed tabib u l‑ieħor avukat it‑tnejn kellhom grazzja ma’ Nadja u sintendi m’għandniex xi ngħidu kull wieħed minnhom xtaq li t‑tfajla tagħżel lilu u mhux lil sieħbu. Li ma kinux jafu kien li hi ma riedet lil ħadd minnhom. Ta’ kuljum it‑tabib kien jagħti warda sabiħa lil Nadja, filwaqt li l‑avukat kien jagħtiha tuffieħa. Nadja tħawdet mhux ftit bl‑aġir tal‑avukat u staqsietu x’ried ifisser biha dik it‑tuffieħa li kien jagħtiha kuljum. Pront l‑avukat weġibha: “Għaliex l‑Ingliżi jgħidu li tuffieħa kuljum iżżomm it‑tabib ’il bogħod!” (An apple a day keeps the doctor away!)
38
2 6 7 1 5 8 9 3 4 1 8 9 4 3 7 5 6 2 3 5 4 2 9 6 8 7 1 9 7 2 6 4 5 1 8 3 6 3 1 8 7 9 2 4 5 8 4 5 3 1 2 7 9 6 5 9 3 7 2 4 6 1 8 7 1 6 5 8 3 4 2 9 4 2 8 9 6 1 3 5 7
K
oppja anzjana mietu flimkien f’inċident tat‑traffiku u t‑tnejn li huma daħlu l‑Ġenna. Huma u mexjin f’dik il‑Ġenna tal‑Art il‑mara qalet: “Kos, anqas qatt ma bsart li l‑Ġenna hi daqshekk sabiħa u serena!” Irrabjat, ir‑raġel dar fuqha u qalilha: “Dażgur! U li kieku mhux għall‑fissazzjoni tiegħek li nieklu ikel sustanzjuż, kieku ilna xi għaxar snin hawn!
Novembru 2018
Eżempji sbieħ • Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • Anthony Azzopardi mill‑Furjana • Sandra Galea minn Ħaż‑Żabbar • BOV Wealth Management, Santa Venera
Mulej ilqa’ f’saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb • 11 ta’ Settembru 2018 Jane Camilleri mill‑Mosta
Taw bolol u ‘telecards’ użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki. Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni. L‑għajnuna tagħkom hija siewja ħafna.
• 18 ta’ Settembru 2018 Anthony Saliba miż‑Żurrieq
Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.
Voluntiera Missio għandhom bżonn Kobob tas‑Suf sabiex jaħdmu: Ingwanti ‑ Skufji ‑ Xalel ‑ Kutri biex jintbagħtu lit‑tfal foqra li jgħixu f’artijiet kesħin.
GRAZZI.
Seg w i l‑esper jenzi u l‑av venturi ta’ ħutna l‑Maltin u l‑Għawdxin f l‑artijiet tal‑missjoni, esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall‑kuraġġ ta’ dawn l‑eroj tas‑skiet! Kun af bil‑proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għal miljuni ta’ nies fil‑bżonn imxerrda fl‑erba’ naħat tad‑dinja. Issir taf dan kollu u ħafna aktar fil‑programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid‑9:00pm fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Sibt fil‑5:00pm, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut.
IS‑SOLTU X’TAGĦMEL BIHOM IL‑BOLOL U T‑TELECARDS UŻATI, FORSI TARMIHOM?
Minflok tarmihom, ġibhom jew ibgħathom lil Missio u aħna nbigħuhom lill‑kollezzjonisti. Bil‑flus inkunu nistgħu ngħinu lil ħutna li jinsabu fil‑bżonn. 39
Novembru 2018
40