Skip to main content

Malta Missjunarja Mejju 2019

Page 1

a in

NEWSPAPER POST MEJJU 2019 SENA 87

md t m a Mgħ ibgħu um 04 Fil‑Ħlewwa Ta’ Mejju  14 L‑Eroj Tat‑Tfal Morda Bl‑HIV/AIDS 26 Simbolu Fuq Uniformi Jqajjem Diżgwid  30 L‑isbaħ Warda Fil‑Ġnien għal donazzjoni www.missio.org.mt

|

2123 6962

|

7 Triq il‑Merkanti, Valletta

|

7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex


EDITORJAL ‑ CLAUDIA CINI

Mejju 2019

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju (V0/1178)], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt

Ħallejt biċċa żgħira minn qalbi warajja

Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm Missio: Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm • Tel: 20330015 Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt) Membri: Membri: Mons. Valent Borg Dun Victor Agius, Mario Scicluna Kav. Emmanuel Cutajar KCHS Websajt u Facebook:

missiomalta

Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Novembru 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal

4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 12 San Pietru Appostlu 14 Santa Infanzja 18 Ittra ta’ Ringrazzjament 22 Qaddis tax‑Xahar 24 Maratona Missio Hope 26 Aħbarijiet mid‑Dinja Kollha 30 L‑isbaħ Warda Fil‑Ġnien 32 San Ġorġ Preca 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin Tagħna Ritratt tal‑faċċata: Mumenti mill‑avventura tal‑parteċipanti ta’ Il‑Proġett. 2

B

ħalissa fuq it‑televiżjoni għaddej il‑programm ‘Il‑Proġett’. Ta’ kull ġimgħa qed insegwu l‑avventura ta’ sitt personalitajiet Maltin li s‑sajf li għadda ntgħażlu biex imorru volontarjat fl‑Indja. Ix‑xogħol tagħhom kien li jagħtu daqqa t’id f ’orfanatrofju f ’Munugode li, strutturalment kien jinsab fi stat mitluq u ħażin ħafna. Fost din it‑telqa, ta’ min isemmi soqfa jqattru, ħmieġ, ħġieġ imkisser, ħitan bla żebgħa u għamara mlaqqta. Wara l‑ħidma tal‑parteċipanti, id‑dormitorju, li kien jospita 150 tifel u tifla, inbidel f ’post abitabbli fejn it‑tfal jistgħu jgħixu b’dinjità. Issa l‑orfanatrofju qed jilqa’ mal‑450 tifel u tifla li m’għandhomx fejn jistkennu. Waħda mill‑personalitajiet hija Dorianne Mamo, blogger dwar il‑moda u l‑ivvjaġġar. Hija fissret din l‑avventura bħala ‘esperjenza maġika’ u qalet li għall‑kuntrarju li ħasbet, ma ħasset l‑ebda nuqqas tal‑affarijiet materjali li soltu mdorrija bihom. Meta ġiet lura Malta, Dorianne ħasset il‑ħtieġa li tieqaf


Mejju 2019

ftit mir‑rutina ta’ kuljum u tevalwa l‑prijoritajiet ta’ ħajjitha, għaliex ħafna drabi nieħdu kollox wisq ‘for granted’. Skont sħabha, raw f ’Dorianne persuna ħafna differenti mis‑soltu; persuna li timxi mal‑kurrent. Hi stess ħadet gost li skopriet parti oħra mill‑personalità tagħha. Dorianne nħasdet mhux ftit meta rat li t‑tfal kulma kienu qed jitolbu kien biss tgħanniq, minkejja li għall‑bidu beżgħu minnhom. Il‑grupp ta’ ‘Il‑Proġett’, minbarra li għenu fil‑bini tal‑orfanatrofju, kienu involuti wkoll fit‑tmexxija tiegħu, għenu fil‑kċina u

kellhom ħafna ħin jilagħbu mat‑tfal. Il‑parteċipanti għajew ħafna, iżda ma kkonfondewx għaliex kienu ppremjati b’imħabba u gratitudni liema bħalha. Li tara t‑tfal, wara li jkunu talbu flimkien, jikkjuwjaw għar‑ross bil‑kari għall‑ikla ta’ nofsinhar, ġegħelha taħseb liema hija l‑vera ħajja ta’ kuntentizza, tagħhom jew tagħna? Dorianne biħsiebha żżomm f ’moħħha dak li tgħallmet f ’Munugode – ħajja sempliċi hija l‑aktar waħda safja u troddlok lura sodisfazzjon. Dorianne tgħid ukoll li għandna għax inkunu grati b’dak li għandna, nieqfu ninkwetaw u nibdew ngħixu,

MIS‑7 TA' APRIL 2019 FUQ kull nhar ta’ Ħadd fis‑18:45

Ripetizzjoni kull nhar ta’ Tlieta fl‑22:30 u l‑Ġimgħa fis‑14:15

filwaqt li nsibu ħin biex ngħinu. “Ħallejt biċċa żgħira minn qalbi l‑Indja. Tajtha lit‑tfal tal‑orfanatrofju li ħabbewni bla ma stennew xejn lura, bla ma staqsew dwar il‑passat tiegħi u mingħajr preġudizzju,” qalet Dorianne, li qed tippjana li xi darba terġa’ tmur lura l‑Indja. 

Indja 2018

Bil‑kollaborazzjoni ta’

(V0/1178)

3


Mejju 2019

I

MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG

Fil‑ħlewwa ta’ Mejju

x‑xahar ta’ Mejju huwa wieħed mix‑xhur l‑aktar favoriti għalina l‑Maltin. Biżżejjed tara kemm għarajjes jagħżlu dan ix‑xahar biex jistqarru mħabbithom lejn xulxin fiż‑żwieġ. In‑natura wkoll tagħmel il‑parti tagħha biex dan ix‑xahar ikun wieħed mill‑isbaħ xhur tas‑sena.

Biżżejjed wieħed iħares lejn il‑ġonna tagħna, tara l‑ġmiel ta’ ward ta’ kull lewn, jew lejn ir‑raba’, kollox lest għall‑ħsad. Imma dan ix‑xahar huwa marbut mal‑omm. Fit‑tieni Ħadd ta’ dan ix‑xahar, niċċelebraw il‑jum għażiż ta’ Jum l‑Omm. Hija ħaġa sabiħa li nieqfu ftit mir‑rutina tas‑soltu u

nitfgħu l‑ħarsa tagħna fuq ommna li ħabbitna qabel ma rajna d‑dawl tax‑xemx, ġarritna għal disa’ xhur fil‑ġuf tagħha, edukatna, ma tegħja qatt taħseb fina u ħafna drabi toqgħod nieqsa hi biex tara lilna wliedha ma jonqosna xejn. Tifraħ magħna u taf tbati magħna wkoll. Kemm‑il omm smajt tgħid: “Aħjar inbati jien milli nara lil xi ħadd minn uliedi jbati.” Xieraq li f ’dan il‑jum nagħrfu ngħidulha: “Grazzi,” u nuruha l‑apprezzament tagħna għall‑ġid kollu li tagħmel magħna. Jalla dan l‑apprezzament ma jispiċċax mad‑daqq ta’ nofsillejl, imma nħalluh jakkumpanjana matul is‑sena kollha. Barra dan, ix‑xahar ta’ Mejju huwa marbut ukoll ma’ Marija, Omm Alla u omm tagħna lkoll. Żgur li lkoll nafu dak l‑innu sabiħ miktub mill‑poeta nazzjonali tagħna, Dun Karm Psaila,

4


B’SMS ta’ €2.33 tkuntkun qed titma’ B’SMS ta’ €2.33 qed 7 t’itfal għal għal ġurnata. titma’ 7t itfal ġurnata.

Missio Malta jirċievi diversi talbiet biex ngħinu nies b’diffikultà, talbiet biex ngħinu tfal jagħmlu operazzjoni f ’għajnejhom, biex jinxtraw kotba għall‑edukazzjoni tat‑tfal u tal‑kbar, u biex ngħinu fil‑bini ta’ skejjel u orfanatrofji. It‑talbiet ma jonqsu qatt għaliex il‑ħtiġijiet huma tassew kbar u ma jispiċċaw qatt. Marija żgur li tapprezza rigali bħal dawn aktar minn rigali oħrajn. Hija ma tieqaf qatt tinterċedi għal min jagħti din l‑għajnuna għaliex: “... dak li nagħmlu maż‑żgħir u l‑fqir, inkunu qegħdin nagħmluh ma’ binha Ġesù” (Mt. 25). 

B’SMS B’SMSta’ta’€6.99 €6.99tkun tkunqed qed tixtri l‑kotba għalgħal tifel tifel jew tifla tixtri l‑kotba jew għalgħal senasena skolastika. tifla skolastika.

tagħha, nagħtuha rigal li nafu li ser jogħġobha u tgħożżu, ejjew infittxu nagħmlu l‑istess m’ommna Marija. Imma x’jogħġobha l‑iżjed? Hija trid li naħsbu fil‑fqir, fil‑batut, f ’min hu mwarrab u f ’min għaddej minn żmien diffiċli.

sms fuq 50617374 – €2.33 | sms fuq 50618820 – €6.99

‘Fil‑ħlewwa ta’ Mejju’. Marija, bħal kull omm ta’ din l‑art, batiet l‑uġiġħ tal‑ħlas biex welldet. Waqt li kienet wieqfa taħt is‑salib ta’ binha fuq l‑għolja tal‑Kalvarju, semgħet lil Ġesù mislub jgħidilha: “Hawn hu Ibnek”, filwaqt li qal lil Ġwanni: “Hawn hi Ommok”. L‑evanġelista San Ġwann immedjatament jgħidilna: “... u minn dak il‑ħin id‑dixxiplu ħadha għandu” (Ġw. 19:27). Marija, minn dak il‑waqt ma waqfet qatt tinterċedi għalina u tagħtina l‑aħjar parir li omm tista’ tagħti lil uliedha. “Agħmlu dak li jgħidilkom Hu” (Ġw. 2:5). L‑għaxqa ta’ Marija hija li tarana ħaġa waħda bejnietna, magħquda ma’ binha Ġesù. L‑imħabba tagħna lejha rridu nuruha mhux biss bil‑festi sbieħ li niċċelebraw jew billi nżejnu bil‑ward u x‑xemgħa x‑xbihat tagħha, imma fuq kollox li tarana b’qalbna miftuħa biex nilqgħu lil Binha u l‑kelma tiegħu. Ġesù stess qalilna: “Għax kull min jagħmel ir‑rieda ta’ missieri li hu fis‑smewwiet, dak hu ħija u oħti u ommi” (Mt. 12:49). Bħalma lil ommna nfittxu b’mod speċjali fil‑jum

DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI

Mejju 2019

5


Mejju 2019

UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG

Intenzjoni Missjunarja: Mejju 2019 “Nitolbu sabiex il‑Knisja fl‑Afrika, permezz tal‑impenn tal‑membri tagħha, tkun iż‑żerriegħa tal‑għaqda fost in‑nies u sinjal ta’ tama għall‑kontinent.”

