NEWSPAPER POST MEJJU 2018 SENA 86
02 Il‑Madonna Ta’ Guadalupe 10 It‑Traġedja Tal‑Iskola Ta’ Tessenderlo 13 Mit-Triq Għall-Iscouts 28 Ir‑Restorant Robin Hood għal donazzjoni www.missio.org.mt
|
2123 6962
|
7 Triq il‑Merkanti, Valletta
|
7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex
EDITORJAL ‑ CLAUDIA CINI
Mejju 2018
Il‑Madonna ta’ Guadalupe
PUBBLIKAZZJONI
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju (V0/1178)], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272 Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 4.00pm Is‑Sibt 9.00am ‑ 12.00pm Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm BORD EDITORJALI Editur: Claudia Cini (publications@missio.org.mt) Membri: Mons. Salvinu Micallef Mario Scicluna Kav. Emmanuel Cutajar KCHS
Websajt u Facebook: Bernard Vella
missiomalta
Qari tal‑Provi: John Caruana Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com) Stampar: EuroPrint Limited ‑ San Ġwann Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Novembru 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja. Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa: 2 Editorjal 4 Messaġġ mid‑Direttur 6 Unjoni Missjunarja 8 Propagazzjoni tal‑Fidi 10 San Pietru Appostlu 13 Santa Infanzja 16 Esperjenza Missjunarja 22 Qaddis tax‑Xahar 24 Aħbarijiet mid‑Dinja Kollha 30 Tlifna l‑Ħadd 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni u Ċajt 39 Nitolbu għall‑Mejtin u Eżempji Sbieħ Ritratt tal‑faċċata: Pellegrini jiċċelebraw il‑festa tal‑Madonna ta’ Guadalupe b’ċelebrazzjoni ta’ quddiesa fil‑Bażilika tal‑Madonna ta’ Guadalupe fil‑Messiku. 2
F
it‑tieni Ħadd ta’ Mejju niċċelebraw Jum l‑Omm. Forsi bla ma rridu f’moħħna tiġina l‑omm li wellditna jew dik il‑persuna li ħadet jew qed tieħu ħsiebna daqslikieku kienet ommna. Iżda Marija mhijiex ukoll ommna? Hekk qal Ġesù lil Ġwanni (u lilna lkoll) minn fuq is‑salib: “Hawn hi ommok”, u hekk qalet Marija lil Juan Diego (u lilna lkoll) f’waħda mid‑dehriet: “M’iniex hawn jien, jien li jien ommok?”, frażi li tinsab imnaqqxa fuq il‑bieb prinċipali tal‑bażilika. Il‑Madonna ta’ Guadalupe, titlu Kattoliku mogħti lill‑Verġni Marija, huwa assoċjat ma’ pittura mnaqqxa f’bażilika ddedikata lill‑istess Madonna fil‑Messiku. Din il‑bażilika hija
Mejju 2018
l‑aktar waħda li jżuruha pellegrini Kattoliċi fid‑dinja u t‑tielet l‑aktar post sagru li jżuruh. Papa Ljun XIII ta lil din il‑pittura Koronazzjoni Kanonikali nhar it‑12 ta’ Ottubru 1895. Naħseb li ħafna semgħu dwar id‑dehriet tal‑Madonna fi Guadalupe, iżda forsi ftit jafu l‑istorja tad‑dehriet. Skont dokumenti Kattoliċi uffiċjali l‑Verġni Marija dehret erba’ darbiet lil Juan Diego, raħħal fqajjar Messikan, u darba lil zijuh. L‑ewwel dehra seħħet fil‑għodwa tad‑9 ta’ Diċembru 1531, meta Juan Diego ra viżjoni ta’ xebba fuq l‑għolja ta’ Tepeyac. Ix‑xebba kellmitu bil‑lingwa nattiva tiegħu u identifikat ruħha bħala l‑Verġni Marija, Omm il‑veru Alla, u talbitu jibni knisja f ’dak il‑post għall‑unur tagħha. Ir‑raħħal qal b’kollox lill‑arċisqof tal‑belt, li dan min‑naħa tiegħu m’emmnux. Dakinhar stess, il‑Verġni Marija reġgħet dehret lil Juan u talbitu jkompli jinsisti. Huwa reġa’ mar għand l‑arċisqof fejn dan talbu jmur fuq l‑għolja u jitlob lix‑xebba għal sinjal mirakoluż biex turi tassew min hi. U dakinhar stess seħħet it‑tielet dehra, fejn Marija wegħditu li l‑għada l‑11 ta’ Diċembru kienet
ser tipprovdi miraklu. Iżda l‑għada zijuh Juan Bernadino qam marid ħafna u r‑raħħal ħassu fid‑dmir li jdur bih. Il‑kundizzjoni ta’ zijuh qalbet tant għall‑agħar li kmieni filgħodu t‑Tlieta, Juan mar isejjaħ qassis biex iqarru u jassistih fuq is‑sodda tal‑mewt. Juan Diego ħassu skomdu jgħaddi mill‑post fejn soltu jara lix‑xebba, bejn għax kien qed jistħi minnha li ma żammx l‑appuntament magħha u bejn għax ma xtaqx jitlef ħin fid‑diskors. Għalhekk għażel li jgħaddi minn triq oħra, iżda hawn seħħet ir‑raba’ dehra. Marija staqsietu fejn kien sejjer u r‑raħħal spjegalha x’kien ġara. Kollha ħlewwa
Marija ċanfritu u qaltlu: “M’iniex hawn jien, jien li jien ommok?” Hija żguratu li zijuh kien fieq u talbitu jiġbor bukkett fjuri minn fuq l‑għolja ta’ Tepeyac. Juan obdieha minkejja li kien jaf li f ’dak iż‑żmien ta’ Diċembru ma kienu jikbru l‑ebda fjuri fuq l‑għolja. Iżda b’għaġeb kbir sab roqgħa ward sabiħ li qatt ma kiber fl‑ebda parti oħra tal‑Messiku. Marija rranġat il‑fjuri fil‑mantell ta’ Juan li meta dan uriehom lill‑arċisqof waqgħu fl‑art u minflokhom dehret immaġni tal‑Madonna ta’ Guadalupe. L‑għada Juan sab lil zijuh imfejjaq u dan għarrfu li kienet dehritlu Marija u talbitu jgħarraf lill‑arċisqof bil‑fejqan mirakoluż tiegħu. 3
Mejju 2018
G
MESSAĠĠ TAD‑DIRETTUR ‑ MONS. SALVINU MICALLEF
Wara l‑maratona ta’ Missio għalhekk, tiġbor kemm tiġbor qatt mhu biżżejjed, imma xorta waħda konna sorpriżi b’din it‑turija ta’ ġenerożità minn ħutna Maltin u Għawdxin. Hawn nerġa’ ntenni dak li bih Malta hi magħrufa fl‑artijiet tal‑missjoni: ‘Malta żgħira imma b’qalb kbira!’ Żgur li din it‑turija ta’ mħabba konkreta hija l‑isbaħ grazzi li nistgħu nagħtu lill‑Mulej għal dak li jipprovdilna. Min‑naħa ta’ Missio, grazzi mill‑qalb lil dawk kollha li taw id‑donazzjoni tagħhom u lil dawk kollha li għenu fit‑tħejjija u waqt il‑maratona. Mijiet ta’
voluntieri taw is‑sehem tagħhom. Impressjonatna wkoll l‑għajnuna li sibna mit‑tim ta’ Xarabank u mill‑grupp ta’ voluntieri li marru jwettqu xogħol volontarju s‑sena l‑oħra u ta’ qabilha fl‑inizjattiva ta’ Missio magħrufa bħala ‘Il‑Proġett’. Naturalment,
Ritratt: Christian Bianchi
ħalkemm dan il‑messaġġ qed jidher sitt ġimgħat wara l‑Maratona ta’ ġbir ta’ fondi li ġiet organizzata nhar il‑festa ta’ San Ġużepp, fid‑19 ta’ Marzu, din il‑Festa ta’ Tama, kif sejjaħnielha, għadha friska f ’moħħi. Is‑somma miġbura kienet ta’ €368,127. Wara baqgħu jidħlu eluf oħra minn donaturi li jew ġew l‑Uffiċċju Missjunarju jew bagħtu d‑donazzjoni tagħhom. Veru li Missio jifrex l‑għajnuna lill‑pajjiżi kollha tal‑missjoni bħala l‑organizzazzjoni uffiċjali tal‑Knisja fil‑ħidma tagħha missjunarja u
4
B’SMS ta’ €2.33 tkun qed B’SMS ta’ €2.33 tkuntitma’ qed 7 t’itfal titma’ 7t għal itfalġurnata. għal ġurnata.
Missio ma jista’ jieqaf qatt fil‑ħidma tiegħu; irid jibqa’ jaħdem is‑sena kollha b’inizjattiva wara l‑oħra. Hekk, f ’dan ix‑xahar huwa jerġa’ jibgħat appell għall‑iskema ‘Restore Hope’ biex iħeġġeġ iktar donaturi li minn rajhom jintrabtu għal ftit snin biex jagħtu donazzjoni bħala ‘Donaturi Regolari’. F’dan ix‑xahar ta’ Mejju, tiltaqa’ f ’Ruma l‑Assemblea Ġenerali tal‑Opri Missjunarji Pontifiċji. Nieħdu gost nerġgħu mmorru u ngħidu lill‑Papa u lill‑Knisja Universali, rappreżentata f ’din l‑assemblea, li Malta hija l‑iktar pajjiż ġeneruż fejn tidħol il‑missjoni. Il‑Papa, f ’isem il‑bniedem fil‑bżonn, jerġa’ jitbissmilna u jirringrazzjana.
B’SMS ta’ta’ €6.99 qedqed B’SMS €6.99tkun tkun tixtritixtri l‑kotba għal għal tifel jew l‑kotba tifeltifla jew għalgħal senasena skolastika. tifla skolastika.
Jien għamilt ħafna ħin inwieġeb it‑telefonati. Bdew iċemplu kull kategorija ta’ nies, imma ma nistax ma nsemmix li bdew ġejjin ħafna telefonati mingħand persuni anzjani. Kważi ma ridtx nemmen li persuna anzjana mill‑Mosta ċemplitli biex immur niġbor, dak il‑ħin stess, donazzjoni ta’ €10,000. Fil‑fatt mort u sibtha tistennieni bid‑donazzjoni tagħha. Ta’ min ifaħħar ukoll l‑inizjattivi li ħadu tfal f ’xi skejjel u oħrajn fi gruppi tat‑tfal biex jgħinu tfal bħalhom fil‑missjoni. Missio jibgħat ħafna mill‑fondi li jiġbor għall‑proġetti tat‑tfal. Nittamaw li l‑inizjattivi fost it‑tfal Maltin ikomplu jiżdiedu u jkollna iktar tfal missjunarji fostna. Parti sabiħa mis‑somma li nġabret ġiet minn wegħdiet (‘pledges’) li ħafna minnhom inġabru waqt il‑ħin tal‑maratona minn voluntieri ta’ Missio li marru dak il‑ħin stess bil‑karozzi tagħhom biex jiġbruhom. Għalhekk, fost il‑proġetti li ser jitwettqu b’dawn il‑fondi hemm: xiri ta’ mediċini għall‑kliniċi u sptarijiet f ’żoni rurali, tħaffir ta’ bjar u spieri fi skejjel u rħula biex jipprovdu
ilma nadif, siġġijiet tar‑roti għal persuni b’diżabilità, bini ta’ soqfa tal‑pjanċi tal‑metall għall‑kappelli, li bħalissa hemm eluf minnhom qed jinbnew, u sponsorjar ta’ mijiet ta’ tfal minn familji fqar biex jibdew jattendu l‑iskola. Dan, biex nagħtu ħarsa mill‑ġdid lejn il‑proġetti li ssemmew fil‑maratona, imma ċertament li hemm ħafna oħrajn. Ħafna minn dawn il‑proġetti se jsiru fl‑Afrika, fl‑Asja u fl‑Amerika Ċentrali u Ta’ Isfel.
sms fuq 50617374 – €2.33 | sms fuq 50618820 – €6.99
dan kollu flimkien mal‑ħidma li tibda xhur qabel mill‑istaff ta’ Missio.