F

’dan ix‑xahar il‑Papa qiegħed jistedinna sabiex taħt il‑ħarsien tal‑Madonna, ukoll fix‑xahar tagħha, nitolbu għall‑Knisja fl‑Afrika, Knisja li qiegħda tikber minkejja li tinsab 6

mifnija b’diversi problemi u inġustizzji soċjali. Iżda minkejja dawn l‑inġustizzji soċjali, u fuq kollox il‑faqar li qed jaħkem ħafna pajjiżi fl‑Afrika, il‑Knisja Afrikana trid tkompli bil‑missjoni ta’ tama għall‑ħajja denja u f ’armonija tal‑popli. Hija Knisja fuq kollox li qed tiffjorixxi. Fl‑Afrika l‑ikbar pajjiż Kattoliku huwa r‑Repubblika Demokratika tal‑Kongo, fejn hemm 29.5 miljun Kattoliku f ’47 djoċesi, b’4,306 saċerdot u 1,258 parroċċa. Ta’ min jinnota wkoll iż‑żieda ta’ Kattoliċi fil‑Kontinent Afrikan li sas‑sena 2025 wieħed minn kull sitt

Kattoliċi fid‑dinja ser ikun Afrikan. Dan ser ilaħħaq it‑total ta’ 230 miljun Kattoliku Afrikan. Dan nistgħu nqabbluh mal‑fatt li fis‑sena 1900 kien hemm 1.9 miljun Kattoliku fl‑Afrika u llum il‑ġurnata hemm madwar 140 miljun Kattoliku. Dan għalhekk ifisser li bħalissa wieħed minn kull tmien Kattoliċi fid‑dinja huwa Afrikan, bl‑ikbar żieda tkun fit‑Tanżanija. Imma fuq kollox irridu nitolbu għall‑paċi u għall‑waqfien mill‑ġlied f ’dan il‑kontinent fejn mietu tant miljuni innoċenti. Pereżempju, fil‑gwerra tas‑Somalja (2010‑2012), kienu mietu 260,000 ruħ. Fl‑1964


Mejju 2019

inqatlu mas‑17,000 persuna f ’Żanżibar mill‑qawwiet ta’ Okello. Ma ninsewx ukoll il‑ġenoċidju li sar fl‑Irwanda u f ’Burundi, filwaqt li 10

miljun ruħ kienu nqatlu fiż‑Żair bejn l‑1885 u l‑1908. Fl‑aħħar u mhux l‑inqas, nitolbu wkoll sabiex

il‑missjunarji f ’dan il‑kontinent ma jiqfux jgħallmu u jikkatekizzaw lill‑komunitajiet, ħalli b’hekk il‑poplu Afrikan ikollu futur aħjar. 

LOTTERIJA B’RISQ IL‑MISSJONI 2019 Ġwanni 4:14

Data tat‑Tlugħ: 27 ta’ Settembru 2019 DPL/xx/2019

Ħu sehem f’din il‑lotterija billi tixtri l‑biljetti kollha u ibgħathom lil Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 sa mhux aktar tard mis‑26 ta’ Settembru 2019.

Prezz ta’ folja sħiħa (25 biljett) €10 Ċekkijiet għandhom jiġu indirizzati lil Missio Malta.

(V0/1178)

LOTTERY IN AID OF THE MISSIONS ‑ www.missio.org.mt

LOTTERIJA 2019 ‑ B'RISQ MISSIO MALTA

Il‑biljetti ser jibdew jitqassmu matul dan ix‑xahar ‑ Ħafna premjijiet sbieħ fosthom: Air‑Conditioner u ħafna week‑end breaks.

BAŻAR

a. Grazzi. ħ g im ġ l‑ fi qar ġurnata im id ’ t a q q a ħu jagħtu d g t s ji li a r ie t nn ta’ volun o ż b a n d n a Għ

Q S I R ’ B AKolloxR BA Żgħall‑prezz ta’ €0.50.

I N O J S IL‑MIS

92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN

Ikun miftuħ mit‑Tnejn sas‑Sibt mid‑9am sas‑1pm 7


Mejju 2019

N

Musulmana evanġelizzatura tal‑paċi

ajiyyah hija Musulmana li tistudja fl‑Università Statali ta’ Mindanao fil‑belt ta’ Marawi, fin‑naħa t’isfel tal‑Filippini. Kienet mistiedna titkellem fuq l‑esperjenza tagħha waqt festival internazzjonali taż‑żgħażagħ li sar f ’Manila, f ’Lulju 2018. Hija qalet hekk: “Jiena konvinta li kull persuna, ta’ kwalunkwe twemmin, jekk f ’qalbha jgħammar is‑sliem, hija tista’ tkun ta’ dawl għad‑dinja. 8

PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS

Jiena ferħana għax naf li huwa possibbli nibni soċjetà aktar armonjuża u paċifika, jekk nibda jien stess ngħix għaliha. Jiena għalliema, u fl‑iskola fejn naħdem 70% tal‑istudenti tiegħi mhumiex Musulmani, imma nipprova noħloq ġol‑klassi atmosfera ta’ serenità u paċi. Kuljum nipprova nħobb lil kulħadd – studenti, kollegi u kull persuna li niltaqa’ magħha. Darba kelli studenta kemxejn diffiċli u kienet ta’ twemmin ieħor. Kienet qed timbixni wisq u kelli nagħmel sforz

kbir biex ma nirrabjax, u kelli nagħmel sforz doppju biex inżomm il‑paċenzja magħha. Ħassejt li kelli nwarrab kull preġudizzju kontriha u nara biss it‑tajjeb li kien hemm fiha, anki jekk hi baqgħet tikkritika l‑mod li kont ngħallem għax kont Musulmana u għax kont għadni żgħira. Wara xi żmien, meta rat li bqajt nagħmel minn kollox biex inħobbha, staqsietni kontx tabilħaqq Musulmana. Għedtilha: “Iva, jiena Musulmana,” u qaltli li jiena


Mejju 2019

kont ħafna differenti minn Musulmani li kienet taf hi. Dan kien il‑bidu ta’ ħbiberija tassew sabiħa bejnietna. Darba fil‑klassi konna qed niddiskutu tema: ‘It‑turiżmu bħala strument għall‑paċi’. Meta kien imiss lilha tgħid xi ħaġa qalet li l‑paċi hija verament għażla personali u b’konvinzjoni kbira żiedet tgħid li l‑paċi tibda minn ġo fina. Fraħt meta smajtha tgħid hekk, għax naf li dak li qalet ma kienx biss xi ħaġa minn moħħha, imma frott ta’ dak li konna qed ngħixu bejnietna. L‑Iżlam jgħidilna li l‑inqas li nistgħu nagħmlu hu li ma nweġġgħu lil ħadd, kemm fi ħsiebna u kemm bi kliemna. Jiena nemmen li jekk dan ngħixu tajjeb, jiena nkun qed nagħti s‑sehem tiegħi biex ingib il‑paċi kull fejn inkun. Bħala Musulmana u bħala għalliema, huwa importanti ħafna għalija li ngħix il‑fidi tiegħi b’modestja, għaliex jiena konxja li n‑nies mhux biss qed iħarsu lejja, imma qed jitgħallmu minni wkoll. Jiena membru wkoll ta’ Klabb taż‑Żgħażagħ li jaħdem għall‑paċi. Waħda mill‑inizjattivi tagħna hija li ninkoraġġixxu liż‑żgħażagħ biex meta jitkellmu jieqfu jgħidu kemm l‑oħrajn huma differenti minnhom, u minflok jiffurmaw grupp

ma’ oħrajn u jaraw kemm huma stess jistgħu jagħmlu differenza jekk flimkien isibu l‑kuraġġ li jsiru aħwa għal xulxin, anki jekk aħna ta’ twemmin, kultura u stat ċivili differenti. Il‑klabb tagħna jemmen li hemm modi oħra biex naslu għall‑paċi. Wieħed minnhom huwa dak li nnaddfu l‑kampus tagħna. Peress li fil‑maġġoranza tagħna aħna lkoll studenti, allura huwa faċli nsibu ħin komuni biex niltaqgħu u nagħmlu dan it‑tindif. Ninkoraġġixxu wkoll oħrajn biex jingħaqdu magħna għax inħossu dejjem aktar li ambjent armonjuż u san huwa rifless tal‑paċi fostna.

Li naqsam il‑ħin, it‑talenti u l‑ġid tiegħi huwa parti mill‑impenn tiegħi biex inġib il‑paċi. Din naħseb kienet ir‑raġuni għaliex ġejt magħżula biex ngħin insolvi konflitti żgħar bejn xi studenti. Li tkun medjatur hija responsabbiltà kbira għax tkun trid tpoġġi fil‑ġenb il‑preġudizzji biex tista’ tisma’ aħjar lil kulħadd. Kważi dejjem rajt li l‑impenn tiegħi għall‑paċi u s‑sagrifiċċju li jkolli nagħmel biex inġib din il‑paċi, dejjem iħallu frott kbir. Jirnexxielna niffaċċjaw il‑problemi, u nsolvu konflitti u relazzjonijiet li kienu nkisru, biex jerġgħu jinbnew u jissaħħu. Fil‑ħajja spiritwali tiegħi tgħallimt 9


Mejju 2019

u rajt li l‑paċi hija verament frott tal‑għaqda bejnietna. L‑għaqda kienet dejjem l‑għan personali tiegħi biex nibni relazzjonijiet sbieħ mal‑oħrajn, speċjalment fil‑familja tiegħi. Hija parti mill‑kultura tagħna u għalhekk kbirt b’sens qawwi ta’ familja. Fil‑fatt, id‑dar tagħna hija wkoll id‑dar għall‑familja estiża tagħna, u xi wħud minnhom huma ta’ twemmin ieħor. Minkejja dan ngħixu fil‑paċi bejnietna għax nirrispettaw lil xulxin u nħarsu aktar lejn l‑affarijiet tajba bejnietna li jgħaqqduna milli dak li jista’ jifridna. Fil‑familja tiegħi għandna diversi qaddejja impjegati 10

PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI – DUN VICTOR AGIUS

magħna. Dawn mhumiex Musulmani, imma jiena nipprova nqishom daqs li kieku kienu ħuti u hekk inħossuna familja waħda għax aħna lkoll ulied Alla wieħed. Aħna kuntenti li huma jieklu magħna u anki li jilagħbu magħna, u ngħidulhom biex anki huma jagħmlu hekk ma’ oħrajn. Nhar ta’ Ħadd nifhmu li hija ġurnata speċjali meta huma għandhom imorru l‑knisja, u għalhekk ma nitolbuhomx jaħdmu biex jistgħu jgħixu sewwa r‑reliġjon tagħhom u jagħmlu d‑dmirijiet tagħhom. Fil‑Milied niċċelebraw magħhom għalkemm noqogħdu attenti li fejn jidhol ikel

aħna nżommu l‑Ħalal. Waqt ix‑xahar tar‑Ramadan, meta aħna nsumu, nistednuhom biex jekk iridu, huma wkoll isumu. Aħna ngħidulhom ukoll għaliex insumu, imma mbagħad huma liberi li jagħmlu li jridu. Ma nistennewx li huma jqumu fit‑3:00am biex isajru u jieklu bħalma nagħmlu aħna! Jiena kuntenta għaliex ommi u oħti jgħixu huma wkoll l‑istess spiritwalità li ħadna minn moviment Kattoliku, u hekk nippruvaw noħolqu l‑għaqda mhux biss fid‑dar tagħna, imma wkoll fil‑komunità. Hemm ħafna okkażjonijiet meta mal‑ġirien niltaqgħu biex niċċelebraw u nieħdu gost


Mejju 2019

flimkien. Ġieli jkollna xi mistednin speċjali, jew xi ħadd ġdid jiġi joqgħod ħdejna, u allura biex niċċelebraw insajru ikel tipiku ta’ Mindanao u niżfnu ż‑żifna tagħna, dik li nsejħulha ‘kulintang’. Dawn il‑festi jgħinu ħafna biex inkabbru l‑paċi bejnietna u biex kulħadd iħossu tajjeb u ferħan. Jiena nħoss gratitudni kbira għall‑membri Kattoliċi tal‑moviment tagħna, għax il‑mod kif jgħixu l‑fidi tagħhom għenni ngħix jiena wkoll ta’ Musulmana vera. Jiena naf li mhu ser inkun qatt kapaċi nwaqqaf il‑gwerra ġo Mindanao,

imma xejn ma jista’ jżommni milli nittama u nemmen li ġurnata kollox jgħaddi. It‑triq biex naslu għall‑paċi hija twila u diffiċli, imma ta’ min jieħu din it‑triq għaliex m’iniex waħdi. Huwa veru, hemm bżonn nibda jien, imma din ma tiqafx hawn. Naf li hemm ħafna żgħażagħ li bħali jridu l‑paċi. Jekk naħdmu flimkien nistgħu nsibu mezzi biex nilħqu l‑għan tagħna b’modi aktar mgħaġġla u aħjar. Veru li forsi l‑ġurnata meta dan iseħħ ma narawhiex, imma hemm bżonn li nibdew.”

Nota: Għeżież qarrejja, kull fejn insibu mħabba vera, hemm insibu l‑Ispirtu s‑Santu li kollox iġedded u jsaħħaħ. Nispera li ħadtu gost taqraw dan u temmnu dejjem aktar li Alla hu preżenti kull fejn hemm nies, li anki jekk huma ta’ reliġjonijiet differenti, huma magħqudin fl‑imħabba. 

MAKE ENDING POVERTY PART OF YOUR LIFE STORY

WILL TO GIVE

A lasting legacy that will change lives By remembering Missio Malta in your will, you could make a lasting difference in the world the next generation grows up in. A gift from you could, many years from now, be seen in the smiles of children in Third World Countries, who will benefit from your kindness and compassion. Your legacies left behind will always leave your smile alive in other people’s hearts.

VO/1178

7, Merchants Street, Valletta, VLT 1171, Malta Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt 11


Mejju 2019

SAN PIETRU APPOSTLU – DUN V. MAGRO M.S.S.P.

Meta tlaqt minn Malta

F

it‑22 ta’ Mejju 1968 tlaqt bil‑vapur minn Malta lejn Napli. Qgħadt tlett ijiem hemm sakemm ġie vapur ieħor, ‘Verdi’, minn Ġenova, biex bih naqsam l‑Atlantiku għal Callao, il‑port prinċipali tal‑Perù. Domt Lima xi tlett ijiem sakemm qbadt l‑ajruplan ‘Lansa’ li wassalni Arequipa. Iltqajt mal‑Monsinjur Redent Gauci O.C. biex flimkien immorru Chuquibamba, is‑sede prinċipali tal‑isqof. Ivvjaġġajna ħamsa f’karozza mingħajr ma tista’ tiċċaqlaq xejn. Meta wasalna ltqajt ma’ tnejn oħra minn sħabi, Dun A. Camilleri u Dun T. Soler M.S.S.P. u li magħhom domt sad‑9 ta’ Awwissu. Dan għaliex fil‑parroċċa ta’ Aplao, li kellna nieħdu f’idejna, kien hemm ħafna 12

nkwiet kontrina minħabba li konna barranin. Aplao jinsab 180 km ’il bogħod minn Arequipa, f’wied kbir maqsum mix‑xmara ‘Majes’ fejn in‑nies fil‑maġġoranza tagħhom huma bdiewa li jkabbru r‑ross, il‑qasab tal‑kannamieli, il‑patata, il‑qamħ, il‑qoton, frott ta’ kull klassi, u fuq kollox tomniet kbar ta’ qamħirrun. In‑nies ta’ dan il‑post huma dħulin ħafna u malajr tagħmel ħbieb magħhom. Iħobbu ħafna l‑festi, sew reliġjużi u mhumiex. It‑23 raħal li hemm madwar il‑knisja parrokkjali ta’ Aplao f’medda ta’ 40 km, għandhom kollha kemm huma l‑festi patronali tagħhom. B’mod speċjali għandhom devozzjoni kbira lejn is‑Salib u l‑Madonna. Il‑festa prinċipali ta’

Aplao taħbat nhar it‑8 ta’ Settembru meta jiċċelebraw Il‑Madonna tal‑Blat (Virgen De Las Penas), għar‑raġuni li lejn l‑aħħar tas‑Seklu 19, xi vjaġġaturi li kienu sejrin lejn Chuquibamba, sabu statwa żgħira tal‑Madonna mitlufa qalb il‑ġebel tal‑muntanji nixfin fi Sierra Peruana. Jiena u sħabi sibnieha diffiċli ħafna din il‑kwalità ta’ ħajja ġdida qalb il‑Perwani li konna ngħixu magħhom; ikel fqir ħafna, sħana, nemus, ilma ħażin, bla dawl elettriku, distanzi kbar, mingħajr karozza tagħna, toroq tat‑trab ħżiena u perikolużi, u fuq kollox mentalità Sud‑Amerikana li hija differenti għal kollox minn dik Maltija. F’din il‑ħajja għaddejt 42 sena nwettaq xogħol pastorali

V. Magro, Mgr. R. Gauci O.C., A. Camilleri u T. Soler ġewwa Aplao, il‑Perù 1968.


Mejju 2019

Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:

L‑ewwel tlett missjunarji tal‑M.S.S.P. ġewwa Aplao, il‑Perù 1968.

minn parroċċa għall‑oħra; Aplao, Chuquibamba, Uchumayo, Alto Cayma u Acequia Alta. Iżda dejjem kont kuntent, għaliex dejjem nieqaf sakemm negħja naqdi lin‑nies fil‑bżonnijiet kollha tagħhom, sew spiritwali kif ukoll materjali. Għaddew 50 sena minn mindu aħna l‑M.S.S.P. bdejna din il‑missjoni tqila fost il‑Perwani. Dak is‑sagrifiċċju qed iħalli ħafna frott spiritwali; biżżejjed ngħidu li vokazzjonijiet bħalissa, li huma l‑futur t’għada, hemm sitt żgħażagħ li daħlu magħna. B’kollox fil‑Perù hemm seba’ parroċċi mmexxija mill‑M.S.S.P., u mis‑sena l‑oħra ’l hawn bdejna missjoni f’Kuba wkoll. Jalla l‑Mulej jibqa’ jsejjaħ aktar żgħażagħ Latin‑Amerikani biex niftħu aktar missjonijiet tal‑M.S.S.P. 

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom. Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36 Paga ta’ għalliem fis‑Seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48 Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60 Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB 13


SANTA INFANZJA – VIKKI

Mejju 2019

L‑eroj tat‑tfal morda bl‑HIV/AIDS ħafna ostakli fit‑trobbija ta’ Nkosi. Meta Nkosi xtaq li jibda jmur l‑iskola bħal tfal oħra, ħafna skejjel ma ridux jaċċettawh minħabba li beżgħu li seta’ jgħaddi l‑marda lit‑tfal l‑oħra. Wara ħafna tentattivi, Nkosi ġie aċċettat u beda jattendi l‑iskola.