DONAZZJONIJIET B’RISQ IL‑MISSJONI
Mejju 2018
5
UNJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
Mejju 2018
Intenzjoni Missjunarja Mejju 2018 “Sabiex il‑lajċi li jemmnu, iwettqu l‑missjoni speċifika tagħhom li jwieġbu bi kreattività għall‑isfidi kollha li qed tiġi wiċċ imb wiċċ magħhom id‑dinja llum.” 6
F
’dan ix‑xahar ta’ Mejju, ix‑xahar tal‑Madonna, il‑Qaddejja tal‑Mulej, aħna lkoll mistiedna sabiex nitolbu għall‑membri kollha impenjati fil‑Knisja ħalli jkomplu jagħrfu wkoll il‑missjoni importanti tagħhom fid‑dinja tal‑lum. Wieħed hu l‑poplu ta’ Alla, iżda fi ħdanu hemm ħafna kariżmi u ministeri li l‑Ispirtu s‑Santu jqassam fost l‑Insara. San Pawl fl‑ittri tiegħu, kif ukoll fit‑Testment il‑Ġdid kollu, jitkellem b’mod ċar dwar il‑ministeri fl‑istruttura tal‑Knisja. Fl‑ewwel ittra tiegħu lill‑Korintin huwa kiteb: “Lil xi wħud Alla
qegħedhom fil‑Knisja fl‑ewwel post bħala appostli, it‑tieni bħala profeti, it‑tielet bħala għalliema. Imbagħad id‑don tal‑mirakli, imbagħad id‑don tal‑fejqan, l‑għajnuna, it‑treġija, u d‑don ta’ ilsna diversi.” (1 Kor 12:28) Il‑Konċilju Vatikan II wera biċ‑ċar il‑ħsieb tas‑sehem kbir li jistgħu jagħtu l‑lajċi Nsara fil‑Knisja, kif naraw tajjeb fil‑Kostituzzjoni Dommatika dwar il‑Knisja, ‘Lumen Gentium’, u fil‑Kostituzzjoni Pastorali dwar il‑Knisja fid‑Dinja tal‑lum, ‘Gaudium et Spes’. Fid‑digriet tal‑istess Konċilju dwar l‑Appostolat tal‑Lajċi,
Mejju 2018
‘Apostolicam Actuosutatem’, fin‑numru 3, insibu din l‑importanza tal‑lajci fil‑Knisja: “Il‑lajci jiksbu d‑dmir u l‑jedd għall‑appostolat mill‑istess għaqda tagħhom ma’ Kristu li hu r‑ras tal‑ġisem. Għaliex Kristu nnifsu jaħtarhom għall‑appostolat meta huma, permezz tal‑magħmudija, isiru parti
mill‑Ġisem Mistiku tiegħu, u permezz tal‑Griżma jissaħħu bil‑qawwa tal‑Ispirtu s‑Santu.” L‑istess linja ta’ tagħlim tal‑Knisja, insibuh fuq kollox fl‑Eżortazzjoni Appostolika Post‑Sinodali, ‘Christifideles Laici’, dwar il‑Missjoni u l‑Vokazzjoni tal‑Lajċi fil‑Knisja u fid‑Dinja, tal‑1989, tal‑Papa Ġwanni Pawlu II. Insibu wkoll l‑Istruzzjoni dwar il‑Kollaborazzjoni tal‑Fidili mhux Ordnati (tal‑Lajċi) fil‑Ministeru Sagru tas‑Saċerdoti, tal‑15 ta’ Awwissu 1997, li tisħaq ħafna fuq din is‑sejħa tal‑lajċi
fil‑Knisja, filwaqt li tgħid li din il‑kollaborazzjoni li titkellem minnha ma tfissirx sostituzzjoni għall‑ministeru sagru tas‑saċerdoti. Għalhekk mela nkomplu nitolbu sabiex min iħaddan ‘ministeru’ fil‑Knisja jagħraf li huwa msejjaħ sabiex ikun qaddej tal‑Knisja permezz tal‑ministeru li jingħata. Infatti l‑kelma ‘ministeru’ ġejja mill‑kelma Latina ‘minus stare’, li tfisser ‘tkun inqas quddiem ħaddieħor’, jiġifieri li tkun ‘qaddej’. Kull ministeru fil‑Knisja jitlob fuq kollox spirtu ta’ għaqda u spirtu ta’ servizz u karità.
I I N N O J O J S S S IS I M ‑ M ‑ L L I I Q ISSQ I R ’ ’ B R BBAAŻŻA BAŻAR ĠDID
ta' Missio fi Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 9.00am ‑ 12.00pm
Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta
(Ħinijiet Ġodda) It‑Tnejn, l‑Erbgħa u l‑Ġimgħa: 9:00am‑11:00am It‑Tlieta u l‑Ħamis: 9:00am‑12:30pm
7
PROPAGAZZJONI TAL‑FIDI
Mejju 2018
Aktar minn 30 sena għajnuna lill‑Kolumbjani
W
ieħed mit‑tliet nominati għall‑Premju Dinji tat‑Tfal huwa Dun Gabrijel Antonjo Mejia Montoya, li ilu għal aktar minn 30 sena jissielet għal tfal vulnerabbli fil‑Kolumbja. Fosthom tfal li jgħixu fit‑toroq, tfal suldati u tfal ħabsin. Dun Gabrijel iddedika ħajtu biex jgħin lill‑foqra, u riżultat ta’ xogħlu kellu diversi drabi jħabbat wiċċu ma’ attentati fuq ħajtu. Saħansitra darba minnhom kellu f’nofstalejl jaħrab biż‑żiemel, għaliex daru kienet imdawra b’irġiel armati. Matul il‑gwerra fil‑Kolumbja li damet sejra 8
għal aktar minn 60 sena, 6 miljun ruħ ġew sfurzati jaħarbu minn djarhom u aktar minn 200,000 ruħ oħra sfaw maqtula. Bħalma jiġri dejjem, it‑tfal kienu l‑aktar li ġew affettwati. Li tgħin lil ħaddieħor kienet xi ħaġa li Dun Gabrijel trabba fiha. Ommu minn dejjem kienet tgħin u ddur b’dawk li kienu fil‑bżonn. Huwa kien iħobb imur il‑knisja, u sa mill‑età ta’ 7 snin kien jaf li ried isir qassis. Ta’ 13‑il sena mar f ’Bogota biex jistudja għal qassis kontra x‑xewqa tal‑ġenituri tiegħu li qatt ma basru li kien ser jirnexxilu;
iżda kienu żbaljati. Fl‑età ta’ 27 sena, Dun Gabrijel mar Ruma biex jaħdem mal‑Ordni Klaretjana li hija magħmula minn eluf ta’ qassisin Kattoliċi li jaħdmu biex jgħinu lill‑foqra f ’aktar minn 60 pajjiż differenti. Lura l‑Kolumbja, Dun Gabrijel kien assenjat jaħdem f ’wieħed mill‑ifqar reġjuni remoti fuq il‑Kosta Paċifika. F’Choco ltaqa’ ma’ nies indiġeni u Kolumbjani suwed li minn dejjem kellhom id‑drittijiet tagħhom abbużati u li tista’ tgħid li ma kellhom xejn. Meta 9 snin wara l‑qassis telaq, huwa flimkien mal‑Ordni Klaretjana
Mejju 2018
rnexxielhom jibnu 30 klinika, diversi skejjel u 3 ‘runways’. Xtraw 3 ajruplani żgħar tat‑trasport u ħafna tfal ingħataw titqib kontra l‑mard. Għenu wkoll lill‑bdiewa foqra jiffurmaw koperattiva li kienet tippermettilhom ibigħu l‑prodotti tagħhom stess fi swieq barra Choco u jircievu aktar flus. Dan irrabja lil ħafna negozjanti li waslu biex sparaw fuq u ħarqu d‑dar ta’ Dun Gabrijel li b’xorti tajba laħaq ħarab biż‑żiemel. Meta ta’ 37 sena, Dun Gabrijel ra t‑tfal jgħixu barra fit‑toroq fejn kien
jgħix, waqqaf il‑Fondazzjoni Hogares Claret u fetaħ l‑ewwel ċentru għat‑tfal tat‑triq. Illum il‑ġurnata, il‑fondazzjoni tmexxi 52 ċentru tat‑tfal. B’kollox jieħdu ħsieb 4,000 tifel u tifla u żgħażagħ li jew kienu jgħixu fit‑toroq jew kienu suldati. Żgħażagħ oħra li nqatgħetilhom sentenza għall‑ħabs, jgħixu f ’ċentri ta’ detenzjoni li għandha l‑fondazzjoni. L‑isforzi ta’ Dun Gabrijel u l‑fondazzjoni tejbu il‑ħajja ta’ għexieren ta’ eluf ta’ tfal. Dun Gabrijel jiġġieled għal dawk it‑tfal li s‑soċjetà tathom daharha. Huwa jemmen li l‑imħabba hija
l‑aktar mediċina importanti. Tobba, psikjatri u ħaddiema soċjali jgħixu flimkien ma’ dawn it‑tfal biex jisimgħuhom u jieħdu sehem magħhom fl‑attivitajiet ta’ kuljum. It‑tfal huma offruti kemm edukazzjoni kif ukoll terapija. Ta’ kuljum ikollhom sessjoni ta’ joga u ħin ta’ meditazzjoni. It‑terapija fid‑djar u ċentri tal‑Fondazzjoni Hogares Claret titlob li t‑tfal u ż‑żgħażagħ kollha jingħaqdu mal‑iscouts. B’hekk huma jitgħallmu valuri tajbin, juru simpatija, ikunu ġusti, ma jiġġudikawx lill‑oħrajn, juru rispett u jkunu responsabbli.
INVESTI FIL‑MISSJONI FIT‑TESTMENT TIEGĦEK • Ħu ħsieb agħmel it‑testment fil‑ħin u kun ġust fil‑mod kif ser tqassam dak li ser tħalli warajk • Tinsiex l‑opri ta’ karità li tista’ twettaq wara mewtek • Tinsiex tinvesti wkoll fil‑missjoni. Meta tħalli propjetà jew flus lill‑Opri Pontifiċji għandek garanzija mill‑organizzazzjoni uffiċjali tal‑Knisja għall‑missjoni, li bi flusek ser twassal l‑aħbar it‑tajba f’xi pajjiż jew ieħor fid‑dinja u ser tgħin persuni li għadhom bla knisja, bla dar, bla skola, bla sptar kif ukoll bla ikel u xorb • Tista’ wkoll tħalli xi fondi fil‑Missio għall‑quddies b’suffraġji għal ruħek u/jew membri tal‑familja tiegħek. Dawn il‑fondi jmorru għall‑missjunarji Maltin u missjunarji lokali fl‑artijiet tal‑missjoni. 9
Mejju 2018
SAN PIETRU APPOSTLU – MARTIN AZZOPARDI S.D.C.