N

kosi Johnson twieled fl‑Afrika T’Isfel fl‑4 ta’ Frar tal‑1989. Il‑ħajja ta’ Nkosi xejn ma kienet faċli, għaliex huwa twieled bil‑marda qerrieda tal‑HIV/AIDS u miet fl‑2001 meta kellu biss 12‑il sena. Minkejja li ħalla din id‑dinja ta’ età żgħira, Nkosi ħalla impatt qawwi fuq id‑dinja. Bis‑saħħa ta’ Nkosi, in‑nies tgħallmu li dejjem għandhom jirrispettaw lil dawk kollha morda bl‑HIV/AIDS, u tgħallmu kif għandhom jgħinuhom sabiex jiffaċċjaw l‑effetti koroh li din il‑marda tħalli fuq saħħithom. Sal‑aħħar nifs ta’ ħajtu, Nkosi kompla jiġġieled favur id‑drittijiet tiegħu u ta’ tfal oħra li bħalu kienu morda bl‑HIV/AIDS. Nkosi dejjem saħaq li huma 14

kellhom jiġu ttrattati bħal tfal oħra, u għalhekk huma wkoll kellhom id‑dritt li jmorru l‑iskola. Meta kellu biss sentejn Nkosi ġie mogħti lil ċentru apposta fejn jinżammu t‑tfal infettati bl‑HIV/AIDS. Omm Nkosi kienet ħalliet lit‑tarbija tagħha f ’dan iċ‑ċentru għaliex beżgħet li l‑komunità li kienet tgħix fiha ma kenitx ser taċċetta lilha u lil binha ġa la darba jiskopru li kienu infettati b’din il‑marda. Sfortunatament dan iċ‑ċentru kellu jagħlaq il‑bibien minħabba nuqqas ta’ fondi, u Nkosi ġie addottat minn persuna, bl‑isem ta’ Gail Johnson, li kienet taħdem f ’dan iċ‑ċentru. Minħabba l‑marda li kellu Gail sabet

Illum il‑ġuranta Nkosi huwa meqjus bħala l‑idolu tat‑tfal li huma morda bl‑HIV/AIDS u kif ukoll l‑idolu tat‑tfal b’saħħithom li bis‑saħħa ta’ Nkosi tgħallmu li għandhom dejjem jirrispettaw lit‑tfal morda bl‑HIV/AIDS u li għandhom jittrattawhom eżatt bħal tfal oħra. Minkejja li kellu ħajja verament qasira, fil‑ftit snin li għex, Nkosi rnexxielu jikseb


Mejju 2019

bosta drittijiet għat‑tfal morda bl‑HIV/AIDS. Dak iż‑żmien dawn it‑tfal kienu emarġinati minn kull komunità fl‑Afrika T’Isfel. Bis‑saħħa ta’ Nkosi, illum il‑ġurnata dawn it‑tfal igawdu mill‑istess drittijiet bħal tfal oħra, fosthom id‑dritt għall‑edukazzjoni. Nkosi, flimkien ma’ Gail, ħadem bis-sħiħ sabiex fl‑1999 infetħet dar li tilqa’ fiha ommijiet foqra li kemm huma u kif ukoll uliedhom huma morda bl‑HIV/ AIDS. Din id‑dar tagħti l‑opportunità lil ħafna ommijiet sabiex jibqgħu jgħixu taħt l‑istess saqaf ma’ wliedhom, filwaqt li tiggarantixxi dar għat‑tfal kollha li jisfaw orfni wara li ommijiethom ikunu ħallew din id‑dinja. Bis‑saħħa ta’ din id‑dar, dawn it‑tfal ma jispiċċawx barra fit‑triq mingħajr saqaf fuq rashom u mingħajr ħadd min jieħu ħsiebhom. Sabiex ikollu l‑fondi neċessarji biex imexxi din id‑dar, Nkosi kien jorganizza bosta programmi ta’ taħriġ dwar il‑marda tal‑HIV/AIDS, filwaqt li Gail kienet taħdem bla waqfien sabiex tikkonvinċi l‑kumpaniji jisponsorjaw id‑dar. Din id‑dar ingħatat l‑isem ‘Nkosi’s Haven’. Nkosi kellu l‑opportunità li jiltaqa’ ma’ Nelson Mandela. Mandela ddeskriva lil Nkosi

bħala ‘ikona tal‑ġlieda għall‑ħajja’. Fis‑sena 2000, Nkosi ġie mistieden jitkellem waqt konferenza kbira f ’Durban. Aktar minn 10,000 persuna attendew għal din il‑konferenza. Nkosi kien ferħan se jtir għaliex waqt din il‑konferenza kellu ċ‑ċans sabiex mhux biss iwassal il‑messaġġ tiegħu lil aktar minn 10,000 persuna preżenti u miljuni oħra li kienu qed jaraw il‑konferenza permezz tat‑televiżjoni, iżda kellu ċans ukoll jgħid lill‑President x’jaħseb li kellu jagħmel biex jgħin lit‑tfal morda bl‑HIV/AIDS. Waqt il‑konferenza Nkosi qal li x‑xewqa tiegħu kienet li l‑gvern tal‑pajjiż jibda jagħti t‑tilqim bżonnjuż kontra l‑marda tal‑HIV/AIDS lil dawk kollha li jkunu ser isiru ommijiet u li kienu infettati b’din l‑istess marda. Illum il‑ġurnata, permezz ta’ din it‑tilqima qed tiġi salvata l‑ħajja ta’ eluf ta’ tfal fl‑Afrika T’Isfel. Wara d‑diskors tiegħu Nkosi rċieva bosta tifħir u ċapċip. Il‑gazzetti madwar id‑dinja kollha kitbu dwar Nkosi u l‑kuraġġ kbir tiegħu sabiex jaħdem favur aktar minn miljun tifel u tifla madwar id‑dinja li jbatu bl‑HIV/AIDS. Sa dak iż‑żmien ħadd qatt ma kien għadu ħadem daqshekk favur dawn it‑tfal.

Sitt xhur wara l‑konferenza l‑kundizzjoni ta’ Nkosi marret għall‑agħar. Nkosi miet fl‑1 ta’ Ġunju tal‑2001, proprju fil‑ġurnata li jiġi ċċelebrat Jum it‑Tfal fl‑Afrika T’Isfel. Wara mewtu, bħala rikonoxximent tal‑impatt qawwi li ħalla fuq id‑dinja, Nkosi ngħata l‑premju ‘The World’s Children’s Prize’. Minkejja li kien għadu tifel ċkejken, kull meta Nkosi kien jitkellem fuq id‑drittijiet tat‑tfal morda bl‑HIV/ AIDS, id‑dinja kollha kienet tieqaf u tisma’. Nkosi jibqa’ magħruf bħala l‑eroj li rnexxielu jikseb bosta drittijiet għat‑tfal morda bl‑HIV/AIDS. Informazzjoni meħuda minn http://worldschildrensprize.org  15


Mejju 2019

CHILD SPONSORSHIP €150 ‑ edukazzjoni, kura tas‑saħħa u ilma tax‑xorb nadif għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn. Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI! Child Sponsorship iwiegħed li aħna naħdmu id f’id mat‑tfal, il‑ġenituri tagħhom, komunitajiet u oħrajn, sabiex niżguraw illi t‑tfal kollha jkunu mgħajxin u b’saħħithom.

Kif tista’ tista’ Kif tgħin tgħin lit‑tfal lit‑tfal fil‑missjoni: fil‑missjoni:

€17 – 2 porzjonijiet ross għal 130 tifel u tifla fit‑Tajlandja

€39 – librerija fi skola

€96 – sostenn għal 15‑il

€150 – xahar

€500 – tħaffir għal bir

armla fl‑ifqar partijiet tad‑dinja

manteniment u skola lil tifel/tifla għomja mit‑twelid f’Dar tas‑Sorijiet

fejn m’hemmx ilma nadif għal raħal sħiħ

16

primarja


Mejju 2019

Ġwanni 4:14

Modi kif tista’ tgħin  Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.)

 Bank Transfer IBAN: MT88VALL22013000000010202698019 Swift Code: VALLMTMT IBAN: MT47APSB77024000112420000026142 Swift Code: APSBMTMT IBAN: MT26MMEB44336000000033079070001 Swift Code: MMEBMTMT IBAN: MT18BNIF14502000000000095400101 Swift Code: BNIFMTMT (Min jagħmel donazzjoni f'wieħed minn dawn il‑kontijiet jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)

 Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)  Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)

 Jew iżżur il‑websajt www.missio.org.mt

• 51802064 ‑ €25

u kklikkja fil‑parti Donations.

17


Mejju 2019

ITTRA TA’ RINGRAZZJAMENT – JOAN LIBRERI

Joan’s Crafts For Charity Dear Monsignor Valent, Receive cordial greetings from Nairobi. As I had promised I now send you the letter from the mother of Samuel, who wrote on behalf of Samuel who has been told not to strain his eye for a short time. I was able to visit them, and they express their heartfelt joy to you for what has been done to Samuel. In tears she related to me the story of Samuel, as they call him at home, starting in 2003 when Sam, as they call him at home, was only three years old. She had taken the child to hospital where she was told they needed money to medicate Sam’s eye, money which she could not afford. In 2009 she brought the child to ‘Lion’s First Eyesight Clinic’, and was told they need to operate the child, but she was taken aback by the amount of money quoted. She says it is God’s plan that she had to wait all this while, believing that something good will come their way. I have attached her letter and two photos I took when I visited their home today the 14th February, 2019. Samuel informs me that he can see 18


Mejju 2019

very well and he is no longer in pain as he used to be. He resumes school next week. On my own behalf too I wish to express our gratitude for the donation given and the generous hearts that put a

smile on a child’s face. The joy I have witnessed today is an endless joy in that family who feel relieved and blessed by your generosity. They pray for you and I wish you too God’s Blessings as you bless more families to experience

the joy and Love of God through charity work. Sincerely in Christ, Fr. Bonaventure Luchidio PMS National Director Kenya Conference of Catholic Bishops 

www.missio.org.mt

  

y 20

LUNCH

19 ‑ Parish Cent

mb e P , re

r

ok

th

8

Ma

e

(V0/1178)

10am – Mass at Pembroke Parish Church

Entertainment by Tony Camilleri (L‑Għannej)

Special Raffle

Food consists of: Soup / 3 types of Pasta / Dessert Coffee / Glass of Wine and Soft Drink 

Price : € 15 (Including 5 games of Bingo)

Transport available €5 both ways

For more information and to book kindly call Natasha on 2033 0015 by the 3rd May 2019. 19


Mejju 2019

San Piju ta’ Pietrelcina (1887‑1968), magħruf bħala Padre Pio, twieled l‑Italja bl‑isem ta’ Francesco Forgione f’familja ta’ bdiewa. Il‑qaddis jgħid li fl‑età ta’ 5 snin diġà kien jaf li ried jiddedika ħajtu lil Alla. Sa għaxar snin kien jirgħa l‑merħliet, sakemm beda jistudja biex seta’ jidħol mal‑Kapuċċini. San Piju kien fra, saċerdot, stigmatiku u mistiku. Huwa sar popolari minħabba l‑istigmata tul il‑biċċa l‑kbira ta’ ħajtu. San Papa Ġwanni Pawlu II bbeatifikah fl‑1999 u ddikjarah qaddis fl‑2002. Huwa l‑patrun ta’ Pietrelcina, l‑Italja, l‑adoloxxenti, voluntiera tad‑difiża ċivili u serħan mill‑istress. Il‑festa tiegħu niċċelebrawha fit‑23 ta’ Settembru u s‑santwarju bin‑niċċa tiegħu jinsabu f’San Ġovanni Rotondo l‑Italja. 20


Mejju 2019

“It‑Talba tar‑Rużarju hija l‑‘arma’ għal dawn iż‑żminijiet.” San Piju ta’ Pietrelcina

21


Mejju 2019

F

San Xmun Stock Karmelitan

tit li xejn nafu dwar il‑ħajja ta’ dan il‑qaddis imwieled fis‑Seklu 13. Nafu li Xmun kien wieħed mill‑mexxejja ewlenin ta’ ordni taħt il‑protezzjoni tal‑Madonna tal‑Karmelu. Il‑laqam Stock weħel ma’ ismu meta kien jgħix ħajja ta’ eremita f ’zokk ta’ siġra tal‑ballut. Darba meta ħareg jippriedka ltaqa’ ma’ rħieb Karmelitani u ngħaqad magħhom. F’artiklu tiegħu, Patri Ch. Camilleri O.C. jgħid li l‑ewwel referenza li nsibu għal San Xmun Stock hija dik tad‑Dumnikan Ġilardu ta’ Fracheto (+1271), li fil‑ħajja tal‑Beatu Ġordan li miet mgħarraq fl‑1237, isemmi lil ċertu wieħed Karmelitan li huwa u għaddej minn kriżi vokazzjonali jidhirlu u jsalvalu l‑vokazzjoni tiegħu bil‑kliem: “Kull min jaqdi lil Ġesù Kristu sal‑aħħar, dan isalva”. Bħal Goffredu, Nikola l‑Franċiż, Ralph, Pietru u Rajmondu, Xmun 22

QADDIS TAX‑XAHAR – EMANUEL MICALLEF

kien wieħed minn ġebbieda ta’ Karmelitani li mexxew l‑ordni mill‑ħajja eremitika għal dik mendikanti, iżda xxaqleb aktar lejn dik tad‑Dumnikani milli dik tal‑Franġiskani. F’ ‘Il‑Ħajja Karmelitana’ Nru. 3 naqraw: “Kien il‑mibgħut minn Alla fi żmien il‑ħtieġa biex iwettaq xogħol li kien jitlob mhux biss enerġija, iżda qdusija kbira. Mhux l‑ewwel darba li għen fi twaqqif ta’ bosta kunventi madwar id‑dinja u vvjaġġa għas‑Santa Sede fuq affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal‑Ordni Karmelitan. Huwa l‑fundatur ta’ skola u l‑ispirtu tiegħu ssokta fid‑dixxipli tiegħu. Santa Tereża l‑Kbira ma

kenitx il‑fundatriċi tal‑iskola Karmelitana, għaliex studju bir‑reqqa ta’ ħajjitha juri li hija bniet fuq sisien li kienu diġa’ hemm u kompliet tiżviluppa fuqhom.” Fl‑ikonografija (santi, xbihat, eċċ), Xmun ġeneralment jidher jirċievi l‑labtu tal‑Madonna bħala għelm ta’ konsolazzjoni u salvazzjoni tal‑umanità. San Xmun Stock iħeġġeġ lill‑umanità biex tkun devota tal‑Madonna tal‑Karmelu, speċjalment lil kull reliġjuż Karmelitan biex ikun kollu kemm hu tal‑Verġni Mbierka. Il‑festa ta’ dan il‑qaddis titfakkar nhar is‑16 ta’ Mejju. 


Mejju 2019

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom: Indirizz:

Belt/ Raħal:

Kodiċi Postali:

Tel: N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni. Fl‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar, Missio jiċċelebra quddiesa li tkun għal ruħ il‑benefatturi, li matul ħajjithom ikunu għenu l‑missjoni u għamlu karità ma’ min hu fil‑bżonn. Din tkun fit‑8:30am fir‑4 sular ta’ Missio l‑Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jattendi. 23


Ritratt: Christian Bianchi

Mejju 2019

Maratona fuq it‑TV

b’risq il‑Missjoni

€483,708

Grazzi mill‑qalb lil kull min ta donazzjoni b'risq proġetti fil‑missjoni. Inwegħdukom li min‑naħa tagħna ser nagħmlu minn kollox biex il‑flus miġbura jmorru fejn xtaqtu tibagħtuhom intom.

24


Mejju 2019

KNISJA–FAMILJA–MISSJONI K–F–M

Meta: Fejn: Imexxi: Programm:

Laqgħat ta’ formazzjoni li jwassluna biex ngħixu aktar għall‑oħrajn milli għalina nfusna. Kull laqgħa jkollha viżjoni tal‑Knisja tal‑lum, filwaqt li nidħlu fil‑fond fuq punt importanti tal‑fidi tagħna. Kull l‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar Uffiċċju ta’ Missio Malta, il‑Belt Valletta Dun Victor Agius, Assistent Direttur ta’ Missio, li għandu aktar minn 40 sena esperjenza missjunarja 6:00pm – Quddiesa  6:30pm – Taħdita ta’ nofs siegħa 7:00pm – Te, kafè u ‘snack’

Għal aktar tagħrif jew jekk ser tattendi għall‑ewwel darba kkuntattja lil Dun Victor fuq 7923 6114. Grazzi. 25


Mejju 2019

AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA

Agħtuhom intom x’jieklu! (Lq. 9:13)

I

l‑patrijiet Franġiskani Maltin fil‑Belt Valletta, flimkien ma’ lajċi impenjati, ħassew id‑dmir li jwieġbu għall‑istedina li Papa Franġisku għamel lilna lkoll biex nisimgħu u ngħinu lil dawk fil‑bżonn. Għalhekk, fl‑1 ta’ Lulju 2016 xammru l‑kmiem u bdew ħidma sabiex iġibu għall‑istat oriġinali tiegħu refettorju antik mibni fis‑sena 1584. Il‑kmamar ta’ biswit dan ir‑refettorju nbidlu fi kċina, ‘stores’, ‘toilets’, ‘showers’, ‘laundry’ u uffiċċju. Ħafna minn dawk li jżuru dan ir‑refettorju huma ommijiet, anzjani, persuni li għandhom dħul baxx, persuni b’uġigħ mentali, irġiel li jħossuhom

fallew fil‑ħajja, koppji u familji li ż‑żwieġ tagħhom sfaxxa u jinsabu fi kriżi finanzjarja, u familji li spiċċaw fl‑aħħar skaluna tas‑soċjetà. Bħalissa qed jintlaqgħu 30 persuna tliet darbiet fil‑ġimgħa, imma ’l quddiem dawn ser jitilgħu għal 80 ruħ sabiex flimkien jieklu u jissoċjalizzaw bejniethom għal ħamest ijiem fil‑ġimgħa. Dan iwassal għal aktar minn 200,000 ikla fis‑sena. Dan kollu jiswa mal‑€208,000 fis‑sena. Barra minn hekk, dawk li jużaw dan is‑servizz ser ikollhom l‑opportunità li jintegraw rwieħhom fid‑dinja

tax‑xogħol bl‑għajnuna ta’ professjonisti voluntiera, fosthom koki, barbiera u ‘counsellors’. Persuni li temmew is‑sentenza ta’ priġunerija ser jitħarrġu fil‑qasam tal‑‘catering’, filwaqt li filgħaxijiet nisa u ommijiet ser jitħarrġu fl‑arti tal‑ikel. Hemm il‑ħsieb li jibdew joffru wkoll kenn matul il‑lejl għal dawk bla saqaf fuq rashom. 

Simbolu fuq uniformi jqajjem diżgwid

S

kola sekondarja tal‑bniet f ’Kottiyan, fid‑distrett ta’ Kollam fl‑Indja, b’diqa kellhom ineħħu simbolu reliġjuż minn fuq l‑uniformijiet tagħhom għaliex kien imur kontra r‑regoli tal‑istat dwar l‑istituzzjonijiet edukazzjonali. Dan seħħ wara li xi gruppi Musulmani pprotestaw kontra dan is‑simbolu li juri lill‑Verġni Marija. Il‑madam, is‑Sinjura Dianeetia M. Regis, qalet li l‑iskola ma kellha l‑ebda 26

intenzjoni li tweġġa’ s‑sentimenti reliġjużi u qalet li l‑membri tal‑PTA tal‑iskola qablu unanimament li l‑uniformi b’dan is‑simbolu tintlibes kull nhar ta’ Ġimgħa. Żiedet tgħid li fost il‑membri tal‑PTA kien hemm tliet

ġenituri Musulmani li m’oġġezzjonawx, għaliex li kieku ma kien isir xejn. L‑iskola li ġġib l‑isem ta’ Omm l‑Għajnuna Perpetwa, tilqa’ fiha mal‑1,300 studenta li kważi 60 fil‑mija minnhom huma Musulmani. 


Mejju 2019

Move with safety, ship with ease! To all parts of the world to/from Malta by road, trailer, door to door weekly service. We provide packing, storage, shipping, air freight, insurance for personal effects, antique furniture, works of art and commercial goods.