It‑traġedja tal‑iskola ta’ Tessenderlo
T
ul waħda mill‑missjonijiet edukattivi tiegħi barra minn Malta, kelli x‑xorti niltaqa’ ma’ Patri Belġjan, Augustinus Franciscus Engelen (illum Patri Lambhert), li rrakkontali l‑ġrajja magħrufa Waqt l‑intervista ma’ Patri Lambhert. tat‑traġedja tar‑raħal ta’ Tessenderlo fejn hu kien jattendi skola. fil‑provinċja ta’ Limburg Augustinus twieled fl‑24 ta’ fil‑Belġju, eżattament Frar 1929, għandu 89 sena bejn il‑belt ta’ Antwerp u u għalaq 70 sena bħala patri l‑belt ta’ Liege. Il‑fabbrika f ’kongregazzjoni ta’ patrijiet tal‑kimika kienet viċin Belġjani. Tista’ tgħid li bħala iċ‑ċentru tar‑raħal, u meta patri qatta’ ħajtu kollha ġrat it‑traġedja kien madwar jaħdem bħala infermier il‑11:25 ta’ filgħodu, waqt ma’ persuni b’diżabilità, li Augustinus kien l‑iskola. kif ukoll ma’ pazjenti Augustinus jirrakkonta li: b’mard serju mentali. “F’daqqa waħda daħna sewda Meta seħħet it‑traġedja ħakmet il‑klassi, fir‑raħal ta’ Tessenderlo hu instema’ ħafna ħġieġ kien għad kellu biss 11‑il jitfarrrak, l‑art bdiet sena u kien jattendi s‑seba’ titriegħed u ħafna sena tal‑iskola Kattolika mill‑istudenti daħlu tal‑patrijiet Belġjani. Kien taħt il‑mejda biex proprju fid‑29 ta’ April jistkennu għax ħasbu 1942 li l‑fabbrika tal‑kimika li kien xi attakk magħrufa bħala ‘Produits mill‑ajru tal‑Ingliżi Chimiques de Tessenderloo’, biex jeħilsu ’l‑Belġju li kienet taħżen fiha 150 mill‑ħakma Nażista tunnellata ta’ ammonju Ġermaniża ta’ nitrat, splodiet u qatlet 189 Hitler”. Xi studenti persuna fir‑raħal. rnexxielhom jaħarbu billi tkaxkru mal‑art Ir‑raħal ta’ Tessenderlo jinsab lejn il‑bieb tal‑klassi
10
u Augustinus kien wieħed minnhom. Huwa u jaħrab mill‑iskola, jiftakar li ra ħafna studenti jaħarbu wkoll waqt li kienu għadhom bil‑lapes f ’idejhom. Dakinhar tal‑isplużjoni, fl‑iskola biss mietu 42 student, żewġ għalliema u żewġ patrijiet. Dakinhar omm Augustinus inzertat kienet id‑dar maħkuma minn xokk qawwi għax l‑isplużjoni qerdet is‑saqaf tad‑dar tagħhom. Hija minnufih bagħtet lil ħuh Jeff biex imur l‑iskola jfittex lil Augustinus. Augustinus ma kienx l‑iskola għax irnexxielu jaħrab u sab refuġju fuq il‑linji tal‑ferrovija fil‑parametri tar‑raħal. Ftit wara
Patri Lambhert u sħabu.
Mejju 2018
Augustinus reġa’ lura lejn l‑iskola biex ifittex lil ħbiebu, imma sfortunatament ħabibu Victor Van Assche kien instab mejjet b’feriti serji f ’rasu u ħabibu August Vanthienen instab mejjet ukoll bl‑istess driller li kien qed jaħdem bih fil‑‘workshop’ tal‑iskola. Augustinus jgħid li din kienet esperjenza mill‑aktar xokkanti għalih, speċjalment meta bdew ġejjin il‑ġenituri jfittxu lil uliedhom u xi wħud minnhom sabu li wliedhom kienu mejtin. Fost it‑tfal mejta Augustinus lemaħ tifel li hu ma kienx ħabib miegħu u tant iddispjaċih li rah mejjet, għax issa ma kienx hemm iżjed ċans li jirranġa r‑relazzjoni miegħu. Meta mistoqsi dwar x’tagħlima jislet minn din it‑traġedja, Augustinus jgħid: “Ħobb lil sħabek b’qalbek kollha u tobgħod lil ħadd, u itlob għalihom għax għada ma tafx x’jista’ jiġri.” Augustinus jgħid li l‑motto ta’ ħajtu hu: “Itlob u agħmel il‑ġid lil kulħadd,” u jisħaq li fit‑talb għandna nitolbu ħafna għal dawk li f ’ħajjitna jagħmlulna l‑ġid kemm studenti, għalliema u ġenituri kif ukoll persuni reliġjużi. Augustinus jistqarr li hu jaf il‑vokazzjoni tiegħu lill‑istess patrijiet li kienu jgħallmuh u li lejhom dejjem
Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:
• Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 • Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36 • Paga ta’ għalliem fis‑Seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48 • Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60 • Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115 Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira. • Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin: €480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha) U tinsiex titlob għalihom ukoll, u huma jibqgħu jiftakruna fit‑talb tagħhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB 11
Mejju 2018
kellu rispett kbir. Fil‑fatt meta kiber u ddeċieda li jidħol jagħmel esperjenza mal‑istess patrijiet Belġjani li kienu jmexxu l‑iskola, ħuh Jeff għamillu mħatra li jekk kemm‑il darba jirnexxilu jkampa mal‑patrijiet għal imqar ġimgħa waħda, jagħtih 50 frank. Augustinus mhux biss kampa ġimgħa, iżda 70 sena sħaħ, u lil ħuh qatt ma talbu jagħtih il‑flus li wegħdu fl‑imħatra. Illum Augustinus (Patri Lambhert), jinsab mimli
SAN PIETRU APPOSTLU – MARTIN AZZOPARDI S.D.C.
Quddiem il‑monument tat‑traġedja tal‑iskola ta’ Tessenderlo.
bil‑għomor jgħix f ’komunità ta’ patrijiet f ’Tessenderlo,
ferħan li ta ħajtu lil Alla għall‑ġid tal‑proxxmu fil‑bżonn, u ma jiddispjaċihx li għamel din l‑għażla f’ħajtu. Frott tat‑traġedja ta’ Tessenderlo, il‑patri jisħaq ħafna li l‑bniedem għandu jgħożż il‑ħajja, jgħix il‑mument ta’ issa, iħobb u jagħmel il‑ġid lil kulħadd għax għada ma nafux x’jista’ jiġri. Ġesù jgħid: “La tafu l‑mument u lanqas is‑siegħa meta jiġi l‑Mulej.” Għalhekk ejjew inkunu dejjem ippreparati u nagħmlu l‑ġid lil kulħadd u deni lil ħadd.
Ittra ta’ Appell Saċerdot mill‑Indja li kien sponsorjat minn familja mill‑Mellieħa jitlobna biex nitolbu għall‑Knisja fl‑Indja minħabba t‑tfixkil u anke l-persekuzzjoni li għaddejja minnhom. Dear Msgr. Salvinu Micallef, May the Risen Lord bless us and grant His peace and joy of His Resurrection. At this moment, India is threatened by the divisive forces of communalism of Hindutua. The ruling government is pro Hindutua and they indirectly come against Christians and Muslims. In Tamil Nadu, my province, many worship places of Christians and Pastors are being attacked. Well, we feel proud of, since we too have a chance to bear witness to Christ. Kindly pray for this suffering Church in India and elsewhere in the world. In fact, this is the right time to pray for the suffering Church, because after the Resurrection of Christ, the Apostles and the members of the early Church underwent lots and lots of sufferings unto death and it has continued till date. The summer has begun. The temperature goes up and up, water scarcity has set in. We need some showers to come out of the situation. This situation will go up to August. Need your prayers that brings miracle here. Once again, wishing you and all those in the Mission office the greeting of the Risen Lord and assuring you of my love and prayers. Fraternally in Christ,
Msgr. T. Eugene 12
SANTA INFANZJA
Mejju 2018
Mit‑triq għall‑iscouts
M
eta Kevin, tfajjel Kolumbjan, wasal f ’waħda mid‑djar tal‑Fondazzjoni Hogares Claret imwaqqfa minn Dun Gabrijel Montoya, kien kważi għex ħajtu kollha fit‑toroq. It‑tfajjel irnexxielu jgħix billi jqalleb fiż‑żibel u jbigħ oġġetti li setgħu jiġu riċiklati. Kien jieħu d‑droga u spiss kien jidħol f ’xi ġlieda. Meta l‑ġenituri ta’ Kevin u ħuh akbar minnu mietu, l‑aħwa spiċċaw jgħixu waħedhom f ’raħal fil‑kampanja. Biex jgħixu kien ikollhom jisirqu, iżda jum fost l‑oħrajn is‑suldat li kien imqabbad jieħu ħsieb
ir‑raħal fejn kienu jgħixu l‑aħwa subien, żar id‑dar tagħhom. Qalilhom li s‑serq ma kienx permess u qatel lil ħu Kevin kiesaħ u biered, quddiem għajnejh stess. Minn dakinhar ’il quddiem, Kevin dejjem kien waħdu. Darba, meta spiċċa bla flus, mar fi knisja. Il‑qassis qallu li ma setax jgħinu, iżda mara li semgħet kollox, tat lil Kevin xi flus bil‑patt li jmur għand il‑pulizija. It‑tfajjel hekk għamel, u l‑pulizija ħaduh f ’waħda mid‑djar ta’ Hogares Claret f ’Medellin. Għall‑bidu Kevin xtaq jitlaq. Ma setax jidra jsegwi
diversi regoli li jimxu magħhom l‑iscouts, iżda wara xi ġimgħat beda jħossu tajjeb. Hu u sħabu kienu jitgħallmu ħafna affarijiet li kienu ser jiġu bżonn aktar tard f ’ħajjithom. Il‑ħajja fl‑iscouts għenet lil Kevin jirranġa ħajtu. Bħala scouts is‑subien jitgħallmu jkunu responsabbli, isiru mexxejja tajbin u juru simpatija. Kevin u sħabu bdew jaraw lilhom infushom f ’dawl ġdid u jsiru konxji ta’ x’jistgħu jagħmlu għalihom infushom waħedhom u bl‑għajnuna tal‑oħrajn. Għall‑ewwel darba f ’ħajtu Kevin sab lil min jifhmu u jgħinu, u ħbieb 13
SANTA INFANZJA
Mejju 2018
li jħobbuh u jirrispettawh. Issa seta’ jippjana l‑futur tiegħu. Jixtieq ħafna jitgħallem isajjar, iżda l‑vera ħolma tiegħu hija li jsir futboler professjonali. Ħafna huma l‑ġuvintur li minkejja li jkunu temmew żmienhom fid‑dar, jibqgħu jmorru jgħinu lil subien oħra li darba huma stess kienu fl‑istess sitwazzjoni tagħhom. Fosthom hemm ġuvni li jżur id‑dar fejn hemm Kevin darba fil‑ġimgħa, u jaqta’ x‑xagħar ta’ min ikun jixtieq, filwaqt li jgħallem is‑sengħa ta’ barbier
lil dawk interessati. Dun Gabrijel, li meta kien tifel kien fl‑iscouts, iqis il‑metodi u r‑regoli tal‑iscouts bħala
parti mit‑terapija li tgħin lit‑tfal u liż‑żgħażagħ li jaslu fid‑djar tal‑Fondazzjoni Hogares Claret.
Kif tista’ tista’ Kif tgħin tgħin lit‑tfal lit‑tfal fil‑missjoni: fil‑missjoni:
€30 – uniformi u materjal tal‑iskola għal 6 itfal
€58 – 6 xhur terapija kontra t‑tuberkolożi għal tifel jew tifla morda
€102 – magna tal‑ħjata
€200 – trasport lejn
€1,500 – bini ta’ ‘toilets’
u banketta għal tfajla sfruttata biex taqla’ x’tiekol
l‑isptar għal nisa tqal li jgħixu f’żoni remoti
fi skejjel
14
Mejju 2018 SANTA INFANZJA
Child Sponsorship
CHILD SPONSORSHIP €150 ‑ edukazzjoni, kura tas‑saħħa u ilma tax‑xorb nadif għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn. Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom. Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB!