A.N.G. BORG LTD. COFFEE DEALERS

Opening Hours: Mon to Fri ‑ 8.30am to 4pm Sat ‑ 9am to 1pm Factory/Shop: Tal‑Balal Road, San Ġwann SGN07 ‑ Malta Tel: (00356) 2137 1626 E‑mail: gb864@go.net.mt Web: www.kafeborg.com facebook: Kafe Borg

Signs | Print | Design

YANA BONELLO Signs & Stickers Design Banners, Roll up Stands & A‑Boards Promotional & Branded Items Business Cards Window/’ Vehicle Graphics T‑shirts, Jackets, Caps & Uniforms

Nikola Saura Street, Siġġiewi 79585035 | 27585820 info@y‑kreations.com WWW.Y‑KREATIONS.COM

ROSETTE ELLUL Nail Technician

39, Naħal Street Mellieħa Tel: 2152 9292 Mob: 7944 7338

Y‑Kreations Signs & Print 27


Mejju 2019

*French Salon Hairdressing* 40A, St. Paul’s Street St. Paul’s Bay ‑ Malta. Tel: 21572711 Mobile: 79703837

FREE DELIVERY Main Street, St Paul’s Bay Malta Mob: 7722 9904 Mob: 9945 5282 Tel: 2758 1500

Stardust St. Mary’s Bakery

Stationery Greeting Cards Haberdashery Toys & Gifts

...freshly baked daily 72, Sacred Heart Street, B’Kara Mob 9947 5459/ 7723 7702

Cross Street, Mellieħa

Tel: 21571692 Mob: 99223908

Email:starduststationary@gmail.com 28


Mejju 2019

Briffa International Funeral Service Offices Day: 84, Marsa Road Marsa Tel: 21237819 25, Market Place Tarxien Tel: 21896728 Night: 19, Ghost Str. Hamrun Tel: 21237509 Fax: 21232785 Mr. Lino Briffa Mob: 99492918

Services Ltd. COMPUTERISED 4 WHEEL ALIGNMENT hairdressing | beauty | nails | skincare | make‑up

Christian Meli Mobile: + 356 7966 0487

antonellavella82@gmail.com Tel.: 2152 2705 | 2752 2705 Mob.: 9989 8335 Fortizza Street, Mellieħa

35, Valletta Road, Qormi, QRM 3616 Tel: + 356 2149 7051 E‑mail: vrttest@maltanet.net Web‑site: www.melivrt.com

29


Mejju 2019

IT‑TALBA TAR‑RUŻARJU – RALPH MICALLEF

L‑isbaħ warda fil‑ġnien

W

aħda mill‑isbaħ fjuri li tinsab fil‑ġonna tagħna hija l‑warda, li tissejjaħ ukoll ‘rosa’. Sabiħa fil‑kulur, sabiħa kif inhi magħmula u sabiħa fil‑fwieħa tagħha. U l‑isbaħ talba wara t‑talba tal‑quddiesa, hija t‑talba tar‑rużarju. Il‑kelma rużarju tfisser ‘ġnien ta’ ward’. Mekovjense, devot kbir tat‑talba tar‑rużarju, jirrakkonta li darba raqad bil‑kuruna f ’idu u stenbaħ b’kuruna ta’ kullana ta’ ward sabiħ u frisk. L‑oriġini tar‑rużarju ġej minn sekli ilu, tant li fil‑bidu kien jingħad bħala sensiela ta’ Ave Marijiet. Skond tradizzjoni antika, din id‑devozzjoni oriġinat fis‑seklu tlettax, seklu ta’ errur u ereżijiet kontra l‑Knisja magħrufa bħala l‑ereżija tal‑Albeġesi. Kif jistqarr il‑Beatu Alan de Rupe O.P., għal din l‑ereżija Alla ppermetta li persuna dinamika u qawwija teħodha kontra din l‑ereżija bil‑predikazzjoni ta’ San Duminku ta’ Gusman li kienet dehritlu l‑Madonna u tatu arma effikaċi f’katina Marjana tar‑rużarju. Maż‑żmien din il‑katina kompliet tipperfezzjona sakemm ġiet kif nafuha 30

llum il‑ġurnata. Dan kien bejn is‑snin 1470 u 1475. It‑talba tar‑rużarju tikkonsisti f’orazzjoni mentali, li huma l‑misteri li jingħadu mill‑ħajja ta’ Ġesù u ta’ Marija – tal‑Ferħ, tat‑Tbatija, tad‑Dawl u tal‑Glorja. Din it‑talba tikkonsisti wkoll f’orazzjoni vokali li tingħad bejn kull episodju mill‑Vanġelu, għaxar

Ave Marijiet, Pater Noster f’kull posta, il‑glorja f’ġieh it‑Trinità Qaddisa u t‑tislima ta’ Eliżabbetta lil Marija. B’kollox it‑talba tar‑rużarju tiġbor fiha 150 Ave Marija li huma mxebbha mal‑Warda ta’ Ġeriko u l‑150 Salm tal‑Profeta David. L‑għaxar żibġiet f’kull posta huma mqabbla mal‑kordi tal‑arpa ta’ David, l‑għaxar strofi

tal‑Magnificat u l‑Benedictus, u l‑għaxar kmandamenti li Alla ta lil Mosè. Ħafna jsostnu li din it‑talba hija twila wisq u ripetittiva, iżda nafu li min iħobb ma jiddejjaqx jirrepeti kliem ta’ mħabba. Marija tikkonferma kemm hija għal qalbha din it‑talba tar‑rużarju għaliex f ’kull dehra tagħha dejjem tirrikkmandaha, bħal f ’La Saletta, f ’Lourdes, f ’Fatima u f ’Medgiogore. Il‑Madonna trid u tixtieq li r‑rużarju jingħad ta’ spiss. Ta’ dan hemm il‑konferma ta’ Luċija ta’ Fatima, li meta staqsiet lill‑Madonna jekk hi u ż‑żewġ kuġini tagħha kinux sejrin il‑Ġenna, il‑Madonna wieġbet ‘Iva’, iżda kompliet tgħid li t‑tfajjel Franġisku ried jgħid ħafna aktar ir‑rużarju. Ir‑rużarju jgħinna bħal katina ħelwa li tgħaqqadna mas‑sema. Ir‑rużarju huwa talba wisq għall‑qalb ħafna qaddisin fosthom, San Benedittu G. Labre, Sant’Antnin ta’ Padova u San Bartolo Longo. Il‑Prof. Louis Pastaur, lekċerer f ’università f ’Pariġi kien f ’kull vjaġġ li jagħmel jgħid ir‑rużarju biex il‑Madonna tgħinu, filwaqt li l‑Kardinal


Mejju 2019

Stefan Wyszynsky iqabbel ir‑rużarju ma’ ċintorin tas‑sikurezza. Papa San Ġwanni Pawlu II kien qal li r‑rużarju huwa talba meraviljuża fis‑sempliċità u fil‑profondità tagħha. Fi żmienna hemm iżjed il‑ħtieġa li ngħidu r‑rużarju,

forsi għalhekk naqset il‑fidi fina u hawn il‑problemi fil‑familji tagħna, għaliex it‑televiżjoni u l‑midja ħadu post din it‑talba fil‑familja. Missirijietna kienu jsibu ħin għal din it‑talba li permezz tagħha ssolvew ħafna problemi u ntrebħu gwerer bħal dik ta’ Lepanto

fi żmien San Piju V u dik tat‑Tieni Gwerra Dinjija, meta l‑familji tagħna kienu jgħiduha fix‑xelters waqt il‑ħbit tal‑għadu. L‑isbaħ rigal li nistgħu nagħtu lil ommna Marija f ’dan ix‑xahar iddedikat lilha, huwa li ngħidu t‑talba tar‑rużarju. 

50 ġrajja miktuba minn ħutna missjunarji li b’imħabba kbira taw snin twal u xi wħud għomorhom kollu lill‑missjoni.

PUBBLIKAZZJONI

Dan il‑ktieb ta’ 268 paġna jinsab għall‑bejgħ bil‑prezz ta’ €12. Jista’ jinkiseb mill‑ħanut ta’ Missio ‘Faith, Hope & Charity’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta (Tel. 21234328), mid‑Dar ta’ Missio Nru. 114, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta (Tel. 20330015) jew mill‑Uffiċċju Missjunarju, Nru. 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex (Tel: 21550267). Ikun hemm ħlas addizzjonali għal min jixtieq jirċevih bil‑posta. Kull Malti u Għawdxi li jħobb il‑missjoni għandu jfittex li jaqra dawn il‑ĠRAJJIET.

www.missio.org.mt (V0/1178)

 Isem: Indirizz: Kodiċi Postali: Imejl:

Data:

Numru ta’ kotba: (€12 kull kopja) Posta: (€4.50 kull kopja) TOTAL:

Qiegħed nibgħat ċekk bl‑ammont ta’: € .............................................................. bħala pagament għal ..................

ktieb/ kotba bil‑posta. Firma: .............................................................................................................................. Din l‑informazzjoni hija għall‑użu ta’ Missio biss. 31


Mejju 2019

SAN ĠORĠ PRECA – JOSEPH C. CAMILLERI BA, DEAM, M.ED (PL & MGT)

Il‑Mużew

I

d‑9 ta’ Mejju 2001, huwa jum importanti fl‑istorja tal‑Knisja Nisranija f ’Malta. San Ġorġ Preca, qassis Malti, ġie ddikjarat Beatu u wara qaddis. L‑ikbar opra ta’ dan il‑bniedem hija l‑istituzzjoni tas‑Soċjetà Nisranija tad‑Duttrina li tinsab imxerrda mal‑erbat irjieħ ta’ Malta u Għawdex, kif ukoll f ’diversi pajjiżi. Is‑siwi tagħha huwa t‑tagħlim reliġjuż li ħaddiema jagħtu lit‑tfal subien u bniet. Il‑bidu ta’ din l‑opra kien wieħed umli u sempliċi. Il‑Ħamruniż seminarista Ġorġ Preca kien għamel ħabib ma’ ċorma tfal li kienu jiltaqgħu f ’għalqa magħrufa bħala ta’ Luċtu, f ’post ċentrali sewwa sew quddiem il‑knisja ta’ San Gejtanu. Dawn it‑tfal kienu kollha fuq tagħhom u moħħ ir‑riħ. Preca tefa’ għajnejh fuq il‑perċimes u mexxej tal‑klikka, ċertu wieħed Eugenio Borg li f ’qasir żmien irnexxielu jisraqlu qalbu. Bil‑mod il‑mod kull tifel 32

L‑aqwa opra

waqa’ taħt il‑kariżma ta’ Ġorġ Preca li meta sar qassis u ħa l‑quddiesa, moħħu kien dejjem iberren fuq l‑istess ħaġa. Kien jistaqsi lilu nnifsu x’se jagħmel b’ħajtu biex jaqdi lil Alla. Din kienet

ħaġa tal‑għaġeb, għaliex Dun Ġorġ kellu fuq xiex jaħseb. Kien marradi u saħħtu kienet dgħajfa. Huwa eżamina s‑sitwazzjoni tal‑fidi f ’Malta u ra li din ma kellhiex bażi tajba u qawwija. Il‑poplu kien imur il‑quddies kull

nhar ta’ Ħadd u fil‑festi kmandati, iżda għaliex ma kienx kiber fil‑fidi? Malta f ’dawk iż‑żminijiet kienet kolonja f ’idejn l‑Ingliżi u l‑Knisja ma kinitx aktar ta’ żvog għall‑poplu. L‑ideat progressivi li kienu ħakmu lill‑Ewropa kienu daħlu f ’Malta u l‑poplu kellu mezzi oħra ta’ divertiment li ma kinux taħt il‑kappa tal‑Knisja. Veru li l‑ħajja Maltija kienet iddur madwar il‑Knisja, mal‑festi u mal‑każini li kienu bdew jitwieldu f ’ċerti urbaniċi, imma min‑naħa l‑oħra Dun Ġorġ sab li t‑tagħlim tal‑Knisja kien ibbażat fuq id‑drawwiet. Ma kienx hemm preparazzjoni soda u l‑ebda metodu kif tgħallem il‑Kelma t’Alla. Ma kienx hemm organizzazzjoni biex it‑tagħlim jasal għand il‑poplu. Dan it‑tagħlim kien kollu f ’idejn il‑membri tal‑kleru; qassisin u patrijiet. Iċ‑ċentri tat‑tagħlim kienu l‑knejjes u l‑kappelli f ’kull belt u raħal. Is‑sitwazzjoni kienet waħda tal‑biki.


Mejju 2019

Billi Dun Ġorġ kien joqgħod il‑Ħamrun u peress li kien jaf sewwa lil dawk it‑tfal, li kienu saru żgħażagħ, sab dar f ’ Nru. 6, Triq Fra Diegu l‑Ħamrun stess, u hemm bdew l‑laqgħat. L‑ewwel waħda saret fis‑7 ta’ Marzu 1907. Din kienet l‑ewwel laqgħa tal‑għaqda tal‑Mużew. Joseph Fenech kiteb hekk fuq dawn il‑laqgħat li Dun Ġorġ Preca kien jorganizza f ’din id‑dar: “Bi ħsajjar mal‑art flok bankijiet fid‑dawl tal‑lampi tal‑pitrolju, ta’ kull lejla dawk il‑ftit kmamar kienu jimtlew bl‑irġiel u l‑ġuvintur għatxana biex jisimgħu l‑kelma qawwija tas‑saċerdot żagħżugħ.” Dun Ġorġ kien jaf imur ma’ dawk li kienu jmorru f ’din id‑dar. Kien jaf li huma kienu jew tfal jew ħaddiema. Kien jaf jinżel għal‑livell tagħhom, kien jaf juża kliem sempliċi u fl‑istess ħin iwassal tagħlim profond. It‑tagħlim tiegħu kien popolari għaliex kien idaħħal rakkonti u siltiet mill‑Iskrittura u mill‑esperjenzi tal‑ħajja ta’ kuljum. Xi wħud mill‑Ħamruniżi bdew jaraw din id‑dar bħala dar tat‑tagħlim, u oħrajn ħasbu li kien fetaħ każin. Xi oħrajn kienu jaħsbu li Dun Ġorġ kien qassis bla ras u xi ftit kienu jaħsbu li din id‑dar ma kienet xejn ħlief ġenn. Dun

Ġorġ induna li seta’ jitlob mill‑ġuvintur ċaħdiet ibsin. Hu ried nies li jiddedikaw ħajjithom mingħajr riservi għat‑tagħlim tal‑katekiżmu. Quddiemu kellu biss ħaddiema tat‑tarzna u ta’ postijiet oħrajn tax‑xogħol. Xi wħud bdew jiġbru lil sħabhom ħaddiema fil‑ħin tal‑mistrieħ jew f ’xi ħanut tat‑te u jkellmuhom dwar Alla. Dan kien suċċess. Għalhekk infetħet it‑tieni dar tat‑tagħlim, din id‑darba f ’Bormla peress li l‑aktar ħaddiema li daħlu għal din il‑biċċa xogħol kienu ħaddiema tat‑Tarzna. F’qasir żmien, f ’kull raħal u belt fetħet dar tal‑Mużew, dar għat‑tagħlim Nisrani. Kien hemm bżonn li l‑għaqda jkollha identità u isem. Salvu Muscat, soċju mill‑Ħamrun, ħareġ bl‑idea li l‑għaqda jkun jisimha ‘Mużew’ għaliex f ’mużew jinżammu ħwejjeġ ta’ valur kbir, valur storiku jew valur artistiku. Is‑soċji għoġbithom din l‑idea, refgħuh u b’qoxra ta’ rummiena Salvu kiteb dan l‑isem fuq il‑blata tal‑bieb ta’ barra. Dun Ġorġ ħadem fuq din l‑idea, irranġa l‑kelma u minn mużew għadda għall‑kelma M.U.S.E.U.M. Kull ittra issa kellha tifsira: Magister, Utinam, Sequatur, Evangelium, Universus,

Mundus (Mgħallem mhux li kien li l‑Evanġelju tiegħek jinxtered mad‑dinja). Din is‑sentenza kienet tiġbor fiha l‑viżjoni ta’ Dun Ġorġ, il‑ħolma tiegħu li l‑Evanġelu jinxtered mal‑erba’ irjiħat tad‑dinja. Il‑poplu Malti kien dera jitgħallem il‑kelma t’Alla minn qassisin u patrijiet, għalhekk Dun Ġorġ Preca u l‑għaqda tiegħu kienu xi ħaġa ta’ suspett. Għalihom it‑tagħlim tar‑reliġjon f ’idejn il‑ħaddiema kien xi ħaġa ta’ riskju. L‑iskrittura, u aktar it‑teoloġija, kienu biss għal idejn il‑qassisin u l‑patrijiet. Barra minn hekk, ċerti ġesti minn dan il‑qassis novell, bħal meta kien ibus sieq il‑ħaddiema, ma tantx kienu jinżlu tajjeb. Ġieli kien jinżel għarkobbtejh ibus riġlejn irġiel li kien jiltaqa’ magħhom. Ftit kienu jarawh bħala qassis modern li rnexxielu jiġbor ċorma żgħażagħ. Kienu jaraw fih umiltà. Milli jidher il‑maġġoranza kienet kontra l‑ideat li daħħal Dun Ġorġ. Għalhekk xi wħud marru għand l‑isqof fejn urewh il‑preokkupazzjoni tagħhom. L‑isqof bagħat għal Dun Ġorġ u ordnalu biex jagħlaq id‑djar li kien fetaħ. Dun Ġorġ wieġeb: “Intom is‑superjuri, jien sudditu tagħkom, għandi nobdikom, inneħħihom kollha.” Din 33


Mejju 2019

SAN ĠORĠ PRECA – JOSEPH C. CAMILLERI BA, DEAM, M.ED (PL & MGT)

kienet prova iebsa għal dan il‑bniedem. Prova li kellha tmur kontra l‑ideat u l‑ideal tiegħu. Kienet prova itqal minn kemm wieħed jaħseb, għaliex Dun Ġorġ kien diġà beda jara l‑frott tal‑ħidma tiegħu. Is‑sena 1914 kienet sena diffiċli għal Dun Ġorġ u s‑soċji tiegħu. Kienet sena mimlija attakki fil‑gazzetti ta’ dawk iż‑żminijiet. Ir‑risposta ta’ Dun Ġorġ għal dawn l‑attakki ma kinetx xi difiża ta’ għemilu. Huwa tella’ s‑soċji tiegħu l‑Imdina, daħħalhom fil‑katidral, sewwa sew fil‑kappella tal‑Kurċifiss, u hemm rabathom b’vot tal‑manswetudni li jaħfru lil min qed jinġurjahom. Dawn l‑attakki komplew għal sentejn u Dun Ġorġ deher quddiem it‑Tribunal tal‑Knisja. Joseph Fenech kiteb hekk: “Żmien twil ta’ stqarrijiet u taqtigħ il‑qalb li ntemm b’wiċċ il‑ġid b’approvazzjoni mill‑awtoritajiet Maltin.” Għalhekk id‑djar tat‑tagħlim komplew jinfetħu u nfetħet ukoll it‑taqsima tan‑nisa.” Dan ġab miegħu riżultat tajjeb għaliex sab numru kbir ta’ żgħażagħ lesti li jgħixu ħajja ċeleba u jaħdmu b’regola filwaqt li jibqgħu fid‑dinja tax‑xogħol. Dun Ġorġ kien jgħix għall‑għaqda 34

li kien waqqaf. Kien jibda l‑ġurnata b’quddiesa fl‑Istitut ta’ Fra Diegu fil‑Ħamrun, u wara jgħaddi għas‑sagrament tal‑qrar. Kien iqatta’ ħin twil jisma’ lin‑nies u jagħti l‑pariri. Wara kien jgħaddi għall‑kitba. Din kienet kitba dwar it‑tagħlim spiritwali. Il‑mira tiegħu kienu s‑soċji. Tant kemm kiteb li rnexxielu jikteb ’l fuq minn 100 ktieb. Joseph Fenech qal hekk: “Dawn il‑kotba jikkonsistu f ’tagħlim kateketiku, direzzjoni

spiritwali, pedagoġija, eżortazzjonijiet, talb, trattati, stejjer u l‑kumplament.” Filgħaxija kien iżur xi qasam f ’xi belt jew raħal biex jara b’għajnejh stess kif l‑affarijiet kienu sejrin. In‑nies kienet tersaq lejn Dun Ġorġ. Min kien irid xi talb mingħandu, oħrajn xi parir, min kien irid li Dun Ġorġ iberkilhom lit‑tfal u oħrajn biex ikunu qrib bniedem qaddis. Maż‑żmien il‑fergħat bdew idaħħlu l‑kultura li ried Dun Ġorġ Preca. Daħal sewwa l‑kult tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu u

wkoll il‑kult tal‑Medalja Mirakoluża. Daħlu xi talb bħal: “Grazzi Sinjur Alla u aħfirli Sinjur Alla”. Imma l‑aqwa attrazzjoni kienet dik ta’ Lejlet il‑Milied, il‑manifestazzjoni bil‑figura ta’ Ġesù Bambin. Illum din il‑kultura u dan it‑tagħlim jinsabu mhux f’Malta u f’Għawdex biss, iżda wkoll fl‑Awstralja, fis‑Sudan, fil‑Kenja, fl‑Albanija, fl‑Ingilterra u fil‑Perù. San Ġorġ Preca għadu ħaj, ħaj fiċ‑ċentri tal‑mużew. Għadu ħaj f’Lejlet il‑Milied. Għadu ħaj fil‑missjoni li għandhom dawn is‑soċji. Għadu ħaj meta ngħidu l‑Misteri tad‑Dawl waqt ir‑Rużarju. Ħafna knejjes għandhom xi pittura żgħira li turi wiċċ San Ġorġ Preca. L‑aqwa ċentru marbut ma’ San Ġorġ Preca huwa ċ‑ċentru tal‑Blata l‑Bajda. Dan il‑qaddis jgħallimna l‑imħabba kbira li għandu Alla għalina li bagħat lill‑uniku Iben biex isalvana. San Ġorġ Preca jgħallimna ubbidjenza u umiltà, iżda l‑ikbar ħaġa li jgħallimna hija l‑importanza tal‑Inkarnazzjoni, li ġabet tama kbira lill‑bniedem. Alla aċċetta li Ibnu jitħallat magħna, isir ħuna, ħaġa li lanqas l‑anġli ma jistgħu jgħidu, li huma wkoll ħut Alla. 