Modi kif tista’ tgħin
Ċekk indirazzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.)
Bank Transfer IBAN: MT88VALL22013000000010202698019 Swift Code: VALLMTMT IBAN: MT47APSB77024000112420000026142 Swift Code: APSBMTMT IBAN: MT26MMEB44336000000033079070001 Swift Code: MMEBMTMT IBAN: MT18BNIF14502000000000095400101 Swift Code: BNIFMTMT (Min jagħmel donazzjoni f'wieħed minn dawn il‑kontijiet jibagħtilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.)
Donazzjoni b’SMS • 50617374 ‑ €2.33 • 50618820 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.) Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar • 51602062 ‑ €10 • 51702063 ‑ €15 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)
Jew iżżur il‑websajt www.missio.org.mt
• 51802064 ‑ €25 u kklikkja fil‑parti Donations.
15
Mejju 2018
ESPERJENZA MISSJUNARJA – MONS. SALVINU MICALLEF
Ma’ Isqfijiet Maltin fil‑Ħonduras
I
l‑Ħonduras huwa pajjiż ieħor fl‑Amerika Ċentrali; pajjiż kbir mimli foresti, muntanji u widien. It‑toroq prinċipali huma tajbin. Ħafna mill‑art hija propjetà ta’ sidien kbar li jikruha lill‑bdiewa jew iħaddmuhom fuqha bi ħlas ta’ pagi verament baxxi. Protesti u ġlied kbir bejn bdiewa u sidien huma ħwejjeġ komuni. Bħal pajjiżi oħra tal‑Amerika Ċentrali, mijiet ta’ eluf, li jaqbżu sew il‑miljun, daħlu fl‑Amerika ta’ Fuq, ħafna minnhom illegalment, biex ifittxu x‑xogħol. Dawn qed imantnu lill‑familji tagħhom li huma fost l‑aħjar ekonomikament u anki sors ewlieni għall‑ekonomija tal‑pajjiż. Ix‑xogħol fil‑Ħonduras huwa nieqes ħafna u l‑ħolma taż‑żgħażagħ hija li jemigraw jew b’xi mod imorru jgħixu fl‑Istati Uniti. Il‑Ħonduras huwa wkoll magħruf għall‑vjolenza mifruxa li hemm fih. Jingħad li jkun hemm mat‑tmintax‑il omiċidju kuljum. Il‑pajjiż mimli gruppi li jaħdmu, jiġġieldu u joqtlu fuq id‑droga. Dawn jipprovdu mijiet ta’ sikari jew persuni li jinkrew biex joqtlu. U dawn m’għandhom skrupli ta’ xejn biex jeliminaw lil min 16
iridu. Fl‑istess waqt irridu ngħidu li n‑nies tal‑Ħonduras huma poplu mħallat ħafna, u għalhekk aħna ma kellniex problemi għax ħasbuna ġejjin mill‑pajjiż stess. Huma nies reliġjużi ħafna, pjuttost mistħija, dħulin u jilqgħuk b’qalb kbira. Il‑knejjes kullimkien issibhom mimlija bin‑nies u s‑servizzi liturġiċi jkunu animati sewwa bil‑korijiet u l‑mużika, katekisti u ministri tal‑Ewkaristija. Il‑Knisja fil‑Ħonduras, bil‑limitazzjonijiet tagħha ta’ saċerdoti quddiem il‑kobor tal‑pajjiż u l‑firxa ta’ komunitajiet Insara fil‑muntanji, qed tagħmel biċċa xogħol tajba u għaqlija, bit‑taħriġ ta’ katekisti u ‘ministrantes’ għal‑liturġija li jmexxu dawn il‑komunitajiet.
fid‑djoċesi tiegħu ta’ Comayagua, li qabel kienet il‑kapitali tal‑Ħonduras. L‑Isqof Camilleri jżomm stil ta’ ħajja sempliċi ħafna; isuq hu stess il‑vann tiegħu, iqaddes kuljum fil‑katidral u jagħmel l‑omelija, billi l‑quddiesa tkun imxandra fuq ir‑radju tad‑djoċesi, u jagħti taħditiet lill‑katekisti waqt korsijiet ta’ taħriġ għalihom li jsiru f ’ċentru kbir li joffri akkomodazzjoni għal mija u sittin persuna u li nbena mill‑isqof stess. Impressjonanti huwa l‑mużew tal‑arti li jagħmel parti mid‑dar tal‑isqof u li fih dan ġabar xogħlijiet sbieħ ta’ skultura, pittura u oġġetti sagri propjetà tad‑djoċesi. Mons. Camilleri għandu wkoll is‑seminarju tiegħu, li aħna żorna, u hemm tkellimna u kilna mas‑seminaristi. Żorna wkoll, f ’parti oħra tad‑djoċesi, dar
Dħalt fil‑Ħonduras flimkien maż‑żewġt irġiel li kelli miegħi, wara li qsamt il‑fruntiera mill‑Gwatemala bil‑karozza, u wara vjaġġ ta’ tmien sigħat. Sibt lill‑Isqof Robert Camilleri jistennieni ħdejn stazzjon Mal‑Isqof Robert u r‑Rettur fis‑seminarju tal‑petrol tad‑Djoċesi ta’ Comayagua.
Mejju 2018
fejn sibna għaxar ġuvintur qegħdin ilestu s‑sena ta’ formazzjoni qabel jidħlu fis‑Seminarju Maġġuri. Mal‑Isqof Camilleri kellna wkoll l‑opportunità li nżuru dar tas‑Sorijiet ta’ Madre Tereża fejn iżommu trabi, tfal, tfajliet bi problemi u anzjani. L‑iżgħar tarbija li kellhom qatlulha l‑ġenituri tagħha ftit ġranet qabel fuq intriċċi ta’ traffikar tad‑droga. Żorna wkoll sptar kbir li jagħti s‑servizzi kollha b’xejn, immexxi minn patrijiet Franġiskani Amerikani u li hu sponsorjat minn benefatturi u kumpaniji Amerikani. Imma żgur nibqa’ niftakar it‑tixriba li ħadt flimkien mal‑isqof
u folla nies, meta ġurnata minnhom ġiet organizzata l‑Via Sagra bix‑xbieha tar‑Redentur matul it‑toroq ta’ madwar il‑katidral. Meta Patri Anġ waqt iż‑żwieġ ta’ koppja; kollox wasalna fis‑seba’ b’sempliċità kbira. stazzjon infetħu bwieb is‑sema u kellna għall‑ikla ta’ nofsinhar. niġruha lura lejn il‑katidral Wara, mill‑ewwel tlaqna għal imxarrbin għasra. Wara ftit raħal fil‑muntanji, wieħed ta’ konfużjoni l‑Via Sagra mill‑ħamsin raħal li għandu tkompliet fil‑katidral. fil‑parroċċa, biex niċċelebraw quddiesa u s‑sagrament Matul il‑jiem li għamilt taż‑żwieġ lil koppja. mal‑Isqof Camilleri kelli Iċ‑ċelebrazzjoni taż‑żwieġ mmur nagħmel jumejn tispiċċa billi l‑għarus jagħti ma’ Patri Angelo Falzon, ponn muniti lill‑għarusa Franġiskan bħala ġest simboliku li min‑Naxxar, hu jwiegħed li jmantni li sirt naf lilu lil dik li ħa jieħu b’martu u lill‑familja sal‑mewt. Wara l‑quddiesa tiegħu meta konna mistednin għall‑ikel; kont Arċipriet brodu u tiġieġ, fid‑dar fin‑Naxxar. La tal‑ġenituri tal‑għarusa. hu u lanqas jien Konna biss aħna, l‑għarajjes ma mmaġinajna u l‑familji tagħhom. L‑għada, dak iż‑żmien li il‑Ħadd filgħodu kmieni, Mal-abbatini tal-parroċċa ta’ Patri Anġ. għad niltaqgħu bdejna vjaġġ għal raħal fil‑parroċċa ta’ La ieħor fil‑muntanji. Hemm Paz fil‑Ħonduras, għamilna sagħtejn inqarru fejn issa ilu iktar waqt li l‑kor kien qed ikanta minn ħamsa u u l‑katekisti kienu qed jaqsmu għoxrin sena. ftit ħsibijiet għar‑Randan Meta wasalna mal‑kongregazzjoni. Wara fil‑parroċċa ċċelebrajna l‑quddiesa fi tiegħu, wara knisja mballata bin‑nies, li vjaġġ ta’ siegħa ħadet siegħa u nofs. Is‑sabiħa u nofs, laqgħuna hi, li n‑nies jistennew, Waqt il‑Via Sagra bl‑istatwa tar‑Redentur, bir‑ravjul li fil‑quddiesa tal‑Ħadd ftit qabel ma bdiet nieżla xita qliel. 17
Mejju 2018
ESPERJENZA MISSJUNARJA – MONS. SALVINU MICALLEF
stajna nagħtuh elf Ewro biex ibiddel is‑saqaf ta’ waħda minn dawn il‑kappelli.
Gauci, mill‑Għargħur. Ikolli ngħid li ma tantx jilbes ilbies ta’ patri, imma indunajna li jafu kulħadd, isellimlu kulħadd u maħbub minn kulħadd. Każ ċar li jipprova kemm mhux il‑libsa li tagħmel il‑patri, jew il‑qassis. Patri Bert dawwarna l‑istadju kbir li bena, li fuqu kienu għamlu programm tal‑BBC. Morna l‑ħabs, li bena hu stess ukoll, fejn stajna nidħlu u nitkellmu mal‑ħabsin, madwar disa’ mija b’kollox. Żorna wkoll diversi knejjes u swali li nbnew bil‑ħila tiegħu. Patri Bert kellu wkoll l‑għaqal li jibni fabbrika li tagħmel il‑ħobż u li tħaddem tletin raġel. B’hekk qed jagħti impjieg lil tletin persuna, joffri ħobż bi prezz ridott, jipprovdi ħobż għad‑Djar tal‑Knisja u jibqagħlu ftit fondi għall‑proġetti tiegħu. L‑iktar proġetti għal qalbu huma l‑orfanatrofju, fejn jinżammu tfal u żgħażagħ abbandunati, u d‑dar fejn hemm numru kbir ta’ anzjani li m’għandhom lil ħadd min
Xtaqna noqogħdu iżjed ma’ Patri Fil‑famuż stadju ma’ Patri Bert. Anġ, imma kien baqgħalna is‑saċerdot jagħmel omelija l‑aħħar appuntament ta’ mill‑inqas nofs siegħa. fil‑Ħonduras, mal‑Isqof Joe F’Malta din, ukoll jekk Bonello, Franġiskan ukoll, tgħidha biss, hi ereżija, imma mix‑Xagħra, Għawdex. Meta wieħed irid jifhem li dawn wasalna lura fid‑Djoċesi in‑nies jaraw lis‑saċerdot u ta’ Comayagua, lill‑isqof jkollhom quddiesa darba kull sibnieh jistenniena fid‑dar tliet xhur. Dan il‑ġiri sfrenat tal‑Isqof Camilleri biex biex ilaħħaq ma’ ħamsin raħal nibdew il‑vjaġġ ta’ ħames u jara li kull komunità jkollha sigħat lejn Olanchio, l‑kappella tagħha u l‑katekisti id‑djoċesi tiegħu. Tlaqna u l‑ministri tal‑liturġija bl‑istatwi tal‑Madonna tagħha, huwa l‑ħajja ta’ tal‑Karmnu u Kristu mejjet kuljum ta’ Patri Anġ, u bħalu fuq wara tal‑vann li l‑isqof kappillani oħra fil‑pajjiż. kien qed jieħu lura wara li Bħal f ’sitwazzjonijiet simili ġew irrestawrati. Olanchio fl‑Afrika u fl‑Indja, wieħed hija djoċesi enormi. Bħala malajr jifhem għaliex Missio territorju hija ikbar minn jappella biex benefatturi El Salvador u hija maqsuma jitħajru jisponsorjaw kappella f ’erbatax‑il parroċċa. għal komunità Nisranija Immaġina l‑kobor ta’ kull f ’raħal bħalma għandu waħda minn dawn Patri Anġ. Wieħed jifhem il‑parroċċi! Uħud ukoll, kif rajt jien meta minnhom daqs vvjaġġajt miegħu biex naslu tlettax‑il darba f ’dawn l‑irħula, il‑bżonn ikbar minn Malta ta’ vettura b’saħħitha li u b’territorju tiflaħ għal toroq kollha muntanjuż. tajn, ġebel u ħofor. Patri L‑għada li Anġ apprezza u rringrazzja wasalna Olanchio, Mal‑Isqof Bonello waqt il‑ħin tax‑xogħol lil dawk il‑benefatturi li għamilna ġurnata fl‑iskola tas‑snajja’. bid‑donazzjoni tagħhom ma’ Patri Bert 18
Mejju 2018
jieħu ħsiebhom. Għal Patri Bert dawn iż‑żewġt idjar huma miraklu li jiġri kuljum tal‑providenza. Anki hu, jgħix u jiekol milli l‑Bambin jipprovdilu. Ftit iħabbel rasu u jidher li l‑Isqof Bonello sikwit jipprovdilu hu. Iżda l‑apprezzament tal‑belt għall‑ħidma bla waqfien ta’ Patri Bert jidher ukoll permezz ta’ monument bil‑bust tiegħu fi pjazza fil‑belt. Mal‑Isqof Bonello kellna mumenti sbieħ, bħaż‑żjara tagħna fiċ‑Ċentru Pastorali msemmi għal Patri Diegu, Franġiskan Malti li miet f ’inċident tat‑traffiku, bħall‑quddiesa u ż‑żjara għand is‑Sorijiet Klarissi li ferħu bina u lestewlna kolazzjon tajjeb ferm, bħaż‑żjarat fi skola tad‑djoċesi fejn hemm tfal u żgħażagħ bi bżonnijiet speċjali, fosthom bl‑awtiżmu, u fi skola teknika fejn mijiet ta’ żgħażagħ jitgħallmu xi sengħa, fosthom ta’ mastrudaxxa u ta’ welder. Dawn iż‑żgħażagħ jagħmlu wkoll xi oġġetti biex jinbiegħu u hekk iġibu fondi għall‑iskola. F’din l‑iskola, u anki f’diversi parroċċi, hemm il‑proġett tal‑purifikazzjoni tal‑ilma, proċess li bih jittella’ ilma mill‑ispiera u jiġi ppurifikat biex jitqassam lill‑entitajiet tad‑djoċesi u wkoll biex jinbiegħ bħala mezz ta’ ġbir ta’ fondi.
Maż‑żgħażagħ li rċevew is‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof fi knisja fuq il‑muntanji fil‑Ħonduras.
Imma forsi l‑isbaħ ġurnata u l‑iktar waħda ta’ strapazz għalina kienet meta fis‑sitta ta’ filgħodu tlaqna bil‑vann tal‑Isqof biex immorru l‑ewwel fil‑Parroċċa ta’ San Ġlormu u wara nkomplu fil‑muntanji lejn ir‑raħal ta’ San Antonio, vjaġġ li ħadilna erba’ sigħat. Hawnhekk l‑isqof kellu jagħmel il‑Griżma tal‑Isqof lil ħamsin żagħżugħ minn ħmistax‑il sena ’l fuq u l‑Magħmudija lil erba’ adulti. L‑isqof, flimkien mal‑kappillan, ried iqarar lil kulħadd u wara jiċċelebra l‑quddiesa bil‑Magħmudija u l‑Griżma tal‑Isqof. Wara ż‑żewġ funzjonijiet ġabulna platt ross u tiġieġ (bħal dejjem) li ħadniehom bilqiegħda fuq il‑bankijiet tal‑knisja. Insomma, din il‑mawra ħaditilna mis‑sitta ta’ filgħodu sas‑sitta ta’ filgħaxija, tmien sigħat minnhom nixxenglu matul il‑vjaġġ. L‑għada, il‑ġurnata meta kellna nibdew il‑vjaġġ tagħna
lura lejn Malta, l‑isqof kellu jagħmel vjaġġ simili u jagħmel il‑Griżma f ’żewġ parroċċi oħra. Hekk rajna kif jgħix isqof f ’pajjiż bħall‑Ħonduras, fi djoċesi kważi sebgħin darba ikbar minn Malta. Isuq u jivvjaġġa waħdu, ħafna ġranet irid jorqod fejn joffrulu fil‑parroċċi, ’l bogħod minn daru, qalb il‑muntanji jew ġol‑widien, irid iħejji l‑ikel tiegħu hu stess u jagħmel xogħol pastorali bħal kull kappillan u saċerdot fid‑djoċesi. Kienet żjara ta’ għoxrin ġurnata b’kollox, fil‑Gwatemala u l‑Ħonduras. Iltqajna ma’ sitt missjunarji Maltin u Għawdxin, fosthom żewġ isqfijiet. Xtaqna kellna iktar żmien, imma kien biżżejjed biex naraw il‑ħidma li qegħdin iwettqu dawn ħutna u tlabna u fraħna magħhom, ukoll bil‑ftit għajnuna li tajniehom mill‑fondi miġburin mingħand il‑benefatturi ta’ Missio. 19
Mejju 2018
Honoré de Balzac (1799‑1850) kien awtur Franċiż. Kien ukoll għal xi żmien kritiku u ġurnalista. Huwa meqjus bħala wieħed mill‑fundaturi tal‑realiżmu fil‑letteratura Ewropea. Il‑kitbiet tiegħu influwenzaw ħafna kittieba famużi, fosthom Charles Dickens, kif ukoll lil xi filosfi importanti u diversi produtturi tal‑films. Ħafna mix‑xogħlijiet tiegħu nħadmu f’films u għadhom sal‑lum il‑ġurnata jispiraw kittieba oħra. Huwa kien ifittex li jippreżenta fil‑karattri tiegħu nies reali. Balzac sofra minn ħafna problemi ta’ saħħa tul ħajtu kollha, aktarx minħabba l‑iskeda intensa tal‑kitba. Jingħad li kien iħobb jikteb fis‑sigħat bikrin ta’ filgħodu. Fis‑sena 1850 iżżewweġ lill‑maħbuba ta’ ħajtu, il‑Pollakka Ewelina Hanska. Huwa miet f’Pariġi ħames xhur wara.
Ritratt: Bejjiegħa tal‑ħaxix b'bintha fuq daharha f 'wieħed mis‑swieq ta' Bamako, il‑belt kapital tal‑Mali.
20
Mejju 2018
“Il‑qalb ta’ omm hija abbiss fond li fil‑qiegħ nett tiegħu dejjem issib il‑maħfra.” Honoré de Balzac
21
Mejju 2018
QADDIS TAX‑XAHAR – EMANUEL MICALLEF
SAN FILIPPU NERI L‑Appostlu ta’ Ruma
I
t‑tieni wild fost erbgħa tan‑Nutar Francesco Neri u n‑Nobbli Lucrezia da Mosciano, kien Filippu Romolo li twieled nhar it‑22 ta’ Lulju 1515. Ta’ 5 snin, Filippu tilef lil ommu, imma n‑nieqes ta’ mewtha pattietu t‑tieni omm li rabbiet lilu u lil ħutu b’imħabba kbira. Sa minn meta kien għadu żgħir, Filippu kellu ġibda straordinarja lejn il‑ħwejjeġ ta’ Alla, u devozzjoni lejn il‑Madonna. F’żgħożitu huwa mar joqgħod ma’ zijuh ġuvni u kien jgħinu fin‑negozju f ’San Germano, f ’riġlejn il‑famuża Abbazija Benedittina f ’Cassino. It‑talb kien in‑nifs ta’ ħajtu. Filippu ħass is‑sejħa li jitlaq lejn Ruma u telaq ta’ fuqu senduqu. Laqgħu wieħed Fjorentin, tah kamra bħala kenn u bukkun bil‑patt li jeduka liż‑żewġ uliedu. Filippu għamel ħafna karitajiet mal‑fqar u kien iżur lil Injazju minn Loyola, Karlu Borromeo u Kamillu De Lellis, li ’l quddiem il‑Knisja ivvenerathom bħala qaddisin kbar. Waqt wieħed mill‑iljieli li għadda jitlob 22
fil‑katakombi ta’ San Bastjan f ’lejlet Pentekoste, kellu esperjenza sopranaturali, liema esperjenza għamlitu aktar miftuħ għal min hu fil‑bżonn. Kien imħeġġeġ għax‑xandir tal‑Bxara t‑Tajba. Xi żgħażagħ kienu jiżżufjettaw bih, imma hu kien ikompli magħhom u jirbaħhom bis‑simpatija tiegħu. Kien jgħidilhom biex jgħixu ħajja feliċi u jaħarbu d‑dnub. Biex il‑ġid spiritwali jkompli joktor, Filippu sar saċerdot, u barra li kien appostlu tal‑konfessinarju, għen lil ħafna żgħażagħ b’pariri siewja u direzzjoni għall‑ħajja. Hekk twieldet il‑Kongregazzjoni tal‑Oratorjani. San Filippu Neri ħeġġeġ id‑devozzjoni lejn il‑Madonna f ’din il‑kongregazzjoni u kien jgħid: “Marija hija l‑imħabba tiegħi, il‑konsolazzjoni tiegħi; ommi. Kunu afu wliedi u emmnu fiha għax jien naf li m’hemmx mezz aktar qawwi biex tiksbu l‑grazzja mingħand Alla ħlief bid‑devozzjoni lil Marija”. Għall‑ġid kbir li kien għamel Filippu l‑Papa Klement VIII
ried jagħmlu kardinal, imma Filippu m’aċċettax għaliex ma xtaqx unuri. L‑għajta li ħarġet minn fommu kienet: “Preferisco il Paradiso”, waqt li għolla l‑kappell kardinalizzju li kien bagħatlu l‑Vigarju ta’ Kristu. F. Mangion f ’artiklu tiegħu jgħid: “60 sena biss wara l‑mewt tal‑qaddis Filippu Neri, Malta kienet ixxurtjata li esperjenzat fil‑Birgu l‑preżenza tal‑ewwel komunità ta’ erba’ saċerdoti li segwew il‑metodu u l‑ispirtu ta’ San Filippu Neri, suġġetti għall‑ġurisdizzjoni tal‑isqof. Aktar tard, fl‑1662, twaqqfet komunità oħra tal‑Oratorjani fl‑Isla”.
Mejju 2018
Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ Ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:
Isem u kunjom: Indirizz:
Belt/ Raħal:
Kodiċi Postali:
Tel: NB. kull Quddiesa tiswa €5 u l‑Quddies jitqaddes kollu fil‑pajjiżi tal‑missjoni. Fl‑ewwel Ġimgħa tax‑xahar, Missio jiċċelebra quddiesa li tkun għal ruħ il‑benefatturi, li matul ħajjithom ikunu għenu l‑missjoni u għamlu karità ma’ min hu fil‑bżonn. Din tkun fit‑8:30am fir‑4 sular ta’ Missio l‑Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jattendi. 23
AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA
Mejju 2018
Il‑Papa u t‑tfal
P
apa Franġisku, imlaqqam il‑Papa tas‑Sorpriżi, mar iżur b’sorpriża lit‑tfal fl‑isptar tat‑tfal ‘Ġesù Bambin’. Il‑Papa żar sezzjoni mill‑isptar tal‑Vatikan f ’Palidoro fit‑Tramuntana ta’ Ruma. Huwa żar diversi swali jsellem lit‑tfal u lit‑trabi rikoverati, u fl‑istess ħin joffri kliem ta’ faraġ lill‑ġenituri li qed jgħinu lil uliedhom iħabbtu wiċċhom ma’ dawn l‑isfidi diffiċli. F’wieħed mid‑diskorsi tiegħu, Papa Franġisku ħeġġeġ lit‑tfal biex jitolbu quddiem Ġesù Bambin. Qalilhom li għandhom jitolbu flimkien mal‑familjari tagħhom u jħallu lilhom infushom
jinġibdu bit‑tenerezza ta’ Ġesù Bambin, li twieled fil‑faqar biex jagħtina mħabbtu. F’Diċembru Papa Franġisku ddeċieda li jiċċelebra għeluq il‑81 sena tiegħu mat‑tfal rikoverati fl‑isptar Santa Marta, bil‑pizza! F’diskors ieħor minn tiegħu indirizzat liż‑żgħażagħ, huwa qalilhom biex ikunu Samaritani żgħar, li qatt ma jgħaddu minn ħdejn xi ħadd fil‑ġenb tat‑triq bla ma jgħinuh. Huwa ħeġġeġ liż‑żgħażagħ biex ikunu protagonisti tal‑Knisja u għandhom jieħdu bħala eżempji lis‑Sammaritan
it‑Tajjeb, lil Xmun iċ‑Ċirinew, lil Żakkew u lil Marija Maddalena. Il‑Papa qal li fil‑ministeru tiegħu bħala isqof, huwa ra ħafna ideat tajbin f ’qalb u f ’moħħ iż‑żgħażagħ. Huwa ammetta li għall‑kuntrarju taż‑żgħażagħ, xi minn daqqiet l‑adulti jaqgħu lura fl‑affarijiet kif suppost għandhom dejjem ikunu.
27 kandidat lejn il‑qdusija 12‑il digriet li jirrigwardaw lil 22 raġel u 5 nisa minn 5 nazzjonijiet differenti. Dawn jikkonsistu fi 3 mirakli, martirju u 8 virtujiet erojċi. 19‑il kandidat, li jinkludu 3 mirakli u 16‑il Dun Patrick Peyton martirju, diġà ġew imressqa l‑Kardinal Angelo Amato, għall‑beatifikazzjoni, Prefett tal‑Kongregazzjoni l‑aħħar fażi qabel tal‑Kawżi tal‑Qaddisin, il‑Kanonizzazzjoni. Fost ressaq quddiem Papa it‑12‑il digriet hemm Franġisku t‑talba għal 27 il‑virtujiet erojċi ta’ raġel u mara, biex isiru Dun Patrick Peyton, qaddisin. Il‑Papa awtorizza Irlandiż magħruf bħala lill‑Kardinal biex iħabbar l‑‘Qassis tar‑Rużarju’ u
I 24
tal‑Kardinal Pollakk Stefan Wyszynski. It‑3 mirakli saru bl‑interċessjoni tal‑Franċiż Dun Giovanni Battista Fouque, tal‑Ispanjol Ġiżwita Dun Tiburzio Arnaiz Munoz u tal‑Veneżweljana Sor Marija Carmen Rendiles Martinez. Papa Franġisku awtorizza wkoll digriet fuq il‑martirju ta’ Dun Dio Teodoro Illera Del Olmo flimkien mal‑15‑il kompan tiegħu li nqatlu minħabba l‑fidi tagħhom matul il‑gwerra ċivili fi Spanja. ikompli f’paġna 26
Mejju 2018
DMD Auto Parts IMPORTERS AND DISTRIBUTORS OF ORIGINAL MECHANICAL AND BODY PARTS FOR KIA ‑ HYUNDAI ‑ CHEVROLET MODELS
384, Żabbar Road, Il‑Fgura, Malta. Tel: 2180 2130 Open: 9:00am ‑ 12:30pm, 4:00pm ‑ 7:00pm
Tel: (+356) 27495752 Fax: (+356) 27495752 Mob: (+356) 99495752 Email: dmdautoparts@onvol.net Website: www.dmdautoparts.com
www.raysjewellerymalta.com
tenderfresh BUTCHER
Tel: 21419757, Mob: 99471379 ‑ Mario PITKALI ROAD, ATTARD 25
AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA
Mejju 2018
Maħtuf darbtejn
D
un Maurizio Pallù, missjunarju Taljan ta’ 63 sena, kien maħtuf f ’Benin fin‑Nofsinhar tan‑Niġerja, nhar it‑13 ta’ Ottubru, festa tal‑Madonna ta’ Fatima. Huwa u żewġ ostaġġi oħra nħelsu ġimgħa wara. Dun Maurizio mar lura Firenze l‑Italja fejn qal lir‑Radju
tal‑Vatikan, li kien hemm mumenti fejn ħassu mbeżża’, iżda fl‑istess ħin kien iħoss li l‑Madonna kienet miegħu biex tgħinu. Minbarra lil Dun Maurizio, ħatfu miegħu wkoll fra Niġerjan u studenta Niġerjana. Din ma kinitx l‑ewwel darba li Dun Maurizio nħataf, għaliex aktar
kmieni fl‑2017 kien inħataf darba oħra. Il‑qassis jinsab konvint li Alla ser jeqred ix‑xogħol tax‑xitan.
Offiża għall‑Kattoliċi
F
’Manhattan ser tittella’ produzzjoni bl‑isem: ‘Jerry Springer: The Opera’. Il‑Kattoliċi jinsabu rrabjati ħafna, u għaddejja petizzjoni biex din il‑produzzjoni ma tittellax għaliex mhux talli tmur kontra t‑tagħlim ta’ Kristu, iżda wkoll twaqqa’ għaċ‑ċajt dak kollu li Kattoliku jemmen fih. F’din il‑produzzjoni, fost ħafna affarijiet li joffendu lil Alla u lill‑Kattoliċi, it‑tislib
ta’ Kristu jiġi mwaqqa’ għaċ‑ċajt u Ġesù huwa ppreżentat bħala l‑iben ipokrita ta’ tirann faxxista. Minbarra dan, Ġesù jkun imlibbes ħarqa u Alla huwa rrappreżentat minn persuna
ħoxna ħafna liebsa libsa bajda, u l‑ħin kollu jgerger li kulħadd qed iwaħħal fih għall‑problemi li għandu. F’din il‑produzzjoni hemm mara tkanta ‘Jerry Eleison’ biex iwaqqgħu għaċ‑ċajt il‑‘Kyrie Eleison’. Alla jistieden lil Jerry Springer jingħaqad miegħu fil‑ġenna biex jiggwidah u fl‑aħħar Jerry, u mhux Alla, joħroġ rebbieħ bħala s‑salvatur tal‑umanità.
Malta l‑Kapitali tal‑Ekumeniżmu
Ġ
ie mħabbar li l‑Papa u l‑Kunsill Ekumeniku tal‑Knejjes f ’laqgħa f ’Ġinerva għażlu lil Malta biex fis‑sena 2020 tkun il‑Kapitali tal‑Ekumeniżmu. Dan bir‑responsabbiltà li tħejji t‑tema u r‑riflessjoni għal Ġimgħa ta’ Talb 26
għall‑Għaqda Fost l‑Insara. Dun Hector Scerri, il‑President tal‑Kummissjoni Ekumenika Maltija, qal li dan huwa kemm privileġġ kif ukoll responsabbiltà kbira, għaliex l‑Insara Maltin u Għawdxin ser ikunu qed jaqsmu l‑esperjenza tal‑vjaġġ
ekumeniku tagħhom mal‑pajjiżi kollha tad‑dinja. ikompli f’paġna 28
Mejju 2018
MUSEUM CAFE 1921
EST
24, MELITA STREET, VALLETTA
Triq San Franġisk, San Ġwann Tel: 21 382 500 Mob: 9982 3120 Vanny's Hair Salon
Briffa International Funeral Service Offices Day: 84, Marsa Road Marsa Tel: 21237819 25, Market Place Tarxien Tel: 21896728 Night: 19, Ghost Str. Hamrun Tel: 21237509 Fax: 21232785 Mr. Lino Briffa Mob: 99492918
TELEPHONE
2124 2833
REUBEN’S AUTO DEALER Best Quality Cars & Properties Reuben Azzopardi Director 9, Joe Sciberras Street, Ħamrun
Mob: 7947 3113 27
AĦBARIJIET MID‑DINJA KOLLHA
Mejju 2018
D
un Anġelo Garcia Rodriguez, qassis Kattoliku ta’ 80 sena, f ’Diċembru li għadda fetaħ restorant f ’Madrid fejn jieħu l‑flus mingħand is‑sinjuri biex jitma’ lill‑foqra. Ta’ kull filgħaxija r‑restorant ikun mimli nies foqra, u huma u jidħku u jpaċpċu jiġu servuti l‑aqwa ikel minn koki famużi. Dan l‑ikel ikun tħallas min‑nies li jkunu kielu fl‑istess restorant matul
il‑ġurnata. Ir‑restorant Robin Hood sar l‑aktar restorant imfittex fi Spanja għall‑ikla ta’ nofsinhar. L‑istaff jaħdem fuq bażi volontarja. Il‑qassis, imlaqqam ‘Father Angel’, qal li huwa jrid li dawn il‑foqra jieklu b’dinjità daqs kwalunkwe konsumatur
Ritratt: H. Fraile JCCM ‑ CC
Ir‑restorant Robin Hood
ieħor b’tazzi tal‑kristal. Ta’ kull filgħaxija, aktar minn mitt persuna fil‑bżonn jieklu f ’dan ir‑restorant.
Kċina għall‑foqra
S
a mill‑età ta’ ħdax‑il sena Solomon beda jitma’ ’l‑foqra. Ommu kienet dejjem issajjar daqslikieku fid‑dar kienu jgħixu 30 ruħ. Fi triqtu lejn l‑iskola, Solomon, li trabba f ’komunità mimlija nies f ’dipressjoni għaliex
28
kienu jaħsbu li mhuma kapaċi għalxejn, kien iqassam pakketti tal‑ikel lil dawk fil‑bżonn. Minkejja li familtu ma kenitx waħda sinjura, it‑tifel kien jaf li kien fortunat li kellu saqaf fuq rasu, sodda fejn jorqod, ikel, ħwejjeġ u ħiter. Solomon
ried jagħmel aktar ma’ dawk anqas ixxurtjati minnu, u għalhekk fl‑2013, bla ebda fondi, waqqaf ‘soup kitchen’. Litteralment kien juża l‑paga tiegħu biex imexxi din il‑kċina, li llum il‑ġurnata tipprovdi ikel lil dawk li m’għandhomx biex jixtru x’jieklu. Ħabibtu Jennifer, li wkoll kienet f ’xifer il‑faqar, tmexxi l‑kċina li ta’ kuljum titma’ mat‑80 ruħ. Huma joffru wkoll is‑servizz ta’ bank tal‑ħwejjeġ. Dawk foqra jafu li jistgħu jitilgħu fis‑sular ta’ fuq il‑kċina, jinħaslu u jbiddlu tibdila ħwejjeġ nadifa. Il‑ħolma ta’ Solomon hija li jeqred il‑faqar għal kollox, tant li ma jkunx hemm bżonn aktar tas‑‘soup kitchen’ li waqqaf huwa stess.
Mejju 2018
Move with safety, ship with ease! To all parts of the world to/from Malta by road, trailer, door to door weekly service. We provide packing, storage, shipping, air freight, insurance for personal effects, antique furniture, works of art and commercial goods.
Premium Bakery 7, Ghost Street, Ħamrun. Owner: Fabio Camilleri Tel. 27379236 Mob. 77010816, 77032862.
MARIANNA STATIONERY 147, Triq il‑ParroĊĊa, Mellieħa ‑ MLĦ1060 Tel: 2152 2267 Email:mariannastationery@gmail.com
PRINTING BINDING LAMINATION TOYS HABERDASHERY HOUSEHOLD GOODS Opening Hours: Monday ‑ Saturday: 6.00am to 12.30pm ‑ 4.00pm to 7.30pm Sundays and Public Holidays: 6.00am to 12.30pm
Nick’s Agricultural Supplies All you need for agriculture
Jonathan Callus tel: 21465869 mob: 79296399 Mons Mikiel Azzopardi Str., Siġġiewi www.nickagriculture.com nickagriculture@hotmail.com 29
Mejju 2018
TLIFNA L‑ĦADD – DUN CHARLES BUTTIGIEG
In‑Nisrani u Jum il‑Mulej
Il‑Quddiesa tal‑Ħadd Meta għoxrin sena ilu kont bdejt il‑ministeru saċerdotali tiegħi f ’parroċċa qrib ħafna tal‑Vatikan, kont bqajt skantat bir‑rata baxxa ta’ 17 fil‑mija biss tal‑attendenza tal‑parruċċani għall‑quddiesa tal‑Ħadd. Il‑kappillan kien qalli li l‑medja f ’Ruma ta’ dak iż‑żmien kienet ta’ xi 15 fil‑mija. Dan bdejt iktar nifhmu meta bdejt nara n‑nies fil‑jum tal‑Ħadd imorru jistrieħu f ’postijiet kwieti barra mill‑istorbju tal‑belt ta’ Ruma, oħrajn aljenati bil‑futbol fejn l‑istadju Olimpiku li kien tefgħa ta’ ġebla ’l bogħod mill‑parroċċa, kien ta’ kull nhar ta’ Ħadd jattira folla ta’ madwar 55 elf ruħ għat‑timijiet ta’ Roma u ta’ Lazio. Oħrajn kien ikollhom ix‑xogħol u oħrajn, li kienu ħafna, kienu jibqgħu indifferenti d‑dar u ma jiġux il‑knisja. Dan juri kemm is‑sekulariżmu 30
ta’ żmienna huwa l‑isfida tal‑evanġelizzazzjoni l‑ġdida mixtieqa tant mill‑Knisja. Fil‑fatt, ir‑rata ta’ nies li jistqarru li jemmnu f ’Alla fl‑Ewropa hija ta’ 79 fil‑mija. L‑attendenza tal‑quddiesa tal‑Ħadd tbaxxiet f ’diversi pajjiżi. F’Malta żgur li tlifna 10 fil‑mija oħra mill‑aħħar ċensiment tal‑quddies li kien sar għaxar snin ilu, fl‑Irlanda 44 fil‑mija, fil‑Polonja 42 fil‑mija, fl‑Istati Uniti 28 fil‑mija, fl‑Italja 15 fil‑mija, fl‑Awstralja 14 fil‑mija, fi Spanja u fil‑Ġermanja 13 fil‑mija u fi Franza 10 fil‑mija. Dan kollu qed juri li sfortunatament l‑Insara qegħdin jitilfu l‑Ħadd li huwa Jum il‑Mulej, u għalhekk tajjeb nerġgħu nirriflettu flimkien xi jfisser dan il‑‘jum’ tant għażiż għall‑Mulej.
Jum il‑Mulej Il‑bniedem hu msejjaħ sabiex
jagħti qima kemm privata, kemm pubblika u kemm komunitarja lil Alla. Fl‑Antik Testment il‑poplu t’Alla kien mitlub biex iħares ġurnata fil‑ġimgħa, il‑jum tas‑Sibt, kif naraw fil‑Ktieb tal‑Eżodu (31:12‑17): “Ikun sinjal għal dejjem bejni u bejn ulied Iżrael, għaliex f’sitt ijiem għamel il‑Mulej is‑smewwiet u l‑art u fis‑seba’ jum waqaf mix‑xogħol u strieħ”. Wara l‑qawmien ta’ Ġesù mill‑mewt il‑Knisja tal‑bidu ttrasferiet il‑jum qaddis mis‑Sibt għall‑Ħadd, il‑jum li fih qam il‑Mulej. Matul is‑snin il‑Knisja żiedet ukoll għadd ta’ festi kmandati. Il‑liġi Kanonika tal‑Knisja f’Kanoni 1247, titlob li f’dawn il‑ġranet l‑Insara: “Jattendu għas‑sagrifiċċju tal‑quddiesa u wkoll jastjenu mix‑xogħol u n‑negozju li jtellef il‑qima li għandha tingħata lil Alla, il‑ferħ li jixraq lil Jum il‑Mulej jew il‑mistrieħ meħtieġ tal‑moħħ u tal‑ġisem”. Għalhekk il‑mistrieħ mhux skop fih innifsu, iżda jservi sabiex il‑bniedem isib aktar ħin u libertà li jqaddes dan il‑jum. Kif juri tajjeb fl‑Ewwel Apoloġija numru 67, San Ġustinu Martri (100‑165 AD), fejn jikteb kif l‑Insara kienu jinġabru għal‑liturġija għall‑qari, għall‑bewsa tal‑paċi, l‑offertorju,
Mejju 2018
MINN APRIL 2018 FUQ Is‑Sibt fl‑16:00
Żambja 2017
31
Mejju 2018
il‑konsagrazzjoni tal‑ħobż u l‑inbid, u għat‑tqarbin fil‑Jum tal‑Ħadd – f’Jum ix‑Xemx. L‑istess ħsibijiet dwar Jum il‑Mulej insibuhom fil‑kitbiet ta’ San Injazju t’Antijokja u d‑‘Didache’ f’numru 14: “F’Jum il‑Mulej inġabru għall‑qsim il‑ħobż u għar‑radd il‑ħajr, wara li tkunu stqarrejtu dnubietkom, biex is‑sagrifiċċju tagħkom ikun safi”.
Ix‑Xogħol u l‑Mistrieħ Il‑bniedem għandu s‑setgħa mogħtija minn Alla stess li jaħkem, jibdel u jisfrutta l‑ħolqien kif naraw fl‑ewwel kapitli tal‑Ġenesi. Il‑bniedem huwa minnu nnifsu ħaddiem għax għandu l‑kapaċità li jħaddem ir‑riżorsi naturali u jużahom għall‑interess u l‑progress tiegħu. Bl‑opra tal‑fidwa Kristu qaddes ix‑xogħol tal‑bniedem u għamlu mhux biss tisħib ma’ Alla fl‑opra tal‑ħolqien, iżda wkoll tisħib miegħu fl‑opra tal‑fidwa. Il‑ħaddiem jista’ jsieħeb it‑tbatija ta’ xogħlu mas‑salib ta’ Kristu u joffriha bħala att ta’ mħabba lil Alla u lil ħutu. Max‑xogħol hu meħtieġ ukoll il‑mistrieħ biex il‑bniedem jikkonsagra ħidmietu lil Alla. Il‑mistrieħ jista’ jservi wkoll biex il‑bniedem isib is‑skiet, jirrifletti u jiddedika ħinu għall‑familja jew għall‑proxxmu tiegħu. Naturalment il‑mistrieħ hu 32
TLIFNA L‑ĦADD – DUN CHARLES BUTTIGIEG
meħtieġ ukoll biex il‑ħaddiem iserraħ ġismu u moħħu biex jikseb enerġija ġdida ħalli jkompli f ’xogħlu. Fil‑fatt fl‑Antik Testment insibu l‑liġijiet tal‑Ġublew u tas‑sena Sabbatika kif naraw fl‑Eżodu 23: 10‑11 Jidher li din il‑prattika kienet diġà eżistenti fl‑Assirja u f ’Kanann kif jidher mit‑testi ta’ Ugarit. Fis‑7 ta’ Marzu tas‑sena 321 A.D. l‑Imperatur Kostantinu ordna li ma jsir ebda xogħol nhar ta’ Ħadd, u għalhekk ikun jum ta’ mistrieħ spiritwali għall‑Insara. Fil‑Knisja l‑ewwel Kanoni Konċiljari dwar il‑mistrieħ tal‑Ħadd huwa l‑Kanoni 29 tas‑Sinodu ta’ Laodikija fis‑sena 343.
ma’ nżul ix‑xemx tal‑Ġimgħa u jintemm s‑Sibt filgħaxija malli jibda jidlam u jidhru tliet kwiekeb. Għall‑poplu Lhudi l‑mistrieħ tas‑Sibt kellu rabta kbira mal‑ħelsien mill‑jasar tal‑Eġittu. Huwa fuq kollox jum qaddis kif naraw fl‑Eżodu 35:1‑3. F’jum is‑Sibt kienu pprojbiti 39 tip ta’ xogħol, fosthom ix‑xogħol fir‑raba’, it‑tisjir, il‑ħasil, il‑ħjata, il‑kitba u l‑bini. Anke għall‑poplu tar‑rabta l‑ġdida, il‑mistrieħ f ’Jum il‑Ħadd juri l‑ħelsien li Kristu ta lill‑bniedem bil‑mewt u l‑qawmien tiegħu. Għalhekk, lanqas ix‑xogħol m’għandu jkun ta’ jasar għall‑bniedem u jtellfu milli jkollu relazzjoni ma’ Alla. Permezz tat‑tqaddis ta’ Jum il‑Ħadd il‑bniedem jilqa’ mingħand Alla dak li pprovdielu f ’ġimgħa xogħol, u ma’ Kristu jerfa’ l‑piż tat‑tbatija bħala twettiq tar‑rieda tal‑Missier.
Jum il‑Mulej fil‑Bibbja Fl‑Antik Testment il‑ligi tal‑mistrieħ f ’Jum is‑Sibt kif espress b’mod ċar fit‑tielet kmandament, kienet tgħodd anke għal dawk l‑inqas stmati fis‑soċjetà, speċjalment l‑ilsiera, kif insibu fl‑Eżodu (20:10): “Dak in‑nhar ma tagħmel ebda xoghol la int, la ibnek, la l‑ilsir jew l‑ilsira tiegħek, la l‑bhejjem u lanqas il‑barrani li jkun f ’darek”. Dan is‑Sibt jibda
Il‑Ħadd għal Alla u għall‑Bniedem L‑atteġġjament ta’ Ġesù rigward il‑liġi tas‑Sibt kien aktar ta’ osservanza tal‑ispirtu tal‑liġi milli osservazzjoni legalistika u ritwalistika. Ġesù kien imur is‑sinagoga nhar ta’ Sibt bħal‑Lhud. Mill‑banda l‑oħra ħadha kontra t‑tradizzjoni rabbinika li daħħlet ħafna rqaqat fil‑liġi tal‑mistrieħ tant li ntilef is‑sens u l‑iskop veru
Mejju 2018
tal‑mistrieħ. Hekk Ġesù jiddefendi lid‑dixxipli li qatgħu is‑sbul f ’jum is‑Sibt u ma jiddejjaqx ifejjaq raġel li kellu idu niexfa f ’jum is‑Sibt minkejja l‑kritika tal‑Fariżej. Għal Ġesù kien importanti li jagħmel il‑ġid nhar ta’ Sibt
ukoll: “Min minnkom ikollu nagħġa u taqagħlu f ’ħofra s‑Sibt u ma jmurx jaqbad u jtellagħha? Imma kemm jiswa bniedem aktar min‑nagħġa! Mela jiswa tagħmel il‑ġid nhar ta’ Sibt”. (Mt. 12:11‑12) Ejjew ma nħallu lil ħadd u
xejn itellifna mill‑għożża ta’ Jum il‑Mulej u għalhekk inqaddsuh u anke nistrieħu wara ġimgħa xogħol. Filwaqt li niftakru wkoll f ’dawk li minħabba l‑ħtieġa ta’ sigurtà u saħħa jkunu impenjati fil‑ġurnata tal‑Ħadd.
Mother's Day Lunch Date: Wednesday 9th of May 2018 Programme: 9.00am - Thanksgiving mass at the Church of Saint Catherine of Italy, Valletta. Followed by bingo and a succulent pasta buffet at De Robertis Restaurant, Castille Hotel, including soup, dessert and drinks. Come and enjoy yourself in good company while appreciating a breathtaking view of Valletta’s beautiful harbour.
Price: €20 (Bingo sheets and transport not included) Bookings & details on: 2123 6962
33
Mejju 2018
fest
Ningħaqdu bħala familja waħda għall‑proġetti fil-missjoni META: Is‑Sibt 2 ta’ Ġunju 2018 XĦIN: Mid‑9:30am sal‑4:00pm FEJN: Eden Lodge, iż‑Żurrieq
Ġurnata ta’ divertiment għall- familja kollha Filgħodu … Tombla F'nofsinhar … Ikla bnina ‘buffet’ Attivitajiet għall-kull età l-ħin kollu
DĦUL B’XEJN
Għal iktar informazzjoni, ċempel fuq 21236962. Missio, 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. 34
Fuq barra ser ikun hemm żona apposta għat‑tfal li tinkludi ‘jumping castle’ u animazzjoni minn grupp ta’ animaturi.
Mejju 2018
Int daqqa Int tista’ tista’ tagħti daqqa t’id. għandu t’id. Missio Missio għandu bżonn Jekk bżonn il‑voluntiera. Jekk int ċempel int interessat, interessat, ċempel
21236962 AGĦTI RIGAL LIT‑TFAL JEW NEPUTIJIET TIEGĦEK
‘TFAL MISSJUNARJI’ huwa l‑uniku magażin bil‑Malti għat‑tfal fl‑iskejjel primarji. Fih issibu tagħrif dwar il‑Missjoni, aħbarijiet, esperjenzi, ġografija, logħob, krafts u tisjir, fost oħrajn. Abbona billi timla l‑formola t’hawn taħt. Ħu gost aqra u tgħallem, u fl‑istess ħin tkun qed tgħin lit‑tfal fil‑Missjoni.
FORMOLA TA’ ABBONAMENT FI TFAL MISSJUNARJI GĦAS‑SENA 2017/2018 Isem u kunjom: _____________________________________________________________ Età: _______________ Indirizz: ___________________________________________________________________________________________________ ___________________________________________________________Kodiċi Postali: _______________________ Tel:______________________________________________ Mob: ______________________________________________ Imejl:____________________________________________ Skola:___________________________ Sena:__________ Nixtieq nirċievi l‑magażin l‑iskola
Nixtieq nirċievi l‑magażin id‑dar bil‑posta
Prezz ta’ 8 ħarġiet: €5 bl‑idejn jew €7 bil‑posta. Jingħata rigal ta’ tifkira lil kull min jabbona għal sena. Imla l‑formola u ibgħatha ma’ ċekk pagabbli lil Missio Malta fuq: Abbonamenti Tfal Missjunarji Nru. 7, Missio, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171
‑
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio (Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 80 sena Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet Dan kollu għall‑prezz ta’ €10.00 fis‑sena
Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt
35
RIĊETTA TRADIZZJONALI
Mejju 2018
BABA GANOUSH (DIPP TAL‑BRUNĠIEL) MIS‑SIRJA
Għandek bżonn:
Metodu:
• Nofs brunġiela mixwija
• Poġġi l‑ingredjenti kollha (minbarra l‑jogart u t‑tursin) ġo blender u itħan sew.
• Sinna tewm
• Żid il‑jogart u ħawwad b’mgħarfa.
• 2 mgħaref jogart abjad (plain)
• Ifrex it‑tursin fil‑wiċċ.
• Mgħarfa meraq tal‑lumi
• Żomm it‑taħlita fil‑friġġ u oħroġha 20 minuta qabel tkun ser tużaha.
• Kuċċarina żejt taż‑żebbuġa
• Servi mal‑galletti jew mal‑ħobż pitta.
• Ftit tursin imqatta’ fin
( ةيفاعلابL‑Ikla t‑Tajba!)
Jiena: ______________________________________________________________________________________________ Indirizz: __________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil: Isem: _________________________________________________________________________________________________________ Indirizz: _____________________________________________________________________________________________________ ________________________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
Tel/Mob: ___________________________________ E‑mail: __________________________________________ 36
Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq: Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171
Mejju 2018
...for that perfect gift, visit us
Ktieb fuq Ġrajjiet Missjunarji
G
ħal dawn l‑aħħar sentejn l‑Uffiċċju Missjunarju (Missio) kien qed jikkuntattja l‑Missjunarji Maltin u Għawdxin biex jiktbu ĠRAJJA waħda li ħalliet impressjoni jew effett fuq ħajjithom matul il‑ħidma tagħhom missjunarja. Dawn il‑ĠRAJJIET jeħduna f’numru kbir ta’ pajjiżi tal‑Missjoni u f’epoki differenti. Jagħtuna stampa ta’ minn xiex jgħaddi missjunarju/a: stejjer ta’ ferħ u ta’ niket, stejjer ta’ sagrifiċċji kbar u riskji għall‑istess ħajja, stejjer ukoll b’laqta umoristika imma stejjer li jferrħuna għax fihom niskopru l‑kontribut kbir li għamlu ħutna għall‑ġid tal‑Knisja u tal‑umanità. Dan il‑ktieb ta’ 268 paġna jinsab għall‑bejgħ bil‑prezz ta' €12. Kull Malti u Għawdxi li jħobb il‑missjoni għandu jfittex li jaqra dawn il‑ĠRAJJIET. 37
KOMPETIZZJONI ‑ MEJJU 2018
Mejju 2018
SUDOKU
3
2
4
5
Imla l‑vojt kollu b’mod li l‑kolonni, il‑linji u kull kaxxa ta’ disgħa jimtlew bin‑numri 1 sa 9. Ibgħat il‑kaxxa kompluta sa mhux aktar tard mill‑15 tax‑xahar flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.
5
1 5
6
8
9
4
9
6
8
5
1
2
1
3
9
8 6
2
4
7
2
8
3
9
Isem u Kunjom: _________________________________________________________________________________________ Indirizz:_______________________________________________________________________________________________ _____________________________________________________ Kodiċi Postali: _____________________________________ 7
4
6
9
5
8
1
3
2
2
8
9
1
3
7
4
5
6
5
3
1
6
4
2
8
7
9
Ir‑rebbieħ tal‑kompetizzjoni huwa Saviour Zammit minn Ħal Lija . Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħ.
4
1
2
7
6
5
3
9
8
9
5
8
2
1
3
7
6
4
3
6
7
8
9
4
5
2
1
Huwa jirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex jkun jista’ ssarraf il‑kupun.
1
9
5
3
8
6
2
4
7
8
7
4
5
2
9
6
1
3
6
2
3
4
7
1
9
8
5
Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Marzu 2018:
W
Nitbissmu ftit:
ara li t‑tfal kollha kien itteħdilhom ritratt, l‑għalliema kienet qed tipprova tipperswadihom jixtru kopja tar‑ritratt tal‑grupp. “Immaġinaw kemm tkun xi ħaġa sabiħa meta tikbru u tħarsu lejn ir‑ritratt u tgħidu: “Ara Emma, din laħqet avukat jew Dan Ralf, illum huwa tabib.” Vuċi rqiqa minn wara tal‑klassi nstemgħet tgħid: “Ara l‑għalliema, din mietet!” 38
I
l‑kappillan kien qed jipprepara l‑omelija tal‑Ħadd. Neputih kien qed josserva kollox u wara ftit staqsieh: “Zi, kif tkun taf x’għandek tgħid?” “Il‑Mulej jgħidli u jien nikteb,” wieġbu fil‑pront il‑kappillan. “Allura għaliex qiegħed kull darba tingassa li tkun ktibt?” ried ikun jaf it‑tifel.
Mejju 2018
Eżempji sbieħ • Knisja Parrokkjali Santa Katerina Żurrieq
Mulej ilqa’ f’saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb
• John Farrugia u Catherine Grech miż‑Żurrieq • Mġarr Farmers Ltd. tal‑Imġarr • Jane Mifsud mill‑Ħamrun
• 14 ta’ Diċembru 2017 Miriam (Micky) Abela minn Tas‑Sliema
• Johnny Tonna minn Birkirkara
• 17 ta’ Jannar 2018 Michael Zammit (Ta’ Barbetta) miż‑Żejtun
• Agnes, Rose u l‑familja Darmanin minn Ħaż‑Żabbar
• Maria Mercieca mix‑Xagħra
• 11 ta’ Frar 2018 Paula Bugeja min‑Naxxar
• M. Galea minn Ħal Luqa
• 15 ta’ Frar 2018 Prof. Paul S. Mangani mill‑Mosta
• Gaetana u Claire Jones Rizzo
• 18 ta’ Frar 2018 Carmel Aquilina miż‑Żurrieq
Taw bolol u ‘telecards’ użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.
• 09 ta’ Marzu 2018 Charles Miceli • 20 ta’ Marzu 2018 Maria Xuereb min‑Naxxar • 25 ta’ Marzu 2018 Carmelo Xuereb min‑Naxxar • Dun Joe Portelli min‑Nadur • Dun John Attard mix‑Xewkija
Grazzi mill‑qalb tal‑kontribut tagħkom lejn il‑missjoni. Il‑qligħ imur għall‑proġetti b’risq il‑missjoni. L‑għajnuna tagħkom hija siewja ħafna.
• Mary Ann Cassar minn Ħal Luqa • Johnny Busuttil, Katie Busuttil, Pauline Grech, Francis Grixti, • Catherine Monreal u Joe Monreal minn Ħal Safi
Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem. Voluntiera Missio għandhom bżonn Kobob tas‑Suf sabiex jaħdmu: Ingwanti ‑ Skufji ‑ Xalel ‑ Kutri biex jintbagħtu lit‑tfal foqra li jgħixu f’artijiet kesħin. GRAZZI.
Segwi l‑esperjenzi u l‑avventuri ta’ ħutna l‑Maltin u l‑Għawdxin fl‑artijiet tal‑missjoni, esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall‑kuraġġ ta’ dawn l‑eroj tas‑skiet! Kun af bil‑proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għal miljuni ta’ nies fil‑bżonn imxerrda fl‑erba’ naħat tad‑dinja. Issir taf dan kollu u ħafna aktar fil‑programm VUĊI MISSJUNARJA li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid‑9:00pm fuq RADJU MARIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Sibt fil‑5:00pm, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. Frank Cassar u Helena Sammut.
IS‑SOLTU X’TAGĦMEL BIHOM IL‑BOLOL U T‑TELECARDS UŻATI, FORSI TARMIHOM?
Minflok tarmihom, ġibhom jew ibgħathom lil Missio u aħna nbigħuhom lill‑kollezzjonisti. Bil‑flus inkunu nistgħu ngħinu lil ħutna li jinsabu fil‑bżonn. 39
Mejju 2018
Services provided: Chauffeur-drive service Car rental Leasing Wedding service Executive VIP service All cars are fully air-conditioned and with uniformed drivers. 185, Annibale Preca Street, Lija. Telephone: 21442530 / 21447564 Mobile: 99424098 / 99884049 Website: www.percius.com Email: info@percius.com
Lorem Elementary Science F 40