Mejju 2019

Int daqqa Int tista’ tista’ tagħti daqqa t’id. għandu t’id. Missio Missio għandu bżonn Jekk bżonn il‑voluntiera. Jekk int ċempel int interessat, interessat, ċempel

21236962

AGĦTI RIGAL LIT‑TFAL JEW NEPUTIJIET TIEGĦEK

Abbona issa fi Klabb Missio Tfal għal €5 biss fis‑sena. Mhux biss tkun qed tgħin lit‑tfal anqas ixxurtjati, imma wkoll tieħu pjaċir tiltaqa' ma' tfal ġodda. Niltaqgħu darba fix‑xahar biex flimkien nitgħallmu, norganizzaw xi attivitajiet, nagħmlu l‑krafts u ntellgħu xi drammi. Dan filwaqt li nitolbu għal tfal oħra madwar id‑dinja kollha. Ma' kull abbonament ta' sena tingħata 'discount card' li tissarraf f'diversi ħwienet popolari.

FORMOLA TA’ ABBONAMENT FI KLABB MISSIO TFAL GĦAS‑SENA 2018/2019 Isem u kunjom: _____________________________________________________________ Età: _______________ Indirizz: ___________________________________________________________________________________________________ ___________________________________________________________Kodiċi Postali: _______________________ Tel:______________________________________________ Mob: ______________________________________________ Imejl:____________________________________________ Skola:___________________________ Sena:__________ Imla l‑formola u ibgħatha ma’ ċekk pagabbli lil Missio Malta fuq: Abbonamenti Klabb Missio Tfal, Nru. 7, Missio, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171

‑

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:

Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena

Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt

35


RIĊETTA TRADIZZJONALI

Mejju 2019

KANNELLONI L‑FORN MILL‑URUGWAJ

Metodu: • Jekk hemm bżonn għalli l‑kannelloni u ħallihom jibirdu. • Qatta’ żgħar ħafna l‑ingredjenti kollha.

X’għandek bżonn: • 16‑il tubu tal‑kannelloni • 250 gramma faqqiegħ frisk • 10 dawriet bejken

• Saħħan iż‑żejt f ’taġen u aqli l‑kurrad,

it‑tewm u l‑bejken.

• Żid it‑tursin, il‑bżar u l‑faqqiegħ. • Xħin isir neħħi minn fuq in‑nar u żid

• 4 sinniet tewm

il‑biċċiet tal‑mozzarella.

• 2 kurradiet

• Imla l‑kannelloni u ppustjahom fejn xulxin

• 4 mgħaref żejt taż‑żebbuġa

ġo dixx.

• 4 mgħaref tursin imqatta’ fin

• Itfa’ l‑bexamella fil‑wiċċ u ferrex il‑frak

• 100 gramma mozzarella

tal‑ħobż u ċ‑ċedar.

• 50 gramma ġobon ċedar maħkuk

• Sajjar f ’forn moderat sa ma jirtabu

• 500 ml bexamella

l‑kannelloni u jiħmar il‑wiċċ.

• Ftit frak tal‑ħobż

BOM APETITE!

• Bżar iswed mitħun

(L‑Ikla t‑Tajba!)

Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil: Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36

Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171


Mejju 2019

37


KOMPETIZZJONI ‑ MEJJU 2019

Mejju 2019

TISLIBA BIN‑NUMRI

Imla t‑tisliba bin‑numri t’hawn taħt skont fejn suppost. Tnejn min‑numri huma lesti biex jgħinuk tibda. Ibgħat il‑kaxxa kompluta flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.114, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta. 1 0 5 2 6

3 DIGITS

5 7 8 7 3 1

4 DIGITS

5 DIGITS

6 DIGITS

132

471

1364

5074

7482

10526 59423

578731

195

551

1679

5673

7729

17538

647982

63410

349

729

1875

6219

8416

57809 64325

457

834

2146

6874

9168

59248

2951

7210

9628

Ħu nota tal‑indirizz il‑ġdid fejn tibgħat il‑kompetizzjoni. Isem u Kunjom: _________________________________________________________________________________________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: _____________________________________

Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Marzu 2019: Ir‑rebbieħ tal‑kompetizzjoni huwa John Farrugia miż‑Żurrieq. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħ. Huwa jirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex ikun jista’ jsarraf il‑kupun.

K

5 8 9 6 7 0 3 7 2 6 4 9 3 9 6 7 7 1 5 9 3 0 0 4 6 7 1 9 8 7 9 0 6 2 7 9 3 1 8

4 1 0 9 7 8 6 4 9 7 2 1 9 9 4 7

0 2 3 2 6 7 6 2 5 9 7 6 3 0 2 8 3 6 7 5 0 8 5 3 7 8 6

Nitbissmu ftit:

ien hemm raġel u ħabat bil‑karozza, intilef minn sensih u ħaduh l‑isptar. Meta ġie f’sensih, ġew tal‑assigurazzjoni biex jaraw kif ħabat. Ir‑raġel qalilhom: “Ma nafx. L‑aħħar li rajt quddiem għajnejja kien ‘MO75’.”

Fl‑aħħar indunaw li s‑‘SLOW’ li kien hemm miktuba fl‑art, bil‑maqlub tidher ‘MO75’.

Tal‑assigurazzjoni marru malajr ifittxu fil‑post tal‑inċident biex jaraw fejn kienet miktuba din l‑‘MO75’, u ma setgħu jsibu xejn.

Ġara li dak ir‑raġel kien dar mar‑‘roundabout’ bil‑kontra u ġie n‑naħa l‑ħażina, sab trakk u daħal fuqu!”

38

9 5 4 7 1 5 9 3 4


Mejju 2019

Eżempji sbieħ • Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq • John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • Carmen Portelli mill‑Ibraġġ

Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb • 29 ta’ Jannar 2019 Ġanni Falzon min‑Naxxar • 27 ta’ Frar 2019 Loreta Vella mill‑Qala (kienet tqassam il‑Malta Missjunarja)

• S.R. Technics Hall ta’ Ħal Kirkop Taw bolol u ‘telecards’ użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki. Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni. L‑għajnuna tagħkom hija siewja ħafna.

• 28 ta’ Frar 2019 Ġużeppi Cini minn Ħal Lija • 01 ta’ Marzu 2019 Pinu Caruana mill‑Mosta • 01 ta’ Marzu 2019 Michaelangelo Zammit minn Ħal Safi • 17 ta’ Marzu 2019 Catherine Pirotta min‑Naxxar • Ġorġa Buttigieg mir‑Rabat, Għawdex (omm Dun Manwel Buttigieg, ex‑Assistent Direttur tal‑Uffiċċju Missjunarju) • Peter Portelli min‑Nadur • Tona Formosa min‑Nadur • Ġolina Bajada min‑Nadur

Għandna bżonn żibeġ f'kundizzjoni tajba. F'każ ta' ammont kbir niġu għalihom aħna. Ċempel lil Natasha fuq 20330015.

• Eugenia Camilleri (Superjura tal‑Mużew) min‑Nadur • Marija Grima min‑Nadur (mietet New York) • George Gauci mir‑Rabat, Għawdex

Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.

Ser ikollna bżonn lumi frisk għal attività li ser issir fl‑ewwel ġimgħa ta’ Ġunju. Il‑lumi ser jinġabar fl‑aħħar ġimgħa ta’ Mejju. F’każ ta’ ammont kbir niġu għalih aħna. Ċempel lil Natasha fuq 20330015.

S e g w i l‑ e sp er jen z i u l‑av vent u r i ta’ ħutna l‑Maltin u l‑Għawdxin f l‑artijiet ta l‑missjoni, esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall‑kuraġġ ta’ dawn l‑eroj tas‑skiet! Kun af bil‑proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għal miljuni ta’ nies fil‑bżonn imxerrda fl‑erba’ naħat tad‑dinja. Issir taf dan kollu u ħafna aktar fil‑programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid‑9:00pm fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Sibt fil‑5:00pm, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut. 39


Mejju 2019

You Name It. We Bake It! Fresh Made Cakes, Doughnuts & More Chocolates & Ice‑Cream Extensive Choice Of Food

Large Variety Of Bread Baked Fresh Daily Large Variety Of Daily Fresh Fruit & Vegetables Also Available: • Gluten‑Free Foods • Ready‑Packed Produce Including Cheese & Ham, • Milk, Frozen Foods & Pasta • Spirits, Wines & Soft Drinks • Detergents & More.

EL PANADERO

www.elpanaderomalta.com Tel: 27 424 386 Triq il‑Pitkali, Attard ATD 2216 E: elpanaderomalta@hotmail.com

Opening Hours: Monday to Sunday From 5:00am to 9:00pm Open also on Public Holidays

Theuma House, 302, St. Paul Street, Valletta VLT 1213 Tel: 21234075 / 21236605 Fax: 21244201 Email: info@etheuma.com www.etheuma.com

40


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook